KLAMPJAR U TNEĦĦIJA TA’ OĠĠETTI TA’ 
INGOMBRU FIR-REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU ġ L.S.65.13 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 65.13
REGOLAMENTI DWAR L-IKKLAMPJAR 
U T-TNEĦĦIJA TA’ OĠĠETTI TA’ INGOMBRU 
FIR-REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU
27 ta’ Ġunju, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 94 ta’ l-1997, kif emendat bl-Avviżi Legali 192 ta’ l-
1999, 123 ta’ l-2001 u 405 ta’ l-2003.
Titolu.
Ikklampjar u t-Tneħħija ta’ Oġġetti ta’ Ingombru fir-Regolament
tat-Traffiku.
Tifsir.
Sostitwit:
A.L. 192 ta’ l-
1999.
Emendat:
A.L. 123 ta’ l-
2001.
2. F’dawn ir-Regolamenti, kemm-il darba l-kuntest ma
jeħtieġx xort’oħra, il-frażi -
"Direttur" tfisser il-Kap tad-Dipartiment tal-Liċenzi u Testijiet;
"Kummissarju" tfisser il-Kummissarju tal-Pulizija, membri tal-
Korp tal-Pulizija jew kuntrattur minnu debitament awtorizzati
għall-għanijiet speċifiċi ta’ dawn ir-Regolamenti;
Kap. 363.
dwar il-Kunsilli Lokali, jew kuntrattur debitament awtorizzat mill-
Kunsill għal għanijiet speċifiċi ta’ dawn ir-regolamenti;
"oġġetti ta’ ingombru" tfisser kull vettura, biċċa tal-baħar jew
kull ħaġa oħra li tostakola jew b’xi mod ieħor toħloq xi diżordni
jew inkonvenjent f’xi triq, moll, xatt jew post pubbliku ieħor;
"uffiċjal marittimu" tfisser dak l-uffiċjal ta’ l-uffiċjal ta’ l-
Awtorità  Marittima ta’ Malta li jkun responsabbli għar-
reġistrazzjoni ta’ kull biċċa tal-baħar li ma tkunx itwal minn 24
metru;
"vettura abbandunata" tfisser vettura bil-mutur abbandunata li
ma tkunx tajba biex tintuża fit-triq u, meta tkun tista’ tiġi stabbilita
l-identifikazzjoni tagħha, li dwarha ma jkunux tħallsu l-liċenzi
relattivi biex tinsaq fit-triq għas-sena korrenti u ta’ qabel;
L.S. 65.05
"żona ta’ klampjar" u "żona ta’ rmonk" ifissru kull post jew area
li jiġu indikati f’avviż maħruġ mill-Kummissarju u permezz ta’
sinjali u marki li jsiru skond id-disposizzjonijiet tar-Regolamenti
dwar is-Sinjali tat-Traffiku u l-Marki tal-Karreġġata, fejn l-
ipparkjar projbit tal-vetturi jagħti lok li jitwaħħlu klampi mar-roti
jew l-irmonk ’l barra ta’ dawk il-vetturi minn dik iż-żona, skond il-
każ.
Rimozzjoni ta’ 
oġġetti ta’ 
ingombru minn 
żona ta’ rmonk.
Emendat:
A.L. 192 ta’ l-
1999;
A.L. 405 ta’ l-
2003.
3. (1) Il-Kummissarju jew il-Kunsill jista’ jneħħi, jaħżen u
jiddisponi minn kull oġġett ta’ ingombru li jkun qiegħed joħloq xi
diżordni, inkonvenjent jew ostaklu u li jkun qiegħed f’post jew
f’area li ma jkunux permessi skond il-liġi li jintużaw għal dak l-
iskop, jew jekk dak il-post jew area jkunu speċifikament indikati
bħala żona ta’ rmonk:
Iżda oġġett ta’ ingombru li jkun ġie mneħħi, maħżun jew li
jkun għadu fil-proċess li wieħed jiddisponi minnu, ma għandux jiġi
2 L.S.65.13 ħ
KLAMPJAR U TNEĦĦIJA TA’ OĠĠETTI TA’ 
INGOMBRU FIR-REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU
ritornat lil sidu qabel ma jkun tħallas id-dritt impost mill-
Kummissarju jew mill-Kunsill skond dawn ir-Regolamenti.
(2) Il-Kummissarju jew il-Kunsill jista’ jneħħi kull vettura li
ma tkunx tħallsitilha l-liċenza tat-triq għal xi sena kurrenti kulmeta
t-tiġdid ta’ dik il-liċenzja jkun skada b’aktar minn tliet xhur:
Iżda dik il-vettura ma għandhiex tingħata lura lil sidha
kemm-il darba u sakemm il-liċenza tat-triq ta’ dik il-vettura ma
tkunx ġiet imħallsa flimkien mad-dritt li jitħallas lill-Kummissarju
jew lill-Kunsill kif stipulat fir-regolament 9(b) u (ċ):
Iżda wkoll id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti li
japplikaw għal oġġetti ta’ ingombru għandhom ikunu wkoll
japplikaw għal vetturi bħal dawk li dwarhom qiegħda ssir riferenza
f’dan is-subregolament.
Jitwaħħlu l-klampi 
f’żona ta’ 
klampjar.
Emendat:
A.L. 192 ta’ l-
1999.
4. Il-Kummissarju jew il-Kunsill jista’ jqiegħed klampi mar-
roti ta’ kull vettura li tkun qegħda pparkjata jew imħollija f’area
speċifikament indikata bħala żona ta’ klampjar.
Jitneħħew il-
klampi.
Emendat:
A.L. 192 ta’ l-
1999.
5. Il-klampi tar-roti la għandhom jitneħħew mill-
Kummissarju jew il-Kunsill u lanqas m’għandha l-vettura tiġi
ritornata lil sidha qabeI ma jkun tħallas id-dritt impost mill-
Kummissarju jew il-Kunsill skond dawn ir-Regolamenti:
Iżda jekk sid il-vettura klampjata jonqos milli jħallas dak
id-dritt fi żmien raġonevoli li ma jkunx aktar minn erbgħa u
għoxrin siegħa, il-vettura klampjata tiġi mneħħija miż-żona ta’
klampjar, u jibdew japplikaw id-disposizzjonijiet tar-regolament
9(a), (b) u (ċ).
Eżenzjoni minn 
responsabbiltà.
Emendat:
A.L. 192 ta’ l-
1999;
A.L. 123 ta’ l-
2001.
6. Il-Kummissarju jew il-Kunsill mhumiex responsabbli
għad-danni li jiġu kaġunati meta jitqedu l-klampi jew meta
jitneħħew, u l-hażna u r-rimozzjoni ta’ oġġetti ta’ ingombru jew
vetturi abbandunati, skond ir-regolamenti 3, 4, 5, 8 u 8A:
Iżda persuna li taġixxi b’malizja jew li tkun ħatja ta’
negliġenza kbira waqt li qed twettaq dmirijietha waqt li qed
jitwaħħlu jew waqt li qed jitneħħew il-klampi, jew il-magazzinaġġ
jew ir-rimozzjoni ta’ vettura, ma tkunx eżonerata mir-
responsabbiltà  għad-danni kaġunati.
Avviż tar-
rimozzjoni u 
magazzinaġġ.
Emendat:
A.L. 192 ta’ l-
1999.
7. (1) Il-Kummissarju jew il-Kunsill għandu jippubblika
avviż tar-rimozzjoni fil-Gazzetta, li fih jiddeskrivi l-oġġett ta’
ingombru mneħħi u jssemmi l-post eżatt mnejn dan ikun tneħħa.
(2) Il-Kummissarju jew il-Kunsill għandu jsemmi wkoll fl-
istess avviż il-post fejn l-oġġett ta’ ingombru jkun qiegħed jiġi
magazzinat.
X’isir mill-oġġetti 
ta’ ingombru.
Emendat:
A.L. 192 ta’ l-
1999;
A.L. 123 ta’ l-
2001.
8. (1) Il-Kummissarju jew il-Kunsill jista’ jordna l-bejgħ ta’
oġġett ta’ ingombru jekk dan ikun għadu ma tteħidx lura mis-sid
leġittimu tiegħu fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’
rimozzjoni mill-Kummissarju jew mill-Kunsill fil-Gazzetta u fi
tliet ġurnali lokali oħra, li bih isejjaħ lil dak is-sid sabiex jieħu lura
dak l-oġġett wara li jġib prova tat-titolu tiegħu għal dak l-oġġett,
KLAMPJAR U TNEĦĦIJA TA’ OĠĠETTI TA’ 
INGOMBRU FIR-REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU ġ L.S.65.13 3
jew dik il-garanzija li l-Kummissarju jew il-Kunsill jista’ jqis li
tkun biżżejjed u li tkun ta’ indennizz għalih kontra kull talba li
jkollha x’taqsam mar-ritorn ta’ dak l-oġġett lis-sid leġittimu tiegħu.
(2) Il-Kummissarju jew il-Kunsill għandu jutilizza l-flus tal-
bejgħ l-ewwel sabiex jikkumpensa kull dritt dovut lilu għar-
rimozzjoni jew għall-magazzinaġġ, u mbagħad wara sabiex
jirrifondi kull bilanċ li jifdal favur dawk il-persuni li kien ikollhom
jedd li jieħdu lura l-oġġett ta’ ingombru.
(3) Kull bejgħ li jsir skond is-sub-regolament (1) ta’ dan ir-
regolament għandu jsir jew b’irkant pubbliku jew wara sejħa għall-
offerti.
(4) Il-Kummissarju jew il-Kunsill jista’ jiddisponi, fid-
diskrezzjoni tiegħu, minn dawk l-oġġetti ta’ ingombru li ma jkunux
ġew ritornati jew mibjugħa, b’irkant pubbliku jew wara sejħa għall-
offerti, wara li jkun avża mill-inqas xahar qabel lill-Ministru
responsabbli għall-Finanzi.
(5) Meta l-oġġett ta’ ingombru li jitneħħa minn postu jkun
biċċa tal-baħar li ma tkunx itwal minn 24 metru, il-Kummissarju
jew il-Kunsill, skond il-każ, għandu javża lill-uffiċjal marittimu
bil-miktub fi żmien tmint ijiem minn dik it-tneħħija minn postu bil-
partikolaritajiet tar-reġistrazzjoni ta’ dik il-biċċa tal-baħar u l-mod
u ċ-ċirkostanzi kif dik il-biċċa tal-baħar tkun tinsab għandu.
Tneħħija ta’ 
vettura 
abbandunata.
Miżjud:
A.L. 123 ta’ l-
2001.
Emendat:
A.L. 405 ta’ l-
2003.
8A. (1) Fil-każ li l-oġġett li għandu jitneħħa jkun vettura
abbandunata, il-Kummissarju jew il-Kunsill jista’ jwaħħal avviż
mal-vettura, li fuqu jiġi indikat li l-oġġett ikun qiegħed jitqies
bħala vettura abbandunata. F’dan l-avviż għandhom jiġu inklużi:
(a) id-data meta l-avviż ikun twaħħal fuq il-vettura
abbandunata;
(b) twissija li tkun tgħid li jekk il-vettura abbandunata ma
titneħħiex minn hemm fi żmien tmint ijiem mid-data
ta’ l-avviż maħruġ skond il-paragrafu (a), dik il-
vettura tkun se titneħħa mill-Kummissarju jew mill-
Kunsill, skond il-każ, għas-spejjeż tas-sid, jekk dan
ikun magħruf.
(2) Il-Kummissarju jew il-Kunsill għandu minnufih ineħħi dik
il-vettura abbandunata, jew jordna t-tneħħija tagħha minn fejn tkun
wara li jgħaddi ż-żmien mogħti fl-avviż maħruġ skond is-
subregolament (1).
(3) Vettura abbandunata li tiġi mneħħija mill-Kummissarju jew
mill-Kunsill skond il-proċeduri msemmija fis-subregolamenti (1) u
(2) għandha tinbiegħ jew tinqered wara li tinħareġ ordni mill-
Kummissarju jew mill-Kunsill jekk dik il-vettura ma tkunx ġiet
mitluba li tingħata lura lis-sid leġittimu tagħha fi żmien tliet ijiem
minn meta l-vettura tkun tneħħiet minn xi wieħed minnhom skond
dawn ir-regolamenti:
Iżda mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissarju jew
tal-Kunsill li jagħmel mill-vettura abbandunata kif hawn qabel
imsemmi, il-Kummissarju jew il-Kunsill ikollu d-dritt li jimponi
ħlas ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira.
4 L.S.65.13 ħ
KLAMPJAR U TNEĦĦIJA TA’ OĠĠETTI TA’ 
INGOMBRU FIR-REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU
(4) Kuntrattur privat li jneħħi vettura abbandunata fuq ordni
tal-Kummissarju jew tal-Kunsill, skond il-każ, wara li jsiru l-
proċeduri msemmija fis-subregolamenti (1) u (2), għandu jagħmel
minn u, jew jiddisponi mill-vettura abbandunata hekk kif jidhirlu
xieraq wara li jgħaddu tliet ijiem minn meta din tkun tneħħiet
minnu skond dawn ir-regolamenti.
Avviż li għandu 
jingħata lid-
Direttur.
Miżjud:
A.L. 123 ta’ l-
2001.
8B. Il-Kummissarju jew il-Kunsill għandhom jgħarrfu lid-
Direttur bil-miktub fi żmien tmint ijiem minn meta jieħdu pussess
ta’ xi vettura, kemm jekk abbandunata kemm jekk mhix, bħala
konsegwenza ta’ xi azzjoni li huma jkunu wettqu skond dawn ir-
regolamenti u l-mod u ċ-ċirkostanzi kif il-vettura tkun ġiet fil-
pussess tagħhom:
Iżda il-Kummissarju jew il-Kunsill ma jenħtieġux li javżaw
lid-Direttur fil-każ li dik il-vettura tkun ġiet mitluba lura mis-sid
leġittimu tagħha fi żmien it-tmint ijiem speċifikati taħt dan ir-
regolament.
Drittijiet li jinġabru 
mill-Kummissarju 
jew mill-Kunsill.
Emendat:
A.L. 192 ta’ l-
1999;
A.L. 123 ta’ l-
2001;
A.L. 405 ta’ l-
2003.
9. Għandhom jitħallsu lill-Kummissarju jew lill-Kunsill dawn
id-drittijiet li ġejjin:
Iżda meta jidħlu spejjeż oħra li jkunu iżjed minn kull dritt
partikolari imsemmi fil-paragrafi (a), (b) u (ċ), il-Kummissarju jew
il-Kunsill jkollu d-dritt ukoll li jiġbor dawk 1-ispejjeż u
sussegwentement li jnaqqashom minn dak li jdaħħal mill-bejgħ jew
rimozzjoni ta’ oġġett u li jesiġi l-pagament relattiv tagħhom qabel
ma jitlaq minn taħt idejh l-oġġett sew lis-sid leġittimu tiegħu sew
lix-xerrej fil-każ ta’ bejgħ bl-irkant.
L-azzjonijiet 
kriminali u ċivili 
jibqgħu mhux 
preġudikati.
Emendat:
A.L. 192 ta’ l-
1999.
10. Kull miżura li tittieħed mill-Kummissarju jew mill-Kunsill
skond dawn ir-Regolamenti tkun bla preġudizzju għal kull azzjoni
kriminali jew ċivili oħra.
Reati.
Emendat:
A.L. 192 ta’ l-
1999;
A.L. 123 ta’ l-
2001.
11. (1) Kull persuna mhux awtorizzata li tittanta tneħħi, jew
tnehħi, l-klampi li jitqegħdu mar-roti ta’ vettura, jew li tittanta
tneħħi, jew tneħħi, vettura bi klampi mqiegħda mar-roti, jew oġġett
ta’ ingombru li jkun ġie mneħħi, magazzinat jew li jkun għadu fil-
proċess li wieħed jiddisponi minnu skond ir-regolament 3, jew
tittanta tneħħi, jew tneħħi, l-avviż imsemmi fir-regolament 8A(1),
tkun ħatja ta’ reat kontra dawn ir-Regolamenti.
(a) biex jitneħħew il-klampi ...................... Lm30
(b) għar-rilaxx, l-irmonk jew it-tneħħija ta’
oġġett ta’ ingombru jew tal-vettura
abbandunata u għall-ħażna tagħha
matul l-ewwel 24 siegħa jew parti
minnhom ............................................. Lm45
(ċ) għall-magazzinaġġ ta’ l-oġġett ta’
ingombru jew vettura abbandunata wara
l-ewwel 24 siegħa, għal kull ġurnata
jew parti minnha .................................. Lm3:
(d) għat-tneħħija ta’ vetturi abbandunati .... Lm500:
KLAMPJAR U TNEĦĦIJA TA’ OĠĠETTI TA’ 
INGOMBRU FIR-REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU ġ L.S.65.13 5
(2) Fil-każ ta’ xi persuna li tostakola jew mod ieħor toħloq xi
diżordni jew inkonvenjent permezz ta’ oġġett ta’ ingombru f’xi
triq, moll, xatt jew post ieħor, il-qorti tista’, fuq it-talba tal-
prosekuzzjoni, b’żieda mal-piena applikabbli għar-reat, twaħħal lil
dik il-persuna piena addizzjonali li tkun ekwivalenti għad-drittijiet
dovuti lill-Kummissarju skond ir-regolament 9.
