﻿TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ ġL.S.65.15 1 
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 65.15 
REGOLAMENTI DWAR TESTIJIET BIEX 
JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BIL-MUTUR HUMA 
TAJBA GĦAT-TRIQ 
8 ta’ Mejju, 1998; 
1 ta’ Ottubru, 1999 
L-AVVIŻ LEGALI 126 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviżi Legali 157 ta’ l- 
1999, 314 ta’ l-2001 u 159 ta’ l-2003. 
TAQSIMA I 
Disposizzjonijiet Preliminari 
Titolu. 1. It-titolu ta’ dawn ir-Regolamenti hu Regolamenti dwar 
Testijiet biex jiċċertifikaw li Vetturi bil-Mutur huma Tajba għat- 
Triq. 
Tifsir. 
Emendat: 
A.L. 159 ta’ l- 
2003. 
Kap. 332. 
2. F’dawn ir-Regolamenti, kemm-il-darba l-kuntest ma jurix 
xort’oħra - 
''awtorità kompetenti'' u ''Awtorità'' tfisser l-Awtorità dwar it- 
Trasport ta’ Malta stabbilita skond l-Att dwar Awtorità dwar it- 
Trasport ta’ Malta; 
"awtorizzazzjoni" tfisser kull awtorizzazzjoni bil-miktub milluffiċ
jal awtorizzat skond u għall-finijiet ta’ dawn ir-Regolamenti; 
''Direttorat'' tfisser id-Direttorat fl-Awtorità dwar it-Trasport ta’ 
Malta responsabbli għall-amministrazzjoni tat-test biex jiċċertifika 
li vetturi bil-mutur ikunu tajba għat-triq; 
"ġurnata normali ta’ xogħol" tfisser - 
(a) dwar operatur b’kuntratt jew persuna liċenzjata biex 
tittestja, il-ħinijiet fil-ġimgħa, barra mill-Ħdud u 
btajjel pubbliċi, li fihom il-vetturi jiġu aċċettati biex 
isiru testijiet fuqhom; 
(b) dwar is-Sezzjoni tal-VRT tad-Direttorat, il-ħinijiet fil- 
ġimgħa, barra mill-Ħdud u btajjel pubbliċi li fihom luffiċ
jal awtorizzat ikun jidhirlu li jeħtieġ li jsiru 
spezzjonijiet, u l-ħinijiet fil-ġimgħa barra is-Sibtijiet, 
Ħdud u btajjel pubbliċi li fihom l-uffiċjal awtorizzat 
ikun jidhirlu li jeħtieġ li jsir xi xogħol li għandu 
x’jaqsam direttament ma’ testijiet ta’ vetturi; 
"g.v.w." tfisser il-piż gross ta’ vettura; 
"ħtiġiet preskritti" tfisser dak li huwa meħtieġ biex isiru testijiet 
fuq vetturi, li huma mniżżla fl-Ewwel Skeda; 
Kap. 386. 
"kumpannija" għandha l-istess tifsira mogħtija fl-artikolu 2 ta’ l- 
Att dwar il-Kumpanniji; 
"manwali" tfisser dawk il-manwali, kemm individwalment jew 
kollettivament, mniżżlin taħt il-"ħtiġiet preskritti";

2 L.S.65.15ħ 
TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ 
''Ministru'' tfisser il-Ministru responsabbli għat-Trasport; 
"numru tas-serje" dwar vettura li ix-chassis tagħha ma ġiex 
maħdum separatament mill-istruttura tagħha, tfisser in-numru li, 
għall-finijiet ta’ identifikazzjoni, jingħata lil vettura millfabbrikant 
tagħha; 
"operatur" tfisser individwu, soċjetà, jew kumpannija b’kuntratt 
ma’ l-uffiċjal awtorizzat skond dawn ir-Regolamenti biex iħaddem 
stazzjon tat-testijiet; 
"persuna liċenzjata biex tittestja" tfisser individwu kwalifikat 
biex ikollu liċenza maħruġa mill-uffiċjal awtorizzat biex jagħmel 
testijiet fuq vetturi skond dawn ir-Regolamenti; 
"piż gross ta’ vettura" tfisser il-piż fit-triq speċifikat millfabbrikant 
bħala il-kapaċità massima ta’ piż diżinjat tal-vettura, 
liema piż huwa it-total tal-piż tal-vettura, bit-tagħbija massima 
speċifikata, bis-sewwieq, u tank mimli bil-petrol; 
Kap. 386. 
''soċjetà'' tinkludi assoċjazzjoni, bejn żewġ persuni jew aktar, li 
ma tkunx reġistrata skond l-Att dwar il-Kumpanniji; 
"spettur li jittestja vetturi" tfisser xi uffiċjal li jattesta jew 
persuna liċenzjata biex tittestja maħtura skond dawn ir- 
Regolamenti u mqabbad biex jaħdem mid-Direttorat; 
''spezzjoni teknika tul it-triq'' tfisser spezzjoni ta’ natura teknika, 
li ma tkunx ġiet imħabbra mill-awtoritajiet kompetenti ta’ ċerti 
vetturi li jkunu għaddejjin mit-triq pubblika; 
"stazzjon" tfisser post fejn id-Direttorat jawtorizza li jsiru 
testijiet fuq il-vetturi; 
"test" tfisser eżami ta’ vettura skond il-ħtiġiet preskritti, 
magħmul minn persuna liċenzjata bħala persuna liċenzjata biex 
tagħmel testijiet f’garaxx li hu liċenzjat bħala stazzjon biex fih 
isiru testijiet jew minn persuna maħtura bħala spettur li jittestja ilvetturi 
mill-uffiċjal awtorizzat biex jagħmel dawn it-testijiet 
f’Malta jew f’Għawdex; 
"trailer u vettura oħra li tinġibed" tfisser kull vettura bir-roti li 
ma għandhiex qawwa mekkanika tagħha stess, diżinjata biex 
tinġibed minn vettura bil-mutur għall-finijiet tal-ġarr ta’ persuni 
jew merkanzjia; 
''triq pubblika'' tfisser toroq nazzjonali, arterjali, distributorji, 
toroq ta’ aċċess u ta’ aċċess lokali; 
''uffiċjal awtorizzat'' tfisser l-uffiċjal fl-Awtorità dwar it-Trasport 
ta’ Malta li jkun responsabbli għall-amministrazzjoni tat-test biex 
jiċċertifika li l-vettura tkun tajba għat-triq; 
"vettura bil-mutur" tfisser vettura li titħaddem bil-qawwa tagħha 
stess; 
"vettura ħafifa tal-passiġġieri" tfisser motor car jew xi vettura 
bil-mutur li ġġorr sa massimu ta’ disa’ passiġġieri inkluż issewwieq; 
"vettura kummerċjali" tfisser vettura ta’ kull klassi jew 
deskrizzjoni li ma tkunx vettura tas-servizz pubbliku, użata

TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ ġL.S.65.15 3 
esklużivament għall-ġarr ta’ merkanzija jew materjal, u għall-ġarr 
ta’ persunal dwar l-eżerċizzju ta’ xi sengħa, xogħol jew vokazzjoni 
u li mhix użata għat-trasport privat; 
"vettura oħra" tfisser vettura li ma tkunx vettura tas-servizz 
pubbliku, vettura kummerċjali jew vettura ħafifa tal-passiġġieri; 
"vettura tas-servizz pubbliku" tfisser xi vettura bil-mutur użata 
jew maħsuba biex tintuża għat-trasport pubbliku fuq servizz skedat 
jew mhux skedat, jiġifieri buses tal-linja, coaches u buses privati, 
minibuses u midibuses, taxis, vetturi misjuqa minn chauffeur, u 
vetturi self-drive; 
"vetturi ħfief " tfisser kull tip ta’ vettura li l-piż gross tagħha 
jkun anqas minn 3,500kg., u li, għall-finijiet ta’ dawn ir- 
Regolamenti, taqa’ taħt il-Klassi II; 
"vetturi tqal" tfisser kull tip ta’ vettura li l-piż gross tagħha jkun 
3,500kg. u aktar, u li, għall-finijiet ta’ dawn ir-Regolamenti, taqa’ 
taħt il-Klassi III; 
"V.R.T " tfisser it-test li jiċċertifika li l-vettura hija tajba għattriq. 
Ħtiġiet preskritti. 3. Kull vettura li għaliha japplikaw dawn ir-Regolamenti u li 
tiġi mressqa għal test skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir- 
Regolamenti għandha tiġi ttestjata biex jiġi żgurat li l-ħtiġiet 
preskritti kif murija fil-manwali, u li għandhom x’jaqsmu malvettura, 
kienu mħarsa fid-data tat-test. 
Klassifikazzjoni ta’ 
vetturi u kif 
jgħoddu irregolamenti. 
4. (1) Għall-finjiiet ta’ dawn ir-Regolamenti l-vetturi bilmutur 
li għalihom jgħoddu dawn ir-Regolamenti għandhom jiġu 
klassifikati kif muri fit-Tieni Skeda. 
(2) Ħlief kif provdut fir-regolament 5, dawn ir-Regolamenti 
għandhom jgħoddu għal kull vettura skond il-klassi tagħha kif 
speċifikata fit-Tieni Skeda. 
Eżenzjonijiet. 5. Il-Ministru jista’ bil-miktub, fid-diskrezzjoni tiegħu, 
jeżenta xi klassi jew xi tip ta’ vettura mid-disposizzjonijiet kollha 
jew minn uħud minn dawn ir-Regolamenti. 
Applikabbilità tar- 
Regolamenti dwar 
il-Vetturi bil- 
Mutur. 
L.S. 65.11 
6. Ir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur għandhom 
jgħoddu għat-testijiet biex jiċċertifikaw li vettura tkun tajba għattriq 
sa fejn ma jkunux inkonsistenti ma’ dawn ir-Regolamenti. 
Ħruġ ta’ liċenza. 
Emendat: 
A.L. 159 ta’ l- 
2003. L.S. 65.11 
7. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-sub-regolament (4) 
tar-regolament 19, ebda liċenza ma tiġi maħruġa mill-Kummissarju 
tal-Pulizjia taħt id-disposizzjonijiet tar-regolament 18 tar- 
Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur, sakemm l-applikant ma 
jipproduċix riżultat pożittiv ta’ test bħala prova li l-vettura sarilha u 
għaddiet minn test li jiċċertifika li l-vettura tkun tabja għat-triq taħt 
id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti fi żmien disgħin 
ġurnata qabel il-ħruġ tal-liċenza. 
(2) Is-sidien tal-vetturi għandhom f’kull żmien jaċċertaw 
ruħhom li l-vettura tkun skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir- 
Regolamenti, u l-ħruġ ta’ riżultat pożittiv ta’ test validu ma 
jeżonerax is-sid ta’ dik il-vettura li jikkonforma ruħu mal-ħtiġiet 
preskritti f’kull żmien; u ebda responsabbiltà tkun li tkun ma

4 L.S.65.15ħ 
TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ 
għandha tintefa fuq l-operatur jew fuq l-uffiċjal awtorizzat rigward 
il-ħruġ ta’ riżultat pożittiv ta’ test. 
TAQSIMA II 
L-Operaturi 
Applikazzjonijiet 
għal operaturi 
b’kuntratt. 
Emendat: 
A.L. 159 ta’ l- 
2003. 
8. (1) Applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni bħala operaturi 
jistgħu isiru minn: 
(a) individwu li bi ħsiebu li jħalli li jsiru testijiet fuq ilvetturi 
fil-post tiegħu; 
(b) soċjetà; jew 
(ċ) kumpannija. 
(2) Kull applikazzjoni għandha ssir fuq il-formula preskritta, 
kif speċifikat fit-Tielet Skeda, u approvata mill-uffiċjal awtorizzat, 
u ffirmata - 
(a) meta l-applikazzjoni ssir skond il-paragrafu (a) tassubregolament 
(1), mill-individwu li għamel lapplikazzjoni; 
u 
(b) meta l-applikazzjoni ssir skond il-paragrafu (b) jew (ċ) 
tas-subregolament (1), minn persuna awtorizzata kif 
imiss mis-soċjetà jew kumpannija. 
(3) Il-formula msemmija fis-subregolament (2) għandha tiġi 
preżentata fid-Direttorat flimkien mad-dokumenti msemmija flapplikazzjoni. 
(4) Meta l-applikant juri l-ħsieb li jaġixxi bħala operatur 
f’iżjed minn post wieħed, l-uffiċjal awtorizzat għandu jitlob tant 
applikazzjonijiet daqs kemm ikun hemm postijiet. 
Awtorizzazzjoni. 
Emendat: 
A.L. 159 ta’ l- 
2003. 
9. (1) Meta applikazzjoni issir skond ir-regolament 8, luffiċ
jal awtorizzat jista’, wara li jagħmel dawk l-investigazzjonijiet 
u dawk l-ispezzjonijiet li hu jidhirlu xierqa, biex ikun żgur li jkun 
hemm it-tagħmir għat-testijiet skond l-ispeċifikazzjonijiet li jidhru 
fir-Raba’ Skeda kif ukoll dawk ta’ l-istazzjonijiet kif hemm fil- 
Ħames Skeda, jawtorizza lill-individwu, lis-soċjetà jew lillkumpannija 
li jkunu applikaw biex ikun jew tkun operatur skond 
dawn ir-Regolamenti. 
(2) L-awtorizzazzjoni msemmija fis-subregolament (1) 
għandha tkun soġġetta għall-ħlas ta’ mitejn u ħamsin lira (Lm 250) 
bħala ħlas ta’ liċenzja ta’kull sena għal kull stazzjon ta’ l-ittestjar. 
Kondizzjonijiet 
għal operatur 
b’kuntratt. 
Emendat: 
A.L. 159 ta’ l- 
2003. 
10. (1) Kull operatur għandu josserva dawk il-kondizzjonijiet 
tal-kuntratt kif speċifikati fis-Sitt Skeda, kif ukoll dawn ilkondizzjonijiet 
li ġejjin: 
(a) l-operatur għandu jkun kompletament responsabbli 
għall-proċeduri kollha ta’ testijiet li jsiru fl-istazzjon 
ta’ testijiet għalbiex l-operatur ġie awtorizzat kif imiss 
biex jaħdem skond ir-regolament 9; 
(b) l-operatur għandu jinnotifika lill-uffiċjal awtorizzat blismijiet 
tal-persuni kollha li minn żmien għal żmien

TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ ġL.S.65.15 5 
ikunu awtorizzati, skond arranġamenti magħmula birregolament 
13, biex jagħmlu jew jissorveljaw 
personalment testijiet fi stazzjon awtorizzat biex isiru 
testijiet; u kull notifika għandha tingħata fi żmien 
sebat ijiem wara d-data ta’ xi awtorizzazzjoni. Fil-każ 
ta’ kumpannija jew soċjetà in-notifika għandha jkollha 
magħha awtorizzazzjoni ffirmata li tattesta li l-persuna 
li tkun iffirmat in-notifika għandha s-setgħa li tiffirma 
f’isem il-kumpannija jew soċjetà; 
(ċ) l-operatur għandu idendel fejn jidher fl-istazzjon 
awtorizzat biex isiru testijiet f’post prominenti biex 
ikunu jistgħu jinqraw minn persuni li jġibu l-vetturi 
għal testijiet f’dik l-istazzjon dawn id-dokumenti: 
(i) l-awtorizzazzjoni li fiha jkun speċifikat dak listazzjon, 
u 
(ii) lista ta’ l-ismijiet tal-persuni li għal dak iż- 
żmien ikunu awtorizzati biex jagħmlu jew 
jissorveljaw personalment it-testijiet f’dak listazzjon; 
(d) l-istazzjon u t-tagħmir ta’ ġo fih biex jisiru t-testijiet 
għandhom ikunu għad-disposizzjoni ta’ l-uffiċjal 
awtorizzat, jew tar-rappreżentant tiegħu, bl-iskop li 
jiżguraw li kollox jikkonforma mal-liġi.; 
(e) l-operatur għandu jinforma immedjatament lill- 
Kummissarju tal-Pulizija b’xi vettura, li tinġieb għal 
test, u li, skond informazzjoni li tkun ingħatat lilloperatur 
mill-uffiċjal awtorizzat, hija vettura misruqa; 
(f) l-operatur għandu fi żmien sebat ijiem qabel 
jinnotifika lill-uffiċjal awtorizzat dwar - 
(i) li jkun sejjer jidħol f’soċjetà bl-iskop li finnegozju 
tagħha jkollu ukoll dak tat-testijiet flistazzjon 
f’każ li hu jkun l-uniku individwu 
msemmi fl-awtorizzazzjoni; u 
(ii) xi bidla fl-istatut tal-kumpannija, meta s-soċietà tkun ikkuntrattat, 
u n-notifika għandha titqies bħala applikazzjoni skond 
id-disposizzjonijiet tar-regolament 9. 
(2) L-uffiċjal awtorizzat għandu jinnotifika lill-operatur li, flopinjoni 
tiegħu, xi persuna impjegata fl-istazzjon fejn isiru testijiet 
għandha tiġi mwaqqfa milli tkompli tagħmel jew tissorvelja 
testijiet, jew li tattesta riżultati pożittivi ta’ testijiet, u wara li 
jirċievi dik in-notifika l-operatur għandu jagħmel arranġamenti 
biex dik il-persuna ma tkomplix aktar tagħmel jew tissorvelja 
testijiet jew tattesta riżultati pożittivi ta’ testijiet, skond il-każ. 
(3) L-operaturi jkunu marbuta li jinformaw lill-uffiċjal 
awtorizzat, fi żmien sebat ijiem, meta jintemm xi impieg jew 
impieg ta’ persuni liċenzjati biex jittestjaw minn fost il-persunal 
tagħhom.

6 L.S.65.15ħ 
TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ 
Awtorizzazzjoni li 
ma tibqax isseħħ. 
Emendat: 
A.L. 159 ta’ l- 
2003. 
11. (1) Awtorizzazzjoni lil individwu bħala operatur għandha 
awtomatikament ma tibqax isseħħ jekk - 
(a) imut; 
(b) jidħol bħala pazjent fi sptar tal-moħħ; jew 
(ċ) jinstab ħati ta’ offiża kontra l-fiduċja pubblika. 
(2) Awtorizzazzjoni ta’ soċjetà bħala operatur għandha 
awtomatikament ma tibqax isseħħ jekk - 
(a) is-soċjetà tiġi xolta; jew 
(b) wieħed jew aktar mis-soċji jinstab jew jinstabu, skond 
il-każ, ħatja ta’ offiża kontra l-fiduċja pubblika: 
Iżda li is-soċju jew soċji li ma jkunux ħatja jkunu 
eliġibbli biex japplikaw għall-awtorizzazzjoni filkapaċ
ità individwali tagħhom, jew bħala soċjetà ġdida 
mingħajr is-soċju jew soċji li jkunu ntsabu ħatja. 
(3) Awtorizzazzjoni ta’ kumpannija bħala operatur għandha 
awtomatikament tieqaf mis-seħħ jekk, dwar dik il-kumpannija - 
(a) isir ordni ta’ stralċ; 
(b) tgħaddi riżoluzzjoni għall-istralċ volontarju; 
(ċ) jiġi maħtur riċevitur jew manager ta’ l-impriża talkumpannija; 
jew 
(d) jittieħed pussess, minn jew f’isem id-detenturi ta’ xi 
obbligazzjonijiet garantiti b’passiv fluttwanti, jew ta’ 
xi proprjetà tal-kumpannija kompriża, jew suġġetta 
għal dak il-passiv. 
(4) L-operatur jista’ f’kull żmien jinnotifika lill-uffiċjal 
awtorizzat li, wara d-data speċifikata fin-notifika, dak l-operatur 
mhux bi ħsiebu jkompli jaġixxi bħala operatur skond xi waħda 
mill-awtorizzazzjonijiet ta’ dak l-operatur jew skond xi 
awtorizzazzjoni li tkun speċifikata fin-notifika, u kull 
awtorizzazzjoni li għaliha n-notifika tkun tirreferixxi għandha 
tieqaf mis-seħħ fid-data speċifikata. 
(5) L-uffiċjal awtorizzat jista’ f’kull żmien jinnotifika loperatur, 
f’liema notifika jingħad - 
(a) li, mid-data speċifikata fin-notifika, l-awtorizzazzjoni 
ta’ dak l-operatur ma tibqax isseħħ, sakemm innotifika 
ma tiġix imħassra qabel dik id-data; 
(b) li, fil-każ fejn id-data li fiha l-awtorizzazzjoni ma 
tibqax isseħħ tkun anqas minn tmienja w għoxrin 
ġurnata mid-data tan-notifika, l-uffiċjal awtorizzat 
iħoss li jkun meħtieġ li n-notifika għandu jkollha effett 
aktar kmieni; u 
(ċ) li, fi żmien erbatax-il ġurnata, l-operatur (jew ilpersuna 
li tkun tirrapreżentah) jista’ jibgħat bil-miktub 
lill-uffiċjal awtorizzat l-argumenti favur li xi 
awtorizzazzjoni li għaliha n-notifika tirriferixxi 
għandha tibqa jew għandha terġa’ tingħata.

TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ ġL.S.65.15 7 
(6) Awtorizzazzjoni ma tibqax isseħħ mid-data msemmija finnotifika, 
sakemm din ma tiġix imħassra sussegwentement. 
Formuli u 
dokumenti li 
għandhom 
jintbagħtu lura lilluffiċ
jal awtorizzat. 
Emendat: 
A.L. 159 ta’ l- 
2003. 
12. (1) Jekk awtorizzazzjoni ta’ operatur ma tibqax isseħħ, loperatur 
għandu jibgħat lill-uffiċjal awtorizzat dawn id-dokumenti 
li f’dak il-ħin ikunu fil-pussess tiegħu: 
(a) il-formuli kollha mhux użati ta’ riżultat pożittiv ta’ 
test, rapporti ta’ spezzjon, karti ta’ spezzjon u ta’ 
notifika; 
(b) il-kopji kollha ta’ riżultati pożittivi jew negattivi ta’ 
testijiet; 
(ċ) in-notamenti kollha l-oħra magħmula skond irregolament 
22; u 
(d) meta din tkun ġiet revokata, id-dokument ta’ 
awtorizzazzjoni. 
(2) Meta jirċievi xi formuli mhux użati, li kienu oriġinarjament 
mixtrija mill-uffiċjal awtorizzat, ta’ riżultat pożittiv ta’ test 
mibgħuta lilhu skond is-sub-regolament (1), l-uffiċjal awtorizzat 
għandu jagħti lura lill-operatur dik is-somma li tkun ġiet imħallsa 
għall-provvista ta’ dawk il-formuli. 
(3) L-uffiċjal awtorizzat jista’, dwar xi formuli mhux użati ta’ 
riżultati pożittivi ta’ testijiet li jkunu ġew mibgħuta lilhu bħala 
kanċellati għax ġew mgħarrqin jew mhux tajbin biex jintużaw, 
jirrifondi lill-operatur is-somma li tħallset oriġinarjament imnaqqsa 
b’ħamsin fil-mija. 
TAQSIMA III 
Persuni Liċenzjati biex Jittestjaw 
Applikazzjonijiet 
għal persuni 
liċenzjati biex 
jittestjaw. 
Emendat: 
A.L. 159 ta’ l- 
2003. 
13. (1) Applikazzjonijiet għal liċenzi bħala persuni liċenzjati 
biex jittestjaw jistgħu jsiru minn - 
(a) individwu li - 
(i) għandu aktar minn dsatax-il sena fid-data ta’ lapplikazzjoni; 
u 
(ii) hu kwalifikat fil-qasam mekkaniku ta’ vetturi 
jew għandu għall-anqas ħames snin esperjenza 
kontinwa; 
(b) operatur awtorizzat li jissodisfa l-kondizzjonijiet 
imniżżla fil-paragrafu (a) ta’ dan is-sub-regolament. 
(2) Kull applikazzjoni għandha tiġi ffirmata mill-individwu li 
jagħmilha u għandha tkun fuq il-formula preskritta fit-Tielet Skeda. 
(3) Il-formula msemmija fis-sub-regolament (2) għandha tiġi 
ppreżentata fid-Direttorat flimkien mad-dokumenti li juru lkwalifiki 
u/jew ir-referenzi li għandhom x’jaqsmu ma’ dik lapplikazzjoni. 
(4) L-uffiċjal awtorizzat għandu, wara li jkun aċċerta ruħhu li 
ntlaħqu l-ħtiġiet ta’ l-applikazzjoni, joħroġ il-liċenza wara l-ħlas, 
mill-persuna li tittestja, tad-dritt ta’ għaxar liri (Lm 10).

8 L.S.65.15ħ 
TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ 
Kondizzjonijiet 
għal persuni 
liċenzjati biex 
jittestjaw. 
Emendat: 
A.L. 159 ta’ l- 
2003. 
14. (1) Kull persuna liċenzjata biex tittestja għandha tħares ilkondizzjonijiet 
speċifikati fis-Seba’ Skeda, kif ukoll dawn ilkondizzjonijiet 
li ġejjin: 
(a) il-persuna liċenzjata biex tittestja għandha tagħmel 
testijiet ta’ vetturi bil-mutur ta’ dik il-klassi li tkun 
speċifikata fil-liċenza tal-persuna li tittestja, u 
għandha, dwar l-affarjiet l-oħra kollha, tħares kull 
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti, 
kif dawn japplikaw għal persuna li tittestja: 
Iżda ebda persuna ma tkun liċenzjata biex 
tagħmel jew tissorvelja xi test jew tattesta xi riżultat 
pożittiv ta’ test sakemm dik il-persuna ma tkunx 
għaddiet minn kors ta’ struzzjoni approvat għal dak ilgħ
an mill-uffiċjal awtorizzat; 
(b) il-persuna liċenzjata biex tittestja għandha tħares, 
f’kull ħin, ir-regolamenti u standards li għandhom 
x’jaqsmu ma’ testjiet li jiċċertifikaw li l-vettura hija 
tajba għat-triq kif stipulati f’dawn ir-Regolamenti u 
approvati mid-Direttorat; 
(ċ) il-persuna liċenzjata biex tittestja ma tistax, taħt ebda 
ċirkostanza, tikkondizzjona minn qabel lis-sid talvettura 
biex isiru tiswjiet jew aġġustamenti kif indikati 
fir-riżultat tat-test, fl-istess post, jew tagħmel test li 
jiċċertifika li l-vettura hija tajba għat-triq fuq vettura 
bil-mutur li fuqha, immedjatament qabel dak it-test, 
tkun għamlet tiswijiet fuq partijiet li għandhom jiġu 
ttestjati; u 
(d) il-persuna liċenzjata biex tittestja ma għandhiex, taħt 
ebda ċirkostanza, tafferma riżultat pożittiv ta’ test 
sakemm ma jsirx test komplet u l-partijiet kollha li 
kellhom jiġu ttestjati ġew misjuba sodisfaċenti, jew 
tafferma riżultat pożittiv ta’ test magħmul mill-ġdid 
sakemm dan it-test ma jikkonfermax li it-tiswijiet 
meħtieġa ġew magħmula fuq il-partijiet li kellhom jiġu 
ttestjati. 
(2) L-uffiċjal awtorizzat jista’ jirrevoka l-liċenza ta’ persuna 
liċenzjata biex tittestja jekk dik il-persuna tkun kisret xi waħda 
mill-kondizzjonijiet mniżżlin fis-sub-regolament (1). 
TAQSIMA IV 
Testijiet 
Applikazzjonijiet 
għat-testjiet. 
Emendat: 
A.L. 159 ta’ l- 
2003. 
15. (1) Applikazzjoni għat-test (inkluż test mill-ġdid) ta’ 
vettura għandha ssir lill-operatur b’kuntratt b’arranġament bilmiktub. 
(2) L-operaturi b’kuntratt għandhom jiżguraw illi - 
(a) wara li ssir applikazzjoni, għandu jingħata minnufih 
appuntament biex isir t-test fl-iqsar żmien li jkun 
raġonevolment prattikabbli li jista’ jsir t-test f’ġurnata 
normali ta’ xogħol; 

TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ ġL.S.65.15 9 
(b) meta l-vettura tinġieb għat-test mingħajr ma jkun sar 
minn qabel appuntament biex isir t-test, l-applikant 
għandu jiġi nformat jew li t-test jista’ isir minnufih 
jew, jekk dan ma jkunx possibbli, dwar iż-żmien laktar 
kmieni li jkun raġonevolment prattikabbli li 
jista’ isir t-test f’ġurnata normali ta’ xogħol; 
(ċ) it-testijiet isiru skond l-appuntamenti magħmula jew linformazzjoni 
mogħtija skond id-disposizzjonijiet ta’ 
dan ir-regolament jew f’dawk iż-żminijiet l-oħra li 
jistgħu jiġi miftiehma bejn l-applikant u l-operatur 
b’kuntratt sakemm ċ-ċirkostanzi oġġettivi jippermettu. 
(3) Meta jsir appuntament jew jiġi miftiehem ħin biex isir test, 
l-operatur b’kuntratt għandu jniżżel il-ħin u d-data tat-test u l-isem 
tal-persuna li tkun għamlet l-applikazzjoni biex isir it-test. 
(4) Xejn f’dan ir-regolament ma għandu jitqies li jawtorizza li 
operatur b’kuntratt jista’ jippermetti li jsir test fuq vettura li ma 
tkunx ta’ tip inkluż fl-awtorizzazzjoni ta’ l-operatur. 
(5) L-uffiċjal awtorizzat, meta jkun meħtieġ, jista’ jordna li 
jsir test mill-ġdid ta’ vettura, u l-operatur għandu jiżgura li 
iqiegħed, biex isir it-test mill-ġdid, l-istazzjon fejn isiru testijiet 
għad-disposizzjoni ta’ l-ispettur maħtur mid-Direttorat, kif u meta 
meħtieġ mill-uffiċjal awtorizzat. 
Ħtiġiet dwar 
vetturi miġjuba 
għal testijiet. 
16. Operatur b’kuntratt ma jkunx obbligat li jagħmel test fuq 
vettura tal-mutur meta - 
(a) l-applikant, meta jġib il-vettura għat-test, ma jurix, 
meta jintalab, id-dokument ta’ reġistrazzjoni ta’ 
vettura li għandu x’jaqsam mal-vettura, jew juri 
dokument ta’ reġistrazzjoni tal-vettura li d-dettalji 
tiegħu ma jkunux jaqblu mad-dettalji korretti talvettura 
li tinġieb għat-test; 
(b) il-vettura jew xi parti tagħha jew xi tagħmir minn 
tagħha hu daqshekk maħmuġ li jkun diffiċli li jsir test 
skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti; 
(ċ) il-persuna liċenzjata biex tittestja ma tistax, bilfaċ
ilitajiet u l-apparat li għandha fil-post, tikkompleta 
t-test jekk il-vettura għal xi raġuni ma tistax tinsaq fiddistanza 
meħtieġa għat-test; u 
(d) qabel ma jsir test ta’ vettura bil-mutur xi oġġetti li 
jkunu fil-vettura, u li ma jifformawx parti mit-tagħmir 
jew aċċessorji tagħha, huma meħtieġa, mill-persuna li 
tittestja jew mill-ispettur, li jiġu mneħħija mill-vettura 
jew li jiġu mistura b’dak il-mod li jidhirlu li jkun 
meħtieġ, u dawn l-oġġetti ma jiġux hekk mneħħija jew 
mistura. 

10 L.S.65.15ħ 
TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ 
Kondizzjonijiet 
dwar 
responsabbiltà għal 
ħsara lil vetturi jew 
responsabbiltà lejn 
terzi persuni. 
Emendat: 
A.L. 159 ta’ l- 
2003. 
17. (1) Meta vettura bil-mutur tinġieb għat-test li għandu jsir 
minn persuna liċenzjata biex tittestja jew minn spettur, l-operatur 
ikun responsabbli għal u għandu jkun kopert minn polza ta’ 
assigurazzjoni kontra - 
(a) telf jew ħsara lill-vettura jew it-tagħmir jew aċċessorji 
tagħha li jiġru in konnessjoni mat-test waqt xi perijodu 
li l-vettura tkun, minħabba t-test, fil-kustodja ta’ loperatur; 
u 
(b) telf jew ħsara lil xi proprjetà oħra jew korriment, 
(kemm jekk fatali jew le), li jkun telf, ħsara jew 
korriment li jiġru mill-użu tal-vettura fil-waqt li jsir ttest. 
Din l-assikurazzjoni trid tkun bħal dik ta’ min ikollu lfaċ
ilitajiet biex isir test u jaċċetta, bi ħlas, il-kustodja ta’ vettura 
biex jagħmel it-test skond il-kuntratt, li, iżda, ma jipprovdix għallassikurazzjoni 
li tkopri t-telf, il-ħsara jew il-korriment. 
(2) L-ebda persuna li ġġib vettura għal test jew li jkollha 
interess f’vettura bħal dik ma għandha tiġi mitluba jew meħtieġa 
minn operatur, kemm direttament jew indirettament, li taċċetta xi 
responsabbiltà għal, jew li tagħti xi rilaxx jew indenizz dwar, xi 
telf, ħsara jew korriment li għalihom ikun responsabbli l-operatur 
skond id-disposizzjonijiet ta’ sub-regolament (1). 
(3) Kull persuna, iżda, tista’ tiġi mitluba jew meħtieġa li 
taċċetta responsabbiltà għal, jew li tagħti rilaxx jew indenizz dwar 
telf jew ħsara lill-vettura jew t-tagħmir jew l-aċċessorji tagħha li 
jiġru waqt li l-vettura tkun fil-kustodja ta’ operatur, wara l-ħin meta 
l-vettura tkun meħtieġa li titneħħa minn dik il-kustodja. 
(4) L-operatur ikun responsabbli għal, u għandu jeħles lill- 
Gvern ta’ Malta, l-uffiċjal awtorizzat u l-uffiċjali w impjegati 
tagħhom dwar, kull talba, ħsara jew responsabbiltà, u spejjeż 
konnessi ma’ l-istess, li jistgħu jinqalaw dwar xi ħaġa li ssir jew li 
kellha ssir jew li ma saritx mill-operatur u/jew l-impjegati tiegħu, 
taħt l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-operatur skond iddisposizzjonijiet 
ta’ dawn ir-Regolamenti. 
(5) F’dan ir-regolament - 
(a) referenzi għal test, dwar vettura li, wara li jsir test, 
tibqa’ fil-kustodja ta’ operatur biex ikun jista’ jsir test 
ieħor fuq dik il-vettura, jinkludu referenzi għal dak ittest 
l-ieħor; u 
(b) referenzi għal perijodu li fih vettura tkun fil-kustodja 
tad-Direttorat, jinkludu referenzi għal kull perijodu li 
fih il-vettura tkun, in konnessjoni mat-test fuq ilvettura 
minn spettur, taħt il-kontroll u kura ta’ lispettur. 
Test wara inċidenti 
serji. 18. Vetturi li jkunu nvoluti f’xi inċident li jista’ raġonevolment 
jeffetwa jekk il-vettura tkunx tajba għat-triq jew le, jkollhom 
jgħaddu minn test li jiċċertifika li l-vettura hija tajba għat-triq.

TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ ġL.S.65.15 11 
Riżultati ta’ 
testijiet. 
Emendat: 
A.L. 159 ta’ l- 
2003. 
19. (1) Il-persuni liċenzjati biex jittestjaw u l-ispetturi 
għandhom, wara li jiġi kompletat it-test fuq vettura bil-mutur u, flistess 
data li fiha t-test ikun ġie kompletat - 
(a) jikkonfermaw ir-riżultat pożittiv tat-test fuq il-vettura 
u li il-ħtiġiet preskritti ġew imħarsa; jew 
(b) jikkonfermaw in-notifika ta’ riżultat negattiv tat-test, 
fil-każ fejn il-ħtiġiet preskritti ma ġewx mħarsa, u 
jagħtu r-raġunijiet: 
Iżda jekk it-tiswijiet meħtieġa biex jiġu mħarsa il- 
ħtiġiet preskritti isiru, il-vettura tista’ tintbagħat għal 
test mill-ġdid fi żmien tnax-il ġurnata tax-xogħol, 
liema appuntament ikun ġie iffissat qabel ma s-sid talvettura 
jitlaq mill-istazzjon fejn isiru testijiet wara li 
jsir it-test oriġinali, u jekk jiġi maħruġ riżultat pożittiv 
ta’ test wara dan it-test mill-ġdid li jiċċertifika li ttiswijiet 
meħtieġa saru fuq il-vettura bil-mutur biex 
jiġu mħarsa il-ħtiġiet preskritti, għandu jitħallas dritt li 
ma jkunx aktar minn ħamsin fil-mija tad-dritt għat-test 
sħiħ kif speċifikat fit-Tmien Skeda: 
Iżda wkoll jekk vettura ma tinġiebx għal test mill- 
ġdid fi żmien tnax-il ġurnata tax-xogħol, iddisposizzjonijiet 
kollha ta’ dawn ir-Regolamenti 
rigward testijiet għandhom japplikaw. 
(2) Kull riżultat pożittiv ta’ test u kull notifika ta’ riżultat 
negattiv ta’ test għandhom ikunu fil-forma meħtieġa mid- 
Direttorat, u għandhom jinkludu l-isem tal-persuna liċenzjata li 
kienet responsabbli għat-test, u għandhom jiġu konfermati bħala 
korretti mill-operatur. 
(3) Kull riżultat pożittiv ta’ test u kull notifika ta’ riżultat 
negattiv ta’ test maħruġa skond id-disposizzjonijiet ta’ dan irregolament 
u tar-regolament 15 għandhom, wara li jsir it-test, jiġu 
ffirmati - 
(a) mill-operatur li t-test ikun sar fl-istazzjon tiegħu; 
(b) meta t-test ikun sar minn spettur, minn dak l-ispettur, li 
għandu jispeċifika l-awtorità li biha hu ġie awtorizzat 
li jagħmel t-test, 
u kull firma fuq riżultat pożittiv ta’ test jew notifika ta’ riżultat 
negattiv ta’ test minn operatur jew minn spettur, skond il-każ, 
għandha jkollha fuqha timbru jew boll ta’ l-operatur jew tad- 
Direttorat li f’ismu in-notifika ta’ riżultat pożittiv ta’ test jew innotifika 
ta’ riżultat negattiv ta’ test tkun ġiet iffirmata. 
L.S. 65.11 
(4) Ebda liċenza kif speċifikata fir-Regolament 18 tar- 
Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur, ma għandha tinħareġ milluffiċ
jal awtorizzat f’isem il-Kummissarju tal-Pulizija sakemm issid 
tal-vettura ma jipproduċix lill-uffiċjal awtorizzat ir-riżultat 
pożittiv ta’ test dwar dik il-vettura flimkien ma’ riċevuta għal dak li 
jirrigwarda il-ħlas ta’ l-amministrazzjoni lid-Direttorat kif 
speċifikat fid-Disa’ Skeda.

12 L.S.65.15ħ 
TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ 
TAQSIMA V 
Drittijiet 
Dritt għal testijiet. 
Emendat: 
A.L. 157 ta’ l- 
1999. 
20. (1) Id-dritt li għandu jitħallas għat-test ta’ vettura skond 
applikazzjoni magħmula għandu jkun dak preskritt fit-Tmien 
Skeda, u għandu jitħallas wara li jkun tlesta t-test. 
(2) Id-dritt sħiħ msemmi fit-Tmien Skeda jinkludi - 
(a) id-dritt li jitħallas lill-operatur; 
(b) il-ħlas għall-amministrazzjoni; u 
Kap. 406. 
(ċ) kull taxxa fuq il-valur miżjud li tista’ tkun dovuta 
skond l-Att dwar il-Valur Miżjud. 
(3) Testijiet biex jiċċertifikaw li vetturi huma tajba għat-triq 
għandhom isiru f’dawk iż-żminijiet u f’dawk l-intervalli msemmija 
fit-Tmien Skeda. 
TAQSIMA VI 
Ksur ta’ kuntratt 
Ksur ta’ kuntratt. 21. L-operatur li jonqos li jħares il-kondizzjonijiet ta’ kuntratt 
għall-operaturi kif speċifikat fis-Sitt Skeda jikkontravjeni l-kuntratt 
u jeħel il-penali mniżżla fil-kondizzjonijiet ta’ kuntratt. 
TAQSIMA VII 
Disposizzjonijiet Ġenerali 
Notamenti li 
għandhom 
jinżammu u 
rendikontijiet li 
għandhom jiġu 
mibgħuta minn 
operaturi. 
Emendat: 
A.L. 159 ta’ l- 
2003. 
22. (1) L-operaturi għandhom iżommu duplikat tan-notamenti 
li jirriferixxu għat-testijiet kollha li jsiru f’kull stazzjon speċifikat. 
Dawn in-notamenti għandhom isiru skond il-formula approvata 
mid-Direttorat. 
(2) Matul l-ewwel ħmistax-il ġurnata ta’ kull xahar, kull 
operatur għandu jibgħat lill-uffiċjal awtorizzat fid-Direttorat - 
(a) kopja tan-notament li jkun fih l-entrati magħmulin 
dwar it-test, li bħala riżultat tiegħu inħareġ riżultat 
pożittiv tat-test jew notifika ta’ riżultat negattiv tattest 
matul ix-xahar preċedenti; jew 
(b) jekk ma nħareġ ebda riżultat pożittiv ta’ test jew 
notifika, dikjarazzjoni f’dan is-sens. 
(3) Il-kopja l-oħra ta’ dawk in-notamenti għandha tinżamm 
mill-operatur fl-istazzjon fejn it-testijiet imsemmija ikunu ġew 
imwettqa, għal dak il-perijodu li hemm bżonn biex jiżgura li jekk 
issir xi spezzjoni ta’ dawk in-notamenti skond ir-regolament 24, lentrati 
li jirriferixxu għal kull test li jkun sar matul l-aħħar erbgħa 
w għoxrin xahar ikunu disponibbli għal spezzjon. 
(4) Kull operatur għandu jiżgura li mal-ħruġ, minn għandu jew 
minn spettur, ta’ riżultat pożittiv ta’ test jew ta’ notifika ta’ riżultat 
negattiv ta’ test, kopja ta’ dak ir-riżultat pożittiv ta’ test jew 
notifika issir u tinżamm f’dak l-istazzjon għall-perijodu ta’ mhux 
anqas minn erbgħa w għoxrin xahar.

TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ ġL.S.65.15 13 
Riżultati pożittivi 
ta’ testijiet 
duplikati. 
23. (1) Jekk riżultat pożittiv ta’ test jintilef jew jitgħarraq, 
applikazzjoni biex jinħareġ duplikat tar-riżultat pożittiv ta’ test 
oriġinali tista’ ssir lill-operatur fejn ikun sar t-test. 
(2) L-operatur li lilu issir l-applikazzjoni għandu joħroġ 
riżultat pożittiv ta’ test duplikat biss meta l-partikolaritajiet 
suffiċjenti tat-test mgħoddi tal-vettura jistgħu jiġi rintraċċati; u dan 
ir- riżultat pożittiv għandu jiġi mmarkat "Duplikat", u jkollu listess 
effett bħar-riżultat tat-test oriġinali: 
Iżda ma tittieħed ebda azzjoni biex jiġi rintraċċat riżultat 
pożittiv ta’ test jekk ir-riżultat pożittiv ta’ test oriġinali ikun ġie 
maħruġ aktar minn erbgħa w għoxrin xahar qabel, jew jekk lapplikant 
ma jagħtix ma’ l-applikazzjoni tiegħu d-data, bejn wieħed 
u ieħor, ta’ meta nħareġ l-oriġinal u xi nformazzjoni oħra li tista’ 
tgħin biex jiġi rintraċċat id-dokument. 
L-ispezzjon talpostijiet, 
ta’ lapparat 
u tannotamenti. 
24. Kull spettur jista’ f’kull ħin, waqt il-ġurnata normali taxxogħ
ol, wara li juri x’kariga għandu, jekk hekk meħtieġ, jidħol f’xi 
stazzjon u jkollu d-dritt li - 
(a) jispezzjona l-istazzjon u l-apparat li jkun hemm flistazzjon 
u jeżamina u jara xi testijiet li jkunu qegħdin 
isiru; 
(b) jassigura dwar l-effiċjenza ta’ dak l-apparat għal dak li 
għandu x’jaqsam mal-kalibrazzjoni u, fil-każ ta’ 
apparat li hu ntiż biex jagħti indikazzjoni ta’ kejl, li 
jitlob li tingħatalu prova li dak l-apparat ikun jista’ 
jagħti dak il-kejl b’mod preċiż f’limiti raġonevoli; 
(ċ) jispezzjona in-notamenti kollha u l-kopji ta’ riżultati 
pożittivi ta’ testijiet, u notifiki ta’ riżultati negattivi ta’ 
testijiet kif ukoll notamenti dwar il-kalibrazzjoni tattagħ
mir kollu li jittestja, li huma meħtieġa li jinżammu 
f’dak l-istazzjon; 
(d) jingħata dik l-informazzjoni li jista’ raġonevolment 
jeħtieġ dwar xi waħda mill-affarijiet imsemmija; u 
(e) ġeneralment biex jiżgura li d-disposizzjonijiet tal- 
Ħames Skeda u tas-Sitt Skeda jkunu qiegħdin jiġu 
osservati. 
Formuli. 
Emendat: 
A.L. 159 ta’ l- 
2003. 
25. (1) L-uffiċjal awtorizzat għandu jipprepara u jipprovdi, 
għall-finijiet ta’ dawn ir-Regolamenti, kull formula li hi meħtieġa li 
tiġi approvata minnu, jew li hi meħtieġa biex tintuża bħala riżultat 
pożittiv ta’ test, jew notifika ta’ riżultat negattiv ta’ test, biex 
tikkostitwixxi in-notamenti meħtieġa li jinżammu, u jista’ jinkludi 
fil-formuli l-affarijiet addizzjonali li hu jikkonsidra li jkunu ta’ 
għajnuna lil persuni li jagħmlu użu minn dawn il-formuli jew lillpersuni 
li lilhom jinħarġu dawn il-formuli meta jiġu kompletati u 
f’dan il-każ ma tista’ tiġi użata ebda formula oħra ħlief dik 
provduta. 
(2) Il-formuli msemmija fis-sub-regolament (1) għandhom 
jiġu provduti mill-uffiċjal awtorizzat wara l-ħlas tad-dritt li jiġi 
muri fuqhom. 
(3) L-uffiċjal awtorizzat jista’ jipprepara u jipprovdi, wara li 
jitħallas id-dritt, software addatat għall-użu mill-operaturi dwar

14 L.S.65.15ħ 
TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ 
testijiet biex jiċċertifikaw li vetturi bil-mutur ikunu tajba għat-triq: 
Iżda sakemm is-software jitlesta mill-uffiċjal awtorizzat, 
kull software ieħor użat mill-operaturi dwar testijiet biex 
jiċċertifikaw li vetturi bil-mutur ikunu tajba għat-triq għandu jkun 
konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet approvati mill-uffiċjal 
awtorizzat. 
TAQSIMA VIII 
Spezzjoni Teknika ta’ Ċerti Vetturi Tul it-Triq 
Klassijiet ta’vetturi 
li għandhom jiġu 
soġġetti għal 
spezzjonijiet tul ittriq. 
Miżjud: 
A.L. 159 ta’ l- 
2003. 
26. Vetturi ta’ Klassi IIA (użati għat-trasport tal-passiġġ ieri) u 
vetturi ta’ Klassi III, kif inhu mfisser fit-Tieni Skeda, kemm jekk 
reġistrati f’Malta jew f’xi pajjiż ieħor, għandhom ikunu soġġetti 
għal spezzjonijiet tekniċi każwali tul it-triq meta jkunu qed 
jiċċirkolaw f’xi triq pubblika f’Malta. 
Aspetti ta’ lispezzjonijiet 
tekniċi tul it-triq. 
Miżjud: 
A.L. 159 ta’ l- 
2003. 
27. L-ispezzjonijiet tekniċi tul it-triq għandhom jiġbru fihom 
xi wieħed jew aktar mill-aspetti li ġejjin: 
(a) valutazzjoni minn daqqa t’għajn tal-kondizzjoni ta’ 
manutenzjoni tal-vettura meta din tkun wieqfa; 
(b) verifika tad-dokumentazzjoni li tirrigwarda l-eżami ta’ 
kemm vettura hi tajba għat-triq jew ta’ l-aktar rapport 
riċenti ta’ l-ispezzjoni teknika; 
(ċ) spezzjoni ta’ l-irregolaritajiet li jkopru f’xi waħda jew 
aktar mill-affarijiet imsemmija fil-lista ta’ verifika li 
hemm fl-Għaxar Skeda. 
Spezzjoni tassistema 
ta’ 
brejkijiet u ta’lemissjoni 
tadduħħ
an. 
Miżjud: 
A.L. 159 ta’ l- 
2003. 
28. Spezzjoni tas-sistema ta’ brejkijiet u ta’ l-emissjonijiet lexhaust 
għandha sseħħ skond ir-regolamenti stipulati fil-Ħdax l- 
Iskeda. 
Oġġetti eżentati. 
Miżjud: 
A.L. 159 ta’ l- 
2003. 
29. Oġġetti msemmija fl-Għaxar Skeda jistgħu jiġu eżentati 
mill-ispezzjoni jekk dawn l-oġġetti jkunu ġew eżaminati u 
għaddew mit-test li jiċċertifika li l-vetturi jkunu tajba għat-triq jew 
minn spezzjoni teknika tul it-triq matul it-tliet xhur ta’qabel. 
Notifiki. 
Emendat: 
A.L. 159 ta’ l- 
2003. 
30.* Ħlief kif provdut xort’oħra f’dawn ir-Regolamenti, kull 
notifika maħruġa mill-uffiċjal awtorizzat lill-operaturi għandha 
tintbagħat bil-posta jew bil-facsimile lill-operaturi fl-istazzjon. 
*Numerat mill-ġdid bħala konsegwenza ta’ l-emendi magħmula bl-Avviż Legali 
159 ta’ l-2003.

TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ ġL.S.65.15 15 
A. Il-ħtiġiet maħruġa mill-Ispettorat tal-Vetturi tar-Renju Unit kif inklużi filmanwali 
li ġejjin u l-aġġornamenti u l-emendi tagħhom li jiġu wara: 
(a) Il-MOT Inspection Manuals: 
- Car and Light Commercial Vehicle Testing (1996 Consolidated Edition) 
- Motor Cycle Testing (1992 Edition) 
- Private Bus Testing (vetturi b’13 jew aktar sedili tal-passiġġieri) (1994 
Edition) 
(b) Il-Public Service Vehicle Inspection Manual (1997 Edition) 
(ċ) Il-Heavy Goods Vehicle Inspection Manual (1997 Edition) 
B. - il-ħtiġiet b’konnessjoni mal-vetturi tas-servizz pubbliku li jistgħu jinħarġu 
minn żmien għal żmien mill-Awtorità 
Ċ. Testijiet tal-livell tal-ħsejjes ta’ l-exhaust 
Vetturi tal-Klassi I - għandhom jiġu ttestjati għal skala ta’ livell ta’ 
ħsejjes ta’ l-exhaust li ma jeċċedix 119 dB (A) meta id-dawriet sħaħ talmakna 
ikunu tlett kwarti tal-velocità massima fuq l-iskala. 
Vetturi ta’ Klassi II u ta’ Klassi III - għandhom jiġu ttestjati għal livell 
ta’ ħsejjes kif mniżżel hawn taħt għall-makni diversi meta id-dawriet 
sħaħ tal-makna ikunu tlett kwarti tal-velocità massima fuq l-iskala: 
- il-makni kollha tal-petrol għal 100 dBA; 
- il-makni kollha tad-diesel li jkunu anqas minn 150KW (200bhp) 
għal 101 dBA; 
- il-makni kollha tad-diesel li jkunu daqs jew iżjed minn 150KW 
(200bhp) għal 105 dBA. 
D. Ittestjar funzjonali tal-mekkaniżmu użat għal-limitazzjoni tal-veloċità. 
Il-vetturi kollha taħt Klassi III li, skond ir-Regolamenti dwar Vetturi bil- 
Mutur (Piżijiet, Dimensjonijiet u Tagħmir), għandhom ikunu mgħammra 
b’mekkaniżmu għal-limitazzjoni tal-veloċità, għandhom ikunu spezzjonati 
kull fejn ikun prattiku, biex jiġi assigurat li kull mekkaniżmu għal 
limitazzjoni tal-veloċità ikun qed jopera għalkollox kif imiss u li jiġu ffissati 
l-limiti ta’ veloċità massimi li ġejjin għall-kategoriji ta’ vetturi li ġejjin: 
- Vetturi kummerċjali bis-86 kph 
- Vetturi kummerċjali użati nazzjonalment għall-ġarr ta’ merkanzija 
perikoluża b’massimu ta’ 100 kph 
- Vetturi użati għall-ġarr nazzjonali tal-passiġġieri b’100 kph. 
L-EWWEL SKEDA Emendata: 
A.L. 314 ta’ l-2001. 
ġRegolament 2ħ 
Ħtiġiet Preskritti

16 L.S.65.15ħ 
TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ 
Kull vettura bil-mutur għandha tkun klassifikata kif ġej għall-finijiet ta’ testijiet: 
KLASSI I - Motorcycles 
• motorcycles 
• motorcycles komposti minn diversi biċċiet 
KLASSI II - Vetturi bil-mutur li l-g.v.w. tagħhom huwa anqas minn 3,500 kg. 
A Vetturi użati biex jinġarru l-passiġġieri: 
• Midi buses, mini buses u vannijiet ta’ aktar minn tmien postijiet 
bil-qiegħda, eskluż il-post tax-xufier 
Vetturi Kummerċjali 
• Il-vetturi użati biex jinġarru l-oġġetti 
Trailers, semi-trailers u vetturi oħra li jinġibdu 
B Vetturi użati biex jinġarru l-passiġġieri u ta’ mhux aktar minn tmien postijiet 
bil-qiegħda, eskluż il-post tax-xufier: 
• Taxis 
• Ambulanzi 
• Vetturi misjuqa minn xufier 
• Vetturi self-drive 
• Vetturi oħra ħfief tal-passiġġieri 
KLASSI III - Vetturi bil-Mutur li l-g.v.w. huwa 3,500 kg jew aktar. 
Vetturi użati biex jinġarru l-passiġġieri: 
• Karrozzi (buses) tal-linja, coaches, buses privati, midibuses, 
minibuses u vannijiet ta’ aktar minn tmien postijiet bil-qiegħda, 
eskluż il-post tax-xufier 
Vetturi Kummerċjali: 
• Vetturi użati biex jinġarru l-oġġetti 
Trailers, semi-trailers u vetturi oħra li jinġibdu 
Vetturi oħra. 
IT-TIENI SKEDA Sostitwita: 
A.L. 157 ta’ l-1999. 
ġRegolament 4ħ 
Klassifikazzjoni tal-Vetturi

TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ ġL.S.65.15 17 
IT-TIELET SKEDA Emendata: 
A.L. 159 ta’ l-2003. 
ġRegolamenti 8 u 13ħ 
DIRETTORAT TAL-LIĊENZI U TESTIJIET 
REGOLAMENTI DWAR TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI 
BIL-MUTUR IKUNU TAJBA GĦAT-TRIQ 
APPLIKAZZJONI GĦAL AWTORIZZAZZJONI 
BIEX TAĦDEM BĦALA OPERATUR

18 L.S.65.15ħ 
TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ

TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ ġL.S.65.15 19

20 L.S.65.15ħ 
TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ 
Il-passaġġ/passaġġi ta’ testjiet, li għandhom ikunu kompjuterizzati għal kollox, 
għandhom jinkorporaw: 
1. Roller li jittestja il-brejkijiet għal vetturi bil-mutur u trailers ta’ piż gross ta’ 
vettura ta’ 3,500kg u aktar; jew Roller li jittestja il-brejkijiet għal vetturi bilmutur 
u trailers ta’ piż gross ta’ vettura ta’ anqas minn 3,500Kg; jew Roller li jittestja l-brejkijiet għal motorcycles; jew Pjanċa li tittestja l-brejkijiet 
bħala alternattiva għall-kategorija tal-piż imsemmija qabel; 
2. Apparat li jittestja id-direzzjon tad-dija tal-fanali fuq quddiem; 
3. Analizzatur (Petrol u Diesel) ta’ l-exhaust; 
4. Pjanċi elettroniċi għat-tidwir tar-roti; 
5. Meter elettroniku illi jqis il-livell tal-ħsejjes; 
6. Faċilitajiet biex wieħed ikun jista’ jgħolli l-vettura jew jinżel taħtha 
b’tagħmir ta’ manwella għal fus. 
Tagħmir ieħor 
7. Decelerometer - (li jinġarr) biex isir it-test tal-brejkijet fl-eventwalità li ma 
jaħdimx it-tagħmir msemmi fil-paragrafu 1, u għal użu fuq vetturi li ma 
jistgħux jiġu ttestjati bit-tagħmir fuq imsemmi; e.ż. sewqan permanenti fuq 
erba’ roti, vetturi bir-roti bil-pernijiet, eċċ.; 
8. Gauge għall-insiġ, martell tat-tip tapping, lieva żgħira u Lampa ta’ Vultaġġ 
Baxx u sett ta’ chocks tar-roti. 
Il-passaġġ/passaġġi ta’ testjiet, li għandhom ikunu kompjuterizzati għal kollox, 
għandhom ikunu tajba biex: 
• jittestjaw l-effiċjenza tal-brejkijiet prinċipali, sekondarji u ta’ l-ipparkjar 
rispettivament għal għall-inqas 50% tal-piż gross tal-vettura, 25% tal-piż 
gross tal-vettura u 16% tal-piż gross tal-vettura, kif ukoll limitu ta’ żbilanċ 
fuq il-brejkijiet ta’ għall-anqas 70% fuq kull fus; 
• jittestjaw il-ħruġ ta’ gass ta’ exhaust minn makni tal-petrol għall-anqas għal 
livelli ta’ gassijiet ta’ Carbon Monoxide u Hydrocarbon li ma jeċċedux lispeċ
ifikazzjonijiet tal-fabbrikanti b’għall-anqas 0% volum u 50 ppm 
rispettivament; 
• iqisu it-tidwiriet sħaħ tal-makna kull minuta u t-temperatura taż-żejt talmakna 
waqt il-ħin tat-test; 
• jeżegwixxu test Lambda skond l-ispeċifikazzjoni tal-fabbrikanti u jkollhom 
1K bħala l-limitu tal-valur tiegħu; 
• jittestjaw il-ko-effiċjenza ta’ l-assorbiment ta’ l-opaċità tal-gass ta’ l-exhaust kemm ta’ makni aspirated b’mod naturali kif ukoll ta’ makni diesel turbocharged 
skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-fabbrikanti (ir-range minimu fuq liskala 
hu K= 0 għal 6m-1); 
• jittestjaw il-logħob fil-vojt ta’ l-isteering permezz ta’ l-użu ta’ pjanċi li 
jdawru r-roti; 
• jkollhom il-faċilità li jgħollu l-vetturi biex jispezzjonawhom minn taħt u biex 
Emendata: 
A.L. 159 ta’ l-2003. 
IR-RABA’ SKEDA 
ġRegolamenti 9 u 24ħ

TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ ġL.S.65.15 21 
jgħollu il-fusijiet separati biex jikkonfermaw it-tqagħbir ordinarju fuq listeering 
u s-sospensjonijiet; 
• jittestjaw id-direzzjon tal-fanali fuq quddiem skond limiti determinati minn 
qabel li ma jkunux barra minn tolleranzi fuq il-band fuq it-tagħmir li juri ddirezzjon 
tagħhom kif meħtieġ mis-setting tat-tip u għoli tal-fanal ta’ 
quddiem; 
• jittestjaw il-livell tal-ħsejjes tas-sistema ta’ exhaust; 
• jistampaw u jittrasmettu direttament lid-Direttorat ta’ Liċenzi u Testijiet, illimiti 
u l-valuri attwali li jirriżultaw mit-testjiet li jsiru, kif ukoll ilpartikolaritajiet 
ta’ l-istazzjon u tal-vettura li tkun għamlet it-test, u tad-data 
u ħin tat-test. 
Is-software, hardware u tagħmir ta’ komunikazzjoni użat minn operaturi għandu 
jkun kapaċi li jiġi trasmess on-line u jaġġorna id-databases dwar il-vettura użati 
mid-Direttorat ta’ Licenzi u Testijiet. 
Is-software, hardware u tagħmir ta’ komunikazzjoni użat minn operaturi għandu 
jkun skond l-istandards tal-Gvern.

22 L.S.65.15ħ 
TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ 
IL-ĦAMES SKEDA 
ġRegolamenti 9 u 24ħ 
SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦAL STAZZJONIJIET FEJN ISIRU TESTIJIET 
L-istazzjonijiet kollha - 
(a) għandhom ikollhom id-dimensjonijiet minimi kif murija hawn taħt ta’ lentratura 
u ta’ l-area għall-ispezzjonijiet għal klassjijiet differenti ta’ 
vetturi:- 
(b) għandu jkollhom massimu ta’ żewġ passaġġi għat-testijiet u għandhom ikunu 
addattati għall-ittestjar ta’ vetturi fil-klassi li japplikaw għaliha; 
(ċ) għandhom jiġu provduti, fil-post, b’area maqgħtuha għaliha għas-sidien talvetturi 
fejn ikunu jistgħu jaraw il-vettura tagħhom waqt li tkun qiegħdha tiġi 
ttestjata; 
(d) għandhom jiżguraw, fil-każ fejn servizzi oħra jiġu provduti mill-istess post, 
li l-area ta’ l-ittestjar tkun maqgħtuha għaliha b’ħajt jew struttura permanenti 
oħra; 
(e) il-postijiet kollha, minbarra dawk għall-ittestjar tal-motorcycles, għandhom 
preferibbilment ikunu tat-tip through-flow, cjoè, jidħlu għat-test minn naħa 
waħda u jikkompletaw it-test minn oħra; 
(f) l-area tat-test għandha jkollha art kapaċi tiflaħ il-piż ta’ vetturi waqt it-test; 
(g) għandu preferibbilment ikollhom spazju suffiċjenti għall-ipparkjar mhux fuq 
it-triq; 
(h) għandu jkollhom aċċess protett minn u għat-triq prinċipali; 
(i) is-sit tat-testijiet għandu jiġi magħluq fiż-żgur wara l-ħin tax-xogħol. 
Entratura Area 
Għoli Wisa’ Tul Wisa’ 
Vetturi Tqal 4.5m 3.5m 19.0m 4.5m 
Vetturi Ħfief 2.4m 2.5m 6.0m 3.5m 
Motorcyles - - 3.0m 1.5m

TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ ġL.S.65.15 23 
Operaturi ta’ l-istazzjonijiet għandhom jiffirmaw kuntratt ma’ l-uffiċjal awtorizzat, 
li fih jiftiehmu li jaċċettaw il-kondizzjonijiet imsemmija hawn taħt, u jipprovdu jew: 
(i) garanzija bankarja ta’ Lm10,000 għal kull stazzjon; jew 
(ii) garanzija bankarja kollettiva ta’ mhux anqas minn Lm35,000 provduta 
konġuntament bejn l-istazzjonijiet kollha li jiddeċiedu li jagħtu din ilgaranzija, 
u, f’kull każ, jekk fl-opinjoni ta’ l-uffiċjal awtorizzat, l-operatur jikser il-kuntratt, listess 
operatur għandu jiddepożita l-ammont ta’ Lm5,000 favur l-Uffiċjal 
Awtorizzat, u jekk dan ma jseħħx, l-istess Uffiċjal jista’ jieħu azzjoni biex jitħallas 
mill-individwu jew garanzija kollettiva, skond il-każ, u l-operatur għandu 
immedjatament jiddepożita s-somma sabiex il-garanzija titreġġa’ lura daqs is-somma 
oriġinali; fil-każ tat-tieni reat, l-operatur jitlef il-garanzija (Lm10,000) u l-uffiċjal 
awtorizzat għandu jirtira l-liċenzja relatata ma’ l-istazzjon: 
(a) li għandu jkollhom awtorizzazzjoni mid-Direttorat ta’ Liċenzi u Testijiet li 
tippermetti l-ittestjar ta’ vetturi fl-istazzjon tagħhom, fuq waħda jew aktar 
minn tlett klassi ta’ vetturi, li huma motorcycles, vetturi ħfief u vetturi tqal 
kif speċifikat fl-applikazzjoni; 
(b) li jiġu addebitati, mill-uffiċjal awtorizzat, dritt għal liċenza annwali għal kull 
passaġġ ta’ test kif speċifikat fir-Regolamenti dwar il-Liċenzi tal-Pulizija; 
(ċ) li għandu jkollhom fuq il-post, għal kull passaġġ ta’ l-ittestjar, minimu ta’ 
persuna waħda liċenzjata kwalifikata bħala persuna li tittestja u persuna 
bħala assistent tagħha; 
(d) li ma għandhomx joperaw sakemm huma u l-persunal magħżulin tagħhom 
ma jkunux għaddew minn kors ta’ taħriġ approvat kif stipulat mid-Direttorat 
ta’ Liċenzi u Testijiet biex jiġu osservati r-Regolamenti dwar Testijiet biex 
jiċċertifikaw li Vetturi bil-Mutur ikunu tajba għat-triq; 
(e) li ma għandhomx jagħmlu testijiet fuq il-vetturi sakemm id-Direttorat ta’ 
Liċenzi u Testijiet ma jkunx sodisfatt illi l-faċilitajiet u t-tagħmir huma 
skond il-ħtiġiet preskritti; 
(f) li għandhom iħallu għal-wiri l-liċenza maħruġa mill-uffiċjal awtorizzat għal 
persuni awtorizzati biex jittestjaw li jkunu mpjegati fl-istazzjon tagħhom; 
(g) li għandhom josservaw ir-Regolamenti u Standards għat-testijiet tal-vetturi li 
dawn huma tajbin għat triq skond ir-regolamenti ta’ qabel din l-Iskeda u blapprovazzjoni 
tad-Direttorat tal-Liċenzi u Testijiet; 
(h) li għandhom iħallu fuq il-post il-manwal jew manwali approvati u akkreditati 
dwar testijiet; 
(i) li għandhom jipprovdu provi illi huma, jew ir-rappreżentant tagħhom skond 
il-każ, u l-persuni impjegati minnhom u awtorizzati li jittestjaw jirċievu ittaħ
riġ neċessarju fl-użu tat-tagħmir għall-ittesjar mill-fabbrikanti jew millaġ
enti ta’ dak it-tagħmir; 
(j) li għandhom jipprovdu lid-Direttorat ta’ Liċenzi u Testijiet kopja talmanwali 
kollha provduti mat-tagħmir ta’ l-ittestjar; 
IS-SITT SKEDA Emendata: 
A.L. 159 ta’ l-2003. 
ġRegolamenti 10 u 21ħ 
KONDIZZJONIJIET TA’ KUNTRATT GĦAL OPERATURI

24 L.S.65.15ħ 
TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ 
(k) li għandhom iħallu li jsiru l-ispezzjonijiet mill-persunal tal-VRT rigward innotament 
ta’ kalibrazzjoni tat-tagħmir kollu skond standards maħruġa millfabbrikanti; 
(l) li ma għandhom jirrifjutaw ebda test fuq xi vettura ta’ kull żmien, marka jew 
tip skond il-klassijiet li għalihom l-awtorizzazzjoni ġiet mogħtija, barra minn 
f’dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin: 
meta d-dettalji mniżżla fid-dokument tar-reġistrazzjoni ma jaqblux 
mad-dettalji korretti tal-vettura; 
meta l-vettura ma tkunx tista’ tiġi misjuqa jew għax ma għandhiex 
biżżejjed petrol jew żejt biex jitkompla t-test; 
meta l-vettura tiġi preżentata f’kundizzjoni tant maħmuġa li t-test ikun 
diffiċli biex isir; 
meta l-operatur jikkonsidra li t-tagħbija jew l-oġġetti oħra mhux mistura 
ma jippermettux li t-test isir kif imiss jekk ma jitħattux; 
meta l-vettura hi ta’ xi daqs jew piż li ma tkunx tista’ tiġi ttestjata kif 
imiss jew mingħajr periklu fil-faċilitajiet approvati. 
Dawn l-affarijiet kollha fuq imsemmija għandhom jiġu vverifikati qabel ma 
jibda t-test. 
(m) li għandhom, fil-każ fejn l-operatur jiddeċidi li jieqaf milli jmexxi stazzjon 
għal perijodu ta’ żmien, iġib permess bil-miktub mill-uffiċjal awtorizzat biex 
iżommu l-istazzjon magħluqa. Jekk dan il-perijodu mhux definit, l-uffiċjal 
awtorizzat jista’ jidhirlu li jkun neċessarju li jirrevoka dik il-liċenza - f’liema 
każ id-dokumenti kollha u d-data għandhom jintbagħtu lura lid-Direttorat ta’ 
Liċenzi u Testijiet u tingħata riċevuta; 
(n) li għandhom jagħmlu applikazzjoni ġdida biex jerġgħu jakkwistaw liċenza 
jekk il-liċenza oriġinali tkun ġiet revokata; 
(o) li ma għandhomx taħt ebda ċirkostanza, jikkondizzjonaw minn qabel sid ta’ 
vettura biex isiru tiswijiet jew aġġustamenti kif indikati fir-riżultat ta’ test, 
fl-istess post; 
(p) li għandhom jippermettu aċċess liberu lil kull rapreżentant tad-Direttorat ta’ 
Liċenzi u Testijiet biex jispezzjona l-post, in-notamenti, it-tagħmir, u loperazzjoni 
ta’ l-istazzjon f’kull ħin skond l-eżiġenzi ta’ l-uffiċjal 
awtorizzat; 
(q) li ma għandhomx taħt ebda ċirkostanza, jiffirmaw riżultat pożittiv ta’ test 
sakemm ma jsirx test komplet u l-oġġetti kollha li għandhom jiġu ttestjati 
jiġu misjuba sodisfaċenti, jew ta’ test magħmul mill-ġdid sakemm dan it-test 
magħmul mill-ġdid ma jkunx finalizzat u l-persuna licenzjata biex tagħmel 
testijiet fuq vetturi ma tikkonfermax li t-tiswijiet meħtieġa ġew magħmula; 
(r) li għandhom jipprovdu fl-istazzjon kaxxaforti għat-tqegħid fiż-żgur taddokumenti 
u formuli fil-pussess tagħhom kif ukoll tat-timbru tal-garaxx; 
(s) li għandhom jiffirmaw il-formuli jew dokumenti kollha b’inka li ma 
titħassarx jew bil-ball point pen, u jiktbu ċar u mingħajr korrezzjonijiet; 
(t) li ma għandhomx joħorġu jew jippermettu l-ħruġ ta’ riżultat pożittiv ta’ test 
meta suppost inħareġ wieħed negattiv ta’ test dwar vettura bil-mutur wara 
test; 
(u) li ma għandhomx jeżiġu dritt li jkun ogħla mis-somma preskritta;

TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ ġL.S.65.15 25 
(v) li ma għandhomx ripetutament, u mingħajr raġuni valida, jonqsu milli 
jżommu appuntamenti għall-ittestjar ta’ vetturi bil-mutur; u 
(w) li għandhom f’kull żmien iżommu t-tagħmir ta’ l-ittestjar kalibrat skond listandards 
meħtieġa minn dawn ir-Regolamenti.

26 L.S.65.15ħ 
TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ 
Persuni liċenzjati biex jittestjaw li jaħdmu fl-istazzjonijiet - 
(a) għandu jkollhom liċenza mid-Direttorat ta’ Liċenzi u Testijiet li tippermetti 
l-ittestjar ta’ vetturi fl-istazzjon tagħhom, fuq waħda jew aktar minn tlett 
klassijiet ta’ vetturi, li huma motorcycles, vetturi ħfief u vetturi tqal kif 
speċifikat fl-applikazzjoni; 
(b) ma għandhomx jagħmlu testijiet fuq vetturi sakemm id-Direttorat ta’ Liċenzi 
u Testijiet ma jkunx sodisfatt illi l-faċilitajiet u t-tagħmir fl-istazzjon fejn 
huma mpjegati huma skond il-ħtiġiet preskritti; 
(ċ) għandhom jikkonsultaw ruħhom fil-ħinijiet kollha mal-manwali approvati u 
akkreditati dwar testijiet; 
(d) għandhom, dwar l-użu ta’ tagħmir li jittestja li jkun ġie stallat u approvat 
mid-Direttorat ta’ Liċenzi u Testijiet, jiżguraw li jirċievu it-taħriġ neċessarju 
mill-fabbrikanti jew mill-aġenti ta’ dak it-tagħmir; 
(e) ma għandhom jirrifjutaw ebda test fuq xi vettura ta’ kull żmien, marka jew 
tip skond il-klassijiet li għalihom l-awtorizzazzjoni ġiet mogħtija, barra minn 
f’dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin:- 
meta d-dettalji mniżżla fid-dokument tar-reġistrazzjoni ma jaqblux 
mad-dettalji korretti tal-vettura; 
meta l-vettura ma tkunx tista’ tiġi misjuqa jew għax ma għandhiex 
biżżejjed petrol jew żejt biex jitkompla t-test; 
meta l-vettura tiġi preżentata f’kundizzjoni tant maħmuġa li t-test ikun 
diffiċli biex isir; 
meta persuna liċenzjata biex tittestja tikkonsidra li tagħbija jew oġġetti 
oħra mhux mistura ma jippermettux li t-test isir kif imiss jekk ma jiġux 
mħatta; 
meta l-vettura hi ta’ xi daqs jew piż li ma tkunx tista’ tiġi ttestjata kif 
imiss jew mingħajr periklu fil-faċilitajiet approvati. 
Dawn l-affarijiet kollha fuq imsemmija għandhom jiġu vverifikati qabel ma 
jibda t-test. 
Emendata: 
A.L. 159 ta’ l-2003. 
IS-SEBA SKEDA 
ġRegolament 14ħ 
KONDIZZJONIJIET GĦAL PERSUNI LIĊENZJATI BIEX JITTESTJAW

TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ ġL.S.65.15 27 
DRITTIJIET U FREKWENZI TA’ TESTIJIET 
IT-TMIEN SKEDA Sostiwita: 
A.L. 157 ta’ l-1999. 
Emendata: 
A.L. 159 ta’ l-2003. 
ġRegolamenti 19 u 20ħ 
KONDIZZJONIJIET GĦAL PERSUNI LIĊENZJATI BIEX JITTESTJAW 
Kategorjia ta’ vettura 
Dritt sħiħ 
Lm 
Frekwenza 
ta’ Test 
KLASSI I 
Motorcycles u komposti ta’ motorcyles 6.00 A 
KLASSI IIA 
Midi buses, mini buses u vannijiet (g.v.w taħt 3,500kg.) 11.00 B 
Vetturi użati għall-ġarr ta’ oġġetti (vetturi kummerċjali - (g.v.w 
taħt 3,500kg.) 11.00 Ċ 
Trailers, semi-trailers u vetturi oħra miġbuda (g.v.w taħt 
3,500kg.) 11.00 Ċ 
KLASSI IIB 
Taxis (g.v.w taħt 3,500kg.) 8.50 B 
Ambulanzi (g.v.w taħt 3,500kg.) 8.50 B 
Vetturi misjuqa minn chauffeur (g.v.w taħt 3,500kg.) 8.50 B 
Vetturi self-drive (g.v.w taħt 3,500kg.) 8.50 Ċ 
Vetturi oħra ħfief tal-passiġġieri (g.v.w taħt 3,500kg.) 8.50 D 
KLASSI III 
Karrozi tal-linja (buses), coaches, buses privati, midibuses, 
minibuses u vannijiet (g.v.w hu 3,500kg. u aktar) 13.00 B 
Vetturi użati għall-ġarr ta’ oġġetti (vetturi kummerċjali - g.v.w 
hu 3,500kg. u aktar) 
- ġodda 13.00 B 
- Oħrajn (vetturi importati sekondaman) 13.00 F 
Trailers, semi-trailers u vetturi oħra li jinġibdu 13.00 B 
KLASSIJIET I, IIA, IIB U III 
Il-vetturi kollha mportati second hand kif hawn 
fuq skond 
il-kategorija E

28 L.S.65.15ħ 
TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ 
A. Mhux soġġetti għal test. 
B. Sena wara d-data li fiha l-vettura ġiet reġistrata l-ewwel darba, u wara kull sena. 
Ċ. Sentejn wara d-data li fiha l-vettura ġiet reġistrata l-ewwel darba, u wara kull sentejn. 
D. Erba’ snin wara d-data li fiha l-vettura ġiet reġistrata l-ewwel darba, u wara kull sentejn. 
E. Fid-data li tiġi reġistrata f’Malta, u wara skond il-kategoriji ta’ hawn fuq. 
F. Fid-data li tiġi reġistrata f’Malta, il-vettura għandha tkun akkompanjata jew minn 
ċertifikat tal-VRT lokali jew minn ċertifikat ekwivalenti (ibbażat fuq il-ħtiġiet tad- 
Direttiva tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea 96/96/KE u l-emendi li seħħew wara) 
maħruġa mill-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Stat fi ħdan l-Erja Ekonomija 
Ewropea. Dawn il-vetturi huma meħtieġa li jiġu ttestjati ta’ kull sena wara dan.. 
Kategorjia ta’ vettura 
Dritt sħiħ 
Lm 
Frekwenza 
ta’ Test

TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ ġL.S.65.15 29 
ĦLAS GĦAL AMMINISTRAZZJONI 
TAD-DIRETTORAT TA’ LIĊENZI U TESTIJIET 
ID-DISA’ SKEDA Sostiwita: 
A.L. 157 ta’ l- 
1999; 
A.L. 159 ta’ l-2003. 
ġRegolament 19ħ 
Kategorjia ta’ vettura 
Ħlas 
Lm 
KLASSI I 
Motorcycles u komposti ta’ motorcyles 0.35 
KLASSI IIA 
Midibuses, minibuses u vannijiet (g.v.w taħt 3,500kg.) 1.00 
Vetturi użati għall-ġarr ta’ oġġetti (vetturi kummerċjali - (g.v.w taħt 3,500kg.) 1.00 
Trailers, semi-trailers u vetturi oħra li jinġibdu (g.v.w taħt 3,500kg.) 1.00 
KLASSI IIB 
Taxis (g.v.w taħt 3,500kg.) 0.80 
Ambulanzi (g.v.w taħt 3,500kg.) 0.80 
Vetturi misjuqa minn xufier (g.v.w taħt 3,500kg.) 0.80 
Vetturi self-drive (g.v.w taħt 3,500kg.) 0.80 
Vetturi oħra ħfief tal-passiġġieri (g.v.w taħt 3,500kg.) 0.80 
KLASSI III 
Karrozi tal-linja (buses), coaches, buses privati, midibuses, minibuses u 
vannijiet (g.v.w hu 3,500kg. u aktar) 1.20 
Vetturi użati għall-ġarr ta’ oġġetti (vetturi kummerċjali - g.v.w hu 3,500kg. u 
aktar) 1.20 
Trailers, semi-trailers u vetturi oħra li jinġibdu 1.20 
KLASSIJIET I, IIA, IIB U III 
Il-vetturi kollha mportati sekondaman Bħal hawn 
fuq skond 
il-kategorija

30 L.S.65.15ħ 
TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ 
RAPPORT TA’ L-ISPEZZJONI TEKNIKA TUL IT-TRIQ 
LI JINKLUDI LISTA TA’ VERIFIKI 
1. Post tal-verifika ........................................................................................... 
2. Data ............................................................................................................ 
3. Ħin .............................................................................................................. 
4. Marka ta’ nazzjonalità tal-vettura u n-numru ta’reġistrazzjoni ...................... 
5. Marka ta’ nazzjonalità tat-trailer/semi-trailer u n-numru ta’ reġistrazzjoni ... 
6. Klassi tal-vettura ......................................................................................... 
(a) à Vettura għal oġġetti ħfief (3.5 sa 12 t)(1)(e) à Trakk (aktar minn 12 t) (5) 
(b) à Trailer (2) (f) à Semi-trailer (6) 
(ċ) à Ferrovija tat-triq (3) (g) à Vettura msensla (7) 
(d) à Karrozza tal-linja jew coach (4) 
7. Impriża li qed titrasporta/indirizz ................................................................. 
8. Nazzjonalità ................................................................................................ 
9. Xufier .......................................................................................................... 
10. Lista ta’ Verifiki 
Saret Ma saritx Falla 
il-verifika verifika 
(a) sistema ta’ brejkijiet u l-komponenti (1)à à à 
(b) sistema ta’ exhaust (1) à à à 
(ċ) opaċità tad-duħħan (diesel) (1) à à à 
(d) emissjonijiet gassużi (petrol, gass 
naturali jew gass tal-petrolju fi stat 
likwidu (GPL) (1) à à à 
(e) konnessjonijiet ta’ steering (steering linkages) à à à 
(f) lampi, tagħmir tad-dwal u tas-sinjali à à à 
(g) Roti / tyres à à à 
(h) suspension (difetti viżibbli) (8) à à à 
(i) chassis (difetti viżibbli) (8) à à à 
(j) takografu (stallazzjoni) (9) à à à 
(k) tagħmir għat-trażżin tal-veloċità 
(stallazzjoni) (10) à à à 
(l) prova ta’ tixrid ta’ karburant u/jew żejt à à à 
11. Riżultat ta’ l-ispezzjoni: 
Miżjuda: 
A.L. 159 ta’ l-2003. 
L-GĦAXAR SKEDA 
(Regolamenti 27 u 29)

TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ ġL.S.65.15 31 
Projbizzjoni fuq l-użu tal-vettura, li għandha difetti serji à 
12. Mixxellanji / rimarki 
13. Awtorità / uffiċjal jew spettur li għamlu l-ispezzjonijiet 
Firma ta’ l-awtorità / aġent jew spettur. 
(1) Vetturi bil-mutur b’ta’ l-inqas erba’ roti u li jintużaw għall-ġarr ta’ l-oġġetti 
u li l-piż massimu tagħhom huwa ta’ aktar minn 3.5 t iżda mhux aktar minn 12 t 
(kategorija N2) 
(2) Kwalunkwe vettura maħsuba li tiġi akkoppjata ma’ vettura bil-mutur, bleċċ
ezjoni ta’ semi-trailers, li minħabba fid-disinn u fit-tagħmir tagħha tintuża għall- 
ġarr ta’ l-oġġetti; trailers ta’ massa massima ta’ aktar minn 3.5t iżda mhux aktar 
minn 10 t (kategorija 03); trailers ta’ massa massima ta’ aktar minn 10 t (kategorija 
04). 
(3) Vetturi bil-mutur maħsuba għall-ġarr ta’ l-oġġetti, b’massa massima ta’ 
aktar minn 3.5 t (kategoriji N2 u N3 akkopjati ma’ trailer (kategoriji O3 u O4). 
(4) Vettura bil-mutur li jkollha ta’ l-inqas erba’ roti użata għall-ġarr talpassiġġ
ieri, li għandha aktar minn tmien postijiet minbarra l-post tax-xufier (kat. M2 
u M3) 
(5) Vetturi bil-mutur li jkollhom ta’ l-inqas erba’ roti użati għall-ġarr ta’ loġġ
etti u li għandhom massa massima ta’ aktar minn 12 t (kategorija N3) 
(6) Kwalunkwe vettura maħsuba li tiġi akkoppjata ma’ vettura bil-mutur b’tali 
mod li parti mis-semi-trailer isserraħ mal-vettura u li parti sostanzjali mill-piż 
tagħha jew mill-piż tat-tagħbija hija sostenuta minn dik il-vettura u li, minħabba fiddisinn 
u tagħmir tagħha, tintuża għall-ġarr ta’ l-oġġetti (kategoriji O3 u O4). 
(7) Vettura tat-tiġbid akkoppjata ma’ semi-trailer. 
(8) Vetturi bil-mutur li joperaw fuq livell nazzjonali mill-1 ta’ Jannar 2005 
(9) Vetturi bil-mutur li joperaw internazzjonalment biss 
(10) Vetturi bil-mutur manifatturati wara l-2002 jew mill-1 ta’ Jannar 2006 għal 
vetturi li joperaw fuq livell nazzjonali manifatturati bejn l-1988 u l-2001.

32 L.S.65.15ħ 
TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ 
REGOLAMENTI GĦAT-TESTIJIET U / JEW IL-VERIFIKA TAS-SISTEMA TA’ 
BREJKIJIET U L-EMISSJONI TA’ L-EXHAUST 
1. Kondizzjonijiet speċifiċi rigward il-brejkijiet 
Hemm il-ħtieġa li kull parti tas-sistema ta’ brejkijiet u t-tagħmir ta’ 
operazzjoni tagħha jkunu mantnuti b’tali mod li jaħdmu b’mod tajjeb u effiċjenti u li 
jkunu aġġustati tajjeb. Il-brejkijiet tal-vettura jridu jwettqu l-funzjonijiet li ġejjin: 
(a) Għal vetturi bil-mutur u t-trailers u semi-trailers tagħhom, brejk ta’ 
servizz li huwa kapaċi li jnaqqas il-veloċità tal-vettura u li jwaqqafha 
mingħajr perikolu, bil-ħeffa u b’effiċjenza, huma x’inhuma lkondizzjonijiet 
ta’ tagħbija u hu x’inhu l-pendil ’il fuq jew ’l isfel tattriq 
li tkun għaddejja minnha; 
(b) Għal vetturi bil-mutur u t-trailers u semi-trailers tagħhom, brejk ta’ 
pparkjar li jkun kapaċi li jżomm il-vettura wieqfa, hi x’inhi lkondizzjoni 
ta’ tagħbija, u hu x’inhu l-pendil ’il fuq jew ’l isfel tat-triq. 
2. Kondizzjonijiet speċifiċi rigward l-emissjoni ta’ l-exhaust 
2.1 Vetturi bil-mutur mgħammra b’makni li jaqbdu pożittivament (bil-petrol) 
(a) Meta l-emissjonijiet ta’ l-exhaust m’humiex ikkontrollati minn sistema 
avvanzata tal-kontroll ta’ l-emissjoni bħal konvertitur katalitiku threeway 
li huwa kkontrollat b’lambda-probe: 
1. Spezzjoni viżwali tas-sistema ta’ l-exhaust biex jassiguraw li ma 
jkunx hemm taqtir; 
2. jekk hu xieraq, spezzjoni viżwali tas-sistema ta’ kontroll ta’ lemissjoni 
biex jiżguraw li t-tagħmir li hemm bżonn twaħħal; 
3. Wara perijodu raġonevoli ta’ kundizzjonar tal-makna (waqt li 
jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur tal-vettura) ilkontenut 
tal-monossidu tal-karbonju (CO) tal-gassijiet ta’ lexhaust 
għandu jitkejjel meta l-makna tkun wieqfa (bla tagħbija). 
Il-massimu CO permess fil-gassijiet ta’ l-exhaust m’għandux ikun 
aktar minn dan li ġej: 
- għal vetturi reġistrati jew li qed jintużaw għall-ewwel darba 
bejn id-data minn meta l-Istati Membri rrikjedew li l-vetturi 
jikkonformaw ma’ Direttiva 70/220/KEE (*) u l-1 ta’ 
Ottubru 1986: is-CO ma jistax ikun aktar minn 4.5% vol. 
- għal vetturi reġistrati jew li qed jintużaw għall-ewwel darba 
wara l-1 ta’ Ottubru 1986: is-CO mhux aktar minn 3.5% 
vol. 
(b) Fejn l-emissjonijiet ta’ l-exhaust huma kkontrollati minn sistema ta’ 
kontroll ta’ emissjoni avvanzata bħall-konvertitur katalitiku three-way 
Miżjuda: 
A.L. 159 ta’ 2003. 
IL-ĦDAX-IL SKEDA 
(Regolament 28) 
*Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE ta’ l-20 ta’ Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet 
ta’ l-Istati Membri rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’arja 
b’emissjonijiet minn vetturi bil-mutur (O) L 76, 6.4.1970, p.1). Id-Direttiva kif ġiet emendata 
l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/102/KE (O) 334, 28.12.1999, p.43).

TESTIJIET BIEX JIĊĊERTIFIKAW LI VETTURI BILMUTUR 
HUMA TAJBA GĦAT-TRIQ ġL.S.65.15 33 
li huwa kkontrollat b’lambda-probe: 
1. spezzjoni viżwali tas-sistema ta’ l-exhaust biex jiżguraw li ma 
jkunx hemm taqtir u li l-partijiet kollha huma kompleti: 
2. spezzjoni viżwali tas-sistema ta’ kontroll ta’ emissjoni biex 
jiżguraw li t-tagħmir rikjest ġie mwaħħal: 
3. Deċiżjoni dwar l-effiċjenza tas-sistema ta’ kontroll ta’ lemissjonijiet 
tal-vettura billi jittieħed kejl tal-valur tal-lambda u 
tal-kontenut tas-CO fil-gassijiet ta’ l-exhaust skond taqsima 4. 
4. Emissjonijiet mill-pajp ta’ l-exhaust - valuri limitati 
- Kejl meta l-makna tkun għaddejja b’veloċità ta’ qiegħda 
baxxa: Il-kontenut massimu tas-CO li huwa permess filgassijiet 
ta’ l-exhaust m’għandux ikun ta’ aktar minn 0.5 % 
vol., 
- Kejl meta l-makna tkun għaddejja b’veloċità ta’ qiegħda 
għolja (bla tagħbija), il-veloċità tal-makna għandha tkun ta’ 
l-anqas 2 000 min–1 Kontenut tas-CO: massimu 0.3 % vol., 
Lambda: 1 ± 0.03 jew skond l-ispeċifikazzjonijiet talmanifattur. 
2.2 Vettura bil-mutur mgħammra b’makna tal-pistuni li taħdem bil-kompressjoni (diesel) 
Il-kejl ta’ l-opaċità tal-gass ta’ l-exhaust b’aċċelerazzjoni ħielsa (bla 
tagħbija minn meta tkun qiegħda sa meta titlaq). Il-livell ta’ konċentrazzjoni ma 
għandux jaqbeż il-valuri limitati tal-koeffiċjenti ta’ assorbiment li ġejjin: 
- Makni diesel aspirati naturalment = 2,5 m-1 
- Makni diesel bit-Turbo = 3,0 m-1 
jew valuri ekwivalenti fejn isir użu minn tagħmir ta’ tip differenti minn dak 
imsemmi f’dawn il-ħtiġiet. 
Vetturi reġistrati jew li bdew jintużaw għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ 
Jannar 1980 huma eżenti minn dawn il-ħtiġiet. 
2.3 Tagħmir għat-test 
L-emissjonijiet tal-vetturi huma eżaminati bl-użu ta’ tagħmir assenjat biex 
jistabbilixxi eżattament jekk il-valuri ta’ limitu preskritti jew indikati millmanifattur 
ikunux intlaħqu.

