VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN) ġ L.S.65.18 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 65.18
REGOLAMENTI DWAR VETTURI BIL-MUTUR 
(LIĊENZI TAS-SEWQAN)
2 ta’ Jannar, 2004;
29 ta’ Marzu, 2004
L-AVVIŻ LEGALI 191 ta’ l-2002, kif emendat bl-Avviż Legali 14 ta’ l-
2004.
TAQSIMA I
DISPOSIZZJONIJIET PRELIMINARI
Titolu.
Liċenzi għas-Sewqan ta’ Vetturi bil-Mutur.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 14 ta’ l-2004.
Kap. 332.
2. F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba l-kuntest tal-kliem
ma jurix xort’oħra:
"awtorità  kompetenti" tfisser l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’
Malta stabbilita taħt l-Att dwar l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’
Malta;
"awtorità  medika kompetenti" tfisser tabib jew grupp ta’ tobba;
"awtorizzazzjoni" tfisser awtorizzazzjoni bil-miktub minn
awtorità  kompetenti skond u għall-għanijiet ta’ dawn ir-
regolamenti;
"ċertifikat mediku" tfisser ċertifikat maħruġ minn awtorità
medika kompetenti, bbażat fuq l-istandards speċifikati fit-Tmien
Skeda;
"Direttorat" tfisser id-Direttorat ta’ Liċenzi u Testijiet fi ħdan l-
Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta;
"Direttur" tfisser il-kap tad-Direttorat ta’ Liċenzi u Testijiet;
"eżami dwar il-kapaċità  li wieħed jgħallem" tfisser l-eżami
msemmi fir-regolament 68(1), u li x-xorta tiegħu hi preskritta fil-
Ħdax-il Skeda;
"g.v.w." tfisser il-piż gross ta’ vettura;
"instructor tas-sewqan liċenzjat" tfisser persuna li tkun
kawalifikata biex jkollha liċenza maħruġa mill-awtorità  kompetenti
biex tgħallem is-sewqan skond dawn ir-regolamenti;
"kontroparti tal-liċenza tas-sewqan" tfisser id-dokument li jkun
mehmuż mal-liċenza tas-sewqan bir-ritratt u li jkun fih id-dettalji
personali tas-sewwieq, it-tip ta’ vetturi li jista’ isuq, il-
kontravvenzjonijiet fis-sewqan, u informazzjoni oħra relevanti;
Kap. 386.
l-Att dwar il-Kumpanniji;
"liċenza tas-sewqan bi prova" tfisser liċenza maħruġa lil
sewwieqa ġodda għal perjodu ta’ prova ta’ mhux iżjed minn tliet
snin meta jkunu għaddew mit-test fit-teorija u t-test ta’ ħila u ta’
mġieba dwar il-Kategoriji ta’ vetturi A u B;
2 L.S.65.18 ħ VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN)
"liċenza tas-sewqan bir-ritratt" tfisser dokument, f’għamla ta’
karta ta’ kreditu, li juri ir-ritratt, id-dettalji u l-firma tas-sewwieq u
l-vetturi li jista’ jsuq;
"liċenza tas-sewqan sħiħa" tfisser liċenza tas-sewqan li mhix
liċenza tas-sewqan bi prova;
"liċenza tas-sewqan ta’ l-Unjoni Ewropea" tfisser liċenza tas-
sewqan valida maħruġa minn Stat Membru;
"liċenza tas-sewqan valida" tfisser liċenza tas-sewqan maħruġa
jew mill-awtorità  kompetenti, skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn
ir-regolamenti, jew maħruġa minn pajjiż ieħor li jkun rikonoxxut
mill-awtorità  kompetenti, u sakemm dik il-liċenza -
(a) ma tkunx spiċċat, ġiet sospiża, meħuda lura jew
kanċellata,
(b) tkopri l-kategorija tal-vettura li tkun qed tinsaq, u
(ċ) tkun użata mill-possessur tagħha skond xi
kundizzjonijiet li jkun hemm fil-liċenza tas-sewqan.
"Malta" għandha l-istess tifsira kif mogħtija lilha fl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta";
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għat-trasport;
"motor cycle" tfisser kull vettura bil-mutur b’żewġ roti li jista’
jkollha jew ma jkollhiex side-car;
"operatur li jkollu liċenzat" tfisser individwu, soċjetà , jew
kumpannija li jkollhom liċenza mill-awtorità  kompetenti skond
dawn ir-regolamenti biex imexxu skola tas-sewqan;
"permess domestiku tas-sewqan" tfisser, rigward pajjiż barra
minn Malta u mhux fl-Unjoni Ewropea, dokument maħruġ skond il-
liġi ta’ dak il-pajjiż, u li jawtorizza lil min għandu dak il-permess
biex isuq vetturi bil-mutur, jew klassi jew deskrizzjoni speċifikata
ta’ vetturi bil-mutur, f’dak il-pajjiż;
"permess għal min ikun qed jitgħallem" tfisser liċenza
temporanja li tippermetti li wieħed isuq vettura bil-mutur waqt li
jkun qed jitgħallem;
"piż gross ta’ vettura" tfisser il-piż fit-triq speċifikat mill-
fabbrikant bħala il-kapaċità  massima ta’ piż diżinjat tal-vettura,
liema piż huwa it-total tal-piż tal-vettura, bit-tagħbija massima
speċifikata, bis-sewwieq, u tank mimli bil-petrol;
"ratio bejn is-saħħa u l-piż", rigward motorcycle, tfisser ir-ratio
bejn is-saħħa massima netta prodotta mill-makna tal-vettura u l-piż
tagħha, inkluż il-piż ta’ sidecar -
(a) b’tank mimli bil-petrol,
(b) bi provvista adegwata ta’ likwidi oħra meħtieġa għall-
propulsjoni tagħha, u
(ċ) bl-ebda tagħbija oħra ħlief l-apparat normali, inklużi
għodda separati;
"residenza normali" tfisser il-post fejn persuna abitwalment
tgħix, għal għall-inqas 185-il ġurnata matul kull sena kalendarja,
VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN) ġ L.S.65.18 3
minħabba fir-rabtiet personali jew tax-xogħol, jew fil-każ ta’
persuna li ma jkollhiex rabtiet tax-xogħol, minħabba fir-rabtiet
personali li juru li hemm konnessjonijiet stretti bejn dik il-persuna
u l-post fejn tkun tgħix:
Iżda r-residenza normali ta’ persuna li r-rabtiet tax-xogħol
tagħha jkunu f’post differenti minn dak fejn għandha rabtiet
personali, u li għalhekk tkun tgħix f’postijiet differenti sitwati
f’żewġ Stati Membri jew aktar, għandha titqies li tkun il-post fejn
jkollha r-rabtiet personali, sakemm dik il-persuna terġa’ tmur
hemm regolarment. Ma hemmx bżonn ta’ din l-kondizzjoni ta’ l-
aħħar meta l-persuna tkun tgħix fi Stat Membru biex twettaq xi
biċċa xogħol għal żmien definit. L-attendenza f’università  jew fi
skola ma timplikax trasferiment tar-residenza normali;
"sistema ta’ kontroll doppju" tfisser tfisser sistema li jkollha
kontrolli ta’ klaċċ doppju u brejkijiet doppji u li jista’ jkollha żewġ
steering wheels;
"skwalifika mis-sewqan" tfisser kull miżura li hi konnessa ma’ l-
egħmil ta’ kontravvenzjoni tat-traffiku li ġġib bħala riżultat l-irtirar
jew is-sospensjoni tad-dritt li sewwieq ikollu biex isuq vettura bil-
mutur, u liema skwalifika ma jkunx hemm dritt ta’ appell minnha.
Il-miżura tista’ tikkonsisti f’piena primarja, sekondarja jew
supplementari jew miżura ta’ sigurtà , u tista’ tkun ġiet meħuda jew
minn awtorità  ġudizzjarja jew minn awtorità  amministrattiva;
Kap. 386.
"soċjetà " tinkludi assoċjazzjoni, bejn żewġ persuni jew aktar, li
ma tkunx reġistrata skond l-Att dwar il-Kumpanniji;
"Stat tal-kontravvenzjoni" tfisser dak l-Istat li fit-territorju
tiegħu tkun saret il-kontravvenzjoni tat-traffiku li tagħti lok għall-
iskwalifika;
"Stat Membru" tfisser kull Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea;
"Stat tar-residenza" tfisser dak l-Istat li fit-territorju tiegħu l-
persuna li tkun ġiet skwalifikata mis-sewqan ikollha r-residenza
normali tagħha;
"test dwar l-kapaċità  u kundizzjoni tajba kontinwi biex wieħed
jgħallem" tfisser it-test imsemmi fir-regolament 69 u li x-xorta
tiegħu hi preskritta fit-Tnax-il Skeda;
"tractor agrikolu" tfisser kull vettura li taħdem b’makna fuq ir-
roti jew fuq il-linji, li jkollha għall-inqas żewġ fusijiet, li l-funzjoni
prinċipali tagħha hija l-qawwa tal-ġbid, li tkun disinjata biex
tiġbed, timbotta, jġġorr jew topera ċerti għodod, makkinarju jew
karrelli wzati f’operazzjonijiet agrikoli, u li l-użu tagħha biex
iġġorr persuni jew merkanzija fit-triq jew biex tiġbed, fit-triq,
vetturi wżati għall-ġarr ta’ persuni jew merkanzija tkun biss
funzjoni sekondarja;
"tricycle" u "quadricycle" ifissru rispettivament kull vettura bi
tliet roti jew b’erba’ roti fil-Kategorija B, li jkollhom veloċità
massima ddisinjata ta’ aktar minn 45 kilometru fis-siegħa jew
mgħammra b’makna ta’ kombustjoni interna li tixgħel bi spark
b’ċilindrata ta’ aktar minn 50cm3 jew xi makna oħra ta’ qawwa
ekwivalenti. Il-piż mingħajr tagħbija ma għandux ikun aktar minn
550 kilogramm. Fil-piż mingħajr tagħbija ta’ vetturi li ikollhom
4 L.S.65.18 ħ VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN)
makna elettrika ma għandux jitqies il-piż tal-batterija;
"triq pubblika" tfisser it-triqat nazzjonali arterjali, sekondarji,
triqat ta’ aċċess, u triqat ta’ aċċess lokali;
"vettura minima għat-test" tfisser, dwar xi kategorija jew
subkategorija, vettura tad-deskrizzjoni murija, rigward il-kategorija
jew subkategorija, fit-Tielet Skeda;
"vettura bil-mutur" tfisser kull vettura li taħdem b’makna, li ma
tkunx motorcycle, li normalment tintuża biex iġġorr persuni jew
merkanzija fit-triq jew biex tiġbed, fit-triq, vetturi wżati biex
jinġarru persuni jew merkanzija, u tinkludi trolleybuses, jiġifieri
konnessi ma’ conductor ta’ l-elettriku u li ma jkunux jimxu fuq
linji; it-tifsira ma tinkludix tractors agrikoli jew tal-boskijiet;
"vettura li taħdem b’makna" tfisser vettura li timxi bil-forza
tagħha stess fit-triq, u li ma tkunx vettura li timxi fuq il-linji;
"vettura bi trasmissjoni awtomatika" tfisser vettura li r-ratio tal-
gerijiet tagħha bejn l-makna u r-roti jista’ jinbidel bl-użu tal-pedala
tal-gass jew tal-brejkijiet biss;
"vettura tat-trasport pubbliku" tfisser kull vettura bil-mutur li hi
awtorizzata mid-Direttorat tat-Trasport Pubbliku, fi ħdan l-
Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta, biex iġġorr passiġġieri għall-
kiri u/jew ħlas;
"waqt li jkun qed jitgħallem" tfisser akkompanjat jew taħt is-
sorveljanza ta’ instructor tas-sewqan liċenzjat jew ta’ sewwieq li
jkollu esperjenza ta’ mill-inqas ħames snin fil-klassi partikolari ta’
vettura li jkun qed isuq min ikun qed jitgħallem.
Ħtiġiet preskritti. 3. L-ebda persuna ma tista’ ssuq vettura bil-mutur elenkata fl-
Ewwel Skeda fi triq pubblika jekk dik il-persuna ma jkollhiex jew
liċenza tas-sewqan valida jew permess għal min ikun qed jitgħallem
li jkunu ġew maħruġa mill-awtorità  kompetenti.
Eliġibilità  biex 
wieħed isuq vetturi 
f’Malta.
4. L-ebda persuna ma tista’ ssuq xi waħda mill-vetturi
elenkati fl-Ewwel Skeda u fit-Tieni Skeda fi triq pubblika jekk dik
il-persuna ma jkollhiex 18-il sena.
Validità  ta’ liċenzi 
tas-sewqan 
maħruġa mill-
awtoritajiet 
kompetenti barra 
minn Malta u l-
Unjoni Ewropea.
5. Persuna li tirrisjedi barra minn Malta u l-Unjoni Ewropea
tista’ ssuq f’Malta kull klassi jew deskrizzjoni ta’ vettura skond
permess tas-sewqan domestiku, maħruġ barra minn Malta u l-
Unjoni Ewropea, għal perjodu ta’ mhux aktar minn tnax-il xahar
mid-data li fiha daħlet Malta l-aħħar darba.
Għarfien ta’ liċenzi 
tas-sewqan 
maħruġa minn 
Stati Membri.
6. Liċenzi tas-sewqan ta’ l-Unjoni Ewropea jkunu
rikonoxxuti f’Malta.
Bdil ta’ liċenza tas-
sewqan ta’ l-
Unjoni Ewropea.
7. Kull min ikollu liċenza tas-sewqan ta’ l-Unjoni Ewropea, li
jibda jirrisjedi abitwalment f’Malta, jkun jista’ jibdel il-liċenza tas-
sewqan tiegħu ma’ liċenza Maltija ekwivalenti.
Disposizzjonijiet 
nazzjonali 
japplikaw għal 
liċenzi tas-sewqan 
ta’ l-Unjoni 
Ewropea.
8. Id-disposizzjonijiet nazzjonali dwar ir-restrizzjoni, is-
sospensjoni, l-irtirar jew il-kanċellament ta’ liċenza tas-sewqan
għandhom japplikaw għal dawk li għandhom liċenza tas-sewqan ta’
l-Unjoni Ewropea li jkollhom ir-residenza normali tagħhom
f’Malta.
VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN) ġ L.S.65.18 5
Kategoriji u 
subkategoriji ta’ 
vetturi li għalihom 
tista’ tinħareġ 
liċenza.
9. (1) Għal finijiet ta’ dawn ir-regolamenti l-kategoriji u s-
subkategoriji tal-vetturi li għalihom tista’ tinħareġ liċenza jkunu
dawk kif murija fl-Ewwel Skeda.
(2) Ħlief kif provdut fir-regolament 5, dawn ir-regolamenti
japplikaw għal kull vettura ta’ kategorija jew subkategorija
speċifikati fl-Ewwel Skeda.
Eżenzjonijiet.
jeżenta kull persuna mid-disposizzjonijiet kollha ta’ dawn ir-
regolamenti jew xi uħud minnhom.
Applikabbiltà  tar-
Regolamenti dwar 
Vetturi bil-Mutur.
L.S. 65.11
11. Ir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur għandhom
japplikaw għal liċenzi tas-sewqan sakemm ma jkunux inkonsistenti
ma’ dawn ir-regolamenti.
TAQSIMA II
VJAĠĠAR INTERNAZZJONALI
Permess 
internazzjonali 
għas-sewqan.
12. Kull persuna li tkun tixtieq issuq vettura bil-mutur barra
minn Malta tista’ tapplika lill-awtorità  kompetenti biex jinħarġilha
permess internazzjonali għas-sewqan skond id-disposizzjonijiet ta’
kull ftehim internazzjonali li jgħodd għal Malta. L-awtorità
kompetenti għandha, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-
regolament 14, toħroġ dak il-permess.
Ħtiġiet ta’ l-
applikazzjoni.
13. Kull applikazzjoni għal permess internazzjonali tas-
sewqan għandu jkun fiha miktub il-pajjiż jew pajjiżi li għalihom
ikun meħtieġ il-permess.
Eżami ta’ l-
applikant.
14.  Qabel ma jinħareġ permess internazzjonali għas-sewqan
skond ir-regolament 12, min japplika għandu jiġi eżaminat fuq il-
ħila tiegħu minn persuna maħtura għalhekk mill-awtorità
kompetenti u l-permess ma jingħatax ħlief meta jinġieb ċertifikat
mediku iffirmat min dik il-persuna, u kemm-il darba min japplika
jkollu ’l fuq minn tmintax-il sena.
Eżenzjoni minn 
testijiet oħra.
15. Jekk min japplika jkollu ċertifikat ta’ sewwieq mogħti
mill-awtorità  kompetenti f’Malta jew f’xi Stat Membru ieħor, jista’
jingħatalu l-permess internazzjonali tas-sewqan imsemmi qabel,
bla ma jagħmel test ieħor.
TAQSIMA III
TEST TAS-SEWQAN
Ħtiġiet minimi għal testijiet tas-sewqan
Ħtiġiet minimi 
għal testijiet tas-
sewqan.
16. Minn japplika għal liċenza tas-sewqan għandu jissodisfa
lill-awtorità  kompetenti illi jkollu t-tagħrif u l-ħila, u juri l-imġieba
meħtieġa, biex isuq vettura bil-mutur. It-test għal dan il-għan
jikkonsisti fi:
(a) test fit-teorija; u
(b) test ta’ ħila u mġieba.
Test fit-teorija
Sillabu għat-test 
fit-teorija.
17. Kull applikant ġdid għandu jgħaddi minn test fit-teorija,
għas-sodisfazzjoni ta’ l-awtorità  kompetenti, li jkopri s-suġġetti
elenkati fis-sillabu fir-Raba’ Skeda.
6 L.S.65.18 ħ VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN)
Min huwa eliġibbli 
għat-test fit-teorija.
Sostitwit:
A.L. 14 ta’ l-2004.
18. Dawk il-persuni biss li jkunu għalqu tmintax-il sena
għandhom ikunu eliġibbli joqogħdu għat-test fit-teorija.
Ċertifikat li wieħed 
ikun għadda mit-
test fit-teorija.
19. Wara li jkun għadda mit-taqsima fit-teorija tat-test tas-
sewqan, l-applikant jingħata ċertifikat li jkun għadda.
Permess għal wieħed biex jitgħallem (Standard)
Min huwa eliġibbli 
għal permess 
standard ta’ 
wieħed li qed 
jitgħallem.
Sostitwit:
A.L. 14 ta’ l-2004.
20. Dawk l-applikanti biss li jkunu għalqu tmintax-il sena
għandhom ikunu eliġibbli għal permess standard li wieħed qed
jitgħallem.
Kategoriji u 
subkategoriji li 
jistgħu jintużaw 
għall-prattika tas-
sewqan skond 
permess standard 
ta’ wieħed li qed 
jitgħallem.
21. Il-permess imsemmi fir-regolament 20 jippermetti lill-
applikanti li jipprattikaw is-sewqan fil-ġranet kollha, esklużi l-
Ħdud u btajjel pubbliċi, waqt li jkun qed jitgħallem, fi triqat
pubbliċi billi jintużaq vetturi bil-mutur klassifikati taħt il-kategoriji
A, B u B+E u s-subkategoriji A1 u B1.
Permess għal wieħed biex jitgħallem (Avvanzat)
Min huwa eliġibbli 
għal permess 
avvanzat ta’ 
wieħed li qed 
jitgħallem.
Sostitwit:
A.L. 14 ta’ l-2004.
22. Dawk l-applikanti biss li jkollhom liċenza valida tas-
sewqan fil-kategorija B u li kellhom l-imsemmija liċenza għal mill-
anqas sena, għandhom ikunu intitolati għal permess standard ta’
wieħed li qed jitgħallem.
Kategoriji u 
subkategoriji ta’ 
vetturi li jistgħu 
jintużaw għall-
prattika tas-sewqan 
skond permess 
avvanzat ta’ 
wieħed li qed 
jitgħallem.
23. Il-permess imsemmi fir-regolament 22 jippermetti lill-
applikanti li jipprattikaw is-sewqan fil-ġranet kollha, esklużi l-
Ħdud u btajjel pubbliċi, waqt li jkunu qed jitgħallmu, fi triqat
pubbliċi billi jintużaw vetturi bil-mutur klassifikati taħt il-
kategoriji C, C+E, D, u D+E u s-subkategoriji C1, C1+E, D1 u
D1+E.
Test dwar ħila u mġieba
Min jista’ jagħmel 
it-test tal-ħila u 
mġieba.
24. Persuna tista’ tagħmel it-test dwar ħila u mġieba jekk
ikollha ċertifikat li għaddiet fit-taqsima tat-teorija xierqa tat-test
tas-sewqan biss.
Sillabu tat-test 
dwar ħila u 
mġieba.
Emendat:
A.L. 14 ta’ l-2004.
25.* (1) It-test dwar il-ħila u mġieba jkun ibbażat fuq suġġetti
msemmija fil-Ħames Skeda.
(2) Persuna li tkun qed tagħmel it-test dwar ħila u mġiba tista’
tagħżel li tkun akkumpanjata minn terza persuna:
Iżda dik it-terza persuna li tkun qed takkumpanjaha ma
għandhiex, waqt li jkun qed isir it-test, tikkomunika ma’ l-
eżamintaur jew mal-persuna li tkun qed tagħmel it-test, jew taġixxi
b’mod li tista’ tindaħal fi jew tinfluwenza l-proċedura tat-test jew
ir-riżultat tiegħu.
(3) Kull ksur tal-proviso tas-subregolament (2) għandu
jwassal, fid-diskrezzjoni ta’ l-eżaminatur, għall-waqfien minnufih
tat-test mill-eżaminatur u l-għoti ta’ riżultat negattiv.
*dan l-arttikolu jiġi fis-seħħ fid-29 ta’ Marzu, 2004.
VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN) ġ L.S.65.18 7
Ħtiġiet tekniċi 
minimi tal-vetturi.
Sostitwit:
A.L. 14 ta’ l-2004.
26. Il-vetturi li jintużaw fit-test dwar ħila u mġiba għandhom -
(a) ikunu konformi mal-ħtiġiet tekniċi minimi indikati fit-
Tielet Skeda,
(b) ikunu koperti minn ċertifikat validu tal-VRT,
(ċ) ikollhom liċenza valida tat-triq,
(d) ikunu juru pjanċa ta’ wieħed li qed jitgħallem isuq kif
stipulat fir-regolament 50(1), u
(e) ikollhom polza valida ta’ assigurazzjoni li tkun tkopri
l-użu ta’ l-imsemmija vetturi għal lezzjonijiet fis-
sewqan kif ukoll għat-Testijiet ta’ Ħila u Mġiba.
TAQSIMA IV
LIĊENZI TAS-SEWQAN
Disposizzjonijiet Ġenerali
Applikazzjoni għal 
liċenza tas-sewqan.
27. (1) Il-liċenzi tas-sewqan imsemmija fir-regolament 9
jinħarġu wara li l-awtorità  kompetenti tirċievi applikazzjoni fuq il-
formula xierqa, flimkien mal-karta ta’ l-identità  ta’ l-applikant u
ċertifikat mediku.
(2) Min ikollu liċenza tas-sewqan nazzjonali jista’, minn
żmien għal żmien, jenħtieġ li jipproduċi ċertifikati mediċi oħra kif
jista’ jkun preskritt.
Ħruġ ta’ liċenzi 
tas-sewqan.
28. Il-liċenzi tas-sewqan jinħarġu biss lil dawk l-applikanti -
(a) li jkunu għaddew mit-test fit-teorija u mit-test ta’ ħila
u mġieba u li jissodisfaw l-istandards mediċi, skond
id-disposizzjonijiet tar-Raba’, il-Ħames u t-Tmien
Skeda; u
(b) li jkollhom ir-residenza normali tagħhom f’Malta, jew
jistgħu juru li ilhom jistudjaw f’Malta għal għall-inqas
sitt xhur qabel ma jissottomettu l-applikazzjoni.
Is-sewwieqa ta’ 
vetturi tat-trasport 
pubbliku 
għandhom ikunu 
awtorizzati mill-
Awtorità  tat-
Trasport Pubbliku.
29. Min ikollu liċenza tas-sewqan nazzjonali ma jistax isuq
vettura tat-trasport pubbliku jekk ma jkunx awtorizzat biex jagħmel
hekk mid-Direttorat tat-Trasport Pubbliku u jekk il-kodiċi ta’
informazzjoni rilevanti ma jkunx ġie mniżżel fil-liċenza tas-sewqan
tiegħu.
Liċenzi tas-sewqan 
bir-ritratt u bil-
kontroparti.
30. (1) Il-liċenza tas-sewqan tkun magħmula minn żewġ
dokumenti, jiġifieri l-liċenza tas-sewqan bir-ritratt u l-kontroparti
tal-liċenza tas-sewqan.
(2) Kemm il-liċenza tas-sewqan bir-ritratt kif ukoll il-
kontroparti tal-liċenza tas-sewqan għandhom jiġu murija f’kull
żmien meta jkunu hekk mitluba mill-pulizija jew minn qorti jew
mill-awtorità  kompetenti.
Liċenza duplikata 
tas-sewqan.
31. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament
(2), tista’ ssir applikazzjoni lill-awtorità  kompetenti għall-ħruġ ta’
duplikat tal-liċenza oriġinali tas-sewqan, jekk liċenza valida tas-
sewqan tkun intilfet jew titgħarraq.
(2) L-awtorità  kompetenti għandha, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, toħroġ liċenza duplikata
8 L.S.65.18 ħ VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN)
tas-sewqan; u din il-liċenza tas-sewqan tkun immarkata "duplikat"
u għandu jkollha l-istess effett bħal-liċenza oriġinali tas-sewqan.
(3) Liċenzi duplikati tas-sewqan jistgħu jinħarġu wkoll kull
darba li jkun hemm bidla fl-informazzjoni li jkun hemm fil-liċenza
tas-sewqan bir-ritratt.
(4) Liċenza duplikata tas-sewqan tinħareġ meta jitħallas id-
dritt amministrattiv kif speċifikat fid-Disa’ Skeda.
Liċenza tas-sewqan bi prova
Min ikun eliġibbli 
għal liċenza tas-
sewqan bi prova.
Sostitwit:
A.L. 14 ta’ l-2004.
32. Sewwieqa ġodda li jgħaddu mit-testijiet tas-sewqan
jingħataw liċenza tas-sewqan bi prova, meta jħallsu d-dritt, għal
perijodu ta’ tliet snin. Il-liċenza tas-sewqan bi prova tkun
magħmula minn żewġ taqsimiet, jiġifieri card tal-plastik bir-ritratt
u l-kontroparti fuq il-karta.
Applikabbiltà  ta’ 
sistema ta’ punti 
ta’ penali.
Sostitwit:
A.L. 14 ta’ l-2004.
33. Sistema ta’ punti ta’ penali għandha tapplika għas-
sewwieqa kollha li jkollhom liċenza tas-sewqan bi prova, għal kull
waħda mill-kategoriji ta’ liċenzi elenkati fit-Tieni Skeda.
Il-punti ta’ penali 
jintiżżlu fuq il-
kontroparti tal-
liċenza tas-sewqan.
Sostitwit:
A.L. 14 ta’ l-2004.
34. (1) Għal kull kontravenzjoni, għadhom jiġu imposti mill-
Qorti tal-Maġistrati jew mill-Kummissarji tal-Ġustizzja, skond il-
każ, punti ta’ penali kif jidher fis-Sitt Skeda, u dawn jiġu mniżżla
fil-kontroparti tal-liċenza tas-sewqan bi prova li jkollu s-sewwieq.
Kap. 65.
Kap. 291.
(2) Id-detentur tal-liċenza tas-sewqan bi prova jkun meħtieġ
jippreżenta l-kontroparti tal-liċċnza tas-sewqan bi prova lill-
awtorità  kompetenti, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data
minn meta jinstab ħati tal-kontravenzjoni, jew fi żmien għaxart
ijiem tax-xogħol minn meta jħallas il-penali kif hemm provdut fl-
artikolu 25 ta’ l-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku jew fl-
artikolu 14 ta’ l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja, kif ikun
il-każ, biex jitniżżlu l-punti ta’ penali fuq dik il-kontroparti.
Kap. 65.
Kap. 291.
(3) Fejn id-detentur jammetti r-reat u jħallas il-penali relevanti
skond il-proċedura speċjali stabbilita fl-artikolu 25 ta’ l-Ordinanza
dwar ir-Regolament tat-Traffiku jew fl-artikolu 14 ta’ l-Att dwar il-
Kummissarji għall-Ġustizzja, kif ikun il-każ, l-awtorità  kompetenti
għandha tniżżel, fuq il-kontroparti tat-liċenza tas-sewqan bi prova
tas-sewwieq, il-punti minimi ta’ penali kif indikat fis-Sitt Skeda
għall-kontravenzjoni partikolari.
(4) Detentur ta’ liċenza tas-sewqan bi prova li jikser id-
disposizzjonijiet tas-subregolament (2) għandu, meta jinsab ħati,
ikollu l-liċenza tiegħu tas-sewqan bi prova revokata jew sospiża,
skond ma l-Qorti tal-Maġistrati jkun jidhrilha xieraq.
(5) Għandu jkun ir-reġistratur tal-qorti, jew l-iskrivan tat-
tribunal, li jagħti s-sentenza li jniżżel il-punti ta’ penali miżjuda
bis-sentenza f’database komputerizzata li għandha titwaqqaf għal
dan il-għan mill-awtorità  kompetenti.
(6) Meta detentur ta’ liċenza tas-sewqan bi prova jintalab biex
jidher quddiem qorti jew tribunal dwar reati li jidhru fis-Sitt Skeda,
hu għandu jkollu fuqu l-liċenza msemmija u l-kontroparti tagħha u
l-Maġistrat jew il-Kummissarju għall-Ġustizzja għandhom il-poter
li jikkonfiskaw l-imsemmija liċenza jekk il-punti ta’ penali mniżżla
VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN) ġ L.S.65.18 9
fil-kontroparti ta’ l-imsemmija liċenza flimkien mal-punti ta’
penali miżjuda bis-sentenza mogħtija minn dak il-Maġistrat jew
Kummissarju għall-Ġustizzja jitilgħu għal tnax-il punt jew aktar.
Revoka ta’ liċenza 
tas-sewqan meta l-
punti ta’ penali 
jaqbżu l-massimu 
li jkun permess.
Sostitwit:
A.L. 14 ta’ l-2004.
35. Liċenza tas-sewqan bi prova tiġi revokata jekk, f’xi żmien
matul il-perijodu ta’ tliet snin bi prova, id-detentur ta’ dik il-
liċenza jkollu b’kollox tnax-il punt ta’ penali jew aktar.
Applikazzjoni 
mill-ġdid għal 
liċenza tas-sewqan.
Sostitwit:
A.L. 14 ta’ l-2004.
36. Sewwieq li jkollu l-liċenza tas-sewqan bi prova revokata
skond ma jidher fir-regolament 35, jista’ biss japplika għal liċenza
ġdida tas-sewqan bi prova wara li jgħaddu tliet xhur mid-data tar-
revoka billi jippreżenta applikazzjoni ġdida skond ma jidher fit-
Taqsima III.
Kondizzjonijiet 
biex tingħata 
liċenza tas-sewqan 
sħiħa.
37. Liċenza tas-sewqan sħiħa tinħareġ, wara li jitħallas id-dritt
għaliha, jekk ma jkunx hemm punti ta’ penali, jew jekk il-punti ta’
penali imposti ma jkunux biżżejjed biex ikun hemm revoka jew
skwalifika tal-liċenza.
Tiġdid ta’ liċenza tas-sewqan
Perjodu tal-validità  
ta’ liċenza tas-
sewqan sħiħa.
38. Liċenzi tas-sewqan sħaħ ikunu validi għal perjodu
massimu ta’ għaxar snin. Meta tagħlaq il-liċenza tas-sewqan
għandha tiġġedded, mal-ħlas tad-dritt kull darba, għal perjodi oħra
ta’ mhux aktar minn għaxar snin, sakemm wieħed jagħlaq is-
sebgħin sena.
Ċertifikat mediku 
għal persuni li 
għandhom sebgħin 
sena jew iżjed.
39. Liċenza tas-sewqan ma tingħatax jew tiġi mġedda sakemm
persuna, meta tagħlaq is-sebgħin sena u kull sentejn wara, ma
tipproduċix ċertifikat mediku ta’ saħħa fiżika meta tapplika.
Ċertifikat mediku 
għas-sewwieqa ta’ 
vetturi tat-trasport 
pubbliku.
40. Min ikollu liċenza tas-sewqan nazzjonali li biha jkun
awtorizzat isuq vetturi tat-trasport pubbliku għandu jipproduċi
ċertifikat mediku ta’ saħħa fiżika meta jagħlaq il-ħamsin sena, u
kull ħames snin wara sakemm jagħlaq is-sittin sena; wara dan, iċ-
ċertifikat mediku għandu jiġi muri kull sena qabel ma tiġġedded il-
liċenza tas-sewqan.
Kondizzjonijiet u validità
Kondizzjonijiet li 
taħthom tinħareġ 
liċenza tas-sewqan.
41. Il-liċenzi tas-sewqan għandhom isemmu l-kundizzjonijiet
li taħthom is-sewwieq ikun awtorizzat isuq skond is-Seba’ Skeda.
Xorta ta’ vetturi li 
għandhom 
jintużaw fil-parti 
prattika fit-test tas-
sewqan.
42. Jekk, minħabba f’diżabilità  fiżika, is-sewqan ikun
awtorizzat biss għal ċerti tipi ta’ vetturi jew għal vetturi adattati, it-
testijiet dwar il-ħila u l-mġieba skond il-Ħames Skeda għandhom
isiru f’dik il-vettura.
Min ikun intitolat 
għal ċerti kategoriji 
u subkategoriji ta’ 
liċenzi tas-sewqan.
43. Il-ħruġ ta’ liċenzi tas-sewqan ikun suġġett għall-
kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) liċenzi għall-kategoriji C u D jinħarġu biss lis-
sewwieqa li jkunu diġà  intitolati jsuqu vetturi fil-
kategorija B;
(b) liċenzi għall-kategoriji B + E, C + E, u D + E jinħarġu
biss lis-sewwieqa li jkunu diġà  intitolati jsuqu vetturi
fil-kategoriji B, C u D rispettivament.
10 L.S.65.18 ħ VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN)
Kategoriji oħra li 
jistgħu jiġu 
misjuqa minn min 
ikollu liċenza tas-
sewqan għal ċerti 
kategoriji.
44. Il-validità  ta’ liċenzi tas-sewqan tiġi determinata kif ġej:
(a) liċenzi maħruġa għal kategorija C + E jew D + E ikunu
validi għal vetturi komposti minn diversi biċċiet fil-
kategorija B + E;
(b) liċenzi maħruġa għal kategorija C + E ikunu validi
għal kategorija D + E sakemm minn ikollu dik il-
liċenza jkun intitolat isuq vetturi fil-kategorija D;
(ċ) liċenzi maħruġa għal kategorija A jew A1 ikunu validi
għal kategorija B1 għas-sewqan f’Malta.
TAQSIMA V
DRITTIJIET
Drittijiet għal 
liċenza.
Emendat:
A.L. 14 ta’ l-2004.
Kap. 128.
45. Id-drittijiet għal liċenzi varji maħruġa skond dawn ir-
regolamenti jkunu dawk preskritti skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
Att dwar il-Liċenzi tal-Pulizija:
Iżda għandu jitħallas dritt amministrattiv lill-awtorità
kompetenti ta’ mhux aktar minn tlettax-il lira biex isir it-Test
Teoriku.
TAQSIMA VI
SKWALIFIKI MIS-SEWQAN
Għarfien ta’ 
skwalifiki mposti 
minn Stati 
Membri.
46. Is-sewwieqa li jkunu skwalifikati mis-sewqan f’xi Stat
Membru minbarra f’dak li fih ikollhom ir-residenza normali ma
jkunux jistgħu jsuqu f’Malta, sa dak iż-żmien li tispiċċa l-
iskwalifika.
Notifika ta’ l-
iskwalifika.
47. L-awtorità  kompetenti għandha tinnotifika lill-Istat tar-
residenza ta’ sewwieq b’kull skwalifika mis-sewqan imposta fuqu
minn awtorità  Maltija għal xi offiża li tiġi minn kondotta msemmija
fl-Għaxar Skeda.
Impożizzjoni ta’ 
skwalifika mis-
sewqan.
48. (1) Wara li tkun ġiet notifikata mill-Istat tal-
kontravvenzjoni b’xi skwalifika mis-sewqan imposta fuq sewwieq
li jkollu r-residenza normali tiegħu f’Malta, l-awtorità  kompetenti
għandha teżegwixxi d-deċiżjoni li timponi l-iskwalifika mis-
sewqan b’deċiżjoni amministrattiva skond il-kundizzjonijiet
imsemmija fis-subregolament (2).
(2) L-awtorità  kompetenti -
(a) għandha tqies kull parti tal-perjodu ta’ skwalifika mis-
sewqan imposta mill-Istat tal-kontravvenzjoni li tkun
ġiet diġà  skontata f’dak l-Istat;
(b) tista’ tirriduċi ż-żmien ta’ l-iskwalifika mis-sewqan,
iżda biss għal dak iż-żmien massimu li hemm provdut
għalih fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ l-istess xorta;
(ċ) ma għandhiex testendi iż-żmien ta’ l-iskawlifika mis-
sewqan imposta mill-Istat tal-kontravvenzjoni;
(d) għandha, meta jkun meħtieġ, tiddetermina d-data li
minnha tiġi enforzata l-iskwalifika mis-sewqan.
VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN) ġ L.S.65.18 11
Skwalifiki mis-
sewqan li ma 
jkollhomx effett 
f’Malta.
49. Skwalifiki mis-sewqan imposti minn Stati oħra tal-
kontravvenzjoni ma jkollhomx effett f’Malta jekk Malta tkun l-
Istat tar-residenza u jekk -
(a) l-iskwalifika tas-sewqan tkun diġà  ġiet enforzata
kompletament fl-Istat tal-kontravvenzjoni; 
(b) il-ħati kellu diġà  skwalifika mis-sewqan imposta fuqu,
għall-istess atti, fl-Istat tar-residenza, u dik l-
iskwalifika ġiet jew tkun qed tiġi enforzata;
(ċ) il-ħati kien jibbenefika minn maħfra ġenerali jew
amnestija fl-Istat tar-residenza kieku l-atti ġew
kommessi fit-territorju ta’ dak l-Istat;
(d) il-perjodu ta’ preskrizzjoni għal dik il-miżura kien
jiskadi skond il-leġislazzjoni Maltija;
(e) fiċ-ċirkostanzi ta’ kull każ partikolari, wara li tiġi
riċevuta kull informazzjoni pprovduta skond ir-
regolament 48, jitqies li l-persuna konċernata ma
kellhiex l-opportunità  adegwata biex tiddefendi ruħha;
(f) il-kondotta li għaliha l-iskwalifika mis-sewqan ġiet
imposta fl-Istat tal-kontravvenzjoni ma jikkostitwix
kontravvenzjoni skond il-liġi ta’ l-istat tar-residenza;
(g) il-perjodu ta’ skwalifika li jkun baqa’ li jista’ jiġi
enforzat fl-Istat tar-residenza ikun ta’ inqas minn
xahar;
(h) skwalifika mis-sewqan ma tkunx miżura li tkun tista’
tittieħed skond il-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat tar-residenza
għall-atti li ġabu maħhom l-iskwalifika mis-sewqan
imposta mill-Istat tal-kontravvenzjoni.
TAQSIMA VII
TAGĦLIM GĦAS-SEWQAN
Vetturi bil-mutur użati għall-għanijiet ta’ tagħlim
Pjanċi għal wieħed 
li qed jitgħallem.
Emendat:
A.L. 14 ta’ l-2004.
50. (1) Il-vetturi bil-mutur li jkunu awtorizzati mill-awtorità
kompetenti biex jintużaw minn skejjel ta’ sewqan ta’ karozzi għat-
tagħlim għandhom ikunu ffittjati b’sistema ta’ kontroll doppju u
juru b’mod ċar f’kull ħin pjanċa għal wieħed li qed jitgħallem li
tkun markata bl-ittra "L" bl-aħdar fuq sfond abjad. Il-pjanċa
għandha tinkludi wkoll in-numru ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-iskola
ta’ sewqan u għandha tkun viżibbli minn quddiem u minn wara il-
vettura.
(2) Pjanċi għal wieħed li qed jitgħallem użati minn instructors
tas-sewqan li ma jkunux liċenzjati għandhom jinkludu biss l-ittra
"L" bl-aħmar fuq sfond abjad u li tkun tidher fuq quddiem u fuq in-
naħa ta’ wara tal-vettura.
(3) Ebda persuna ma għandha tagħmilha ta’ għalliem li ma
jkollux liċenza biex jgħallem is-sewqan sakemm dik il-persuna -
(i) ma tkunx għalqet ħamsa u għoxrin sena,
(ii) ikollha liċenza sħiħa valida tas-sewqan li tkun
tkopri l-kategorija ta’ vettura li tkun qed tintuża
mis-sewwieq li jkun qed jitgħallem u li kellha
12 L.S.65.18 ħ VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN)
dik il-liċenza għal mill-anqas ħames snin.
(4) Għalliem li ma jkollux liċenza biex jgħallem għandu
jiżgura li l-vettura li tkun qed tintuża għat-tagħlim tas-sewwieq li
jkun qed jitgħallem, tkun koperta b’polza ta’ l-assigurazzjoni adatta
għal dak l-għan.
Vetturi awtorizzati 
biss jistgħu 
jintużaw għat-
tagħlim.
51. Operatur awtorizzat ma jistax juża, għall-għanijiet ta’
tagħlim, xi vettura bil-mutur li ma tkunx awtorizzata mill-awtorità
kompetenti.
Skejjel ta’ sewqan
Skejjel ta’ sewqan 
għandhom ikunu 
awtorizzati.
52. L-ebda persuna ma jista’ jkollha skola ta’ sewqan mingħajr
l-awtorizzazzjoni mill-awtorità  kompetenti.
Perjodu ta’ validità  
ta’ l-
awtorizzazzjoni.
53. L-awtorizzazzjoni, biex wieħed ikollu skola ta’ sewqan,
tkun valida għal sena. Meta jiskadi dan iż-żmien, l-awtorizzazzjoni
tista’ tiġi mġedda, meta jitħallas id-dritt kull darba, għal perjodi
oħra ta’ sena.
Applikazzjoni biex 
wieħed ikollu skola 
ta’ sewqan.
54. L-applikazzjonijiet biex wieħed ikollu skola ta’ sewqan
għandhom jinkludu l-informazzjoni u d-dokumenti li ġejjin:
(a) in-numru ta’ reġistrazzjoni ta’ kull vettura bil-mutur li
ser tintuża biex wieħed jitgħallem fuqha;
(b) dikjarazjoni li kull waħda mill-vetturi bil-mutur li ser
jintużaw għat-tagħlim għandha sistema ta’ kontroll
doppju;
(ċ) id-dettalji personali ta’ l-instructors tas-sewqan
liċenzjati li jkunu ser jiġu mpjegati;
(d) in-numru tar-reġistrazzjoni tat-taxxa tal-valur miżjud
ta’ l-operatur awtorizzat; u
(e) kopja ċertifikata tal-liċenza tan-negozju.
Irtirar jew 
sospensjoni ta’ l-
awtorizzazzjoni.
55. L-awtorizzazzjoni biex wieħed ikollu skola ta’ sewqan
tkun suġġetta għall-irtirar jew sospensjoni mill-awtorità  kompetenti
jekk, fil-fehma tagħha, l-iskola ma tkunx immexxija tajjeb jew għal
xi ksur ta’ dawn ir-regolamenti mill-operatur jew xi wieħed mill-
instructors tas-sewqan liċenzjati tiegħu.
Diskrezzjoni ta’ l-
awtorità  
kompetenti.
56. L-awtorità  kompetenti - 
(a) tista’ tirrifjuta li toħroġ jew iġedded awtorizzazzjoni
jekk l-applikant ma jkunx ta’ kondotta tajba jew jekk
il-vetturi proposti għat-tagħlim ta’ min ikun sejjer
jitgħallem ma jkunux jaqblu mal-ħtiġiet ta’ dawn ir-
regolamenti u ma jkunux mgħoddija bħala tajba għal
dak l-iskop mill-awtorità  kompetenti;
(b) jkollha s-setgħa li f’kull żmien ma tħallix l-użu ta’ kull
vettura bil-mutur għal skopijiet ta’ tagħlim, jekk fil-
fehma tagħha l-vettura ma tkunx aktar meqjusa bħala
tajba;
(ċ) tista’ teħtieġ lill-operatur awtorizzat ta’ skola ta’
sewqan li l-vetturi kollha, jew xi uħud minnhom,
reġistrati għall-għanijiet ta’ tagħlim f’ismhu jiġu
eżaminati mill-persunal tagħha f’kull żmien li
VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN) ġ L.S.65.18 13
jidhrilha xieraq;
L.S.65.15
(d) tista’ teħtieġ li l-operatur awtorizzat ta’ skola ta’
sewqan jissottometti l-vetturi tiegħu għal testijiet biex
jiġi ċertifikat li l-vetturi jkunu tajba għat-triq, barra
mit-testijiet meħtieġa skond ir-regolamenti dwar
Testijiet biex jiċċertifikaw li Vetturi bil-Mutur huma
Tajba għat-Triq.
Operaturi awtorizzati
Applikazzjonijiet 
għal operaturi 
awtorizzati.
57. (1) Applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni bħala operaturi
awtorizzati jistgħu isiru minn: 
(a) individwu;
(b) soċjetà ; jew 
(ċ) kumpannija.
(2) Kull applikazzjoni għandha ssir fuq il-formula preskritta u
ffirmata- 
(a) meta l-applikazzjoni ssir skond is-subregolament
(1)(a), mill-individwu li għamel l-applikazzjoni; u
(b) meta l-applikazzjoni ssir skond is-subregolament
(1)(b) jew (ċ), minn persuna awtorizzata kif imiss mis-
soċjetà  jew kumpannija.
(3) Il-formula msemmija fis-sub-regolament (2) għandha tiġi
preżentata lill-awtorità  kompetenti flimkien mad-dokumenti
msemmija fl-applikazzjoni.
(4) Meta l-applikant juri l-ħsieb li jaġixxi bħala operatur
f’iżjed minn skola waħda ta’ sewqan, l-awtorità  kompetenti
għandha titlob tant applikazzjonijiet daqs kemm ikun hemm skejjal
ta’ sewqan.
Awtorizzazzjoni.
kompetenti tista’, wara li tagħmel dawk l-investigazzjonijiet u
dawk l-ispezzjonijiet li jidhrilha xieraq, biex tkun żgura li jkun
hemm konformità  ma’ dawn ir-regolamenti, tawtorizza lill-
individwu, lis-soċjetà  jew lill-kumpannija li jkunu applikaw biex
ikun jew ikunu operatur awtorizzat skond dawn ir-regolamenti.
Kondizzjonijiet 
għal operaturi li 
jkollhom liċenza.
Emendat:
A.L. 14 ta’ l-2004.
59. (1) Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti, kull operatur li jkollu liċenza għandu josserva dawn
il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) l-operatur li jkollu liċenza għandu jkun kompletament
responsabbli għall-proċeduri kollha ta’ tagħlim li jsiru
mill-instructors ta’ sewqan liċenzjati impjegati minnu
li għalihom l-operatur li jkollu liċenza ġie awtorizzat
kif imiss biex jaħdem skond ir-regolament 58;
(b) l-operatur li jkollu liċenza għandu jinnotifika lill-
awtorità  kompetenti bl-ismijiet tal-persuni kollha li
minn żmien għal żmien ikunu awtorizzati, skond
arranġamenti magħmula bir-regolament 64, biex
jgħallmu; u kull notifika għandha tingħata fi żmien
sebat ijiem wara d-data ta’ xi awtorizzazzjoni; fil-każ
ta’ kumpannija jew soċjetà  n-notifika għandha jkollha
14 L.S.65.18 ħ VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN)
magħha awtorizzazzjoni ffirmata li tattesta li l-persuna
li tkun iffirmat in-notifika għandha s-setgħa li tiffirma
f’isem il-kumpannija jew soċjetà ;
(ċ) l-operatur li jkollu liċenza għandu fi żmien sebat ijiem
qabel jinnotifika lill-awtorità  kompetenti dwar - 
(i) li jkun sejjer jidħol f’soċjetà  bl-iskop li fin-
negozju tagħha jkollu ukoll dak tat-tagħlim ta’
sewqan, f’każ li hu jkun l-uniku individwu
msemmi fl-awtorizzazzjoni; u
(ii) xi bidla fl-istatut tal-kumpannija, meta l-
operatur awtorizzat jkun il-kumpannija,
u n-notifika għandha titqies bħala applikazzjoni skond
id-disposizzjonijiet tar-regolament 57.
(2) L-awtorità  kompetenti tista’ tinnotifika lill-operatur li
jkollu liċenza li, fl-opinjoni tagħha, xi persuna impjegata fl-iskola
ta’ sewqan tiegħu għandha tiġi mwaqqfa milli tkompli tgħallem, u
wara li jirċievi dik in-notifika l-operatur li jkollu liċenza għandu
jagħmel arranġamenti biex dik il-persuna ma tkomplix aktar
tgħallem.
(3) L-operaturi li jkollhom liċenza jkunu marbuta li jinformaw
lill-awtorità  kompetenti, fi żmien sebat ijiem, meta jintemm xi
impieg jew impieg ta’ instructors ta’ sewqan liċenzjati minn fost il-
persunal tagħhom.
Awtorizzazzjoni li 
ma tibqax isseħħ.
60. (1) Awtorizzazzjoni lil individwu bħala operatur għandha
awtomatikament ma tibqax isseħħ jekk -
(a) imut; 
(b) jidħol bħala pazjent fi sptar tal-moħħ; jew
(ċ) jinstab ħati ta’ reat kontra l-fiduċja pubblika.
(2) Awtorizzazzjoni ta’ soċjetà  bħala operatur għandha
awtomatikament ma tibqax isseħħ jekk -
(a) is-soċjetà  tiġi xolta; jew
(b) wieħed jew aktar mis-soċji jinstab jew jinstabu, skond
il-każ, ħatja ta’ reat kontra l-fiduċja pubblika: 
Iżda li s-soċju jew soċji li ma jkunux ħatja jkunu
eliġibbli biex japplikaw għall-awtorizzazzjoni fil-
kapaċità  individwali tagħhom, jew bħala soċjetà  ġdida
mingħajr is-soċju jew is-soċji li jkunu ntsabu ħatja.
(3) Awtorizzazzjoni ta’ kumpannija bħala operatur għandha
awtomatikament tieqaf mis-seħħ jekk, dwar dik il-kumpannija - 
(a) isir ordni ta’ stralċ;
(b) tgħaddi riżoluzzjoni għall-istralċ volontarju; 
(ċ) jiġi maħtur riċevitur jew manager ta’ l-impriża tal-
kumpannija; jew
(d) jittieħed pussess, minn jew f’isem id-detenturi ta’ xi
obbligazzjonijiet garantiti b’passiv fluttwanti, jew ta’
xi proprjetà  tal-kumpannija kompriża, jew suġġetta
għal dak il-passiv.
VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN) ġ L.S.65.18 15
(4) L-operatur awtorizzat jista’ f’kull żmien jinnotifika lill-
awtorità  kompetenti li, wara d-data speċifikata fin-notifika, dak l-
operatur awtorizzat mhux bi ħsiebu jkompli jaġixxi bħala operatur
awtorizzat skond xi waħda mill-awtorizzazzjonijiet ta’ dak l-
operatur jew skond xi awtorizzazzjoni li tkun speċifikata fin-
notifika, u kull awtorizzazzjoni li għaliha n-notifika tkun
tirreferixxi għandha tieqaf mis-seħħ fid-data speċifikata.
(5) L-awtorità  kompetenti tista’ f’kull żmien tinnotifika l-
operatur awtorizzat, f’liema notifika jingħad li -
(a) mid-data speċifikata fin-notifika, l-awtorizzazzjoni ta’
dak l-operatur ma tibqax isseħħ, sakemm in-notifika
ma tiġix imħassra qabel dik id-data;
(b) fil-każ fejn id-data li fiha l-awtorizzazzjoni ma tibqax
isseħħ tkun anqas minn tmienja w għoxrin ġurnata
mid-data tan-notifika, l-awtorità  kompetenti tħoss li
jkun meħtieġ li n-notifika għandu jkollha effett aktar
kmieni; u
(ċ) fi żmien erbatax-il ġurnata mid-data tan-notifika, l-
operatur, jew il-persuna li tkun tirrapreżentah, jista’
jibgħat bil-miktub lill-awtorità  kompetenti l-argumenti
favur li xi awtorizzazzjoni li għaliha n-notifika
tirriferixxi għandha tibqa jew għandha terġa’ tingħata.
(6) Awtorizzazzjoni li għaliha tkun ingħatat notifika skond is-
subregolament (5) għandha bla ħsara għas-subregolament (5)(a) ma
tibqax isseħħ mid-data msemmija fin-notifika.
Notamenti li 
għandhom 
jinżammu u 
rendikontijiet li 
għandhom jiġu 
mibgħuta minn 
operaturi.
Emendat:
A.L. 14 ta’ l-2004.
61. (1) L-operaturi li jkollhom liċenza għandhom iżommu
duplikat tan-notamenti li jirriferixxu għat-tagħlim kollu li jingħata
f’kull skola ta’ sewqan awtorizzata speċifikata, liema notamenti
għandhom isiru skond il-formula approvata mill-awtorità
kompetenti, u għandu jkun fihom il-partikolaritajiet kollha
meħtieġa b’dik il-formula.
(2) Matul l-ewwel ħmistax-il ġurnata ta’ kull xahar, kull
operatur li jkollu liċenza għandu jibgħat lill-awtorità  kompetenti fl-
uffiċċji tagħha kopja tan-notament li jkun fih l-entrati magħmulin
dwar it-tagħlim.
(3) Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dawn ir-
regolamenti, il-kopja l-oħra ta’ dawk in-notamenti għandha
tinżamm mill-operatur li jkollu liċenza fil-post reġistrat ta’ dik l-
iskola ta’ sewqan awtorizzata, għal dak il-perijodu li hemm bżonn
biex jiżgura li jekk, issir xi spezzjoni ta’ dawk in-notamenti skond
ir-regolament 62, l-entrati li jirriferixxu għal kull tagħlim li jkun
sar matul l-aħħar tnax-il xahar ikunu disponibbli għal spezzjon. 
L-ispezzjon tal-
vetturi u tan-
notamenti.
Emendat:
A.L. 14 ta’ l-2004.
62. Kull spettur jista’ f’kull ħin, waqt il-ġurnata normali tax-
xogħol, wara li juri x’kariga għandu, jekk hekk meħtieġ, jidħol f’xi
post reġistrat ta’ l-iskola ta’ sewqan awtorizzata u jkollu d-dritt li -
(a) jispezzjona l-vetturi bil-mutur li huma reġistrati għall-
għanijiet ta’ tagħlim;
(b) jassigura ruħu dwar l-effiċjenza ta’ dawk il-vetturi u
jitlob li tingħatalu prova dwar dan;
16 L.S.65.18 ħ VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN)
(ċ) jispezzjona in-notamenti kollha u l-kopji ta’ ċertifikati
rigward it-testijiet li jkunu saru biex jiżguraw li l-
vetturi jkunu tajba għat-triq, li huma meħtieġa li
jinżammu jew jiġu protetti fl-iskola ta’ sewqan skond
dawn ir-regolamenti;
(d) jingħata dik l-informazzjoni li jista’ raġonevolment
jeħtieġ dwar xi waħda mill-affarijiet imsemmija.
Tag ta’ l-identità .
Emendat:
A.L. 14 ta’ l-2004.
63. Operaturi li jkollhom liċenza għandhom jiżguraw li
instructors tas-sewqan liċenzjati fl-impieg tagħhom jilbsu t-tag ta’
l-identità , maħruġa mill-awtorità  kompetenti, waqt li jkunu
qiegħdin jgħallmu u meta jkunu ma’ sewwieq prospettiv li jkun
qiegħed jagħmel it-test tas-sewqan.
Instructors tas-sewqan liċenzjati
Applikazzjonijiet 
ta’ instructors tas-
sewqan liċenzjati.
64. (1) Applikazzjonijiet għal liċenzi bħala instructor tas-
sewqan liċenzjat jistgħu jsiru minn individwu ta’ kondotta tajba li
jkollu liċenza tas-sewqan għal għall-inqas ħames snin f’xi waħda
mill-kategoriji msemmija fl-Ewwel Skeda.
(2) Kull applikazzjoni għandha tkun iffirmat mill-individwu li
japplika u għandha ssir fuq il-formula prekritta.
(3) Il-formula msemmija fis-subregolament (2) għandha tiġi
ppreżentata lill-awtorità  kompetenti flimkien mal-liċenza tas-
sewqan ta’ l-applikant u ċertifikat tal-kondotta.
L.S.128.01
(4) L-awtorità  kompetenti għandha, wara li tiżgura li l-ħtiġiet
ta’ l-applikazzjoni huma sodisfatti, toħroġ il-liċenza xierqa wara li
l-instructor iħallas id-dritt xieraq kif speċifikat fir-Regolamenti
dwar il-Liċenzi tal-Pulizija.
Validità  tal-liċenza. 65. Il-liċenza biex wieħed jagħmilha ta’ instructor tas-sewqan
liċenzjat tkun valida għal sena. Meta tiskadi l-liċenza tista’ tiġi
mġedda, wara li jitħallas id-dritt kull darba, għal perjodi oħra ta’
sena.
Irtirar jew 
sospensjoni ta’ 
liċenza.
66. Il-liċenza biex wieħed jagħmilha ta’ instructor tas-sewqan
liċenzjat tkun suġġetta għall-irtirar jew sospensjoni mill-awtorità
kompetenti jekk ikun hemm xi ksur ta’ dawn ir-regolamenti.
Awtorizzazzjoni lil 
instructor tas-
sewqan liċenzjat.
67. L-ebda persuna ma tista’ tagħmilha ta’ instructor tas-
sewqan liċenzjat fi skola ta’ sewqan jekk ma tkunx għaddiet mill-
eżami dwar il-ħila tagħha li tgħallem wara kors ta’ tagħlim
approvat għal dak il-għan mill-awtorità  kompetenti.
Eżami dwar il-ħila 
għat-tagħlim.
68. (1) L-eżami dwar il-ħila li wieħed jista’ jgħallem ikun
jikkonsisti - 
(a) fl-eżami fit-teorija;
(b) fit-test dwar il-kapaċità u  l-kondizzjoni tajba biex
wieħed jista’ jsuq; u
(ċ) fit-test dwar il-kapaċità  u l-kondizzjoni tajba biex
wieħed jista’ jgħallem.
(2) Ix-xorta ta’ l-eżami għandha tkun kif preskritta fil-Ħdax-il
Skeda, u wieħed għandu jgħaddi mill-eżami fi żmien tnax-il xahar
mid-data li jkun spiċċa l-kors ta’ tagħlim fir-regolament 67.
VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN) ġ L.S.65.18 17
(3) Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan ir-
regolament, persuna titqies li tkun għaddiet mill-eżami jekk dawn
il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ġew imħarsa biss:
(a) tkun għaddiet mit-tliet taqsimiet ta’ l-eżami fl-ordni
mniżżel fis-subregolament (1);
(b) tkun għaddiet mit-test dwar il-kapaċità  u l-kundizzjoni
tajba biex wieħed isuq l-ewwel, it-tieni jew it-tielet
darba li tkun għamlet it-test wara li tkun għaddiet mill-
eżami fit-teorija;
(ċ) tkun għaddiet mit-test dwar il-kapaċità  u l-kundizzjoni
tajba biex wieħed jgħallem l-ewwel, it-tieni jew it-
tielet darba wara li tkun għaddiet mill-eżami fit-
teorija.
(4) Għall-għanjiet ta’ dan ir-regolament -
(a) meta persuna tkun bdiet it-test dwar il-kapaċità  u l-
kundizzjoni tajba biex wieħed isuq jew it-test dwar il-
kapaċità  u l-kundizzjoni tajba biex wieħed jgħallem, u
ma tispiċċax dak it-test, dik il-persuna titqies bħala li
ma tkunx għaddiet mit-test in kwistjoni;
(b) mingħajr ħsara għall-paragrafu (ċ), referenza għall-fatt
li wieħed għadda mill-eżami fit-teorija jew mit-test
dwar il-kapaċità  u l-kundizzjoni tajba biex wieħed isuq
għandha, rigward persuna li tkun għaddiet minn dak l-
eżami jew dak it-test, kif ikun il-każ, aktar minn darba,
tinftiehem bħala referenza għall-aħħar darba minn
dawk id-drabi;
(ċ) jekk persuna tagħmel l-eżami fit-teorija fi żmien meta
ma tkunx eliġibbli li tagħmel dak l-eżami, dik il-
persuna, f’ebda ċirkostanza ma titqies li tkun għaddiet
minn dak l-eżami f’dik l-okkażjoni. 
(5) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, persuna titqies li tkun
għamlet applikazzjoni fid-data meta l-applikazzjoni tagħha u d-dritt
preskritt b’dawn ir-regolamenti jiġu riċevuti mill-awtorità
kompetenti.
Test dwar l-
kapaċità  u 
kundizzjoni tajba 
kontinwi biex 
wieħed jgħallem.
69. L-awtorità  kompetenti tista’ teħtieġ li instructor tas-
sewqan liċenzjat jagħmel test dwar il-kapaċità  u kundizzjoni tajba
kontinwi biex wieħed jgħallem kif speċifikat fit-Tnax-il Skeda.
Tag ta’ l-identità .
ta’ l-identità , maħruġa għal dan il-għan mill-awtorità  kompetenti,
waqt li jkunu qiegħdin jgħallmu u meta jkunu ma’ sewwieq
prospettiv li jkun qiegħed jagħmel it-test tas-sewqan.
(2) Waqt it-tagħlim, l-instructor tas-sewqan liċenzjat għandu
joqgħod ħdejn is-sewwieq prospettiv u jista’ jippermetti li -
(a) sewwieq prospettiv ieħor jirkeb fuq il-vettura bil-
mutur; u
(b) fuq talba tas-sewwieq prospettiv, persuna oħra tirkeb
fuq il-vettura bil-mutur.
18 L.S.65.18 ħ VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN)
TAQSIMA VIII
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Produzzjoni ta’ 
liċenzi.
71. Kull persuna liċenzjata skond dawn ir-regolamenti
għandha ġġorr magħha l-liċenża meta tkun qed taġixxi fil-kariga li
għaliha tkun liċenzjata u għandha tipproduċi l-istess lill-pulizija u,
jew, lill-awtorità  kompetenti meta mitluba jew f’xi post maħtur fi
żmien jumejn mid-data ta’ dik it-talba.
Għoti immedjat ta’ 
liċenza mħassra, 
eċċ.
72. Kull persuna li jkollha liċenza mħassra, sospiża jew
revokata għandha minnufih tagħti dik il-liċenza lill-awtorità
kompetenti.
Persuna misjuba 
ħatja minn Qorti.
73. Kull qorti li quddiemha persuna tinsab ħatja ta’ reat skond
dawn ir-regolamenti tista’ -
(a) jekk il-persuna tinstab ħatja ta’ reat kontra dawn ir-
regolamenti, u jkollha xi liċenza skond dawn ir-
regolamenti, tissosspendi l-liċenza għal kull perjodu li
ma jkunx aktar minn xahar b’żieda ma’ xi piena oħra li
dik il-persuna tista’ teħel;
(b) jekk il-persuna misjuba ħatja ma jkollhiex liċenza
skond dawn ir-regolamenti, tiddikjara li dik il-persuna
tkun skwalifikata milli jkollha liċenza għal kull
perjodu li ma jkunx aktar minn tliet xhur.
Formuli u 
software.
74. (1) L-awtorità  kompetenti tista’ tipprepara u tipprovdi,
għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, kull formula li hi meħtieġa li
tiġi approvata minnha, skond dawn ir-regolamenti biex
tikkostitwixxi n-notamenti meħtieġa li jinżammu skond dawn ir-
regolamenti, u tista’ tinkludi fil-formuli l-affarijiet addizzjonali li
hi tikkonsidra li jkunu ta’ għajnuna lil persuni li jagħmlu użu minn
dawn il-formuli jew lill-persuni li lilhom jinħarġu dawn il-formuli
meta jiġu kompletati u f’dan il-każ ma tista’ tiġi użata ebda
formula oħra ħlief dik provduta.
(2) Il-formuli msemmija fis-sub-regolament (1) għandhom
jiġu provduti mill-awtorità  kompetenti wara l-ħlas tad-dritt li jiġi
muri fuqhom.
(3) L-awtorità  kompetenti tista’ tipprepara u tipprovdi, wara li
jitħallas id-dritt, software addatat għall-użu mill-operaturi
awtorizzati rigward tagħlim mogħti skond id-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-regolamenti:
Iżda meta s-software jitlesta mill-awtorità  kompetenti, kull
software ieħor użat mill-operaturi awtorizzati rigward tagħlim
mogħti skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti għandu
jkun konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet approvati mill-awtorità
kompetenti.
Notifiki. 75. Ħlief kif provdut xort’oħra f’dawn ir-regolamenti, kull
notifika maħruġa mill-awtorità  kompetenti lill-operaturi
awtorizzati skond dawn ir-regolamenti għandha ssir bil-miktub u
tintbagħat bil-posta jew bil-facsimile lill-operaturi awtorizzati fl-
indirizz reġistrat ta’ l-iskola ta’ sewqan tagħhom.
VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN) ġ L.S.65.18 19
TAQSIMA IX
DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI
Skejjel ta’ sewqan 
u instructors ta’ 
sewqan liċenzjati 
qabel l-1 ta’ 
Awissu, 2002.
76. (1) Skejjel ta’ sewqan li jkunu qed joperaw qabel l-1 ta’
Awissu, 2002 ikunu meħtieġa li jgħaddu mill-formalitajiet
msemmija fir-regolament 57 għall-finijiet ta’ record biss għax
għandhom jiġu meqjusa bħala operaturi awtorizzati skond ir-
regolament 58 b’seħħ mill-1 ta’ Awissu, 2002.
(2) Instructors tas-sewqan liċenzjati li jkunu ġabu l-liċenza ta’
instructor tagħhom qabel l-1 ta’ Awissu, 2002, ma jkunux meħtieġa
jagħmlu l-eżami msemmi fir-regolamenti 67 u 68, iżda jkunu
meħtieġa li jattendu l-kors ta’ tagħlim imsemmi fir-regolament 67.
20 L.S.65.18 ħ VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN)
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 3)
Kategoriji u Subkategoriji ta’ Vetturi għall-finijiet ta’ liċenzi
Kategorija Sub-kategorija Deskrizzjoni tal-Vettura
A1
Motorcycles ħfief b’ċilindrata li ma taqbiżx 125cc u saħħa tal-
makna mhux aktar minn 11kW.
A
Motorcycles sa 25kW (33bhp) u b’ratio bejn saħħa u piż li ma
jaqbiżx 0.16kW/kg.   Motorcycle magħmul minn biċtejn b’ratio
bejn saħħa u piż li ma jaqbiżx 0.16kW/kg.
A Motorcycles b’saħħa li taqbeż 25kW (33bhp) jew b’ratio bejnsaħħa u piż li jaqbeż 0.16kW/kg jew motorcycles bis-sidecar
b’ratio bejn saħħa u piż li jaqbeż 0.16kW/kg.
B1
Tricycles/quadricycles bil-mutur, vetturi bi 3 jew 4 roti ta’ piż
mingħajr tagħbija li ma jaqbiżx 550kg.
B
Vetturi bil-mutur b’piż gross ta’ vettura (g.v.w.) li ma jaqbiżx
3500kgs li jkollhom mhux aktar minn 8 postijiet bil-qegħda
għall-passiġġieri b’żieda ma’ dak tas-sewwieq; vetturi bil-mutur
f’din il-kategorija jistgħu jingħaqdu ma’ trailer li jkollu g.v.w. li
ma jaqbisx 750kg.
Komposti ta’ vetturi li jiġbdu fil-kategorija B u trailer, fejn il-
g.v.w. tal-kompost hekk iffurmat ma għandux jaqbeż 3500kg u l-
g.v.w. tat-trailer ma għandux jaqbeż il-piż mingħajr tagħbija tal-
vettura li tiġbed.
B
awtomatika
L-istess bħal kategorija B, iżda b’trasmissjoni awtomatika.
B + E
Komposti ta’ vetturi li jikkonsistu minn vettura fil-kategorija B u
trailer, fejn il-biċċiet magħquda ma jaqgħux taħt il-kategorija B.
C1
Vetturi bil-mutur minbarra dawk fil-kategorija D u liema g.v.w.
hu aktar minn 3500kg iżda mhux aktar minn 7500kg; vetturi bil-
mutur f’din il-kategorija jistgħu jingħaqdu ma’ trailer li jkollu
g.v.w. li ma jaqbiżx 750kg.
C + E
Komposti ta’ vetturi fejn il-vettura li tiġbed tkun fil-kategorija C
u t- trailer tagħha jkollu l-g.v.w. ta’ aktar minn 750kg.
C
Vetturi bil-mutur minbarra dawk fil-kategorija D u liema g.v.w.
jaqbeż 3500kg; vetturi bil-mutur f’din il-kategorija jistgħu
jingħaqdu ma’ trailer li jkollu g.v.w. li ma jaqbiżx 750kg.
C1 + E
Komposti ta’ vetturi fejn il-vettura tractor tkun fis-subkategorija
C1 u t-trailer tagħha jkollu g.v.w. ta’ aktar minn 750kg, iżda l-
g.v.w. tal-kompost hekk iffurmat ma għandux jaqbeż it-12000kg,
u l-g.v.w tat-trailer ma għandux jaqbeż il-piż mingħajr tagħbija
tal-vettura li tiġbed.
D1
Vetturi bil-mutur użati biex jinġarru passiġġieri u li jkollhom
aktar minn 8 postijiet bil-qegħdha, iżda mhux aktar minn 16
postijiet, b’żieda ma’ dak tas-sewwieq; vetturi bil-mutur f’din is-
subkategorija jistgħu jingħaqdu ma’ trailer li jkollu g.v.w. li ma
jaqbiżx 750kg.
VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN) ġ L.S.65.18 21
L-età  minima sabiex persuna iżżomm jew iġġib liċenza tas-sewqan
D1 + E
Komposti ta’ vetturi fejn il-vettura tractor tkun fis-subkategorija
D1 u t-trailer tagħha (li ma jistax jintuża għat-trasport ta’
persuni) jkollu g.v.w. ta’ aktar minn 750kgs, iżda l-g.v.w. tal-
kompost hekk iffurmat ma għandux jaqbeż il-12,000kgs u l-
g.v.w. tat-trailer ma għandux jaqbeż il-piż mingħajr tagħbija tal-
vettura tractor.
D
Vetturi bil-mutur użati biex jinġarru passiġġieri u li jkollhom
aktar minn 8 postijiet bil-qegħda b’żieda ma’ dak tas-sewwieq;
vetturi bil-mutur f’din il-kategorija jistgħu jingħaqdu ma’ trailer
li jkollu g.v.w. li ma jaqbiżx 750kg.
D + E
Komposti ta’ vetturi fejn il-vettura tractor tkun fil-kategorija D u
t- trailer ikollu g.v.w. ta’ aktar minn 750kg.
f
Vetturi għall-ġarr ta’ passiġġieri li jkollhom aktar minn 16
postijiet bil-qegħda, iżda mhux aktar minn 18, b’żieda ma’ dak
tas-sewwieq.
g
Tractors agrikoli.
IT-TIENI SKEDA Sostitwita:A.L. 14 ta’ l-2004.
(Regolament 4)
Kategorija Subkategorija Età  minima 
Applikabbli fit-territorju 
nazzjonali biss
Applikabbli fuq 
territorju internazzjonali 
A1 18 18
A 18 18
A+ 21 21
B1 18 18
B 18 18
B awtomatika 18 18
B + E 18 18
C1 19 19/21*
C1 + E 19 19/21*
C 19 19/21*
C + E 19 19/21*
D1 19 21
D1 + E 19 21
D 19 21
D + E 19 21
f 19
g 18
* L-etajiet minimi għal sewwieqa involuti f’ġarr stradali internazzjonali ta’ merkanzija
għandhom ikunu regolati bid-disposizzjonijiet tar-regolament 15 tar-Regolamenti dwar Ġarr
Stradali ta’ Merkanzija b’Vetturi bil-Mutur.
22 L.S.65.18 ħ VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN)
IT-TIELET SKEDA
(Regolament 26)
Ħtiġiet Tekniċi Minimi għal Vetturi 
Użati fit-Testijiet dwar Ħila u Mgieba
Kategorija Subkategorija L-anqas ħtiġiet tekniċi għal vetturi użati fit-testijiet tas-sewqan
A1 Motorcycles mingħajr sidecar b’ċilindrata ta’ għall-inqas 75cc
A Motorcycles mingħajr sidecar b’ċilindrata ta’ għall-inqas100cc
A Motorcycles mingħajr sidecar b’ċilindrata ta’ aktar minn
120cc, li huma kapaċi li jkollhom veloċità  ta’ għall-inqas
100km/h (jekk il-kandidat ikollu għall-inqas sentejn
esperjenza fuq motorcycles bi speċifikazzjonijiet anqas taħt
liċenza A)
JEW
Motorcycles mingħajr sidecar b’saħħa tal-makna ta’ għall-
inqas 35kw (jekk il-kandidat ikollu għall-inqas 21 sena)
B1 Tricycles jew quadricycles bil-mutur li jistgħu jtellgħuveloċità  ta’ għall-inqas 60 km/h 
B Vetturi b’erba’ roti fil-kategorija B li jistgħu jtellgħu veloċitàta’ għall-inqas 100km/h
B 
awtomatika
Bħal fil-kategorija B iżda iffitjata b’trasmissjoni awtomatika
B + E  Komposti magħmulin minn vettura li tintuża għal test tal-
kategorija B u trailer b’ g.v.w. ta’ għall-inqas 1000kg, li tista’
ttella’ velocità  ta’ għall-inqas 100km/h, u liema komposti ma
jaqgħux taħt il-kategorija B 
C1 Vetturi tas-subkategorija C1 li jkollhom g.v.w. ta’ għall-inqas4000kg u li jistgħu jtellgħu velocità  ta’ għall-inqas 80km/h
C1 + E
Komposti magħmula minn vetturi li jintużaw għal test tal-
kategorija C1 u trailer li l-għola g.v.w. tagħhom ikun ta’
għall-inqas 2000kg u li jkunu għall-inqas 8 metri tul u li
jistgħu jtellgħu veloċità  ta’ għall-inqas 80km/h
C Vetturi fil-kategorija C li l-għola g.v.w. tagħhom ikun ta’
għall-inqas 10000kgs u tul ta’ għall-inqas 7 metri, li jistgħu
jtellgħu veloċità  ta’ għall-inqas 80km/h
C + E Jew vetturi artikulati bl-għola g.v.w. tagħhom ikun ta’ għall-
inqas 18000kgs u tul ta’ għall-inqas 12-il metru, li jistgħu
jtellgħu veloċità  ta’ għall-inqas 80km/h; jew komposti,
magħmulin minn vettura li tintuża għal test tal-kategorija C u
trailer ta’ tul għall-inqas ta’ 4 metri, bl-għola g.v.w. ta’ għall-
inqas 18,000kg u tul ta’ għall-inqas 12-il metru, li jistgħu
jtellgħu veloċità  ta’ għall-inqas 80km/h
D1 Vetturi ta’ subkategorija D1 li jistgħu jtellgħu veloċità  ta’għall-inqas 80km/h
D1 + E
Komposti magħmulin minn vettura li tintuża għal test tal-
kategorija D1 u trailer b’g.v.w. ta’ għall-inqas 1,250kg u li
jistgħu jtellgħu veloċità  ta’ għall-inqas 80km/h
VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN) ġ L.S.65.18 23
D Vetturi tal-kategorija D li ma jkunux inqas minn 9 metri tul uli jistgħu jtellgħu veloċità  ta’ għall-inqas 80km/h
D + E
Komposti magħmulin minn vettura li tintuża għal test tal-
kategorija D u trailer b’g.v.w. ta’ għall-inqas 1,250kg u li
jistgħu jtellgħu veloċità  ta’ għall-inqas 80km/h
f Vettura tal-kategorija f 
g Vettura tal-kategorija g
24 L.S.65.18 ħ VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN)
IR-RABA’ SKEDA
(Regolament 17)
Taqsima A
It-Test fit-Teorija
L-Eżaminatur tas-Sewqan għandu jiżgura li l-applikant jkollu l-konoxxenza
meħtieġa tas-suġġetti elenkati.
Kull applikant għal liċenza f’xi kategorija waħda li diġà  jkollu liċenza
f’kategorija differenti jkun eżentat mid-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda.
Kontenut tat-test għar-rigward ta’ kull kategorija ta’ vetturi
Isiru mistoqsijiet fuq kull punt elenkat hawn isfel:
(a) Regolamenti dwar it-traffiku stradali
b’mod partikolari dwar sinjali tat-traffiku, marki tal-karreġġjata u
sinjali, għoti tad-dritta u limiti ta’ veloċità .
(b) Is-sewwieq 
(i) l-importanza li sewwieq ikun pront u ta’ l-attitudini lejn l-utenti
stradali l-oħra; 
(ii) perċezzjoni, ġudizzju u teħid ta’ deċiżjonijiet, speċjalment il-ħin
għal reazzjoni, kif ukoll bidliet fl-imġieba tiegħu waqt is-sewqan
minħabba fl-influwenza ta’ alkohol, drogi u prodotti mediċinali,
eċċitament mentali u l-għeja.
(c) It-triq 
(i) il-prinċipji l-aktar importanti dwar l-osservanza li tinżamm
distanza ta’ sigurtà  bejn il-vetturi, distanzi għall-ibbrejkjar u
stabbilità  stradali taħt diversi kondizzjonijiet tat-temp u tat-triq; 
(ii) fatturi ta’ riskju fis-sewqan li għandhom x’jaqsmu ma’ diversi
kondizzjonijiet stradali, b’mod partikolari kif dawn jinbidlu
skond it-temp u l-ħin tal-ġurnata jew tal-lejl; 
(iii) karatteristiċi tad-diversi tipi ta’ toroq u l-ħtiġiet statutorji li
għandhom x’jaqsmu ma’ dan.
(d) Utenti stradali oħra
(i) fatturi ta’ riskju speċifiċi li għandhom x’jaqsmu man-nuqqas ta’
esperjenza ta’ utenti stradali oħra u l-kategoriji l-aktar
vulnerabbli bħalhma huma t-tfal, nies li jkunu għaddejin bil-mixi,
ċiklisti, u nies li jkollhom mobilità  ristretta;
(ii) riskji involuti fiċ-ċaqlieq u s-sewqan ta’ diversi tipi ta’ vetturi
minħabba fil-kampi viżivi differenti tas-sewwieqa. 
(e) Regoli u regolamenti ġenerali u affarijiet oħra 
(i) regoli li għandhom x’jaqsmu mad-dokumentazzjoni
amministrattiva meħtieġa għall-użu ta’ vetturi; 
(ii) regoli ġenerali li jispeċifikaw kif is-sewwieq għandu jaġixxi f’każ
ta’ inċident (tqegħid ta’ tagħmir ta’ twissija u kif jingħata l-
allarm) u l-miżuri li jista’ jieħu biex jassisti lill-vittmi ta’ inċident
tat-traffiku, meta jkun meħtieġ;
(iii) fatturi ta’ sigurtà  li jirrigwardaw il-vettura, it-tagħbija u l-persuni
li jinġarru fil-vettura.
VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN) ġ L.S.65.18 25
(f) Prekawzjonijiet meħtieġa meta persuni jinżlu minn fuq xi vettura
(g) L-aspetti mekkaniċi li jaffettwaw is-sigurtà  stradali; l-applikanti
għandhom ikunu kapaċi li jindunaw bl-aktar difetti komuni, b’mod
partikolari fl-isteering, is-sistemi ta’ sospensjoni u tal-brejkijiet, it-
tyres, id-dwal u l-indikaturi tad-direzzjoni, ir-rifletturi, il-mirja li juru
x’qed jiġri fuq wara, il-windscreen u l-wipers, is-sistema ta’ l-exhaust,
ċ-ċintorini tas-sigurtà  u t-tagħmir ta’ twissija li jaħdem bis-smigħ
(h) It-tagħmir ta’ sigurtà  tal-vetturi u, b’mod partikolari l-użu ta’ ċintorini
tas-sigurtà , l-ilqugħ għar-ras u tagħmir għas-sigurtà  tat-tfal
(i) Regoli li jirrigwardaw l-użu ta’ vetturi skond l-ambjent ta’ madwar (użu
kif imiss ta’ tagħmir ta’ twissija li jaħdem bis-smigħ, konsum ta’
karburanti moderat, limitazzjoni ta’ emissjonijiet li jniġġżu, eċċ). 
TAQSIMA B
Disposizzjonijiet speċifiċi għar-rigward tal-kategoriji A u A1
1. Verifika obbligatorja ta’ konoxxenza ġenerali dwar:
(a) użu ta’ ilbies protettiv bħalma huma ingwanti, stivali, ilbiesi u elmu ta’
sigurtaà ;
(b) visibilità  ta’ rikkieba ta’ muturi għal utenti stradali oħra;
(ċ) fatturi ta’ riskju li għandhom x’jaqsmu ma’ diversi kondizzjonijiet
stradali kif stipulati hawn qabel b’attenzjoni addizzjonali għal partijiet
żelliqija bħalma huma għata tal-ispakxin, marki tal-karreġġata bħalma
huma linji u vleġeġ;
(d) aspetti mekkaniċi li jaffettwaw is-sigurtà  stradali kif stipulati hawn
qabel b’attenzjoni addizzjonali għall-iswiċċ ta’ waqfien ta’ emerġenza,
il-livelli taż-żjut u l-katina.
Disposizzjonijiet speċifiċi għar-rigward ta’ kategoriji C, C+E, C1, C1+E, D, D+E, 
D1 u D1+E
2. Verifika obbligatorja ta’ konoxxenza ġenerali dwar:
(a) regoli fuq is-siegħat tas-sewqan u perjodi ta’ mistrieħ kif definiti fir-
Regolament tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea (EEC) Nru. 3820/85; użu
tat-tagħmir ta’ reġistrazzjoni kif definit fir-Regolament tal-Kunsill ta’ l-
Unjoni Ewropea (EEC) Nru. 3821/85;
(b) regoli għar-rigward tat-tip ta’ trasport involut: tagħbija jew passiġġieri;
(ċ) dokumenti tal-vettura u tat-trasport meħtieġa għall-ġarr nazzjonali u
internazzjonali ta’ tagħbija u passiġġieri;
(d) x’għandek tagħmel fil-każ ta’ inċident; konoxxenza ta’ miżuri li
għandhom jittieħdu wara inċident jew ġrajja simili, inkluż kull azzjoni
ta’ emerġenza bħall-evakwazzjoni tal-passiġġieri u konoxxenza bażika
ta’ l-ewwel għajnuna;
(e) il-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu filwaqt tat-tneħħija u twaħħil
mill-ġdid ta’ xi rota;
(f) regoli dwar piżijiet u qisien ta’ vettura; regoli dwar limitaturi ta’
veloċità ;
(g) ostruzzjoni tal-kamp visiv kaġunata mill-karatteristiċi tal-vetturi
tagħhom;
26 L.S.65.18 ħ VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN)
(h) kif taqra mappa stradali, ppjannar tar-rotta, inkluż l-użu ta’ sistemi ta’
navigazzjoni elettronika (b’għażla);
(i) fatturi ta’ sigurtà  li jirrigwardaw it-tagħbija ta’ vetturi: kontroll li jsir
fuq it-tagħbija (stivar u rbit), diffikultajiet b’tipi ta’ tagħbija differenti
(eż. likwidi, tagħbija li tiddendel) kif tagħabbi u tħott  kull tagħbija u l-
użu ta’ tagħmir  għat-tagħbija (kategoriji C, C+E, C1, C1+E biss);
(j) ir-responsabbiltà  tas-sewwieq dwar il-ġarr ta’ passiġġieri; kumdità  u
sigurtà  tal-passiġġieri; trasport tat-tfal; verifiki meħtieġa qabel ma jibda
s-sewqan; kull xorta ta’ buses għandha tieħu sehem fit-test teoriku
(buses u coaches għat-trasport pubbliku, buses b’qisien speċjali,...)
(kategoriji D, D+E, D1, D1+E biss).
3. Verifika obbligatorja ta’ konoxxenza ġenerali fuq dawn id-disposizzjonijiet
addizzjonali li ġejjin għar-rigward ta’ kategoriji C, C+E, D u D+E:
(a) il-prinċipji tal-bini u funzjonament ta’: makni b’kombustjoni interna,
fluwidi (eż. iż-żejt tal-makna, coolant, fluwidu li jaħsel), is-sistema tal-
karburanti, is-sistema elettrika, is-sistema ta’ kif tqabbad il-makna, is-
sistema ta’ trasmissjoni (clutch, gearbox, eċċ.);
(b) lubrikazzjoni u protezzjoni kontra l-iffriżar;
(ċ) il-prinċipji tal-bini, it-twaħħil, użu kif imiss u ħarsien tat-tyres;
(d) il-prinċipji tat-tipi, tħaddim, partijiet ewlenin, konnessjoni, użu u ta’
kuljum manutenzjoni ta’ tagħmir konness mal-brakes u regolaturi tal-
veloċità , u l-użu ta’ anti-lock brakes;
(e) il-prinċipji ta’ t-tipi, tħaddim, partijiet ewlenin, konnessjoni, użu u
manutenzjoni ta’ kuljum ta’ sistemi ta’ coupling (kategoriji C+E, D+E
biss);
(f) metodi kif jiġi individwati l-kawżi tal-ħsarat;
(g) manutenzjoni ta’ vetturi preventiva u tiswijiet meħtieġa li jokkorru;
(h) ir-responsabbiltà  tas-sewwieq dwar kif jirċievi, jġorr u jikkunsinna t-
tagħbija skond il-kondizzjonijiet miftehma (kategoriji C, C+E biss).
VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN) ġ L.S.65.18 27
IL-ĦAMES SKEDA*
(Regolament 24)
Test ta’ Ħila u Mġieba
1. Il-vettura u t-tagħmir tagħha
(a) Is-sewqan ta’ vettura bi trasmissjoni manwali għandu jkun soġġett għal
li persuna tgħaddi minn test ta’ ħila u mġieba li jsir fuq vettura bi
trasmissjoni manwali.
Jekk l-applikant jagħmel it-test ta’ ħila u mġieba fuq vettura bi
trasmissjoni awtomatika, dan għandu jiġi reġistrat fuq kull liċenza
maħruġa abbażi ta’ dak it-test.   Liċenzi li jkollhom din l-indikazzjoni
għandhom jintużaw biss għas-sewqan ta’ vetturi bi trasmissjoni
awtomatika.
(b) Il-vetturi użati f’testijiet ta’ ħila u mġieba għandhom jikkonformaw ma’
l-inqas ħtiġiet tekniċi li jinsabu fit-Tielet Skeda.
2. Ħila u mġieba li jiġu ttestjati għar-rigward ta’ kategoriji A u A1
(a) Preparazzjoni u verifika teknika tal-vettura li jaffettwaw is-sigurtà
stradali.
L-applikanti għandhom juru li huma kapaċi jippreparaw ruħhom biex
jirkbu b’mod sigur billi jissodisfaw dawn il-ħtiġiet li ġejjin:
(i) Jaġġustaw l-ilbies protettiv, bħalma huma l-ingwanti, stivali,
ilbiesi u elmu ta’ sigurtà ;
(ii) Iwettqu verifika każwali fuq il-kondizzjoni tat-tyres, brakes,
steering, swiċċ ta’ waqfien ta’ emerġenza (jekk dan japplika), il-
katina, l-ivelli taż-żjut, dwal, rifletturi, indikaturi tad-direzzjoni u
tagħmir ta’ twissija bis-smigħ.
(b) Manuvri speċjali li għandhom jiġu ttestjati billi jaffettwaw is-sigurtà
stradali
(i) Kif iżżomm mutur wieqaf dritt u terġa’ ġġibu fuq ir-roti u
tmexxih, mingħajr ma tqabbad il-makna, billi timxi laġenba tal-
vettura;
(ii) Kif tipparkja mutur billi żżommu wieqaf;
(iii) Mill-inqas żewġ manuvri li jsiru b’veloċità  mnaqqsa, inkluż
slalom; dawn ikunu jippermettu li tiġi ttestjata l-kompetenza fl-
użu tal-clutch flimkien mal-brake, bilanċ, direzzjoni viżiva u
posizzjoni fuq il-mutur u l-posizzjoni tas-saqajn fuq il-pedali;
(iv) Mill-inqas żewġ manuvri li jsiru b’veloċità  miżjuda, li minnhom
manuvra waħda ssir bit-tieni jew it-tielet gear, mill-inqas bit-30
km/siegħa u l-manuvra l-oħra billi jiġi evitat xi ostaklu bl-inqas
veloċità  ta’ 50 km/siegħa; dan ikun jippermetti li tiġi ttestjata l-
kompetenza fil-posizzjoni fuq il-mutur, direzzjoni viżiva, bilanċ,
teknika ta’ steering u teknika ta’ bdil ta’ gears;
(v) Bbrejkjar: għandhom isiru mill-inqas żewġ eserċizzji ta’
bbrejkjar, inkluż brake ta’ emerġenza b’veloċità  minima ta’ 50
km/siegħa; dan ikun jippermetti li tiġi ttestjata l-kompetenza fil-
maniġġ tal-brake ta’ quddiem u ta’ wara, d-direzzjoni viżiva u l-
posizzjoni fuq il-mutur.
*fis-seħħ mid-29 ta’ Marzu, 2004.
28 L.S.65.18 ħ VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN)
(ċ) Mġieba f’nofs it-traffiku
(i) Kif titlaq minn post fiss: minn posizzjoni ta’ pparkjar, wara waqfa
fit-traffiku; filwaqt li tkun ħiereġ minn driveway;
(ii) Sewqan fuq toroq dritti; meta tkun għaddej minn ħdejn vetturi
ġejjin min-naħa opposta, ukoll meta dan isir fi spazju ristrett;
(iii) Sewqan mal-liwjiet;
(iv) F’salib it-toroq: kif toqrob lejn intersezzjonijiet u junctions, u
taqsamhom;
(v) Bdil ta’ direzzjoni: dawriet lejn ix-xellug u l-lemin; kif tgħaddi
minn lane għall-ieħor;
(vi) Kif toqrob lejn/toħroġ minn motorways jew toroq simili (jekk
ikun hemm): kif tidħol fihom mill-acceleration  lane; kif titlaq
minnhom mid-deceleration lane;
(vii) Kif taqbeż u tgħaddi: kif taqbeż traffiku ieħor (jekk ikun
possibbli); sewqan maġenb ostakli, eż. karrozzi pparkjati; li tiġi
maqbuż minn traffiku ieħor (jekk ikun il-każ);
(viii) Karatteristiċi stradali speċjali (jekk ikun hemm): roundabouts;
bus  stops; pedestrian crossings; sewqan għat-telgħa jew għan-
niżla tul meded twal ta’ inklinazzjoni;
(ix) Teħid tal-prekawzjonijiet meħtieġa meta tkun nieżel minn il-
vettura.
3. Ħila u mġieba li jiġu ttestjati għar-rigward ta’ kategoriji B, B1 u B+E
(a) Preparazzjoni u verifika teknika tal-vettura li jaffettwaw is-sigurtà
stradali
L-applikanti għandhom juru li jkunu jafu jippreparaw biex jibdew isuqu
b’mod sigur billi jissodisfaw dawn il-ħtiġiet li ġejjin:
(i) Jaġġustaw is-seat kif meħtieġ biex ikollhom posizzjoni bilqegħda
tajba;
(ii) Jaġġustaw il-mirja li juru x’qed jiġri fuq wara, ċintorini tas-
sigurtà  u l-ilqugħ għar-ras jekk ikun hemm; 
(iii) Verifika li l-bibien jinsabu magħluqin;
(iv) Għemil ta’ verifika każwali fuq il-kondizzjoni tat-tyres, steering,
brakes, fluwidi (eż. iż-żejt tal-makna, coolant, fluwidu li jaħsel),
dwal, rifletturi, indikaturi tad-direzzjoni u tagħmir ta’ twissija
bis-smigħ;ż
(v) Verifika tal-fatturi ta’ sigurtà  li jirrigwardaw it-tagħbija ta’
vetturi: il-body, pjanċi, bibien tal-kaxxa fejn titqiegħed it-
tagħbija, qfil tal-kabina, mod kif issir it-tagħbija, kif tintrabat it-
tagħbija (kategorija B+E biss);
(vi) Verifika tal-mekkaniżmu ta’ coupling u tal-konnessjonijiet tal-
brake u dawk elettriċi (kategorija B+E biss).
(b) Kategoriji B u B1: manuvri speċjali li għandhom jiġu ttestjati għax
jaffettwaw is-sigurtà  stradali 
Għandha tiġi ttestjata għażla minn dawn il-manuvri li ġejjin (mill-inqas
żewġ manuvri għall-erba’ punti, inkluża waħda bir-reverse gear).
(i) Irriversjar f’linja dritta jew irriversjar lejn ix-xellug jew il-lemin
ma’ kantuniera filwaqt li tibqa’ fil-lane tat-traffiku tiegħek;
(ii) Iddawwar il-vettura biex tiġi tħares lejn in-naħa l-oħra, billi tuża
VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN) ġ L.S.65.18 29
forward u reverse gears;
(iii) Ipparkjar tal-vettura u tluq minn ġo spazju ta’ l-ipparkjar
(parallel, angolat jew angolu rett, ’il quddiem jew lura, fuq witja,
għat-telgħa jew għan-niżla);
(iv) Bbrejkjar eżattament sa ma tasal f’waqfa; madankollu, hemm
għażla jekk tagħmilx waqfa ta’ emerġenza.
(ċ) Kategorija B+E: manuvri speċjali li jiġu ttestjati għax jaffettwaw is-
sigurtà  stradali 
(i) Coupling u uncoupling, jew uncoupling u re-coupling ta’ trailer
minn jew mal-vettura bil-mutur relattiva; il-manuvra għandha
tkun tinvolvi l-ġbid tal-vettura li tkun being pparkjata maġenb it-
trailer (i.e. mhux f’linja waħda);
(ii) Irriversjar tul il-medda ta’ liwja, li l-linja tagħha titħalla fid-
diskrezzjoni ta’ l-awtorità  kompetenti;
(iii) Ipparkjar b’mod sigur għat-tagħbbija/ħatt.
(d) Mġieba f’nofs it-traffiku
L-applikanti għandhom iwettqu dawn l-azzjonijiet kollha li ġejjin
f’sitwazzjonijiet tat-traffiku normali, f’sigurtà  sħiħa u filwaqt li jieħdu
l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa:
(i) Kif titlaq minn post fiss: minn posizzjoni ta’ pparkjar, wara waqfa
fit-traffiku; filwaqt li tkun ħiereġ minn driveway;
(ii) Sewqan fuq toroq dritti; meta tkun għaddej minn ħdejn vetturi
ġejjin min-naħa opposta, ukoll meta dan isir fi spazju ristrett;
(iii) Sewqan mal-liwjiet;
(iv) F’salib it-toroq: kif toqrob lejn intersezzjonijiet u junctions, u
taqsamhom;
(v) Bdil ta’ direzzjoni: dawriet lejn ix-xellug u l-lemin; kif tgħaddi
minn lane għall-ieħor;
(vi) Kif toqrob lejn/toħroġ minn motorways jew toroq simili (jekk
ikun hemm): kif tidħol fihom mill-acceleration  lane; kif titlaq
minnhom mid-deceleration lane;
(vii) Kif taqbeż u tgħaddi: kif taqbeż traffiku ieħor (jekk ikun
possibbli); sewqan maġenb ostakli, eż. karrozzi pparkjati; li tiġi
maqbuż minn traffiku ieħor (jekk ikun il-każ);
(viii) Karatteristiċi stradali speċjali (jekk ikun hemm): roundabouts;
bus  stops; pedestrian crossings; sewqan għat-telgħa jew għan-
niżla tul meded twal ta’ inklinazzjoni;
(ix) Teħid tal-prekawzjonijiet meħtieġa meta tkun nieżel minn il-
vettura.
4. Ħila u mġieba li jiġu ttestjati għar-rigward ta’ kategoriji C, C+E, C1, C1+E,
D, D+E, D1 u D1+E
(a) Preparazzjoni u verifika teknika tal-vettura bil-għan li tinħalaq s-
sigurtà  stradali 
L-applikanti għandhom juru li jkunu kapaċi jippreparaw ruħhom biex
isuqu b’mod sigur billi jissodisfaw dawn il-ħtiġiet li ġejjin:
(i) Jaġġustaw is-seat kif meħtieġ biex ikollhom posizzjoni bilqegħda
tajba;
(ii) Jaġġustaw l-mirja li juru x’ikun qed jiġri fuq wara, ċintorini tas-
30 L.S.65.18 ħ VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN)
sigurtà  u lqugħ għar-ras jekk ikun hemm;
(iii) Jagħmlu verifiki każwali fuq il-kondizzjoni tat-tyres,  steering,
brakes, dwal,  rifletturi, indikaturi tad-direzzjoni u tagħmir ta’
twissija bis-smigħ;
(iv) Jagħmlu verifiki tas-sistemi ta’ power-braking u steering; verifika
tal-kondizzjoni tar-roti, skorfini tar-roti, mudguards, windscreen,
twieqi u wipers, fluwidi (eż. iż-żejt tal-makna, coolant, fluwidu li
jaħsel); verifika u użu tas-sistema fejn ikunu miġbura l-kmandi ta’
l-istrumenti inkluż it-tagħmir ta’ reġistrazzjoni kif definit
f’Regolament (EEC) No 3821/85;
(v) Jagħmlu verifiki tal-pressjoni ta’ l-arja, tankijiet ta’ l-ajru u s-
suspension;
(vi) Jagħmlu verifiki tal-fatturi ta’ sigurtà  li jirrigwardaw it-tagħbija
ta’ vetturi: il-body, pjanċi, bibien tal-kaxxa fejn ikun hemm it-
tagħbija, mekkaniżmu ta’ tagħbiaj (jekk ikun hemm), qfil tal-
kabina (jekk ikun hemm), mod ta’ kif issir it-tagħbija, irbit tat-
tagħbija (kategoriji C, C+E, C1, C1+E biss);
(vii) Jagħmlu verifiki tal-mekkaniżmu ta’ coupling u l-brake u
konnessjonijiet elettriċi (kategoriji C+E, C1+E, D+E, D1+E biss);
(viii) Jkunu kapaċi jieħdu ċertu miżuri ta’ sigurtà ; kontroll li jsir fuq il-
body, bibien ta’ servizz, bibien ta’ emerġenza, tagħmir ta’ l-ewwel
għajnuna, ċilindri għat-tifi tan-nar u tagħmir ieħor tas-sigurtà
(kategoriji D, D+E, D1, D1+E biss);
(ix) Kif taqra mappa stradali, l-ippjannar tar-rotta, inkluż l-użu ta’
sistemi ta’ navigazzjoni elettronika (b’għażla).
(b) Manuvri speċjali li jiġu ttestjati għax jaffettwaw is-sigurtà  stradali 
(i) Coupling u uncoupling, jew uncoupling u re-coupling ta’ trailer
minn mal-vettura bil-mutur relattiva; il-manuvra għandha tkun
tinvolvi l-ġbid ta’ vettura li tkun ipparkjata maġenb it-trailer (i.e.
mhux f’linja waħda) (kategoriji C+E, C1+E, D+E, D1+E biss);
(ii) Irriversjar tul il-medda ta’ liwja, li l-linja tagħha titħalla fid-
diskrezzjoni ta’ l-awtorità  kompetenti;
(iii) Ipparkjar b’mod sigur għat-tgħabbija/ħatt fuq rampa/pjattaforma
tat-tagħbija jew stallazzjoni simili (kategoriji C, C+E, C1, C1+E
biss);
(iv) Ipparkjar sabiex il-passiġġieri jkunu jistgħu jitilgħu fuq bus jew
jinżlu minn fuqha b’mod sigur (Kategoriji D, D+E, D1, D1+E
biss).
(ċ) Mġieba f’nofs it-traffiku
L-applikanti għandhom iwettqu dawn l-azzjonijiet kollha li ġejjin
f’sitwazzjonijiet tat-traffiku normali, f’sigurtà  sħiħa u filwaqt li jieħdu
l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa:
(i) Kif titlaq minn post fiss: minn posizzjoni ta’ pparkjar, wara waqfa
fit-traffiku; filwaqt li tkun ħiereġ minn driveway;
(ii) Sewqan fuq toroq dritti; meta tkun għaddej minn ħdejn vetturi
ġejjin min-naħa opposta, ukoll meta dan isir fi spazju ristrett;
(iii) Sewqan mal-liwjiet;
(iv) F’salib it-toroq: kif toqrob lejn intersezzjonijiet u junctions, u
taqsamhom;
VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN) ġ L.S.65.18 31
(v) Bdil ta’ direzzjoni: dawriet lejn ix-xellug u l-lemin; kif tgħaddi
minn lane għall-ieħor;
(vi) Kif toqrob lejn/toħroġ minn motorways jew toroq simili (jekk
ikun hemm): kif tidħol fihom mill-acceleration  lane; kif titlaq
minnhom mid-deceleration lane;
(vii) Kif taqbeż u tgħaddi: kif taqbeż traffiku ieħor (jekk ikun
possibbli); sewqan maġenb ostakli, eż. karrozzi pparkjati; li tiġi
maqbuż minn traffiku ieħor (jekk ikun il-każ);
(viii) Karatteristiċi stradali speċjali (jekk ikun hemm): roundabouts;
bus  stops; pedestrian crossings; sewqan għat-telgħa jew għan-
niżla tul meded twal ta’ inklinazzjoni;
(ix) Teħid tal-prekawzjonijiet meħtieġa meta tkun nieżel mill-vettura.
5. Għoti ta’ marki fit-test ta’ ħila u mġieba
(a) Għal kull waħda nis-sitwazzjonijiet hawn qabel imsemmija, il-mod kif
jingħata marki l-applikant għandu jkun jirrifletti l-grad ta’ faċilità  li
bih l-applikant jimmaniġġa l-kontrolli tal-vettura  u juri kemm ikun
kapaċi li jsuq fit-traffiku b’sigurtà  sħiħa. L-eżaminatur għandu jħoss li
kien sigur matul it-test kollu. Żbalji fis-sewqan jew mġieba perikoluża li
minnufih tipperikola s-sigurtà  tal-vettura użata fit-test, il-passiġġieri
tagħha jew utenti stradali oħra għandhom ikun penalizzati billi l-
applikant jeħel mit-test, sew jekk l-eżaminatur jew persuna li qed
takkompanja ikollha tintervjeni, sew jekk ma jkollhiex.  Madankollu, l-
eżaminatur xorta jkun liberu li jiddeċiedi jekk it-test fil-ħila u l-imġieba
għandux jitkompla jew le.
Eżaminaturi tas-sewqan għandhom jiġu mħarrġa biex ikunu jistgħu
jevalwaw sew il-kapaċità  ta’ l-applikanti li jsuqu b’mod sigur. Dak li
jagħmlu l-eżaminaturi tas-sewqan għandu jkun taħt sorveljanza u
superviżjoni, minn korp awtorizzat mill-awtorità  kompetenti, sabiex
jiżgura applikazzjoni korretta u konsistenti ta’ kif għandu jiġi evalwat
kull nuqqas skond il-livelli stipulati f’din l-Iskeda.
(b) Filwaqt li jkunu qegħdin jagħmlu din l-evalwazzjoni, l-eżaminaturi tas-
sewqan għandu jkollhom  attenzjoni speċjali għall-fatt jekk l-applikant
ikunx qed juri mġieba difensiva u soċjali waqt is-sewqan.  Din għandha
tkun tirrifletti l-istil kollu tas-sewqan u l-eżaminatur tas-sewqan għandu
jagħti każ ta’ dan meta jkun qed iqis lill-applikant fit-totalità  tiegħu.
Tinkludi wkoll sewqan adattat u determinat (sigur), fil-qies tal-
kondizzjonijiet tat-triq u tat-temp, fil-qies ukoll ta’ traffiku ieħor, ta’ l-
interessi ta’ utenti stradali oħra (partikolarment dawk l-iktar
vulnerabbli) u l-antiċipazzjoni.
(ċ) L-eżaminatur tas-sewqan għandu iktar minn hekk jevalwa dwar l-
applikant: 
(i) jekk ikollux kontroll fuq il-vettura; fil-qies ta’: l-użu kif imiss ta’
ċintorini tas-sigurtà , mirja li juru x’qed jiġri fuq wara, l-ilqugħ
għar-ras; seat; l-użu kif imiss ta’ dwal u tagħmir ieħor; l-użu kif
imiss ta’ clutch, gearbox, aċċeleratur, sistemi ta’ bbrejkjar
(inkluża t-tielet sistema ta’ bbrejkjar, jekk ikun hemm), steering;
jekk ikollux kontroll fuq il-vettura taħt ċirkostanzi differenti,
b’veloċitajiet differenti; stabbilità  stradali; il-piż u l-qisien u l-
karatteristiċi tal-vettura; il-piż u t-tip ta’ tagħbija (kategoriji B+E,
C, C+E, C1, C1+E, D+E, D1+E biss); il-kumdità  tal-passiġġieri
(kategoriji D, D+E, D1, D1+E biss) (ebda aċċelerazzjoni
32 L.S.65.18 ħ VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN)
mgħaġġla, sewqan mistrieħ u komdu u bla ebda bbrejkjar qawwi);
(ii) jekk ikunx isuq b’mod ekonomiku u konformi ma’ l-esiġenzi ta’ l-
ambjent, fil-qies tar-rivoluzzjonijiet li jagħmel fil-minuta, bil-bdil
ta’ gears, ibbrejkjar u aċċelerazzjoni (kategoriji B+E, C, C+E,
C1, C1+E, D, D+E, D1, D1+E biss);
(iii) jekk ikollux osservazzjoni: ta’ dak kollu li jkun qed jiġri
madwaru; l-użu kif imiss ta’ mirja; viżjoni ta’ meded fil-bogħod,
f’distanza medja u fil-viċin;
(iv) jekk ikollux sens ta’ priorità /jċedi lill-oħrajn: priorità  f’salib it-
toroq, intersezzjonijiet u junctions, iċedi t-triq f’okkażjonijiet
oħra (eż. bdil ta’ direzzjoni, bdil ta’ lanes, manuvri speċjali);
(v) jekk iżommx posizzjoni korretta  fit-triq: posizzjoni sew fit-triq,
fil-lanes, mar-roundabouts, mal-liwjiet, adatti skond it-tip u l-
karatteristiċi tal-vettura; teħid ta’ posizzjoni bil-quddiem;
(vi) jekk iżommx distanza: jekk ikunx iżomm distanza biżżejjed sew
fuq quddiem sew mal-ġenb; jekk ikunx iżomm distanza biżżejjed
minn utenti stradali oħra;
(vii) xi tkun il-veloċità  li jsuq biha:  li ma tkunx teċċedi l-ogħla
veloċità  permessa; li jadatta l-veloċità  għall-kondizzjonijiet tat-
temp/traffiku u meta dan jgħodd sal-limiti ta’ veloċità  li jkunu
japplikaw fil-pajjiż; is-sewqan b’tali veloċità  li jkun possibbli li
jieqaf f’distanza tat-triq li tidher u li tkun libera; li jadatta l-
veloċità  tiegħu għall-veloċità  ġenerali ta’ l-istess xorta ta’ utenti
stradali;
(viii) x’jaf dwar id-dwal tat-traffiku, is-sinjali stradali u indikazzjonijiet
oħra: li jaf kif għandu jġib ruħu sew qrib id-dwal tat-traffiku; li
jobdi l-istruzzjonijiet li jingħatawlu mill-kontrolluri tat-traffiku;
li jaf kif għandu jġib ruħu sew qrib is-sinjali stradali
(projbizzjonijiet jew kmandi); jaf jieħu azzjoni kif imiss skond il-
marki tal-karreġġata;
(ix) x’jaf fuq s-sinjali: li jagħti sinjali meta jkun meħtieġ, sew u fil-
waqt li proprju jmiss;  li jindika d-direzzjonijiet tiegħu sew; li
jieħu azzjoni kif imiss dwar kull sinjal li jagħmlu l-utenti stradali
l-oħra;
(x) kif jibbrejkja u jieqaf: li jnaqqas il-veloċità  tul medda ta’ ħin,
jibbrejkja jew jieqaf skond iċ-ċirkostanzi; antiċipazzjoni; jaf juża
d-diversi sistemi ta’ bbrejkjar (biss għal kategoriji C, C+E, D,
D+E); jaf juża sistemi ta’ tnaqqis fil-veloċità  minbarra l-brakes
(biss għal kategoriji C, C+E, D, D+E).
6. It-tul tat-test
It-tul tat-test u d-distanza li jsir il-vjaġġ fuqha għandha tkun biżżejjed sabiex
tiġi evalwata l-ħila u l-imġieba stipulati f’din l-Iskeda. F’ebda ċirkostanza m’għandu
l-ħin tas-sewqan fit-triq ikun t’inqas minn 25 minuta għal kategoriji A, A1, B, B1 u
B+E u 45 minuta għall-kategoriji l-oħra. Dan ma jinkludix l-ewwel kuntatt ma’ l-
applikant, il-preparazzjoni tal-vettura, il-verifika teknika tal-vettura kif din taffettwa
s-sigurtà  stradali, il-manuvri speċjali u l-għoti tar-riżultat tat-test prattiku.
7. Fejn isir it-test
Il-parti tat-test li tevalwa l-manuvri speċjali tista’ ssir f’xi post speċjali
għat-testijiet.  Kulmeta jkun prattiku, l-parti tat-test li tevalwa l-imġieba f’nofs it-
traffiku għandha ssir f’toroq li jkunu jinsabu ’l barra minn żoni mibnija, expressways
VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN) ġ L.S.65.18 33
u motorways (jew toroq simili), kif ukoll f’kull xorta ta’ triq urbana (żoni
residenzjali, żoni ta’ bejn 30 u 50 km/siegħa, expressways urbani) li jkunu
jirrappreżentaw id-diversi tipi ta’ diffikultà  li x’aktarx sewwieq se jiltaqa’
magħhom. Ikun ukoll l-aħjar li t-test isir f’kondizzjonijiet ta’ densità  tat-traffiku
diversi. Il-ħin adoperat fis-sewqan fit-triq għandu jintuża bl-aħjar mod sabiex l-
applikant jiġi evalwat fid-diversi żoni tat-traffiku li għad jista’ jiltaqa’ magħhom,
b’enfasi speċjali fuq il-bdil li jsir bejn żona minn dawk u oħra.
KONOXXENZA, KAPAĊITÀ  U MĠIEBA BIEX TINSAQ VETTURA B’MUTUR
Is-sewwieqa tal-vetturi kollha b’xi mutur għandhom f’kull waqt ikollhom il-
konoxxenza, l-ħila u l-imġieba deskritta taħt punti 2 sa 4 hawn qabel, bil-għan li
jkunu jistgħu:
- Jagħrfu l-perikli tat-traffiku u jevalwaw il-gravità  tagħhom;
- Ikollhom kmand suffiċjenti tal-vettura tagħhom hekk li ma joħolqux
sitwazzjonijiet perikolużi u li jkunu jafu jirreaġixxi kif imiss li kieku
kellhom jiġru sitwazzjonijiet bħal dawk;
- Jikkonformaw ruħhom mar-regolamenti tat-traffiku stradali, u b’mod
partikolari dawk maħsuba biex jipprevjenu inċidenti stradali u jżommu
l-imxija tat-traffiku;
- Jiskopru d-difetti tekniċi prinċipali fil-vetturi tagħhom, b’mod
partikolari dawk li jippreżentaw periklu għas-sigurtà , u jaraw li jiġu
rimedjati b’mod kif imiss;
- Iqisu l-fatturi kollha li jaffettwaw l-imġieba waqt is-sewqan (eż.
alkohol, għeja, vista batuta, eċċ.) sabiex jibqa’ jkollhom l-użu sħiħ tal-
fakultajiet meħtieġa biex isuqu b’mod sigur;
- Jgħinu jiżguraw is-sigurtà  ta’ l-utenti stradali kollha, u b’mod
partikolari ta’ l-iktar batuti u l-iktar esposti billi jintwera kull rispett
dovut lejn l-oħrajn.
34 L.S.65.18 ħ VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN)
IS-SITT SKEDA
(Regolament 34)
Kodiċijiet ta’ reati tas-sewqan 
Kodiċi Reati Punti ta’ Piena
Reati ta’ Inċident
AC-1 Sewwieq li jonqos milli jieqaf wara inċident 5-10
Bini u Użu ta’ Vettura
CU-1 Użu ta’ vettura bi brejkijiet difettużi 3
CU-2 Użu ta’ vettura b’tyre/s difettużi 3
CU-3 Użu ta’ vettura bi steering difettuż 3
CU-4 Kawża ta’ periklu jew x’aktarx kawża ta’ periklu minħabba fit-tagħbija 
jew il-passiġġieri
3
Sewqan Traskurat/Perikoluż
RD-1 Sewqan traskurat, negliġenti jew perikoluż 3-11
RD-2 Qtil ta’ persuna mingħajr intenzjoni jew omiċidju kolpevoli waqt sewqan 3-11
RD-3 Kawża ta’ mewt minħabba sewqan perikoluż 3-11
Xorb jew Drogi
DD-1 Sewqan jew tentattiv ta’ sewqan jew vettura taħt idejn persuna b’livell 
ta’ alkohol li jaqbeż il-limitu
3-11
DD-2 Sewqan jew tentattiv ta’ sewqan meta s-sewwieq jonqos milli jipprovdi
kampjun għall-analiżi
3-11
DD-3 Sewqan jew tentattiv ta’ sewqan meta s-sewwieq ma jkunx fi stat 
minħabba fi drogi
3-11
Reati dwar l-Assigurazzjoni
IN-1 Użu ta’ vettura mhux assigurata għal riskji kontra terzi 6-8
Reati dwar il-Liċenza
LC-1 Sewqan xort’oħra milli skond il-liċenza 3-6
LC-2 Sewqan meta persuna jkollha skwalifika b’ordni tal-qorti 6
LC-3 Nuqqas ta’ tiġdid ta’ liċenza tat-triq 3-6
LC-4 Nuqqas ta’ tiġdid ta’ liċenza tat-triq 3-6
Reati Mixxellanji
MS-1 Daqq ta’ ħsejjes elettroniċi qawwijin minn vettura 3 - 6
VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN) ġ L.S.65.18 35
MS-2 Użu ta’ mobile phone waqt is-sewqan 3-6
MS-3 Sewqan mingħajr ċintorin tas-sigurtà 3-6
MS-4 Sewqan mingħajr ċintorin tas-sigurtà 3-6
Reati fi Triq Pubblika
PH-1 Sewwieq li jeċċedi s-sinjali jew ir-regolamenti tal-limiti ta’ veloċità  
skond il-klassifika tat-triq u t-tip tal-vettura
3-6
PH-2 Kontravvenzjoni tar-regolamenti ta’ pedestrian crossing minn vettura 
miexja
3-5
Sinjali ta’ Direzzjoni u tat-Traffiku
TS-1 Nuqqas ta’ tħaris tas-sinjali tad-dwal tat-traffiku 3-5
TS-2 Nuqqas ta’ tħaris tal-linji bojod doppji 3-5
TS-3 Nuqqas ta’ tħaris ta’ sinjal STOP 3-5
TS-4 Nuqqas ta’ tħaris ta’ sinjal mandatorju jew ta’ projbizzjoni ta’ direzzjoni 
tat-traffiku
3-5
TS-5 Nuqqas ta’ tħaris ta’ sinjal ta’ projbizzjoni (kategoriji speċjali) tat-traf-
fiku
3
TS-6 Nuqqas ta’ tħaris ta’ ordni ta’ kuntistabbli/gwardjan 3
36 L.S.65.18 ħ VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN)
IS-SEBA’ SKEDA 
(Regolament 41) 
Kodiċijiet ta’ informazzjoni 
Sezzjoni A
Kodiċijiet ta’ Informazzjoni Internazzjonali
IS-SEWWIEQ (Raġunijiet mediċi)
Kodiċi 
Nru.
Subkodiċi 
Nru.
Deskrizzjoni
01 Korrezzjoni tal-vista u/jew protezzjoni
01.01 Nuċċalijiet
01.02 Contact lense(s)
01.03 Ħġieġ protettiv
01.04 Lenti opak
01.05 Għata għall-għajnejn
01.06 Nuċċalijiet jew contact lenses
02 Għajnuna għas-smigħ/komunikazzjoni
02.01 Għajnuna għas-smigħ għal widna waħda
02.02 Għajnuna għas-smigħ għaż-żewġ widnejn
03 Prostesi/ortosi għall-membri tal-ġisem
03.01 Prostesi/ortosi għal membru ta’ fuq
03.02 Prostesi/ortosi għal membru t’isfel
04 Suġġett għall-pussess ta’ ċertifikat mediku validu
05 Użu limitat
05.01 Limitat għal vjaġġi matul il-ġurnata (bħal: siegħa wara tlugħ ix-xemx
u siegħa qabel inżul ix-xemx)
VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN) ġ L.S.65.18 37
ADATTAZZJONIJIET FIL-VETTURA
05.02 Limitat għal vjaġġi f’medda ta’ ..... km mill-post ta’ residenza tad-
detentur
05.03 Sewqan mingħajr passiġġieri
05.04 Limitat għal vjaġġi b’veloċità  mhux aktar minn .....km/siegħa
05.05 Sewqan awtorizzat unikament meta msieħeb minn detentur ta’
liċenza tas-sewqan
05.06 Mingħajr trailer
05.07 Ebda Sewqan fuq motorways
05.08 Ebda alkohol
10 Trasmissjoni modifikata
10.01 Trasmissjoni manwali
10.02 Trasmissjoni awtomatika
10.03 Trasmissjoni mħaddma elettronikament
10.04 Gear-shift lever aġġustat
10.05 Mingħajr gearbox sekondarju
15 Clutch modifikat
15.01 Pedala tal-clutch aġġustata
15.02 Clutch manwali
15.03 Clutch awtomatiku
15.04 Partizzjonament quddiem/fold away/pedala tal-clutch distakkata
20 Sistemi ta’ l-ibbrejkjar modifikati
20.01 Pedala tal-brake aġġustata
38 L.S.65.18 ħ VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN)
20.02 Pedala tal-brake imkabbra
20.03 Pedala tal-brake adatta għall-użu bis-sieq ix-xellugija
20.04 Pedala tal-brake bil-pala tas-sieq
20.05 Pedala tal-brake immejla
20.06 Service brake manwali (adattat)
20.07 Użu massimu ta’ service brake ta’ rinforzat
20.08 Użu massimu ta’ brake ta’ emerġenza integrat fis-service brake
20.09 Parking brake aġġustat
20.10 Parking brake imħaddem bl-elettriku
20.11 Parking brake imħaddem bis-sieq (aġġustat)
20.12 Partizzjonament quddiem/fold away/pedala tal-brake distakkata
20.13 Brake imħaddem bl-irkobba
20.14 Service brake imħaddem bl-elettriku
25 Sistemi ta’ aċċeleratur modifikati
25.01 Pedala ta’ l-aċċeleratur aġġustata
25.02 Pedala ta’ l-aċċeleratur bil-pala tas-sieq
25.03 Pedala ta’ l-aċċeleratur immejla
25.04 Aċċeleratur manwali
25.05 Aċċeleratur ma’ l-irkobba
25.06 Servo aċċeleratur (elettroniku, pnewmatiku, eċċ.)
25.07 Pedala ta’ l-aċċeleratur fuq ix-xellug tal-pedala tal-brake
25.08 Pedala ta’ l-aċċeleratur fuq ix-xellug
VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN) ġ L.S.65.18 39
25.09 Partizzjonament quddiem/fold away/pedala ta’ l-aċċeleratur dis-
takkata
30 Sistemi ta’ bbrejkjar u aċċelerazzjoni modifikati u kombinati
30.01 Pedali paralleli
30.02 Pedali fl-istess livell (jew kważi)
30.03 Aċċeleratur u brake bi sliding
30.04 Aċċeleratur u brake bi sliding u ortesi
30.05 Aċċeleratur u pedali tal-brake fold away/distakkati
30.06 Art imtella’ fil-livell
30.07 Partizzjonament fuq in-naħa tal-pedala tal-brake
30.08 Partizzjonament għal prostesis fuq in-naħa tal-pedala tal-brake
30.09 Partizzjonament quddiem l-aċċeleratur u pedali tal-brake
30.10 Appoġġ għall-għarqub/riġel
30.11 Aċċeleratur u brake imħaddma bl-elettriku
35 Firxa modifikata tal-kontrolli (swiċċijiet tad-dwal, windscreen wiper/
washer, ħorn, indikaturi tad-direzzjoni, eċċ.)
35.01 Kontroll ta’ l-apparat li jitħaddem mingħajr influwenza negattiva fuq
steering u maniġġ
35.02 Kontroll ta’ l-apparat li jitħaddem mingħajr ma jintelqu mill-id steer-
ing u aċċessorji (maqbad, furketta, eċċ.)
35.03 Kontroll ta’ l-apparat li jitħaddem mingħajr ma jintelqu mill-id ix-
xellugija steering u aċċessorji (maqbad, furketta, eċċ.)
35.04 Kontroll ta’ l-apparat li jitħaddem mingħajr ma jintelqu mill-id il-
leminija steering u aċċessorji (maqbad, furketta, eċċ.)
40 L.S.65.18 ħ VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN)
35.05 Kontroll ta’ l-apparat li jitħaddem mingħajr ma jintelqu mill-id steer-
ing u aċċessorji (maqbad, furketta, eċċ.) u l-aċċeleratur kombinat u
mekkaniżmi ta’ l-ibbrejkjar
40 Steering modifikat
40.01 Steering standard assistit
40.02 Steering rinforzat assistit
40.03 Steering b’sistema backup
40.04 Steering b’kolonna mtawwla
40.05 Steering aġġustat (sezzjoni steering ikbar u/or eħxen, steering
b’djametru mnaqqas, eċċ.)
40.06 Steering immejjel
40.07 Steering vertikali
40.08 Steering orizzontali
40.09 Sewqan imħaddem bis-sieq
40.10 Steering aġġustat alternattiv (joy-stick, eċċ.)
40.11 Steering b’maqbad fuqu
40.12 Steering b’ortesi manwali fuqu
40.13 B’ortesi tenodese
42 Mera/mirja li turi/juru x’qed jiġri fuq wara modifikati
42.01 Mera esterna tax-xellug jew tal-lemin li turi x’qed jiġri fuq wara
42.02 Mera esterna li turi x’qed jiġri fuq wara imqegħda fuq il-ġewnaħ
42.03 Mera interna addizzjonali li turi x’qed jiġri fuq wara u li tkun tipper-
metti d-dehra tat-traffiku
42.04 Mera interna panoramika li turi x’qed jiġri fuq wara
VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN) ġ L.S.65.18 41
42.05 Mera li turi x’qed jiġri fuq wara fejn ikun hemm blind spot
42.06 Mera/mirja ta’ barra li taħdem bl-elettriku u li turi/juru x’qed jiġri
fuq wara
43 Seat tas-sewwieq modifikat
43.01 Seat tas-sewwieq f’għoli ta’ viżjoni tajba u f’distanza normali mill-
pedala u steering
43.02 Seat tas-sewwieq aġġustat skond il-forma korporea
43.03 Seat tas-sewwieq b’appoġġ laterali  għal stabbilità  tabilqegħda tajba
43.04 Seat tas-sewwieq b’serħan għad-driegħ
43.05 Titwil ta’ seat tas-sewwieq żerzieqi
43.06 Aġġustament ta' seat belt
43.07 Seat belt tat-tip arneż
44 Modifiki għal muturi
44.01 Brake imħaddem waħdu
44.02 Brake (aġġustat) imħaddem bl-id (rota ta’ quddiem)
44.03 Brake (aġġustat) imħaddem bis-sieq (rota ta’ wara)
44.04 Manku ta’ l-aċċeleratur (aġġustat)
44.05 Trasmissjoni manwali u clutch manwali (aġġustati)
44.06 Mera/mirja turi/juru x’qed jiġri fuq wara (aġġustati)
44.07 Kmandi (indikaturi tad-direzzjoni, dwal ta’ l-ibbrejkjar, ...)
(aġġustati)
44.08 Għoli tas-seat li jkun jippermetti lis-sewwieq, bilqegħda, ikollu żewġ
saqajn imissu mat-triq fl-istess waqt
45 Mutur b’vettura mal-ġenb biss
42 L.S.65.18 ħ VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN)
AFFARIJIET AMMINISTRATTIVI
50 Ristrett għal numru ta’ vettura/chassis speċifiku (numru ta’ identi-
fikazzjoni ta’ vettura, VIN)
51 Ristrett għal vettura/pjanċa ta’ reġistrazzjoni speċifiċi (numru ta’
reġistrazzjoni ta’ vettura, VRN)
70 Skambju ta’ liċenza Nru. ... maħruġa minn ... (EU/UN sinjal distintiv
fil-każ ta’ pajjiż terz);
71 Duplikat ta’ liċenza Nru ... (EU/UN sinjal distintiv fil-każ ta’ pajjiż
terz);
72 Ristrett għal vetturi kategorija A b’ċilindrata massima ta’ 125 ċċ u
potenza massima ta’ 11 KW (A1)
73 Ristrett għal vetturi kategorija B tat-tip mutur bi tliet roti jew b’erba
roti (B1)
74 Ristrett għal vetturi kategorija Ċ b’piż gross tal-vettura li ma
jeċċedix is-7500 kg (Ċ1)
75 Ristrett għal vetturi kategorija D li ma jkollhomx iktar minn 16-il
seat, minbarra s-seat tas-sewwieq (D1)
76 Ristrett għal vetturi kategorija Ċ b’piż gross tal-vettura li ma
jeċċedix is-7500 kg (Ċ1), mwaħħla ma’ trailer b’piż gross tal-vettura
li jeċċedi s-750 kg, sakemm il-piż gross tal-vettura tren hekk iffur-
mata ma jeċċedix it-12,000 kg, u l-piż gross tal-vettura trailer ma
jeċċedix il-massa mhux mgħobbija tal-vettura li tiġbed (Ċ1+E)
77 Ristrett għal vetturi kategorija D li ma jkollhomx iktar minn 16-il
seat, minbarra s-seat tas-sewwieq (D1), mwaħħla ma’ trailer b’piż
gross tal-vettura li jeċċedi s-750 kg sakemm (a) il-piż gross tal-vet-
tura tren hekk iffurmata ma jeċċedix it-12,000 kg u il-piż gross tal-
vettura trailer ma jeċċedix il-massa mhux mgħobbija tal-vettura li
tiġbed u (b) it-trailer ma jintużax biex iġorr il-passiġġieri (D1+E)
VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN) ġ L.S.65.18 43
Sezzjoni B
Kodiċijiet ta’ Informazzjoni Nazzjonali
78 Ristrett għal vetturi bi trasmissjoni awtomatika, jiġifieri, vetturi li
għandhom gear ratio bejn il-makna u r-roti li jista’ jinbidel biss bl-
użu ta’ l-aċċeleratur jew il-brakes
79 ( ... ) Ristrett għal vetturi li jikkonformaw ma’ l-ispeċifikazzjonijiet
indikati fil-parentesi
90.01 Lejn ix-xellug
90.02 Lejn il-lemin
90.03 Xellug
90.04 Lemin
90.05 Id
90.06 Sieq
90.07 Jista’ jintuża
Kodiċi 
Nru.
Subkodiċi 
Nru.
Deskrizzjoni
100 Id-detentur igawdi l-immunità  diplomatika
101 Eżenti mill-Kors tat-Transport Pubbliku dwar Customer Care
102 Ristrett għal sewqan ta’ buses u mini-buses proprjetà  tal-Gvern
103 Id-detentur jinsab awtorizzat mill-Awtorità  ta’ Malta dwar it-Trasport
(Direttorat tat-Trasport Pubbliku) li jsuq taxi u vettura misjuqa minn
chauffeur
104 Id-detentur jinsab awtorizzat mill-Awtorità  ta’ Malta dwar it-Trasport
(Direttorat tat-Trasport Pubbliku) li jsuq minibus
105 Id-detentur jinsab awtorizzat mill-Awtorità  ta’ Malta dwar it-Trasport
(Direttorat tat-Trasport Pubbliku) li jsuq bus u/jew coach
44 L.S.65.18 ħ VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN)
110 Liċenza maħruġa mingħajr ħlas
VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN) ġ L.S.65.18 45
IT-TMIEN SKEDA
(Regolamenti 27 u 28)
L-inqas livelli ta’ saħħa fiżika u mentali għas-sewqan ta’ vettura bil-mutur
Tifsiriet
1. Għall-fini ta’ din l-Iskeda, is-sewwieqa huma kklassifikati f’żewġ gruppi:
Grupp 1: 
is-sewwieqa ta’ vetturi ta’ kategoriji A, B u B+E u subkategoriji A1 u B1;
Grupp 2:
is-sewwieqa ta’ vetturi ta’ kategoriji C, C+E, D u D+E u subkategoriji C1,
C1+E, D1 u D1+E
Vista
2. L-applikanti kollha għal liċenza tas-sewqan għandhom jagħmlu
investigazzjoni sabiex jiżguraw li għandhom vista akuta biżżejjed għas-sewqan ta’
vetturi bil-mutur.  Jekk ikun hemm xi lok ta’ dubbju dwar jekk il-vista ta’ l-applikant
tkunx tajba jew le, huwa għandu jiġi eżaminat minn awtorità  medika kompetenti.
Waqt dan l-eżami għandha tingħata atttenzjoni għal dan li ġej b’mod partikolari:
kemm hi akuta l-vista, il-kamp ta’ viżjoni, il-vista fil-għabex u mardiet ta’ l-għajnejn
progressivi.
Għall-fini ta’ din l-Iskeda, lentijiet intra-okulari m’għandhomx jitqiesu
bħala lentijiet korrettivi.
(a) Grupp 1:
(i) L-applikanti għal liċenza tas-sewqan jew għat-tiġdid ta’ dik il-
liċenza għandu jkollhom vista akuta binokulari, b’lentijiet
korrettivi jekk ikun meħtieġ, ta’ mill-inqas 0.5 meta jintużaw iż-
żewġ għajnejn flimkien.   M’għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu
liċenzi tas-sewqan jekk, matul l-eżami mediku, jiġi skopert li l-
kamp viżiv orizzontali ikun ta’ inqas minn 120° , minbarra dawk
il-każijiet eċċezzjonali li jkunu ġustifikati kif imiss b’fehma
medika favorevoli u test prattiku posittiv, jew li l-persuna
inkwistjoni tkun tbati minn xi kondizzjoni oħra ta’ l-għajnejn li
kieku tkun tikkomprometti is-sewqan bla periklu. Meta tinkixef
jew tiġi dikjarata marda progressiva ta’ l-għajnejn, jistgħu
jinħarġu jew jiġġeddu l-liċenzi tas-sewqan sakemm l-applikant
jibqa’ jagħmel eżamijiet regolari għand awtorità  medika
kompetenti.
(ii) L-applikanti għal liċenza tas-sewqan, jew għat-tiġdid ta’ dik il-
liċenza, li jkollhom telf funzjonali sħiħ tal-vista minn għajn
waħda jew li jkunu jużaw biss għajn waħda (e.g. fil-każ ta’
diplopija) għandu jkollhom vista akuta ta’ mill-anqas 0.6,
b’lentijiet korrettivi jekk dawn ikunu meħtieġa. L-awtorità
medika kompetenti għandha tiċċertifika li din il-kondizzjoni ta’
vista monokulari tkun eżistiet għal żmien twil biżżejjed li
jippermetti li jadatta ruħu u li l-kamp ta’ viżjoni f’din l-għajn hu
wieħed normali.
(b) Group 2:
L-applikanti għal liċenza tas-sewqan jew għat-tiġdid ta’ dik il-
liċenza għandu jkollhom vista akuta, b’lentijiet korrettivi jekk
46 L.S.65.18 ħ VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN)
dawn ikunu meħtieġa, ta’ mill-inqas 0.8 fl-għajn it-tajba u mill-
inqas 0.5 fl-għajn mhux daqstant tajba.   Jekk jintużaw lentijiet
korrettivi biex jinkisbu l-valuri ta’ 0.8 u 0.5, l-akutezza mhux
korretta f’kull għajn għandha tilħaq 0.05, jew inkella l-inqas
akutezza (0.8 u 0.5) jew permezz ta’ korrezzjoni bil-mezz ta’
nuċċali li jkollu qawwa ta’ mhux iktar minn plus jew minus erba’
dioptres jew bl-għajnuna ta’ contact lenses (vista mhux korretta =
0.05).   Il-korrezzjoni għandha tkun tollerata sew.   M’għandhomx
jinħarġu jew jiġġeddu liċenzi tas-sewqan dwar applikazzjonijiet
jew sewwieqa mingħajr kamp ta’ visjoni binokulari normali jew li
jkunu jbatu minn diplopija.
Smigħ
3. Jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu liċenzi tas-sewqan għall-applikanti jew is-
sewwieqa fi Grupp 2 skond il-fehma ta’ l-awtoritajiet mediċi kompetenti; jittieħed
qies partikolari f’eżamijiet mediċi ta’ l-iskop għall-kumpens.
Persuni b’Disabilità  Lokomotorja
4. M’għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzi tas-sewqan għal applikanti jew
sewwieqa li jkunu qegħdin ibatu minn ilmenti jew anormalitajiet tas-sistema
lokomotorja li jirrendu s-sewqan ta’ vettura bil-mutur perikoluż.
(a) Grupp 1:
(i) Liċenzi tas-sewqan li jkunu suġġetti għal ċerti restrizzjonijiet,
jekk dawn ikunu meħtieġa, jistgħu jinħarġu lil applikanti jew
sewwieqa fiżikament handikappati wara li tingħata opinjoni minn
awtorità  medika kompetenti. Din l-opinjoni għandha tkun imsejsa
fuq valutazzjoni medika ta’ l-ilment jew abnormalità  inkwistjoni
u, meta jkun meħtieġ, fuq test prattiku.   Għandha wkoll tindika
x’tip ta’ modifikazzjoni tkun meħtieġa fil-vettura u jekk is-
sewwieq ikollux bżonn jilbes apparat ortopediku, fil-qies li t-test
ta’ ħila u mġieba ikun juri li s-sewqan b’tali apparat ma jkunx
perikoluż.
(ii) Jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu liċenzi tas-sewqan għal applikanti li
jkunu qegħdin ibatu minn ilment progressiv bil-kondizzjoni li l-
persuna b’disabilità  tiġi eżaminata regolarment bil-għan li jiġi
verifikat li l-persuna tkun għadha tista’ ssuq il-vettura għalkollox
b’mod sigur.
Meta l-handikapp ikun wieħed statiku, jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu liċenzi
tas-sewqan mingħajr ma l-applikant jibqa’ suġġett għal eżami mediku regolari.
(b) Grupp 2:
L-awtorità  medika kompetenti għandha tagħti l-konsiderazzjonji
kollha meħtieġa għar-riskji u perikli addizzjonali involuti fis-
sewqan ta’ vetturi koperti bit-tifsira ta’ dan il-grupp.
Mard Kardjovaskulari
5. Kull marda li tista’ tesponi lil applikant għal liċenza għall-ewwel darba jew
sewwieq li jkun qed japplika għal tiġdid, għal falliment immedjat tas-sistema
kardjovaskulari hekk li jkun hemm taħsir minnufih tal-funzjonijiet ċerebrali,
jikkostitwixxi periklu għas-sigurtà  stradali.
(a) Grupp 1:
(i) M’għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzi tas-sewqan għal
VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN) ġ L.S.65.18 47
applikanti jew lil sewwieqa li jkollhom aritmija gravi.
(ii) Jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu liċenzi tas-sewqan għal applikanti
jew lil sewwieqa li jkollhom pacemaker suġġett għal check-ups
mediċi awtorizzati.
(iii) Il-kwistjoni dwar jekk għandhiex tinħareġ jew tiġġedded liċenza
għal applikanti jew lil sewwieqa li jkunu qegħdin ibatu minn
pressjoni tad-demm arterjali mhux normali, għandha tiġi evalwata
b’riferenza għar-riżultati l-oħra ta’ l-eżami, kull komplikazzjoni
assoċjata u l-periklu li dan jista’ jkun għas-sigurtà  stradali.
(iv) Ġeneralment, liċenza tas-sewqan m’għandhiex tinħareġ jew
tiġġedded għal applikanti jew lil sewwieqa li jkunu qegħdin ibatu
minn anġina matul il-mistrieħ jew emozzjoni.   Il-ħruġ jew it-
tiġdid ta’ liċenza tas-sewqan lil kull applikant jew sewwieq li
jkun bata minn infart mjokardiku għandu jkun soġġett għal
opinjoni medika awtorizzata u, jekk ikun meħtieġ, check-ups
mediċi regolari.
(b) Grupp 2:
L-awtorità  medika kompetenti għandha tagħti l-konsiderazzjonji
kollha meħtieġa għar-riskji u perikli addizzjonali involuti fis-
sewqan ta’ vetturi koperti bit-tifsira ta’ dan il-grupp.
Djabete Mellitus
6. Jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu liċenzi tas-sewqan għal applikanti jew
sewwieqa li jkunu qegħdin ibatu minn djabete mellitus, suġġett għal opinjoni medika
awtorizzata u check-ups mediċi regolari adatti għal kull każ.
Grupp 2:
Biss f’każijiet tassew eċċezzjonali liċenzi tas-sewqan jistgħu
jinħarġu għal applikanti jew jiġġeddu lil sewwieqa f’dan il-grupp
li jkunu qegħdin ibatu minn djabete mellitus u li jeħtieġu kura bl-
insulina, u mbagħad biss meta dan ikun ġustifikat kif imiss
b’opinjoni medika awtorizzata u suġġett għal check-ups mediċi
regolari.
Mard Newroloġiku 
7. M’għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzi tas-sewqan għal applikanti jew
lil sewwieqa li jkunu qegħdin ibatu minn xi marda newroloġika gravi, kemm-il darba
l-applikazzjoni ma tkunx imsejsa fuq opinjoni medika awtorizzata.
Disturbi newroloġiċi assoċjati ma’ mardiet jew xi intervent kirurġiku li
jaffettwa s-sistema nervuż ċentrali jew periferali, li jwasslu għal defiċenzji sensorji
jew motorji u jaffettwaw il-bilanċ u l-koordinazzjoni, għandhom skond hekk jiġu
kkunsidrati skond l-effetti funzjonali tagħhom u r-riskji ta’ progressjoni.   F’dawk il-
każijiet, il-ħruġ jew it-tiġdid tal-liċenza jista’ jkun suġġett għal valutazzjoni
perjodika fil-każ ta’ riskju ta’ deterjorazzjoni.
8. Attakki epilettiċi jew disturbi oħra li jiġu f’daqqa fl-istat ta’ konoxxenza
jikkostitwixxu periklu serju għas-sigurtà  stradali jekk dawn jiġru f’persuna li tkun
qed issuq vettura bil-mutur.
(a) Grupp 1:
Liċenza tista’ tinħareġ jew tiġġedded suġġetta għal eżami minn
awtorità  medika kompetenti u għal check-ups mediċi regolari.   L-
awtorità  għandha tiddeċiedi  fuq l-istat ta’ epilessija jew disturbi
48 L.S.65.18 ħ VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN)
oħra fil-konoxxenza, il-forma klinika tagħha u l-progress miksub
(bħal, ebda attakk fl-aħħar sentejn), il-kura u r-riżultati tagħha.
(b) Grupp 2:
M’għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzi tas-sewqan għal
applikanti jew lil sewwieqa li jkunu qegħdin ibatu jew x’aktarx
ibatu minn attakki epilettiċi jew disturbi oħra li jiġu f’daqqa fl-
istat ta’ konoxxenza.
Disordni Mentali
9. (a)  Grupp 1:
M’għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzi tas-sewqan għal applikanti
jew lil sewwieqa li jkunu qegħdin ibatu minn:
- disturb fil-moħħ, kemm jekk konġenitali kemm jekk minħabba
f’xi mard, trawma jew operazzjonijiet newrokirurġiċi;
- retardazzjoni gravi fil-moħħ;
- problemi gravi fl-imġieba minħabba fis-senilità ; jew difetti fil-
personalità  li jwasslu għal ġudizzju, mġieba jew adattabilità  li
jiġu affettwati ħażin b’mod gravi, 
kemm-il darba l-applikazzjoni tagħhom tkun imsejsa fuq opinjoni
medika awtorizzata u, jekk ikun meħtieġ, suġġett għal check-ups mediċi
regolari.
(b) Grupp 2:
L-awtorità  medika kompetenti għandha tagħti l-konsiderazzjonji
kollha meħtieġa għar-riskji u perikli addizzjonali involuti fis-
sewqan ta’ vetturi koperti bit-tifsira ta’ dan il-grupp.
Alkohol
10. Il-konsum ta’ l-alkohol jikkostitwixxi periklu gravi għas-sigurta stradali. 
(a) Grupp 1:
M’għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzi tas-sewqan għal
applikanti jew lil sewwieqa li jkunu dipendenti fuq l-alkohol jew
ma jkunux kapaċi jżommu lura milli jixorbu u jsuqu.
Wara perjodu ta’ astinenza ppruvata u suġġett għal opinjoni
medika awtorizzata u check-ups mediċi regolari, jistgħu jinħarġu
jew jiġġeddu liċenzi tas-sewqan għal applikanti jew lil sewwieqa
li fl-imgħoddi kienu dipendenti fuq l-alkohol.
(b) Grupp 2:
L-awtorità  medika kompetenti għandha tagħti kull
konsiderazzjoni meħtieġa għal riskji u perikli addizzjonali
involuti fis-sewqan ta’ vetturi koperti bit-tifsira ta’ dan il-grupp.
Drogi u Prodotti Mediċinali
11. Abbuż:
M’għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzi tas-sewqan għal applikanti jew
lil sewwieqa li jkunu dipendenti fuq sustanzi psikotropiċi jew li ma jkunux
dipendenti fuq dawk is-sustanzi imma li regolarment jabbużawhom, tkun liema tkun
il-kategorija ta’ liċenza mitluba.
VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN) ġ L.S.65.18 49
12. Użu regolari:
(a) Grupp 1:
M’għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzi tas-sewqan għal
applikanti jew lil sewwieqa li regolarment jużaw sustanzi
psikotropiċi, f’liema forma tkun, li jistgħu jtellfu l-kapaċità  ta’
sewqan b’mod sigur meta l-kwantitajiet assorbiti ikunu tali li
jkollhom effett kuntrarju fuq is-sewqan.   Dan għandu jkun
japplika għall-prodotti mediċinali l-oħra kollha jew
kombinazzjonijiet ta’ prodotti mediċinali li jafettwaw il-kapaċità
tas-sewqan.
(b) Grupp 2:
L-awtorità  medika kompetenti għandha tagħti l-konsiderazzjonji
kollha meħtieġa għar-riskji u perikli addizzjonali involuti fis-
sewqan ta’ vetturi koperti bit-tifsiriet ta’ dan il-grupp.
Disordnijiet fil-Kliewi
13. (a) Grupp 1:
Jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu liċenzi tas-sewqan għal applikanti u lil
sewwieqa li jkunu qegħdin ibatu minn insuffiċjenza gravi fil-kliewi
suġġett għal opinjoni medika awtorizzata u check-ups mediċi regolari.
(b) Grupp 2:
Salv f’każijiet eċċezzjonali ġustifikati kif imiss b’opinjoni
medika awtorizzata, u suġġett għal check-ups mediċi regolari,
m’għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzi tas-sewqan għal
applikanti jew lil sewwieqa li jkunu qegħdin ibatu minn xi
defiċenza gravi u irriversibbli fil-kliewi.
Disposizzjonijiet mixxellanji
14. (a)  Grupp 1:
Suġġett għal opinjoni medika awtorizzata u, jekk ikun meħtieġ,
check-ups mediċi regolari, jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu liċenzi
tas-sewqan għal applikanti jew lil sewwieqa li kellhom xi trapjant
organiku jew xi impjant artifiċjali li jaffettwa l-kapaċità  tagħhom
li jsuqu.
(b) Grupp 2:
(i) L-awtorità  medika kompetenti għandha tagħti l-konsiderazzjonji
kollha meħtieġa għar-riskji u perikli addizzjonali involuti fis-
sewqan ta’ vetturi koperti bit-tifsira ta’ dan il-grupp.
(ii) Bħala regola ġenerali, meta l-applikanti jew is-sewwieqa jkunu
jbatu minn xi disordni li mhux imsemmija fil-paragrafu ta’ qabel
imma li tista’ tkun, jew tirriżulta f’inkapaċità  funzjonali li
taffettwa s-sigurtà  waqt is-sewqan, m’għandhomx jinħarġu jew
jiġġeddu liċenzi tas-sewqan kemm-il darba l-applikazzjoni ma
tkunx imsejsa fuq opinjoni medika awtorizzata u, jekk ikun
meħtieġ, kif suġġett għal check-ups mediċi regolari.
50 L.S.65.18 ħ VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN)
ID-DISA’ SKEDA
(Regolament 31)
Drittijiet ta’ Amministrazzjoni ta’ L-Awtorità  Kompetenti
L-GĦAXAR SKEDA
(Regolament 47)
Mġieba ta’ sewwieqa li twassal għal skwalifiki mis-sewqan
1. Sewqan traskurat jew perikoluż (kemm jekk jirriżulta f’mewt, feriment jew
periklu gravi kemm jekk le).
2. Li sewwieqa xjentement jonqsu milli jwettqu l-obbligazzjonijiet imposti
fuqhom wara li jkunu involuti f’xi inċident stradali (tat-tip hit-and-run).
3. Sewqan ta’ vettura filwaqt li sewwieq ikun taħt l-influwenza ta’ l-alkohol
jew ta’ sustanzi oħra li jaffettwaw jew inaqqsu l-kapaċitajiet tiegħu kemm tal-moħħ
kemm tal-ġisem.
4. Rifjut li jissottometti ruħu għal testijiet għall-alkohol u d-drogi.
5. Sewqan ta’ vettura b’iktar ħeffa mill-veloċità  permessa.
6. Sewqan ta’ vettura filwaqt li s-sewwieq ikun skwalifikat.
7. Mġieba oħra li tikkostitwixxi reat li dwaru tkun ġiet imposta skwalifika mis-
sewqan mill-Istat fejn isir ir-reat:
- għal żmien sitt xhur jew iktar,
- għal żmien inqas minn sitt xhur meta jkun sar qbil bilaterali dwar dak
iż-żmien bejn l-Istati involuti.
Deskrizzjoni Dritt ta’ AmministrazzjoniLm 
Ħruġ ta’ liċenza tas-sewqan duplikata għal-liċenza tas-sewqan
valida mitlufa jew imħassra
5.00
Ħruġ ta’ liċenza tas-sewqan duplikata minħabba alterazzjoni/
jiet fid-data li hemm fil-karta  bir-ritratt tal-liċenza tas-sewqan
5.00
VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN) ġ L.S.65.18 51
Eżami ta’ l-abbiltà  ta’ persuna li tgħallem
Eżami Teoriku
1. L-eżami teoriku jkun jikkonsisti f’eżami, li fih il-kandidat ikun meħtieġ
iwieġeb minn dak li jaf, fuq kull suġġett jew xi wieħed minn dawn is-suġġetti li
ġejjin: 
(a) il-prinċipji ta’ sigurtà  stradali b’mod ġenerali u l-applikazzjoni tagħhom
f’ċirkostanzi partikolari;
(b) kull teknika ta’ sewqan ta’ karrozza b’mod korrett, bil-kortesija u
b’mod sigur, inkluż il-kontroll tal-vettura, il-proċedura stradali, l-
għarfien ta’ perikli, t-teħid ta’ azzjoni kif imiss dwar perikli, li jmur sew
man-nies li jkunu għaddejin bil-mixi u ma’ l-utenti stradali l-oħra u l-
użu ta’ tagħmir ta’ sigurtà ;
(ċ) it-tagħlim meħtieġ sabiex alljiev jiġi mgħallem fuq dak kollu li hemm
imsemmi fil-paragrafu (b), il-korrezzjoni ta’ l-iżbalji li jagħmel l-
alljiev, il-mod li juża min ikun qed jgħallem, ir-relazzjoni bejn min ikun
qed jgħallem u l-alljiev u kif isir adattament sempliċi tal-vettura għal
sewwieqa inkapaċitati;
(d) it-teorija tat-tagħlim u t-teorija u l-prattika ta’ tagħlim u valutazzjoni;
(e) il-Higħway Code;
(f) Ir-Regolamenti dwar Liċenzi tas-Sewqan għal Vetturi bil-Mutur;
(g) il-ktejjeb "Your Driving Test" (D.L.68) maħruġ mis-Segretarju għall-
Istat tar-Renju Unit u ppublikat minn  HM Stationery Office;
(h) konoxxenza, adegwata għall-ħtiġiet ta’ tagħlim dwar is-sewqan, tal-
mekkaniżmu u d-disinn ta’ karrozza; u
(i) il-ktieb "Driving - The Department of Transport manual", maħruġ mid-
Dipartiment tat-Trasport tar-Renju Unit u ppublikat minn HM
Stationery Office.
Test ta’ abbiltà  fis-sewqan u saħħa 
2. (1) It-test ta’ abbiltà  fis-sewqan u saħħa jkun jikkonsisti f’testijiet tal-vista
u t-teknika fis-sewqan u l-kandidat ikun meħtieġ li jilħaq livell kwalifikattiv fiż-
żewġ testijiet fl-istess okkażjoni.
(2) It-test tal-vista jkun test ta’ l-abbiltà  tal-kandidat li jaqra, fid-dawl tax-
xemx, marka ta’ registrazzjoni ta’ vettura bil-mutur li jkun fiha l-ittri u l-figuri 79.4
millimetri għoljin f’distanza ta’ 27.5 metru (bl-għajnuna ta’ nuċċali jew contact
lenses jekk ikollu).
(3) It-test ta’ teknika fis-sewqan jkun test fejn kandidat ikun meħtieġ jissodisfa
lill-eżaminatur li jkollu konoxxenza tal-prinċipji ta’ sewqan u sigurtà  stradali u li
jista’ japplikhom fil-prattika.
(4) Kandidat li jagħmel it-test ta’ teknika fis-sewqan ikun b’mod partikolari
meħtieġ jissodisfa lill-eżaminatur dwar -
(a) kemm ikun jaf jimmaniġġa sew il-kontrolli;
ĦDAX-IL SKEDA Emendata:A.L. 14 ta’ l-2004.
(Regolament 68)
52 L.S.65.18 ħ VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN)
(b) kemm ikun jaf juża sew il-proċedura stradali;
(ċ) jekk ikunx jaf jantiċipa l-azzjonijiet ta’ utenti stradali oħra u jieħu
azzjoni kif imiss;
(d) kemm jaf jivvaluta sew id-distanza, l-veloċità  u l-ipprogrammar tal-ħin;
u
(e) kemm jaf iqis sew il-konvenjenza u s-sigurtà  ta’ utenti stradali oħra.
(5) Il-kandidat li jkun qed jagħmel it-test ta’ teknika fis-sewqan ikun meħtieġ
juri l-abbiltà  tiegħu li jwettaq kull manuvra jew xi waħda minn dawn il-manuvri li
ġejjin:
(a) titlaq dritt ’il quddiem jew laġenba;
(b) taqbeż, tiltaqa’ ma’ jew taqsam il-mogħdija ta’ vetturi oħra u taqbad
rotta kif imiss;
(ċ) iddur ma’ kantunieri fuq il-lemin u x- xellug tiegħek;
(d) twaqaf il-vettura f’emerġenza;
(e) tirriversja il-vettura u filwaqt li tagħmel dan tidħol ġo fetħiet dojoq lejn
il-lemin u x-xellug; u
(f) iddawwar il-vettura fit-triq hekk li tiġi tħares lejn id-direzzjoni opposta
billi tuża gears li jmexxu ’l quddiem u bir-reverse.
Test ta’ abbiltà  li persuna tgħallem u saħħa
3. (1) It-test ta’ abbiltà  li persuna tgħallem u saħħa  jkun test li fih il-kandidat
ikun meħtieġ juri l-konoxxenza u l-abbiltà  tiegħu billi jagħti tagħlim prattiku dwar
is-sewqan lil eżaminatur bħallikieku l-eżaminatur kien -
(a) alljiev novizz jew mhux imħarreġ għalkollox, u mbagħad
(b) alljiev li jkollu livell ta’ test tas-sewqan jew kważi.
(2) Il-kandidat għandu, dwar xi livell wieħed jew iż-żewġ livelli li jispeċifika l-
eżaminatur, jgħallem lill-eżaminatur f’dawk is-suġġetti minn dawn li ġejjin u li l-
eżaminatur jispeċifika bħala l-bażi tat-tagħlim -
(a) spjegazzjoni dwar il-kontrolli tal-vettura,
(b) kif titlaq minn pożizzjoni statika,
(ċ) kif tagħmel waqfiet normali,
(d) l-irriversjar, u filwaqt li tkun qed tagħmel dan kif tidħol f’fetħiet
limitati lejn il-lemin jew ix-xellug,
(e) id-dawrien biex tiffaċċa d-direzzjoni opposta, billi tuża gears li jmexxu
’l quddiem u bir-reverse ,
(f) l-ipparkjar qrib il-bankina, billi tuża gears li jmexxu ’l quddiem u bir-
reverse,
(g) l-użu ta’ mirja u spjegazzjoni kif tagħmel waqfa ta’ emerġenza,
(h) kif toqrob lejn u ddur ma’ kantunieri,
(i) kif tqis il-veloċità , u tagħmel progress normali,
(j) posizzjoni stradali,
(k) x’tagħmel f’inkroċi stradali,
(l) x’tagħmel f’junctions stradali,
(m) x’tagħmel fi pedestrian crossings, 
VETTURI BIL-MUTUR (LIĊENZI TAS-SEWQAN) ġ L.S.65.18 53
(n) kif tiltaqa’ ma’, taqsam u taqbeż il-mogħdija ta’ vetturi u utenti stradali
oħra, u tippermettilhom spazju biżżejjed mnejn jgħaddu, u
(o) kif tagħti sinjali korretti.
(3) Il-konoxxenza u l-abbiltà  tal-kandidat jiġu evalwati fuq -
(a) il-metodu, ċarezza, adegwatezza u korrettezza tat-tagħlim li jagħti,
(b) l-osservazzjoni u l-korrezzjoni ta’ l-iżbalji fis-sewqan ta’ l-eżaminatur,
u 
(ċ) l-mod tiegħu ġenerali.
TNAX-IL SKEDA
(Regolament 69)
Test dwar jekk persuna tkunx għad għandha l-abbiltà  u s-saħħa li tgħallem
Xorta tat-test u provdiment ta’ karrozza
1. (1) Dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin għandu jkollhom seħħ meta persuna
tkun meħtieġa tagħmel test dwar jekk ikunx għad għandha l-abbiltà  u s-saħħa.
(2) It-test ikun jikkonsisti f’illi l-eżaminatur jattendi waqt li l-persuna tkun qed
tgħallem lil xi alljiev jew alljievi.
(3) Kemm-il darba l-eżaminatur ma jordnax xort’oħra, it-test għandu jsir ġo
karrozza fit-triq filwaqt li l-eżaminatur ikun fil-vettura u jkun qed jgħallem lil xi
alljiev.
(4) Il-kandidat għandu jiġi evalwat fuq l-abbiltà  tiegħu li jgħallem, u, b’mod
partikolari, fuq dawn il-kwalitajiet li ġejjin -
(a) il-metodu, ċarezza, adegwatezza u korrettezza tat-tagħlim li jagħti,
(b) l-osservazzjoni u l-korrezzjoni kif imiss li jagħmel għall-iżbalji ta’ l-
alljiev;
(ċ) il-mod, sabar u tattika li juża ma’ l-alljiev; u
(d) l-abbiltà  li jkollu li jispira fiduċja.
(5) Meta t-test għandu jsir ġo xi karrozza, hija l-persuna li għandha tipprovdi
dik il-karozza li tkun vettura tal-passiġġieri u li tkun adatta għal dak it-test.
(6) L-instructor jista’ wkoll jiġi meħtieġ jgħaddi minn eżami mediku biex jiġi
stabbilit jekk hux kapaċi jagħmilha ta’ instructor.
