SERVIZZI SKEDATI JEW MHUX SKEDATI
TAT-TRASPORT PUBBLIKU ġ L.S.65.14 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 65.14
REGOLAMENTI DWAR SERVIZZI SKEDATI JEW 
MHUX SKEDATI TAT-TRASPORT PUBBLIKU
30 ta’ Diċembru, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 242 ta’ l-1997, kif emendat bl-Avviż Legali 151 ta’ l-
2002.
Titolu.
Servizzi Skedati jew Mhux Skedati tat-Trasport Pubbliku.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 151 ta’ l-
2002.
2. F’dawn ir-Regolamenti, sakemm il-kuntest ma jeħtieġx
mod iehor -
"motor route bus" tfisser kull vettura bil-mutur li jkollha liċenza
u/jew tkun reġistrata biex iġġorr aktar minn tmintax-il persuna,
mhux magħdud ix-xufier, u li tkun reġistrata biex tagħmel vjaġġi
skedati ma’ l-Uffiċċju Ċentrali għal Servizzi tat-Trasport Skedat
tal-Buses;
"motor coach" tfisser kull vettura liċenzjata u/jew reġistrata biex
iġġorr aktar minn tletin persuna, barra mix-xufier;
"motor minibus għat-trasport pubbliku" tfisser vettura bil-mutur,
minn barra miżbugħa ħamra, li jkollha liċenza u/jew tkun reġistrata
biex iġġorr bi ħlas minn ħdax sa tmintax-il persuna, mhux magħdud
ix-xufier;
"korp parastatali" tfisser kull korp mwaqqaf b’xi liġi u jinkludi
soċjetà  jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta jew xi korp ieħor
ikollhom kontroll jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv.
Uffiċċju ċentrali 
għal servizzi 
skedati.
3. (1) Għandu jitwaqqaf uffiċċju ċentrali għal servizzi skedati
tat-trasport tal-buses li jkun, b’żieda mad-dmirijiet kontemplati fir-
regolament 4, inkarigat mid-distribuzzjoni u allokazzjoni tas-
servizzi skedati kollha.
(2) L-uffiċċju ċentrali għandu jkollu reġistru tal-membri u tal-
motor route buses tagħhom u jikteb fih il-partikolaritajiet li ġejjin:
(a) l-ismijiet, l-indirizzi u n-numru ta’ l-identification tag
ta’ kull membru u ta’ kull persuna li tkun qiegħda fl-
impjieg ta’ dak il-membru;
(b) id-data li fiha kull persuna ddaħħlet fir-reġistru bħala
membru u d-data tal-bidu ta’ l-impjieg ta’ kull
impjegat;
(ċ) id-data li fiha l-persuna ma baqgħetx membru u d-data
meta spiċċat l-impjieg;
(d) in-numru ta’ reġistrazzjoni, numru tax-chassis u s-sena
tal-manifattura ta’ kull motor route bus proprjetà  ta’
kull membru;
(e) id-dettalji ta’ kull liċenza kummerċjali dwar kull
motor route bus proprjetà  ta’ kull membru.
(3) L-Awtorità  dwar it-Trasport Pubbliku jkollha s-setgħa li
2 L.S.65.14 ħ
SERVIZZI SKEDATI JEW MHUX SKEDATI
TAT-TRASPORT PUBBLIKU
tispezzjona r-reġistru tal-membri u li tikkontrolla l-attivitajiet ta’ l-
uffiċċju ċentrali msemmi.
(4) It-tmexxija normali ta’ l-uffiċċju ċentrali u l-ispiża relattiva
huma r-responabbiltà  tal-membri ta’ l-uffiċċju ċentrali.
(5) Minkejja kull disposizzjoni ta’ dawn ir-Regolamenti, ebda
detentur ta’ liċenza ta’ motor route bus li jkun awtorizzat li jaħdem
fuq servizz ta’ trasport skedat ma jista’ jaħdem fuq xi servizz ta’
trasport, ħlief permezz ta’ l-uffiċċju ċentrali għas-servizzi tat-
trasport skedat tal-buses, li miegħu dak id-detentur għandu jkun
reġistrat bħala membru.
Servizz tat-trasport 
skedat.
4. (1) Kull detentur ta’ liċenza ta’ motor route bus awtorizzat
li jaħdem servizz tat-trasport skedat għandu jimxi skond roster
imħejji mill-uffiċċju ċentrali għal servizzi tat-trasport skedat tal-
buses.
L.S. 65.11.
(2) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tar-
regolament 146 tar-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur l-
imsemmi uffiċċju ċentrali għandu jħejji (suġġett għall-
approvazzjoni ta’ l-Awtorità  dwar it-Trasport Pubbliku) r-roster ta’
motor route buses li jkunu qegħdin jagħmlu servizzi skedati fuq
rotot diversi; l-imsemmi roster għandu jitqassam fost il-membri
kollha u għandu jitwaħħal f’post fejn ikun jidher sew fl-uffiċċju
msemmi.
(3) Id-detentur tal-liċenza ta’ kull motor route bus li jkun
qiegħed jagħmel servizz ta’ trasport skedat għandu jixtri bl-istess
prezz li jiswew il-biljetti li jkun jeħtieġ għalih mill-uffiċċju
ċentrali.
(4) L-uffiċċju ċentrali għandu kull ħmistax-il ġurnata jqassam
fost id-diversi detenturi ta’ liċenza s-sehem lilhom dovut mill-
bejgħ ta’ biljetti u kull qliegħ ieħor, wara li jitnaqqsu minn dan is-
sehem l-ispejjeż li jsiru fit-tmexxija ta’ 1-uffiċċju ċentrali u wara li
jiżdied ma’ dawk l-ispejjeż kull ammont ta’ penalità  dixxiplinarja
imposta.
(5) It-tqassim msemmi fis-sub-regolament (4) għandu jsir fil-
proporzjon tan-numru ta’ ġranet maħdumin u/jew in-numru ta’
vjaġġi li jkunu saru minn kull motor route bus u n-numru ta’ sedili
permessi fuq kull motor route bus.
(6) L-uffiċċju ċentrali jista’ jiġbor dawk il-penalitajiet
dixxiplinarji xierqa li jkunu approvati mill-Awtorità  dwar it-
Trasport Pubbliku għall-amministrazzjoni u tmexxija xierqa tas-
servizz. L-uffiċċju ċentrali jista’ jnaqqas dawk il-penalitajiet
dixxiplinarji mill-ħlas dovut lil kull dententur ta’ liċenza.
(7) Meta jiġri li motor route bus li tkun liċenzjata biex tintuża
fuq servizz ta’ trasport skedat jew le, ma tkunx tenħtieġ f’xi jum
partikolari biex tagħmel xi servizz skedat skond ir-roster imħejji u
approvat skond is-sub-regolament (2), id-detentur ta’ liċenza ta’
dik il-motor route bus jista’ jħalli jew jippermetti lil dik il-motor
route bus li taħdem servizz tat-trasport mhux skedat li taħdem
f’loku, iżda ebda detentur ta’ liċenza ta’ motor route bus ma
għandu jagħmel dan ħlief permezz ta’ l-uffiċċju ċentrali għas-
servizz tat-trasport skedat tal-buses skond id-disposizzjonijiet tar-
SERVIZZI SKEDATI JEW MHUX SKEDATI
TAT-TRASPORT PUBBLIKU ġ L.S.65.14 3
regolament 6.
Servizzi għat-
turisti.
Emendat:
A.L. 151 ta’ l-
2002.
L.S. 128.01
5. (1) Kull min jenħtieġ servizz ta’ trasport tat-turisti jista’
jagħmel dan direttament permezz ta’ l-operatur liċenzjat ta’ motor
coach, motor minibus jew kwalunkwe vettura oħra li jkollha
liċenza biex tintuża għal dak is-servizz tat-turisti jew li mhux
skedat, skond il-każ, skond ir-Regolamenti dwar il-Liċenzi tal-
Pulizija.
(2) Ebda motor route bus ma għandha tintuża biex tipprovdi
servizz tat-trasport għat-turisti mingħajr il-kunsens bil-miktub ta’ l-
Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta. Dan il-kunsens jista’ biss
jingħata jekk ma jkun hemm disponibbli ebda vettura minn dawk
deskritti fis-subregolament (1).
Servizzi mhux 
skedati b’motor 
route bus.
Emendat:
A.L. 151 ta’ l-
2002.
6. (1) Kull min ikun jenħtieġ is-servizzi ta’ motor route bus
għal xi servizz ta’ trasport li mhux skedat, li ma jkunx servizz għat-
turisti, għandu jikri jew jitlob dak is-servizz direttament permezz
ta’ l-uffiċċju ċentrali mwaqqaf bis-saħħa tar-regolament 3, li
miegħu l-imsemmija motor route bus tkun reġistrata.
(2) L-imsemmi uffiċċju ċentrali għandu d-dmir li jalloka, fost
il-membri tiegħu, fuq bażi ta’ roster, servizzi tat-trasport mhux
skedat, b’mod li jkun assigurat li jkun hemm tqassim ġust tad-dħul
kollu miksub minn dan filwaqt li jkunu kunsidrati l-faċilitajiet
provduti mill-motor route bus.
(3) L-uffiċċju ċentrali għandu, kull ħmistax-il ġurnata, jqassam
fost id-diversi detenturi ta’ liċenza s-sehem dovut lilhom minn dak
li jitħallas għar-rigward ta’ servizzi ta’ trasport mhux skedati, wara
li jitnaqqsu mid-dħul totali l-ispejjeż li jkunu saru fit-tmexxija ta’ l-
uffiċċju ċentrali għar-rigward tas-servizzi li magħhom jiżdied kull
ammont li għandu jinġabar għall-penalitajiet dixxiplinarji imposti.
(4) It-tqassim imsemmi fis-sub-regolament (3) għandu jsir fi
proporzjon għas-servizz imwettaq minn kull motor route bus
kunsidrati il-frekwenza, il-postijiet għall-passiġġieri u t-tul ta’
żmien u l-ħin effettiv tal-vjaġġi li jsiru.
Trasport ta’ tfal ta’ 
l-iskejjel tal-
Gvern.
7. (1) Meta d-Direttur ta’ l-Edukazzjoni jordna li motor route
buses għandhom jaħdmu ċerti rotot għat-trasport ta’ tfal ta’ l-
iskejjel, dawk ir-rotot għandhom ikunu allokati lill-uffiċċju ċentrali
għas-servizz skedat biex jinħadmu esklusivament minn motor route
buses li f’dak il-jum partikolari ma jkunux tqabbdu jagħmlu xogħol
bir-roster mill-uffiċċju ċentrali.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament japplikaw,
mutatis mutandis, fil-każ ta’ kull servizz tat-trasport organizzat
minn dipartiment tal-Gvern jew korp parastatali.
