ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.19 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 65.19
REGOLAMENTI DWAR IL-ĠARR STRADALI
TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR
1 ta’ Mejju, 2004
L-AVVIŻ LEGALI 146 ta’ l-2003.
TAQSIM TAR-REGOLAMENTI
Regolamenti
Taqsima I Preliminari 1 - 4
Taqsima II  Dħul fix-Xogħol ta’ Burdnar 5 - 13
Taqsima III  Miżuri Soċjali 14 - 30
Disposizzjonijiet Ġenerali 14
Ġarr Internazzjonali tal-Merkanzija 15 - 30
Taqsima IV Aċċess għas-Suq 31 - 59
Aċċess għas-Suq Nazzjonali 31
Aċċess għas-Suq Komunitarju 32 - 37
Aċċess għas-Suq f’Pajjiżi tal-KEMT 38 - 47
Aċċess għas-Suq f’Pajjiżi Oħra 48
Aċċess għas-Suq Nazzjonali minn Trasportaturi Mhux
Residenti stabbiliti fl-Istati tal-Ftehim (Kabotaġġ) 49 - 59
Taqsima V  L-Użu ta’ Vetturi mingħajr Xufiera taħt Operat Nazzjonali 60
Taqsima VI Rati u Kondizzjonijiet għall-Ġarr Stradali tal-Merkanzija 61 - 62
Taqsima VII L-Użu ta’ Vetturi tal-Merkanzija f’Malta 63 - 73
Taqsima VIII Trasport Kombinat ta’ Merkanzija 74 - 77
Taqsima IX Spezzjonijiet 78 - 83
Taqsima X Disposizzjonijiet li jemendaw 84
SKEDI
L-Ewwel Skeda Parti 1 - Burdnar li jopera bħala negozjant waħdu/bi sħubija - Rapport ta’
l-Accountant
Parti 2 - Burdnar li jopera bħala kumpannija b’responsabbiltà  limitata -
Rapport ta’ l-Accountant
It-Tieni Skeda Parti 1 - Ċertifikat ta’ kompetenza professjonali
Parti 2 - Elenku ta’ suġġetti msemmija fir-regolament 10 -
L-organizzazzjoni ta’ l-eżami
It-Tielet Skeda Taħriġ minimu meħtieġ għall-għoti ta’ ċertifikat ta’ kompetenza
professjonali għal xufiera internazzjonali taħt l-età  ta’ 21 sena
Ir-Raba’ Skeda Tipi ta’ ġarr eżentati minn awtorizzazzjoni
Kategoriji ta’ trasport eżentati mir-rekwiżit tal-permess tal-KEMT
Il-Ħames Skeda Awtorizzazzjoni għall-ġarr internazzjonali tal-merkanzija b’kiri jew
b’kumpens
Is-Sitt Skeda L-iskema tat-trakk ''aħdar''
L-iskema tat-trakk ''aktar aħdar u sigur''
L-iskema tat-trakk ''sigur EUR03''
2 L.S.65.19 ħ ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR
Is-Seba’ Skeda Awtorizzazzjoni għall-ġarr stradali nazzjonali tal-merkanzija f’Malta li jsir
minn burdnar mhux residenti (kabotaġġ)
It-Tmien Skeda Ktieb ta’ record sheets għal operazzjonijiet ta’ trasport nazzjonali
b’kabotaġġ li jsiru taħt l-awtorizzazzjoni għal kabotaġġ
Id-Disa’ Skeda Attestazzjoni tax-xufier għall-ġarr internazzjonali tal-merkanzija b’kiri jew
b’kumpens taħt Awtorizzazzjoni Komunitarja
ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.19 3
TAQSIMA I
PRELIMINARI
Titolu.
il-Ġarr Stradali ta’ Merkanzija b’Vetturi bil-Mutur.
Tifsir.
tkunx teħtieġ xort’oħra:
Kap. 332
''Awtorità '' tfisser l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta kif
stabbilita bl-Att dwar l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta;
''awtorizzazzjoni'' tfisser kull permess mogħti minn awtorità
kompetenti magħrufa li tagħti jedd lill-awtorizzat li jwettaq
operazzjonijiet ta’ burdnar;
''awtorizzazzjoni Komunitarja'' tfisser awtorizzazzjoni
akkwistata minn impriża stabbilita fi Stat tal-Ftehim mill-awtorità
kompetenti f’dak l-Istat, jew awtorizzazzjoni maħruġa mill-
Awtorità , li tkun tippermetti lill-awtorizzat illi jwettaq
operazzjonijiet ta’ burdnar fl-Istati tal-Ftehim;
''akkont ta’ persuna nnifisha'' tfisser ġarr stradali sakemm jiġu
sodisfatti dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-merkanzija li tinġarr tkun il-proprjetà  ta’ l-impriża
jew tkun inbigħet, inxtrat jew inkriet, ġiet prodotta,
akkwistata, ipproċessata jew imsewwija mill-impriża;
(b) l-għan tal-vjaġġ ikun li tinġarr il-merkanzija sa jew
mill-impriża jew li ċċaqlaqha, jew fl-impriża nnifisha
jew barra minnha għall-ħtiġiet tagħha;
(ċ) il-vetturi bil-mutur użati għal dan il-ġarr jinsaqu mill-
impjegati ta’ l-impriża;
(d) il-vetturi li jġorru l-merkanzija jkunu l-proprjetà  ta’ l-
impriża jew ikunu nxtraw minnha b’pattijiet differiti,
jew mikrija, sakemm f’dan l-aħħar każ jilħqu l-
kondizzjonijiet tar-regolamenti li jirregolaw il-piżijiet,
tagħmir u qisien ta’ vetturi bil-mutur; iżda wkoll dan
il-paragrafu ma jkunx jgħodd għall-użu ta’ vettura li
tkun qiegħda biss tissostitwixxi għal żmien qasir lill-
vettura l-oħra li normalment tintuża meta din ma
taħdimx;
(e) il-ġarr huwa biss anċillari għall-attivitajiet ġenerali ta’
l-impriża;
''b’kiri jew b’kumpens'' tfisser il-ġarr tal-merkanzija ħlief akkont
ta’ persuna nnifisha;
''burdnar'' tfisser persuna jew impriża li twettaq operazzjonijiet
ta’ burdnar, kemm bi profitt kemm xort’oħra;
''driver’s mate'' tfisser min jiġi mqabbad mill-burdnar biex
jakkumpanja lix-xufier sabiex jassistih, ħlief fis-sewqan, kemm-il
darba ma jkollux liċenzja biex jagħmel dan;
''ftehim'' tfisser ftehim bejn gruppi ta’ stati, li Malta tkun parti
fih, li reċiprokament jagħti liċ-ċittadini ta’ dawk l-istati jew lid-
dependenti tagħhom id-dritt li jidħlu, jibqgħu u jirresjedu fi u
4 L.S.65.19 ħ ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR
jitilqu mill-pajjiż ta’ dan l-Istat, li jiċċaqalqu liberament f’dawn l-
istati għal tali żmien li jista’ jiġi stabbilit fil-ftehim u li jaħdmu jew
iwaqqfu, jipprovdu jew jirċievu servizzi fihom; u ''Stat tal-Ftehim''
u ''ċittadin ta’ Stat tal-Ftehim'' tinftiehem b’dan il-mod; u fejn Stat
ikun parti għal ftehim bħal dak, bla ħsara għal kull modifika u
adattament, ċittadin ta’ Stat tal-Ftehim ikun soġġett għal dawk il-
modifiki jew adattamenti li jistgħu jiġu preskritti;
''ġarr fit-toroq'' tfisser vjaġġ imwettaq fit-triq pubblika minn
vettura użata għall-ġarr tal-merkanzija, kemm jekk mgħobbija jew
le;
''ġimgħa'' tfisser iż-żmien bejn 00.00 sigħat tat-Tnejn u 24.00
siegħa l-Ħadd ta’ wara;
''ħin tas-sewqan kuljum'' tfisser il-ħin tas-sewqan bejn żewġ
ħinijiet ta’ mistrieħ ta’ kuljum jew bejn ħin ta’ mistrieħ ta’ kuljum
u l-ħin ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa;
''impriża'' tfisser persuna naturali, persuna legali, li tagħmel jew
ma tagħmilx profitt, assoċjazzjoni jew grupp ta’ persuni mingħajr
personalità  legali, li tagħmel jew ma tagħmilx profitt, jew korp
uffiċjali, li jkollu l-personalità  legali tiegħu jew li jkun dipendenti
fuq awtorità  li jkollha personalità  bħal dik;
''kabotaġġ'' tfisser it-twettiq tas-servizzi nazzjonali ta’ burdnar
fuq bażi temporanja (kif jista’ jiġi mfisser mill-Ministru b’avviż
fil-Gazzetta), minn burdnar mhux residenti fit-territorju ta’ pajjiż
minbarra dak li fih huwa jkun residenti jew li jkun reġistrat fih biex
iwettaq dawk l-operazzjonijiet;
''KEMT'' tfisser il-Konferenza Ewropea tal-Ministri tat-Trasport;
''Kummissarju'' tfisser il-Kummissarju tal-Pulizija;
''li jkollu liċenzja'' tfisser persuna li f’isimha tinħareġ liċenza tal-
ġarr jew tal-kabotaġġ;
''mistrieħ'' tfisser żmien mhux interrott ta’ mhux inqas minn
siegħa li f’waqtu x-xufier jista’ liberament jiddisponi minn ħinu;
''okkupazzjoni ta’ burdnar'' tfisser l-attività  ta’ xi impriża li tkun
tikkonsisti fil-ġarr fuq l-art b’kiri jew b’kumpens permezz ta’
vettura tal-merkanzija;
''pajjiż fejn ikun stabbilit'' tfisser dak il-pajjiż li fih il-burdnar li
ma jkunx residenti jkun stabbilit u reġistrat;
''residenza normali'' tfisser il-post fejn tkun abitwalment tgħix il-
persuna, għal mill-anqas 185 jum f’kull sena kalendarja, minħabba
rabtiet personali jew ta’ xogħol, jew fil-każ ta’ persuna b’ebda
rabta ta’ xogħol, minħabba rabtiet personali li juru konnessjonijiet
fil-qrib bejn dik il-persuna u l-post fejn tkun qed tgħix:
Iżda, ir-residenza normali ta’ persuna li r-rabtiet ta’ xogħol
tagħha jkunu f’post differenti mir-rabtiet personali u
konsegwentement tkun tgħix f’postijiet differenti minn żmien
għall-ieħor, f’żewġ Stati tal-Ftehim jew aktar, għandha titqies bħala
l-post tar-rabtiet personali tagħha, jekk il-persuna tmur lura
hemmhekk regolarment. Din l-aħħar kondizzjoni m’għandhiex
għalfejn tintlaħaq meta persuna tkun tgħix fi Stat tal-Ftehim sabiex
ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.19 5
twettaq xogħol għal żmien definit. L-attendenza f’università  jew
skola ma timplikax teħid ta’ residenza normali;
''trakk'' tfisser kull vettura li tmexxi lilha nnifisha
mekkanikament u li tiċċirkola fit-triq, minbarra vettura li timxi fuq
linji, u li normalment tintuża għall-ġarr tal-merkanzija;
''semi-trailer'' tfisser trailer mingħajr fus ta’ rota fuq quddiem,
ikkombinat b’tali mod li parti sostanzjali mill-piż tiegħu u tal-piż
tat-tagħbija tiegħu tinġarr mit-trattur jew mill-vettura bil-mutur;
''trattur'' tfisser kull vettura li tmexxi lilha nnifisha
mekkanikament li tiċċirkola fit-triq, minbarra vettura li timxi fuq
linji, u ddisinjata speċjalment sabiex tiġbed, timbotta jew iċċaqlaq
trailers, semi-trailers, tagħmir jew makni;
''trailer'' tfisser kull vettura ddisinjata li titqabbad ma’ vettura
bil-mutur jew ma’ trattur;
''trasport kombinat'' tfisser trasport tal-merkanzija bejn Stati tal-
Ftehim fejn il-vettura tuża t-triq pubblika għall-ewwel jew l-aħħar
parti tal-vjaġġ u, fil-parti l-oħra tuża servizzi tal-ferrovija, tal-
passaġġ bl-ilma intern jew servizzi marittimi, jew kombinazzjoni
ta’ żewġ modi jew aktar tat-trasport, fejn dawn il-partijiet tal-vjaġġ
jeċċedu l-100 km f’linja dritta, u l-vettura tagħmel l-ewwel jew l-
aħħar parti tal-vjaġġ fit-triq pubblika f’raġġ ta’ mhux aktar minn
150 km f’linja dritta mill-port tal-passaġġ bl-ilma intern jew port
tal-baħar tat-tagħbija jew tal-ħatt;
L.S. 65.18
''triq pubblika'' tfisser toroq nazzjonali, arterjali, distributorji, u
ta’ aċċess u aċċess lokali kif definiti fir-Regolamenti dwar il-
Vetturi bil-Mutur (Liċenzi tas-Sewqan);
''uffiċjal awtorizzat li jispezzjona'' tfisser uffiċjal nominat mill-
Awtorità  li jwettaq spezzjonijiet skond dawn ir-Regolamenti,
uffiċjal tad-Dwana jew uffiċjal tal-Pulizija;
''valida'' tiġi assoċjata ma’ liċenza leġittima kif maħruġa mill-
awtorità  kompetenti, u li tfisser li tali liċenza hija effettiva u
kurrenti għaż-żmien dikjarat fil-liċenzja peress li d-detentur ta’
liċenzja jkun u għadu jissodisfa għal kollox l-obbligi li jkollu
skond ir-regolamenti;
''vettura tal-merkanzija'' tfisser trakkijiet, tratturi, trailers u semi-
trailers:
(a) reġistrati għat-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ burdnar
f’Malta; jew
(b) reġistrati għat-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ burdnar
f’pajjiż ieħor; jew
(ċ) żewġ vetturi agganċati ma’ xulxin, li għall-inqas il-
vettura bil-mutur tagħhom hija rreġistrata bil-mod
imsemmi fil-paragrafi (a) u (b) u li huma użati
esklusivament għall-ġarr tal-merkanzija:
Iżda għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti vettura titqies
bħala vettura tal-merkanzija jekk din ikollha piż minimu ta’ 3,500
kg gross vehicle weight;
6 L.S.65.19 ħ ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR
L.S. 65.18
''xufier'' tfisser persuna li ssuq il-vettura, ukoll jekk għal ħin
qasir, jew li jiġi ttrasportat fil-vettura sabiex ikun disponibbli għas-
sewqan jekk meħtieġ u li jkollu liċenzja kif imiss skond ir-
Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur (Liċenzi tas-Sewqan).
Inkonsistenzi mar-
Regolamenti dwar 
Vetturi bil-Mutur.
L.S. 65.11
3. Jekk xi ħaġa f’dawn ir-regolamenti m’hix konsistenti jew
tikkonfliġġi mar-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur, dawn ir-
regolamenti għandhom jipprevalu u fejn ikun hemm dawn l-
inkonsistenzi jew konflitti, ir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-
Mutur, għandhom jitqiesu nulli u mingħajr effett.
Segretezza 
professjonali.
Kap. 377.
4. Kull informazzjoni mogħtija lill-Awtorità  skond dawn ir-
Regolamenti hija koperta bl-Att dwar Segretezza Professjonali.
TAQSIMA II
DĦUL FIX-XOGĦOL TA’ BURDNAR
Awtorizzazzjoni. 5. Ebda persuna m’għandha tagħmel ix-xogħol ta’ burdnar
b’kiri jew b’kumpens jekk ma tkunx awtorizzata kif imiss. L-
Awtorità  għandha toħroġ tali awtorizzazzjoni jekk hija tkun
sodisfatta li l-applikant ikun konformi mal-kondizzjonijiet ta’ dawn
ir-regolamenti.
Eżenzjonijiet. 6.(1) (a) L-Awtorità  tista’ teżenta mill-applikazzjoni ta’ kull
jew xi dispożizzjoni tar-regolament 7, lil burdnara li
jwettqu biss operazzjonijiet nazzjonali li jkollhom biss
effett mill-inqas fuq is-suq tat-trasport minħabba:
- fix-xorta tal-merkanzija li tinġarr; jew
- fid-distanza qasira involuta.
(b) F’każ ta’ ċirkostanzi mhux previsti, l-Awtorità  tista’
tagħti eżenzjoni temporanja sakemm tagħti d-deċiżjoni
finali tagħha.
(2) Huma eżenti milli jkollhom awtorizzazzjoni dawk il-
burdnara involuti f’servizzi ta’ tneħħija, ġarr ta’ provvisti tal-bini,
trasferiment tal-bagalji u servizzi ta’ kurrier bl-użu ta’ vetturi
esklusivament fuq territorju nazzjonali, bil-piż massimu awtorizzat
ta’ dawn il-vetturi jkun bejn 3.5 u 6 tunnellati.
Rekwiżiti għax-
xogħol ta’ burdnar.
7. (1) Min jixtieq jagħmel ix-xogħol ta’ burdnar kif stabbilit
f’dawn ir-regolamenti għandu:
(a) jkollu reputazzjoni u kondotta tajba;
(b) jkun f’pożizzjoni finanzjarja adatta;
(ċ) jissodisfa l-kondizzjoni dwar kompetenza
professjonali.
(2) Meta l-applikant ikun persuna naturali u ma jkunx jista’
jilħaq ir-rekwiżit fis-subregolament (1)(ċ), l-Awtorità  tista’
madankollu tippermetti lil dik il-persuna tinvolvi ruħha fix-xogħol
ta’ burdnar kemm-il darba hi taghti lill-Awtorità  l-isem ta’ persuna
oħra li tista’ tissodisfa s-subregolament (1)(a) u (ċ), b’kondizzjoni
li dik il-persuna msemmija għandha kontinwament u effettivament
tagħmel ix-xogħol ta’ burdnar skond dawn ir-regolamenti.
(3) Meta l-applikazzjoni ssir minn impriża li tista’ tilħaq ir-
ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.19 7
rekwiżit fis-subregolament (1)(b), ir-rekwiżiti fis-subregolament
(1)(a) u (ċ) għandhom jiġu sodisfatti minn persuna naturali
msemmija għaldaqshekk lill-Awtorità  li kontinwament u
effettivament tkun sejra tiġġestixxi lill-burdnar skond dawn ir-
regolamenti.
Kriterju ta’ 
reputazzjoni tajba.
8. (1) Persuna ma titqiesx li tissodisfa r-rekwiżit ta’
reputazzjoni u kondotta tajba jekk hija:
(a) tkun insabet ħatja ta’ reati kriminali serji, inklużi reati
ta’ natura kummerċjali, matul l-aħħar ħames snin, jew
ta’ xi reat li jkollu piena ta’ priġunerija għal żmien
tliet xhur jew aktar, jew multa ta’ mill-inqas mitejn
lira; jew ta’ żewġ reati jew aktar konnessi mal-
vjolenza;
(b) tkun insabet ħatja fl-aħħar sentejn ta’ kull reat relatat
ma’ reati dwar l-użu ta’ vettura bil-mutur;
(ċ) ġiet dikjarata mhux kapaċi li tagħmel ix-xogħol ta’
burdnar taħt xi regolamenti li jkunu fis-seħħ;
(d) tkun insabet ħatja ta’ reati serji ripetuti kontra regoli
fis-seħħ dwar:
- il-kondizzjonijiet dwar il-paga u l-impjieg fil-
professjoni; jew
- it-trasport fit-triq, partikolarment ir-regoli dwar
is-sewqan, il-piżijiet u d-dimensjonijiet u l-
kapaċità  ta’ ġarr tal-vettura, sigurtà  stradali jew
dik tal-vetturi jew ħsara lill-ambjent;
(e) tkun instabet ħatja ta’ xi reati korrispondenti taħt xi
liġi ta’ pajjiż jew territorju barra minn Malta:
Iżda meta l-applikant kellu inqas minn 18-il sena meta jkun
instab ħati kif deskritt fis-subregolament (1)(a) u (b), il-perijodi
msemmija jkunu rispettivament ta’ sentejn u sena.
Pożizzjoni 
finanzjarja adatta.
9. (1) Il-pożizzjoni finanzjarja xierqa ta’ l-impriża għandha
tkun tikkonsisti fil-pussess ta’ riżorsi suffiċjenti biex taċċerta bidu
tajjeb u amministrazzjoni tajba ta’ l-impriża wara dak iż-żmien.
(2) Sabiex tiġi evalwata l-pożizzjoni finanzjarja, l-Awtorità
għandha tikkunsidra kull xorta ta’ ħidma u dan li gej:
(a) il-kontijiet annwali ta’ l-impriża, jekk ikun hemm;
(b) il-fondi disponibbli, inklużi kontanti fil-bank, u
faċilitajiet ta’ overdraft u ta’ self;
(ċ) kull attiv, inkluża proprjetà , li jkun disponibbli biex
jipprovdi sigurtà  parzjali jew totali għall-impriża;
(d) l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tax-xiri jew ħlas inizjali
għal vetturi, fondi, makkinarju u tagħmir, u kapital
għall-ħidma.
(3) Applikant għal, jew detentur ta’ awtorizzazzjoni maħruġa
skond ir-regolament 5, ma titqiesx bħala li hu f’pożizzjoni
finanzjarja adatta jekk ma jkollux disponibbli riservi kapitali li
jammontaw għal jew jeċċedu l-aggregat ta’ Lm 3,600 għall-ewwel
jew l-unika vettura li għandha tiġi awtorizzata skond il-liċenzja; u
8 L.S.65.19 ħ ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR
Lm 2,000 għal kull vettura addizzjonali li għandha tiġi awtorizzata.
(4) Għall-finijiet tar-regolament 7, l-Awtorità  tista’ taċċetta
bħala prova ta’ pożizzjoni finanzjarja konferma jew assigurazzjoni
minn bank jew stabbiliment finanzjarju ieħor kwalifikat b’mod
adatt fil-forma indikata fl-Ewwel Skeda. Din il-konferma tista’
tingħata fil-forma ta’ garanzija bankarja, rahan jew garanzija, jew
b’kull mod ieħor aċċettabbli għall-Awtorità .
Kompetenza 
professjonali.
10. Il-kondizzjonijiet dwar il-kompetenza professjonali jkunu
sodisfatti jekk l-applikant juri li jippossjedi l-għarfien meħtieġ billi
jgħaddi minn eżami bil-miktub u, jew wieħed orali, li jkun
jikkorrispondi għal-livell ta’ taħriġ għall-operazzjonijiet
Nazzjonali jew Internazzjonali skond il-każ, organizzat minn korp
approvat skond is-sillabu fil-Parti II tat-Tielet Skeda u li jkollu
ċertifikat dwar dan maħruġ minn dak il-korp. Dan iċ-ċertifikat, fil-
forma indikata fit-Tieni Skeda, iservi bħala prova ta’ kompetenza
professjonali.
Eżenzjonijiet. 11. (1) L-Awtorità  tista’ teżenta mill-eżami bil-miktub, jew
parti minnu, dawk l-applikanti li jistgħu jġibu prova ta’ esperjenza
prattika bħala burdnar f’pożizzjoni maniġerjali għal mill-anqas
ħames snin.
(2) L-Awtorità  tista’ teżenta mill-eżami, jew parti minnu, lil
min għandu xi diplomi jew diplomi tekniċi ekwivalenti, li jkunu ta’
prova ta’ għarfien tajjeb tas-suġġetti koperti fis-sillabi nazzjonali u
internazzjonali rilevanti. Min għandu ċertifikat ta’ kompetenza
professjonali maħruġ minn Stati oħra tal-Ftehim jistgħu jintalbu
mill-Awtorità  li jieħdu testijiet ulterjuri jekk is-suġġetti koperti
fihom ma jkunux korrispondenti għall-ħtiġiet f’Malta.
(3) Individwi jew impriżi li jġibu prova lill-Awtorità  li kienu
awtorizzati taħt regoli ta’ Malta li jwettqu l-professjoni ta’ burndar
nazzjonali u, jew internazzjonali fi jew qabel l-1 ta’ Jannar 1997,
jitqiesu li jissodisfaw il-ħtiġiet tar-regolament 7(1)(b) u (ċ). Il-
ħtieġa tar-regolament 7(1)(a) għandha tintlaħaq mill-applikanti
kollha, u għandha tinġieb prova ta’ dan lill-Awtorità  fl-istess ħin ta’
l-applikazzjoni.
Verifiki dwar 
konformità .
(4) L-Awtorità  tista’ titlob lill-burdnar li jġib prova mill-inqas
kull ħames snin jew skond id-diskrezzjoni ta’ l-Awtorità  li huwa
jkun għadu jissodisfa l-ħtiġiet tar-regolament 7(1).
Irtirar ta’ 
awtorizzazzjoni.
12. L-Awtorità  tista’ tirtira awtorizzazzjoni għar-raġunijiet li
ġejjin:
(a) meta d-detentur ma jkunx għadu jissodisfa l-
kondizzjonijiet stabbiliti bir-regolament 7(1); jew
(b) meta d-detentur ikun ipprovda informazzjoni mhix
korretta lill-Awtorità  għall-ħruġ jew it-tiġdid ta’ l-
awtorizzazzjoni; jew
(ċ) meta d-detentur ikun kiser xi kondizzjoni ta’ l-
awtorizzazzjoni tiegħu u ma rrimedjax dak in-nuqqas
minkejja li jkun ġie avżat bil-miktub dwar dak il-ksur
u jkun ingħata żmien raġonevoli biex jagħmel dan;
ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.19 9
Kap. 332.
(d) f’każ ta’ xi ksur serju ta’ dawn ir-regolamenti, l-
Awtorità  tista’ tissospendi l-awtorizzazzjoni. Din is-
sospensjoni għandha tiġi imposta wara li titqies il-
gravità  tal-ksur u tkun soġġetta għal appell quddiem
bord ta’ l-appelli li għandu jiġi stabbilit skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Awtorità  dwar it-
Trasport ta’ Malta.
Meta r-reati kontra r-regoli li jirregolaw il-burdnara jkunu
saru minn burdnar mhux residenti u dawn jistgħu jwasslu li tigi
irtirata l-awtorizzazzjoni biex jagħmilha ta’ burdnar, l-Awtorità
għandha tipprovdi lill-Istat tal-Ftehim li fih ikun stabbilit il-
burdnar bl-informazzjoni kollha li hija tkun tippossjedi dwar dawk
ir-reati u l-penali imposti.
Mewt jew 
inkapaċità  oħra.
13. Fil-każ ta’ mewt jew inkapaċità  fiżika jew legali tal-
persuna naturali involuta fil-professjoni ta’ burdnar jew tal-persuna
naturali li tissodisfa r-rekwiżiti tar-regolament 7(1), l-Awtorità
tista’ tippermetti t-twettiq tan-negozju ta’ burdnar fuq bażi
temporanja għal żmien mhux aktar minn sena, b’estensjoni għal
żmien mhux aktar minn sitt xhur. L-Awtorità  tista’ b’eċċezzjoni u
f’każi speċjali, tawtorizza definittivament lil xi persuna li ma
tissodisfax ir-rekwiżit ta’ kompetenza professjonali msemmija fir-
regolament 10, li topera l-impriża jekk din il-persuna għandha mill-
inqas tliet snin esperjenza prattika fil-ġestjoni ta’ kuljum ta’ l-
impriża.
TAQSIMA III
MIŻURI SOĊJALI
Disposizzjonijiet Ġenerali
Età  minima tax-
xufiera.
L.S. 65.18
14. L-età  minima għax-xufiera li jwettqu l-ġarr stradali ta’
merkanzija hija dik speċifikata fir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-
Mutur (Liċenzi tas-Sewqan).
Ġarr internazzjonali tal-Merkanzija
Età  minima tax-
xufiera involuti fil-
ġarr internazzjonali 
ta’ merkanzija.
15. L-età  minima għax-xufiera involuti fil-ġarr stradali
internazzjonali tal-merkanzija hija kif ġej:
(a) għal vetturi, inkluż, meta jkun adatt, trailers jew semi-
trailers, bil-piż massimu permissibbli ta’ mhux aktar
minn 7.5 tunnellata, 19-il sena;
(b) għal vetturi oħrajn:
- 21 sena jew
- 19-il sena jekk il-persuna involuta jkollha
ċertifikat ta’ kompetenza professjonali maħruġ
mill-Awtorità  jew minn awtorità  kompetenti ta’
Stat tal-Ftehim li jkun jikkonferma li tkun
għamlet kors ta’ taħriġ imsemmi fir-regolament
16.
Livell minimu tat-
taħriġ.
16. Il-livell minimu tat-taħriġ għal xufiera li jkunu għalqu 19-
il sena u għadhom ma għalqux il-21 sena biex jinvolvu ruħhom fil-
10 L.S.65.19 ħ ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR
ġarr tal-merkanzija stradali għandu jikkonsisti f’kors li jkopri s-
suġġetti msemmija fit-Tielet Skeda.
Liċenza tas-
sewqan.
L.S. 65.18
17. (1) Ix-xufiera ta’ l-etajiet imsemmija fir-regolament ta’
qabel għandhom ikunu wkoll akkwistaw liċenzja nazzjonali tas-
sewqan għal vetturi maħsuba għall-ġarr stradali tal-merkanzija
skond ir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur (Liċenzi tas-
Sewqan).
(2) Il-programm u l-organizzazzjoni tal-kors ta’ taħriġ
vokazzjonali msemmi fis-subregolament (1) għandhom jitwaqqfu
mill-Awtorità . Il-prova li dan it-taħriġ ikun tlesta għandha tiġi
pprovduta permezz ta’ eżami jew verifika mwettqa mill-Awtorità .
(3) Malli jitlesta l-kors imsemmi, ix-xufiera msemmija fis-
subregolament (1) għandhom jagħmlu eżami jew verifika mwettqa
mill-Awtorità .
(4) Ix-xufiera li jwettqu trasport nazzjonali f’Malta u xufiera li
jwettqu trasport internazzjonali b’vetturi reġistrati f’Malta jistgħu
jiġu rikjesti mill-Awtorità  li jagħmlu taħriġ aktar intensiv minn dak
li hemm provdut dwaru fit-Tielet Skeda.
Ċertifikat ta’ 
kompetenza 
professjonali.
18. (1) L-Awtorità  għandha toħroġ ċertifikat ta’ kompetenza
professjonali lix-xufiera li jilħqu r-rekwiżiti stabbiliti fir-
regolament 16.
(2) Drittijiet akkwiżiti taħt is-subregolament (1) qabel id-dħul
fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti jibqgħu validi bl-istess mod bħal
ċertifikati maħruġa skond dawn ir-regolamenti.
Attestazzjoni tax-
xufier għal 
burdnara li jużaw 
xufiera li huma 
ċittadini ta’ Stati li 
m’humiex Stati tal-
Ftehim.
19. L-Awtorità  għandha toħroġ l-attestazzjoni tax-xufier fid-
Disa’ Skeda lil kull burdnar li:
(a) għandu awtorizzazzjoni Komunitarja;
(b) ikun legalment jimpjega xufiera li jkunu ċittadini ta’
Stati li m’humiex Stati tal-Ftehim skond kull liġi jew
regolament dwar il-kondizzjonijiet ta’ impjieg jew
taħriġ vokazzjonali fis-seħħ f’Malta jew permezz ta’
xi ftehim kollettiv skond dawk il-liġijiet jew
regolamenti.
Terminu ta’ 
validità .
20. L-attestazzjoni tax-xufier għandha żmien massimu ta’
validità  ta’ ħames snin, u għandha tinżamm kopja vera tagħha fil-
fond tal-burdnar.
Età  minima għal 
drivers’ mates.
21. (1) L-età  minima għal drivers’ mates hija ta’ 18-il sena.
(2) Fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ trasport intern l-Awtorità
tista’ tnaqqas l-età  minima għal drivers’ mates għal 16-il sena
skond kull każ ghalih, bil-kondizzjoni li dan isir għal għanijiet ta’
taħriġ vokazzjonali u bla ħsara għal liġijiet rilevanti dwar l-
impjieg.
Applikabilità  tal-
AETR.
22. Il-Ftehim Ewropew dwar ix-Xogħol ta’ l-Ekwipaġġ fuq
Vetturi involuti fit-Trasport Internazzjonali fuq l-Art (AETR)
japplika minflok dawn ir-regolamenti għall-operazzjonijiet
internazzjonali ta’ trasport stradali tal-merkanzija -
ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.19 11
(a) bejn Malta u pajjiżi li huma Partijiet Kontraenti ta’ l-
AETR, jew fi transitu minn dawk il-pajjiżi, għal vjaġġ
sħiħ meta dawn l-operazzjonijiet isiru minn vetturi
reġistrati f’Malta, xi Parti Kontraenti ta’ l-AETR jew
xi wieħed mill-pajjiżi terzi msemmija;
(b) bejn Malta u pajjiż li mhux Parti Kontraenti ta’ l-
AETR fil-każ ta’ vjaġġi mwettqa bejn Pajjiżi tal-
Ftehim jew bejn Malta u xi Pajjiż tal-Ftehim meta
dawn l-operazzjonijiet jitwettqu minn vetturi reġistrati
f’xi wieħed minn dawk il-pajjiżi.
Ħin tas-sewqan ta’ 
kuljum.
23.(1)(a) Il-ħin ta’ sewqan ta’ kuljum ma għandux jeċċedi disa’
sigħat u jista’ jiġi estiż darbtejn f’ġimgħa waħda li
tkun għal 10 sigħat.
(b) Xufier għandu wara mhux aktar minn sitt perijodi ta’
sewqan kuljum jieħu ħin ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa
kif definit fir-regolament 25(3).
(ċ) Il-ħin ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa jista’ jiġi postpost sa
l-aħħar tat-12-il jum jekk il-ħin tas-sewqan totali mat-
12-il jum ma jeċċedix il-massimu li jikkorrispondi għal
12-il perijodu ta’ sewqan ta’ kuljum.
(2) It-total tal-ħin ta’ sewqan f’perijodu ta’ ġimagħtejn wara
xulxin ma għandux jeċċedi d-90 siegħa.
Pawżi.
jagħmel pawża ta’ mill-inqas 45 minuta, kemm-il darba huwa ma
jibdiex ħin ta’ mistrieħ.
(2) Din il-pawża tista’ tiġi sostitwita minn pawżi ta’ mhux
inqas minn 15-il minuta ’l waħda mqassma mal-ħin tas-sewqan jew
immedjatament wara dan il-ħin hekk li din tkun tikkonforma mad-
disposizzjonijiet tas-subregolament (1).
(3) Waqt dawn il-pawżi, ix-xufier ma jistax jagħmel xogħol
ieħor. Għall-finijiet ta’ din it-taqsima il-ħin imqatta’ jistenna u ħin
meta ma saqx iżda kien fil-vettura li kienet miexja, lanċa jew
ferrovija ma jitqiesx bħala ''xogħol ieħor''.
(4) Il-pawżi osservati skond dan ir-regolament ma jistgħux
jitqiesu bħala ħinijiet ta’ mistrieħ ta’ kuljum.
Ħin ta’ mistrieħ ta’ 
kuljum.
25.(1)(a) F’kull perijodu ta’ 24 siegħa, ix-xufier għandu jkollu
ħin ta’ mistrieħ ta’ mill-inqas 11-il siegħa wara xulxin,
li jistgħu jitnaqqsu għal minimu ta’ disa’ sigħat wara
xulxin mhux aktar minn tliet darbiet f’kull ġimgħa,
b’kondizzjoni li jingħata ħin ekwivalenti ta’ mistrieħ
bħala kumpens qabel it-tmiem tal-ġimgħa ta’ wara.
(b) Fil-jiem meta ma jitnaqqasx il-mistrieħ skond il-
paragrafu (a), jista’ jittieħed f’żewġ jew tliet perijodi
separati matul l-24 siegħa, u wieħed minnhom għandu
jkun ta’ mhux anqas minn 8 sigħat wara xulxin. F’dan
il-każ it-tul minimu ta’ mistrieħ għandu jitwal għal 12-
il siegħa.
(2) Matul kull perijodu ta’ 30 siegħa meta vettura tkun
12 L.S.65.19 ħ ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR
maniġġata minn mhux inqas minn żewġ xufiera, kull xufier għandu
jkollu ħin ta’ mistrieħ ta’ mhux inqas minn tmien sigħat wara
xulxin.
(3) Matul kull ġimgħa, wieħed mill-ħinijiet ta’ mistrieħ
imsemmija fis-subregolamenti preċedenti għandu jiġi estiż,
b’mistrieħ ta’ kull ġimgħa, għal total ta’ 45 siegħa wara xulxin.
Dan il-ħin ta’ mistrieħ jista’ jitnaqqas għal mhux inqas minn 36
siegħa wara xulxin jekk jittieħed fil-post fejn il-vettura tkun
ibbażata normalment jew fejn ikun ibbażat ix-xufier, jew għal
mhux inqas minn 24 siegħa wara xulxin jekk jittieħed f’xi post
ieħor. Kull tnaqqis għandu jiġi kkumpensat b’mistrieħ ekwivalenti
li jittieħed kollu f’daqqa qabel tmiem it-tielet ġimgħa wara l-
ġimgħa in kwistjoni.
(4) Ħin ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa li jibda f’ġimgħa u jkompli
fil-ġimgħa ta’ wara jista’ jiġi anness ma’ kull waħda minn dawn il-
ġimgħat.
(5) Il-mistrieħ li jittieħed bħala kumpens għat-tnaqqis fil-
ħinijiet ta’ mistrieħ ta’ kuljum u, jew ta’ kull ġimgħa għandhom
jiġu annessi ma’ mistrieħ ieħor ta’ mill-inqas tmien sigħat u
għandhom jingħataw, fuq talba tal-persuna involuta, fil-post ta’
parkeġġjar tal-vettura jew fil-bażi tax-xufier.
(6) Il-ħin ta’ mistrieħ ta’ kuljum jista’ jittieħed fil-vettura,
sakemm il-vettura jkun fiha kuċċetta u l-vettura tkun wieqfa.
Interruzzjoni tal-
ħin ta’ mistrieħ ta’ 
kuljum.
26. Minkejja r-regolament 23(1), meta ix-xufier involut fil-
ġarr tal-merkanzija jkun qed jakkumpanja vettura trasportata minn
lanċa jew ferrovija, il-ħin ta’ mistrieħ ta’ kuljum jista’ jiġi interrott
darba biss, kemm-il darba jiġu sodisfatti dawn il-kondizzjonijiet li
ġejjin:
(a) dik il-parti tal-perijodu ta’ mistrieħ imqatta’ fuq l-art
tista’ tittieħed qabel jew wara l-parti tal-perijodu ta’
mistrieħ meħud abbord il-lanċa jew il-ferrovija,
(b) il-perjodu bejn iż-żewġ partijiet tal-ħin ta’ mistrieħ ta’
kuljum għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u f’ebda
każ m’għandu jeċċedi siegħa qabel l-imbark jew wara
l-iżbark, hekk li jkunu inkluzi l-formalitajiet tad-
dwana fl-operazzjonijiet ta’ l-imbark jew ta’ l-iżbark,
(ċ) waqt iż-żewġ porzjonijiet tal-ħin ta’ mistrieħ ix-xufier
għandu jkollu aċċess għal kuċċetta jew couchette.
Il-ħin ta’ mistrieħ ta’ kuljum, interrott b’dan il-mod,
għandu jiżdied b’sagħtejn.
Ħlas lil xufiera li 
jaqilgħu pagi.
27. Ħlasijiet lil xufiera li jaqilgħu pagi, ukoll jekk fil-forma ta’
bonus jew ta’ supplimenti għall-paga, relatati ma’ distanzi
vvjaġġati u, jew l-ammont ta’ merkanzija li tkun inġarret,
jikkostitwixxu reati skond dawn ir-regolamenti, kemm-il darba
dawk il-pagamenti ma jkunux ta’ tali kwalità  li ma jipperikolawx
is-sigurtà  fit-toroq.
Sigurtà  personali u 
dik tat-toroq.
28. Sakemm is-sigurtà  fit-toroq ma tkunx b’dan perikolata u
sabiex ikun jista’ jasal f’post adatt ta’ waqfien, ix-xufier jista’
jwarrab id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti daqstant kemm
ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.19 13
ikun meħtieġ biex jaċċerta s-sigurtà  tal-persuni, tal-vettura jew tat-
tagħbija tagħha. Ix-xufier għandu jindika x-xorta u r-raġuni għat-
twarrib li jkun għamel minn dawk id-dispożizzjonijiet fuq ir-record
sheet tat-tagħmir ta’ recording jew fid-duty roster tiegħu.
Ikunu l-impriżi li 
jorganizzaw ix-
xogħol tax-xufiera.
29. (1) L-impriża għandha torganizza x-xogħol tax-xufiera
b’tali mod li x-xufiera jistgħu jikkonformaw ruħhom mad-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti u ma’ kull liġi oħra
rilevanti.
(2) L-impriża għandha twettaq verifiki perjodiċi biex taċċerta li
jiġu mħarsa r-rekwiżiti legali kollha. Jekk jinsab li jkunu saru xi
nuqqasijiet, l-impriża għandha tieħu passi xierqa biex tipprevjeni r-
ripetizzjoni tagħhom.
Eċċezzjonijiet.
tad-disposizzjonijiet tar-regolamenti 15 sa 29 għal operazzjonijiet
ta’ burdnara mwettqa f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jekk dawn l-
eċċezzjonijiet ma jkunux serjament jipperikolaw l-għanijiet ta’
dawn ir-regolamenti. F’każ urġenti tista’ tagħti eċċezzjoni
temporanja għal żmien ta’ mhux aktar minn 30 jum.
TAQSIMA IV
AĊĊESS GĦAS-SUQ
Aċċess għas-Suq Nazzjonali
Liċenza ta’ 
burdnar.
31. (1) Sabiex twettaq operazzjonijiet nazzjonali ta’ burdnar
bl-użu ta’ vetturi tal-merkanzija fuq bażi permanenti, impriża
għandha tkun awtorizzata kif hemm provdut fir-regolament 5.
(2) L-Awtorità  għandha tipprovdi lid-detentur b’kopja vera
attestata ta’ l-awtorizzazzjoni għal kull vettura li ser tintuża
għaliha.
(3) Il-vetturi li għalihom ser tintuża l-awtorizzazzjoni
għandhom ikunu għad-dispożizzjoni esklusiva tad-detentur meta
jinkrew, u għandhom jinsaqu mill-impjegati tad-detentur jew mid-
detentur innifsu.
(4) L-Awtorità  għandha twaqqaf regoli oħra li jidhrulha
meħtieġa u li jkunu jirregolaw ir-rekwiżiti ta’ l-operazzjonijiet ta’
burdnara u l-aċċess għas-suq nazzjonali .
Aċċess għas-suq Komunitarju
Liberalizzazzjoni.
kollha ta’ ġarr stradali tal-merkanzija b’kiri jew b’kumpens
elenkati fil-Parti I tar-Raba’ Skeda meta dan il-ġarr iseħħ lejn jew
minn jew fi transitu f’Malta huma liberalizzati.
Eżenzjoni.
f’konġunzjoni mat-tipi ta’ ġarr elenkati fl-Parti I tar-Raba’ Skeda
għandhom ikunu eżentati mill-ħtieġa li jakkwistaw awtorizzazzjoni
skond din it-Taqsima.
Il-ġarr 
internazzjonali tal-
merkanzija.
34. (1) L-Awtorità  għandha toħroġ awtorizzazzjoni
Komunitarja skond il-mudell li hemm fil-Ħames Skeda lil kull
burdnar li jkun jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
14 L.S.65.19 ħ ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR
(a) ikun awtorizzat skond ir-regolament 5;
(b) jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti skond ir-regoli
Komunitarji dwar l-ammissjoni għax-xoghol ta’
operatur tat-trasport tal-merkanzija f’operazzjonijiet
nazzjonali u internazzjonali skond ir-regolament 7;
(ċ) jissodisfa rekwiżiti legali u livelli dwar is-sigurtà
stradali għax-xufiera u l-vetturi.
(2) Sabiex iwettaq operazzjonijiet internazzjonali tal-ġarr tal-
merkanzija bl-użu ta’ vetturi għat-trasport tal-merkanzija bejn
Malta u Stati tal-Ftehm b’kiri jew b’kumpens, kull trasportatur li
jissodisfa l-kriterji stabbiliti fis-subregolament (1) għandu jkollu
awtorizzazzjoni Komunitarja flimkien ma’ attestazzjoni tax-xufiera
jekk ix-xufier ikun ċittadin ta’ Stat li m’huwiex Stat tal-Ftehim.
(3) L-Awtorità  għandha toħroġ lill-burdnar l-oriġinali ta’ l-
awtorizzazzjoni Komunitarja, li għandha tinżamm mill-burdnar, u
n-numru ta’ kopji veri attestati li jikkorrispondi man-numru ta’
vetturi użati għall-ġarr internazzjonali ta’ merkanzija li jkunu
disponibbli lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni Komunitarja, kemm
jekk bi proprjetà , kemm b’xi forma oħra, notevolment permezz ta’
kuntratt ta’ xiri bil-ħlas rateali, kuntratt ta’ kiri jew kuntratt ta’ self.
(4) L-awtorizzazzjoni Komunitarja tinħareġ f’isem il-burdnar u
ma tkunx tista’ tiġi trasferita. Għandha tinġarr kopja vera attestata
ta’ l-awtorizzazzjoni Komunitarja fuq il-vettura u għandha tiġi
ppreżentata meta din tintalab minn xi uffiċjal awtorizzat li
jispezzjona.
(5) Il-liċenza Komunitarja tinħareġ għal żmien ħames snin u
din tkun tista’ tiġġedded.
(6) L-awtorizzazzjoni Komunitarja għandha tissostitwixxi d-
dokument maħruġ mill-Awtorità  li jkun jiċċertifika li t-trasportatur
għandu aċċess għas-suq għall-ġarr stradali internazzjonali tal-
merkanzija jew kull awtorizzazzjoni oħra li tkun ingħatat qabel.
(7) Meta tingħata applikazzjoni għal liċenzja, u mill-inqas kull
ħames snin wara dan, l-Awtorità  għandha tirrevedi jekk il-burdnar
ikunx jissodisfa jew ikomplix jissoddisfa l-kondizzjonijiet
stabbiliti taħt dawn ir-regolamenti.
(8) Awtorizzazzjoni Komunitarja tkun valida wkoll għal
operazzjonijiet nazzjonali.
Rifjut ta’ 
applikazzjoni.
35. Meta l-kondizzjonijiet stabbiliti taħt dawn ir-regolamenti
ma jkunux sodisfatti, l-Awtorità  għandha tirrifjuta li toħroġ jew li
ġġedded awtorizzazzjoni Komunitarja, skond il-każ, u għandha
tagħti l-motivazzjonijiet għal deċiżjoni bħal dik.
Irtirar ta’ 
awtorizzazzjoni 
Komunitarja u ta’ 
l-attestazzjoni.
36. (1) L-Awtorità  tista’ tirtira awtorizzazzjoni Komunitarja
għar-raġunijiet li ġejjin:
(a) meta d-detentur ma jkunx għadu jissoddisfa l-
kondizzjonijiet stabbiliti fir-regolamenti 5 sa 13 u 19;
jew
(b) meta d-detentur ikun ipprovda informazzjoni li m’hix
korretta lill-Awtorità  relatata mal-ħruġ jew it-tiġdid ta’
ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.19 15
l-awtorizzazzjoni.
(2) F’każ ta’ xi ksur serju ta’ dawn ir-regolamenti, l-Awtorità
tista’ fost l-oħrajn temporanjament jew parzjalment tissospendi l-
awtorizzazzjoni u tista’ tirtira l-attestazzjoni tax-xufier ta’ dawn il-
burdnara jekk dawn ikunu stabbiliti f’Malta u tista’ wkoll tipprovdi
biex il-ħruġ ta’ attestazzjonijiet tax-xufiera jkun soġġett għal
kondizzjonijiet addizzjonali sabiex tipprevjeni l-użu. Dawn il-
miżuri għandhom jiġu imposti b’kunsiderazzjoni għall -
(a) gravità  tal-ksur; u
(b) l-għadd totali ta’ kopji veri attestati ta’ l-
awtorizzazzjoni f’idejn id-detentur għar-rigward tat-
traffiku internazzjonali.
Appelli.
Kap. 332.
37. Kull deċiżjoni ta’ l-Awtorità  skond ir-regolament 36 hija
soġġetta għal appell quddiem bord ta’ l-appelli li għandu jitwaqqaf
skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Awtorità  dwar it-
Trasport ta’ Malta.
Aċċess għas-suq f’pajjiżi tal-KEMT
Ġarr tal-
merkanzija fil-
Membri tal-KEMT.
38. It-twettiq ta’ operazzjonijet ta’ burdnar sa jew minn jew
fil-pajjiżi membri tal-KEMT huwa soġġett għal liċenzja tal-KEMT.
Ksib ta’ liċenza tal-
KEMT.
39. (1) Tali liċenza tiġi akkwistata wara li ssir applikazzjoni
bil-miktub lill-Awtorità , li magħha jkun hemm mehmuz ċertifikat
ta’ konformità  tal-fabbrikant skond il-linji ta’ gwida li hemm fis-
Sitt Skeda u kull informazzjoni li tista’ tenħtieġ għal dan il-għan.
(2) L-Awtorità  għandha tagħraf liċenzi tal-KEMT maħruġa
f’pajjiżi membri oħra tal-KEMT.
(3) Liċenza tal-KEMT tkun biss valida għal vettura waħda biss
f’xi waqt, u din għandha tinġarr fuq il-vettura għat-tul tal-vjaġġ
kollu.
Użu tal-liċenza tal-
KEMT.
40. Il-persuna li għandha liċenza tal-KEMT tista’ wkoll tuża
dawn il-liċenzi għal vetturi li huma mikrija jew lokati mingħajr ix-
xufier.
Vettura li jkollha 
liċenza.
41. (1) Il-vettura li dwarha tkun qed tintuża l-liċenza tal-
KEMT għandha tkun għad-disposizzjoni esklusiva tad-detentur
meta din tintuża, u għandha tinsaq mill-impjegati tad-detentur jew
minnu stess.
(2) Dawn li ġejjin għandhom ukoll jinżammu fil-vettura:
(a) il-kuntratt tal-kiri, jew estratt attestat minn dak il-
kuntratt li jagħti partikolarment l-isem ta’ min jikri,
isem il-kerrej, id-data u t-terminu tal-kuntratt u n-
numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura;
(b) meta x-xufier ma jkunx il-persuna li kriet il-vettura, il-
kuntratt ta’ l-impjieg tax-xufier jew estratt attestat
minn dak il-kuntratt li jkun jagħti partikolarment l-
isem ta’ min jimpjega, l-isem ta’ l-impjegat u d-data u
għal kemm żmien idum il-kuntratt ta’ l-impjieg, jew
pay slip reċenti.
16 L.S.65.19 ħ ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR
(3) Meta l-Awtorità  jidhrilha li jkun hekk meħtieġ, hija tista’
tissostitwixxi d-dokumenti msemmija fis-subregolament (2)
b’dokument ekwivalenti maħruġ għal dak il-għan.
(4) Liċenza tal-KEMT ma tistax tiġi trasferita.
Isem tal-persuna li 
topera l-vettura.
42. L-isem tal-persuna li topera l-vettura għal min jikriha
għandu jidher fl-ewwel paġna tal-liċenza.
Eżenzjonijiet. 43. L-operazzjonijiet tat-trasport deskritti fil-Parti II tar-Raba’
Skeda huma eżenti mir-rekwiżit ta’ liċenza tal-KEMT.
Logbook. 44. (1) Id-detentur ta’ liċenza tal-KEMT għandu jżomm
logbook, fil-forma preskritta mill-Awtorità  u maħruġ f’ismu. Dawn
il-logbooks m’humiex trasferibbli.
(2) Il-logbook għandu jkollu l-istess isem bħal-liċenza tal-
KEMT li jkun jirriferi għaliha u għandu jinżamm fuq il-vettura
flimkien ma’ din il-liċenza.
(3) Il-burdnar għandu jippreżenta l-logbook għall-ispezzjoni
meta jintalab minn xi uffiċjal awtorizzat li jispezzjona, li jista’
mbagħad jittimbra l-logbook.
Rekwiżiti għall-
validità .
45. (1) Liċenza tal-KEMT ma tkunx valida jekk ma jkunx fiha
dawn il-partikolaritajiet li ġejjin imniżżlin b’mod li ma jitħassrux:
(a) l-isem jew l-isem kummerċjali u l-indirizz sħiħ ta’ l-
impriża;
(b) il-firma u t-timbru tal-korp li joħroġ il-liċenza;
(ċ) id-dati meta l-validità  tal-liċenzja tibda u tintemm;
(d) id-data tal-ħruġ tal-liċenzja.
(e) Liċenzi għal vetturi ''ħodor'' jew ''aktar ħodor u siguri''
jew ''siguri ta’ l-EUR03'', kif definiti fis-Sitt Skeda,
jitqiesu wkoll invalidi, jekk spezzjoni ad hoc tkun turi
li r-rekwiżiti jew is-sigurtà  meħtieġa kif preskritta għal
dan it-tip ta’ vetturi ma jkunux qed jiġu mħarsa.
(2) Il-liċenzi jistgħu jiġu irtirati mill-Awtorità , partikolarment
f’każ ta’ xi ksur serju jew ripetut u f’każi ta’ użu insuffiċjenti jew
użu għal operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali biss.
(3) Fil-każ li jiġi skopert li qed tintuża liċenza tal-KEMT
iffalsifikata, mitlufa jew misruqa, jew li liċenzja tal-KEMT tkun
qed tintuża minn burdnar minbarra d-detentur jew fil-każ ta’ l-użu
ta’ xi ċertifikat iffalsifikat, il-liċenza għandha tiġi rtirata minnufih
u tiġi kkomunikata lill-awtorità  kompetenti tal-pajjiż fejn ikun
reġistrat il-burdnar.
(4) Bl-istess mod, jekk jiġi skopert li tkun qed tintuża liċenza
tal-KEMT li tkun skadiet jew għadda ż-żmien tal-validità  tagħha,
din għandha tiġi rtirata minnufih u tiġi komunikata lill-awtorità
rilevanti.
Liċenzi tal-KEMT 
irtirati jew ċeduti.
46. Liċenzi li jiġu irtirati jew ċeduti jistgħu jerġgħu jinħarġu lil
burdnara oħrajn għall-bqija tat-terminu ta’ validità  taghhom.
F’dawn il-każi, il-liċenzi għandhom jiġu kanċellati u sostitwiti
b’liċenzi ta’ riserva qabel ma jinħarġu lil xi burdnar ieħor għall-
ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.19 17
bqija taż-żmien.
Kanċellament u 
sostituzzjoni tal-
liċenzi tal-KEMT.
47. (1) Meta l-liċenzi jiġu kanċellati jew sostitwiti, l-Awtorità
għandha tinforma lis-Segretarjat tal-KEMT.
(2) B’mod simili, ċertifikati ffalsifikati għal vetturi ''ħodor''
jew ''aktar ħodor u siguri'' jew ''siguri tal-EUR03'' għandhom jiġu
trasmessi lill-awtorità  kompetenti tal-pajjiż li fih il-vettura tkun
reġistrata.
(3) Fil-każi meta l-liċenza tintilef jew tinsteraq, l-Awtorità  li
tkun ħarġitha għandha tiġi avżata minnufih. L-Awtorità  tista’
tissostitwiha b’ liċenza oħra għall-bqija tal-perijodu ta’ validità .
(4) L-Awtorità  għandha tinnotifika lis-Segretarjat tal-KEMT
bin-numri tal-liċenzi mitlufa jew misruqa u bis-sostituzzjoni
tagħhom.
Aċċess għas-suq f’pajjiżi oħrajn
Pattijiet bilaterali.
għall-aċċess għas-suq f’pajjiżi li magħhom Malta jkollha xi patt
bilaterali minbarra l-Istati tal-Ftehim jew pajjiżi membri tal-
KEMT, u bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ kull tali Patt.
Aċċess għas-Suq Nazzjonali minn Trasportaturi Mhux Residenti 
Stabbiliti fl-Istati tal-Ftehim (Kabotaġġ)
Intitolament għat-
twettiq tal-
kabotaġġ.
49. Burdnar b’kiri jew b’kumpens li jkollu awtorizzazzjoni
Komunitarja u li x-xufier tiegħu, jekk huwa ċittadin ta’ Stat li
m’huwiex Stat tal-Ftehim, għandu attestazzjoni tax-xufiera, huwa
intitolat, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti b’dawn ir-regolamenti,
li jwettaq operazzjonijiet ta’ kabotaġġ fuq bażi temporanja f’Malta,
mingħajr ma jkollu uffiċċju reġistrat jew stabbiliment ieħor
f’Malta.
Xogħol għalih 
innifsu.
50. Kull burdnar huwa permess li jwettaq operazzjonijiet
b’kabotaġġ abbażi ta’ xogħol għalih innifsu.
Forma.
Awtorità  fil-forma indikata fis-Seba’ Skeda.
Awtorizzati.
u m’humiex trasferibbli.
(2) Awtorizzazzjoni għall-kabotaġġ tista’ tinħareġ biss għal
vettura waħda f’kull waqt.
(3) Impriżi li huma intitolati f’Malta li jwettqu operazzjonijiet
ta’ burdnar akkont ta’ persuna nnifisha huma intitolati li jirċievu l-
awtorizzazzjonijiet għall-kabotaġġ skond dawn ir-regolamenti taħt
l-istess kondizzjonijiet bħal dawk l-impriżi li jwettqu l-
operazzjonijiet ta’ burdnara b’kiri jew kumpens.
Titolu tal-vetturi.
tiegħu l-vettura jew taħt titolu ta’ proprjetà  jew taħt kull titolu ieħor
inkluż hire-purchase, kiri jew kuntratt ta’ self.
Kiri mill-burdnar.
fl-Istat tal-Ftehim fejn ikun stabbilit biex iwettaq l-operazzjonijiet
b’cabotage. Iżda, sabiex iwettaq operazzjoni ta’ kabotaġġ li tkun
ġiet interrotta minħabba fi breakdown jew aċċident, il-burdnar li
18 L.S.65.19 ħ ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR
ma jkunx residenti jista’ jikri vettura f’Malta taħt l-istess
kundizzjonijiet daqs burdnara residenti u l-awtorizzazzjoni għall-
kabotaġġ tiġi trasferita għall-vettura li tissostitwiha. L-Awtorità
għandha tiġi infurmata dwar dan it-trasferiment.
(2) L-awtorizzazzjoni għall-kabotaġġ u l-kuntratt tal-kera, jekk
ikun hemm, għandhom jinżammu fil-vettura bil-mutur.
(3) L-awtorizzazzjoni għall-kabotaġġ għandha tiġi ppreżentata
kull meta tintalab minn uffiċjali awtorizzati li jispezzjonaw.
Perijodu ta’ 
validità .
55. Il-perijodu ta’ validità  ta’ awtorizzazzjoni għal kabotaġġ
għandu jkun imniżżel fl-awtorizzazzjoni mill-Awtorità .
Ktieb ta’ record 
sheets.
56. (1) Operazzjonijiet ta’ trasport imwettqa taħt
awtorizzazzjoni għall-kabotaġġ għandhom jiddaħħlu entrati fi ktieb
ta’ record sheets u x-sheets jintraddu ma’ l-awtorizzazzjoni lill-
Awtorità  fi żmien tmint ijiem minn meta tiskadi l-awtorizzazzjoni.
(2) Il-ktieb ta’ record sheets għandu jikkorrispondi mal-forma
indikata fit-Tmien Skeda.
Kondizzjonijiet. 57. It-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ trasport b’kabotaġġ huma
soġġetti għal kull liġi, regolament jew miżura oħra fis-seħħ
f’Malta, partikolarment dwar:
(a) ir-rati u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-kuntratt ta’
trasport;
(b) piżijiet u dimensjonijiet ta’ vetturi tat-triq għandhom
jissodisfaw il-kondizzjonijiet tar-regolamenti li
jirregolaw il-piżijiet, tagħmir u qisien ta’ vetturi bil-
mutur;
(ċ) rekwiżiti dwar il-ġarr ta’ xi kategoriji ta’ merkanzija,
partikolarment merkanzija perikoluża, ikel li jitħassar
u annimali ħajjin;
(d) ħinijiet ta’ sewqan u ta’ mistrieħ;
(e) VAT (Taxxa dwar il-Valur Miżjud) fuq is-servizzi tat-
trasport:
Iżda dan ir-regolament japplika ugwalment għal burdnara
residenti u burdnara mhux residenti li jkunu stabbiliti fl-Istati tal-
Ftehim.
Preżentazzjoni ta’ 
l-awtorizzazzjoni.
58. L-awtorizzazzjoni Komunitarja jew kopja vera attestata
għandha tinżamm fuq il-vettura u tiġi ppreżentata kull meta din
tintalab minn uffiċjal awtorizzat li jispezzjona.
Livelli tekniċi. 59. Il-livelli tekniċi għall-binja u t-tagħmir li għandhom jilħqu
l-vetturi użati għall-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ għandhom jilħqu
r-rekwiżiti għal vetturi li jiċċirkolaw fit-trasport internazzjonali.
TAQSIMA V
L-UŻU TA’ VETTURI MINGĦAJR XUFIERA
TAĦT OPERAT NAZZJONALI
L-użu tal-vetturi 
mingħajr xufiera.
60. (1) Huwa possibbli li jintużaw fit-territorju ta’ Malta
vetturi mikrija minn impriżi stabbiliti fi Stati tal-Ftehim minbarra
ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.19 19
Malta jekk:
(a) il-vettura hija reġistrata jew tiċċirkola skond il-liġijiet
fil-pajjiż ta’ reġistrazzjoni;
(b) il-kuntratt jirrelata biss għall-kiri tal-vettura mingħajr
xufier, u m’huwiex akkumpanjat minn kuntratt għal
servizz konkluż ma’ l-istess impriża li jkopri impjegati
li jsuqu jew ħaddiema li jakkumpanjaw;
(ċ) il-vettura mikrija tkun għad-disposizzjoni ta’ l-impriża
li qed tużaha biss matul it-terminu tal-kuntratt tal-kera;
(d) il-vettura tinsaq minn ħaddiema ta’ l-impriża li qed
tikriha;
(e) tinġieb prova li tkun konformi mal-kondizzjonijiet fil-
paragrafi (a) sa (d) mid-dokumenti li ġejjin, li
għandhom ikunu fuq il-vettura:
- il-kuntratt tal-kera, jew estratt attestat minn dak
il-kuntratt li jagħti partikolarment l-isem ta’ min
jikri, isem il-kerrej, id-data u ż-żmien tal-
kuntratt u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-
vettura;
- meta x-xufier ma jkunx il-persuna li tkun kriet
il-vettura, il-kuntratt ta’ l-impjieg tax-xufier jew
estratt attestat minn dak il-kuntratt li jagħti
partikolarment l-isem ta’ min jimpjega, l-isem
ta’ l-impjegat u d-data jew iż-żmien tal-kuntratt
ta’ impjieg jew pay slip reċenti.
(2) Meta l-Awtorità  jidhrilha li jkun meħtieġ, hija tista’
tissostitwixxi d-dokumenti msemmija fil-paragrafu (e) b’dokument
ekwivalenti maħruġ għal dak l-għan.
TAQSIMA VI
RATI U KONDIZZJONIJIET GĦALL-ĠARR STRADALI 
TAL-MERKANZIJA
Ir-rati jitwaqqfu bi 
ftehim liberu.
61. (1) Dan ir-regolament u r-regolament 62 jgħoddu għall-
ġarr stradali tal-merkanzija f’Malta b’kiri jew b’kumpens ukoll
jekk, fil-ħin ta’ dawn l-operazzjonijiet ta’ ġarr, parti mill-vjaġġ
jitwettaq:
- bi transitu minn pajjiż ieħor; jew
- minn vettura li tinġarr permezz ta’ mezz ieħor tat-
trasport, mingħajr tagħbija mill-ġdid intermedja tal-
merkanzija.
(2) Ir-rati għall-operazzjonijiet ta’ ġarr imsemmija fis-
subregolament (1) ghandhom jiġu stabbiliti bi ftehim liberu bejn il-
partijiet tal-kuntratt tal-ġarr.
Setgħa li tintalab 
informazzjoni.
62. Għall-għanijiet biss ta’ sorveljanza tas-suq, l-Awtorità
tista’ titlob lill-burdnara, forwarding agents, freight brokers u
aġenti oħra tat-trasport biex jipprovdu informazzjoni dwar ir-rati
mitluba għall-ġarr stradali internazzjonali tal-merkanzija.
20 L.S.65.19 ħ ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR
TAQSIMA VII
L-UŻU TA’ VETTURI TAL-MERKANZIJA F’MALTA
Sigurtà  tal-vetturi. 63. Vettura tal-merkanzija użata fit-triq għandha tkun tajba u
żgura f’kollox għall-ġarr tal-merkanzija.
Sigurtà  tat-
tagħbija.
64. Vettura tal-merkanzija użata fit-triq għandu jkollha t-
tagħbija maqfula tajjeb jew mgħottija kif imiss sabiex jiġi
pprevenut li xi parti minnha taqa’ fit-triq jew mod ieħor tipperikola
s-sigurtà  tat-traffiku jew tal-persuni.
L-għoli tat-
tagħbija.
65. F’ebda każ m’għandha t-tagħbija li tinġarr minn vettura
tal-merkanzija:
(a) tilħaq għoli li jista’ jagħmel ħsara lill-istabbilità  tal-
vettura;
(b) tilħaq għoli li jġiegħel lill-vettura teċċedi l-għoli
massimu permissibbli fir-regolamenti li jirregolaw il-
piżijiet, tagħmir u qisien ta’ vetturi bil-mutur;
(ċ) tisporġi lil hinn mill-wesa’ ġenerali tal-body.
Iżda f’każi speċjali l-Kummissarju tal-Pulizija
f’konsultazzjoni ma’ l-Awtorità  jista’ jagħti permess temporanju
bil-miktub lill-proprjetarji ta’ vetturi tal-merkanzija li jwarrbu l-
kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi (b) u (ċ) mingħajr
preġudizzju għal dawk il-kondizzjonijiet li jidhrulu xierqa.
Ħsara lit-toroq. 66. Fil-każ li ssir ħsara ta’ kull tip fit-triq jew tagħmir relatat
jew għamara tat-triq il-burdnar ikun responsabbli għall-ispejjeż
kollha ta’ restawr għall-istatus quo ante. Il-vetturi tal-merkanzija
kollha li jsuqu fit-toroq ta’ Malta għandhom ikunu koperti minn
polza ta’ assigurazzjoni valida li tkun tkopri dawn l-eventwalitajiet.
Emissjonijiet ta’ l-
exhaust.
67. Ħadd ma għandu jsuq jew jippermetti li tinsaq vettura tal-
merkanzija meta, minħabba xi kawża, tkun xi tkun, l-exhaust pipe
jew il-konnessjoni tiegħu jkunu jarmu duħħan, naqal, xrar, irmied,
ġamar jew sustanzi żejtnin.
Waqfien ta’ vetturi 
tal-merkanzija.
68. Ebda persuna ma għandha twaqqaf, sew temporanjament
sew xort’oħra, u tħalliha waħedha jew tipparkja vettura tal-
merkanzija jew tħalli container fit-triq jew spazju fil-beraħ sew
jekk magħluq sew xort’oħra li ma jkunx ġo post awtorizzat għall-
ipparkjar jew depożt awtorizzat għall-ħażna ta’ containers:
Iżda l-Kummissarju jista’ f’każi eċċezzjonali, f’kull każ
partikolari, u b’dawk il-kondizzjonijiet li jidhrulu xierqa li jimponi,
jagħti eżenzjoni minn din id-dispożizzjoni:
Iżda l-Kummissarju jista’ wkoll joħroġ liċenza sabiex
containers vojta jiġu pparkjati jew stivati fit-triq tal-fabbrika, sew
jekk tkun proprjetà  privata sew xort’oħra, kif speċifikat taħt dik il-
liċenza, taħt dawk il-kondizzjonijiet li jidhrulu xierqa li jimponi.
Ipparkajr ta’ vetturi 
tal-merkanzija.
69. L-ipparkjar ta’ vetturi tal-merkanzija f’post awtorizzat
għall-ipparkjar jew depożt awtorizzat għall-ħażna għandu
jikkonforma ma’ kull regola fis-seħħ dwar l-ipparkjar ta’ dawk il-
vetturi.
ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.19 21
Tagħbija jew ħatt 
ta’ vetturi tal-
merkanzija.
70. It-tagħbija jew il-ħatt ta’ vetturi tal-merkanzija fit-triq
huma mingħajr preġudizzju għal kull regolament rilevanti dwar it-
traffiku li jkun jipprevali f’dak il-ħin.
Ġarr tal-
passiġġieri.
71. (1) Ma jistgħux jinġarru passiġġieri fil-vetturi tal-
merkanzija iżda:
(a) persuna waħda tista’ toqgħod bil-qiegħda ħdejn ix-
xufier ta’ vettura tal-merkanzija meta tkun qed tintuża;
(b) jistgħu jinġarru persuni inkarigati mill-merkanzija jew
li tqabbdu biex jgħabbuha jew iħottuha.
(2) Il-Kummissarju jista’, f’każi speċjali, jagħti permess:
(a) lil sidien ta’ vettura tal-merkanzija biex iġorru persuni
fil-vettura tagħhom minbarra dawk inkarigati mill-
merkanzija;
(b) lil kuntratturi u għaqdiet bonafidi biex iġorru lill-
ħaddiema mingħajr ħlas jew kumpens fil-vetturi tal-
merkanzija tagħhom, mill-post fejn jiltaqgħu sal-post
prinċipali tagħhom, u għal postijiet oħra tax-xogħol u
lura jekk dawk il-postijiet tax-xogħol ma jkunux
jintlaħqu faċilment minn rotta stabbilita ta’ karrozzi
tal-linja u jekk ikun hemm dwar dik il-vettura tal-
merkanzija sigurtà  adatta li tkopri lill-ħaddiema li
jinġarru fiha mingħajr ħlas.
Ġarr ta’ laħam u 
ħut.
72. Il-ħut u l-laħam frisk ma jistgħux jinġarru fil-vetturi tal-
merkanzija jekk ma jkunux mibnijin apposta u approvati mit-Tabib
Prinċipali tal-Gvern f’Malta jew xi awtorità  kompetenti magħrufa
minn Stat tal-Ftehim għal dak l-għan.
Ġarr ta’ merkanzija 
perikoluża.
73. Kull vettura li tiġi operata nazzjonalment jew
internazzjonalment u tkun iġġorr merkanzija perikoluża kif definita
fil-Ftehim Ewropew ta’ l-2001 dwar il-Ġarr Stradali
Internazzjonali ta’ Merkanzija Perikoluża, (''Ftehim ta’ l-ADR''),
għandha tikkonforma mar-rekwiżiti skond ir-regolamenti li
jirregolaw il-ġarr ta’ merkanzija perikoluża fit-toroq.
TAQSIMA VIII
TRASPORT KOMBINAT TA’ MERKANZIJA
Trasport kombinat.
jiġi ppreżentat dokument tat-trasport lill-Awtorità  meta din titolbu.
Dan id-dokument għandu jispeċifika l-istazzjonijiet tal-ferrovija
tat-tagħbija jew ħatt, jew il-passaġġ ta’ l-ilma intern tat-tagħbija
jew ħatt, jew il-portijiet marittimi tat-tagħbija jew ħatt dwar it-
taqsima marittima tal-vjaġġ, u l-istazzjonijiet jew portijiet tat-
tagħbija jew ħatt stradali dwar il-parti stradali li m’hix l-ewwel jew
l-aħħar parti tal-vjaġġ.
Għandhom jiġu 
reġistrati dettalji.
75. (1) Id-dettalji msemmija fir-regolament ta’ qabel
għandhom jiġu reġistrati qabel ma titwettaq l-operazzjoni tat-
trasport u għandhom jiġu konfermati permezz ta’ timbru mwaħħal
mill-awtorità  rilevanti meta titlesta l-parti Maltija tal-vjaġġ.
(2) Kull burdnar imwaqqaf fi Stat tal-Ftehim li jilħaq il-
22 L.S.65.19 ħ ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR
kondizzjonijiet tar-regolamenti 5 sa 29 għandu d-dritti li jwettaq l-
ewwel jew l-aħħar parti tal-ġarr stradali ta’ operazzjoni ta’ trasport
kombinat. Ukoll, burdnar b’kiri jew b’kumpens għandu
jikkonforma ma’ arranġamenti ta’ security pass li jkunu fis-seħħ
fiż-żoni tal-port.
Ġarr fl-aħħar parti. 76. Meta trailer jew semi-trailer li jappartjeni għal impriża
involuta fil-ġarr akkont ta’ persuna nnifisha jinġarr fuq l-aħħar
parti minn trattur li jappartjeni għal impriża involuta fit-trasport
b’kiri jew b’kumpens, l-operazzjoni tat-trasport hekk effettwata
hija eżentata mill-preżentazzjoni tad-dokument imsemmi fir-
regolament 74. Madankollu, għandu jiġi ppreżentat dokument ieħor
li jixhed il-vjaġġ magħmul jew li jkun ser isir b’ferrovija, f’kanal
ta’ l-ilma intern, bil-baħar jew stradali, meta dik il-parti tal-vjaġġ
stradali ma tkunx l-ewwel jew l-aħħar parti.
Partijiet akkont ta’ 
persuna nnifisha.
77. (1) Meta l-impriża li tibgħat, twettaq l-ewwel parti tal-
vjaġġ stradali akkont ta’ persuna nnifisha, l-impriża li tirċievi tista’
twettaq l-aħħar parti akkont ta’ persuna nnifisha, ukoll jekk it-
trailer jew semi-trailer ikun reġistrat jew mikri mill-impriża li
tibgħat.
(2) Meta l-impriża li tirċievi, twettaq l-ewwel parti tal-ġarr
stradali akkont ta’ persuna nnifisha, l-impriża li tibgħat tista’
twettaq l-aħħar parti akkont ta’ persuna nnifisha, ukoll jekk it-
trailer jew semi-trailer ikun reġistrat jew mikri mill-impriża li
tirċievi.
TAQSIMA IX
SPEZZJONIJIET
Preżentazzjoni ta’ 
l-awtorizzazzjoni.
78. L-awtorizzazzjoni tal-burdnar għandha tinġarr fuq il-
vettura u tiġi ppreżentata fuq talba ta’ uffiċjal awtorizzat li
jispezzjona.
Poteri ta’ 
spezzjoni.
79. Il-burdnara għandhom jippermettu l-ispezzjonijiet kollha
maħsuba biex jiġi aċċertat illi l-operazzjonijiet qed jitmexxew
tajjeb, partikolarment dwar ħinijiet ta’ sewqan u ta’ mistrieħ u dwar
tagħmir, piżijiet u dimensjonijiet. Sabiex tiġi aċċertata l-konformità
ma’ dawn ir-regolamenti, l-uffiċjali awtorizzati li jispezzjonaw
għandhom il-poter li:
(a) jeżaminaw il-kotba u dokumenti oħrajn dwar l-
operazzjoni ta’ l-impriża tat-trasport;
(b) jagħmlu kopji ta’, jew jieħdu estratti mill-kotba u d-
dokumentazzjoni fuq il-post;
(ċ) ikollhom aċċess għall-postijiet, siti u vetturi kollha ta’
l-impriża;
(d) jitolbu l-preżentazzjoni ta’ kull informazzjoni fil-
kotba, dokumentazzjoni jew databases.
Spezzjonijiet fil-
ġenb tat-toroq u 
fuq il-moll.
80. L-Awtorità  għandha tispezzjona dwar il-konformità  tal-
burdnar internazzjonali permezz ta’ spezzjonijiet kif jiġu u li jkunu
mwettqa fuq il-moll, mat-triq jew fil-post ta’ l-impriża.
Elementi ta’ l-
ispezzjonijiet.
81. L-ispezzjonijiet fuq il-moll jew mat-triq għandhom
ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.19 23
ikopru-
(a) ħinijiet ta’ sewqan ta’ kuljum, ħinijiet ta’ mistrieħ ta’
kuljum, pawżi;
(b) l-aħħar ħin ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa (meta xieraq);
(ċ) rekwiżiti tekniċi tar-regolamenti li jirregolaw il-
piżijiet, tagħmir u qisien ta’ vetturi bil-mutur;
(d) kotba jew dokumentazzjoni dwar awtorizzazzjoni tal-
vjaġġi.
Spezzjonijiet fil-
post.
82. L-ispezzjonijiet għandhom ukoll jitwettqu fil-post ta’
impriżi tal-burdnara, li joperaw internazzjonalment, stabbiliti
f’Malta u għandhom jinkludu dawn li ġejjin:
(a) ħinijiet ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa u ħinijiet tas-
sewqan bejn dawn il-ħinijiet ta’ mistrieħ,
(b) limitazzjoni tal-ħinijiet tas-sewqan kull ġimagħtejn,
(ċ) kumpens għall-ħinijiet ta’ mistrieħ ta’ kuljum jew ta’
kull ġimgħa mnaqqsa,
(d) l-użu ta’ record sheets u, jew l-organizzazzjoni tal-
ħinijiet tax-xogħol tax-xufiera.
Spezzjonijiet 
b’talba ta’ l-
Awtorità .
83. Għall-għanijiet stabbiliti f’dawn ir-regolamenti, il-verifiki
mwettqa abbażi ta’ dokumenti rilevanti mogħtija minn impriżi
b’talba ta’ l-Awtorità  għandu jkollhom l-istess status daqs
spezzjonijiet imwettqa fil-post ta’ l-impriża.
TAQSIMA X
DISPOSIZZJONIJIET LI JEMENDAW
Emenda għar-
Regolamenti dwar 
il-Vetturi bil-
Mutur.
L.S. 65.11
84. It-Taqsima VIII tar-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur
hija b’dan imħassra.
24 L.S.65.19 ħ ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 9)
PARTI 1
BURDNAR LI JOPERA BĦALA NEGOZJANT WAĦDU / BI SĦUBIJA
RAPPORT TA’ L-ACCOUNTANT
1. Aħna ħejjejna, mingħajr ma wettaqna verifika, rendikont ta’ l-affarijiet fi
................ (data) mir-reġistri tal-kontijiet ta’ ..........................................., hawn issa
’l quddiem imsejjaħ bħala ''d-ditta'', li ghandha l-indirizz kummerċjali fi ..................
.................................... u minn informazzjoni u spjegazzjonijiet provduti lilna.
2. Meta għamilna dan ir-rapport ikkunsidrajna r-rendikont mhux verifikat ta’ l-
affarijiet, hawn qabel imsemmi u, partikolarment, kull ammont u informazzjoni oħra
inklużi f’dak ir-rendikont ta’ l-affarijiet dwar:
i. Fondi disponibbli, inklużi kontanti fil-banek u faċilitajiet ta’ overdraft u
ta’ self;
ii. Assi, inkluża proprjetà , disponibbli biex tipprovdi garanziji;
iii. Spejjeż, inklużi spejjeż tax-xiri jew ħlas inizjali ghall-vetturi, postijiet,
impjanti u tagħmir; u
iv. Kapital ghall-operazzjoni.
3. Aħna nikkonfermaw illi r-rendikont mhux verifikat ta’ l-affarijiet tad-ditta fi
....................... (data) juri Assi Totali nieqsa Debiti Totali ta’ Lm ............. fi
.................. (data) li, abbażi ta’ l-applikazzjoni għall-liċenza għal ........... vetturi (bl-
użu ta’ rata ta’ kambju ta’ Euro 1.00 = Lm0.40), Lm .............. jeċċedu Lm 3,600
għall-ewwel vettura b’piż awtorizzat massimu li jeċċedi 3.5 tunnellata u Lm 2,000
għal kull vettura addizzjonali li għandha tiġi awtorizzata ghall-użu skond il-Liċenza
ta’ Operatur tat-Trasport tal-Passiġġieri tad-ditta.
Ditta ta’ Accountants ........................................................
Indirizz: ................................................................................................................
Firma ta’ l-Awditur/Accountant: .............................................
Data: .....................................
i.e. persuna kwalifikata skond l-Att dwar il-Kumpanniji jew Accountant magħruf
mill-Ministru responsabbli ghat-trasport
ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.19 25
PARTI 2
BURDNAR LI JOPERA BĦALA KUMPANNIJA B’RESPONSABBILTÀ  
LIMITATA
RAPPORT TA’ L-ACCOUNTANT
1) Aħna vverifikajna skond l-livelli tal-veritiki r-rendikonti finanzjarji ta’
............................ minn issa msejħa bħala ''l-kumpannija'' li għandha uffiċċju
registrat fi .......... għaż-żmien/sena li ntemmet fi ................ (data).
2) Ir-rapport tal-verifika tagħna fuq dawn ir-rendikonti finanzjarji kien
mingħajr kwalifika.
JEW
Ir-rapport tal-verifika tagħna fuq dawn ir-rendikonti finanzjarji, li kien
ikkwalifikat, kien kif ġej:
3) Meta għamilna dan ir-rapport ikkunsidrajna r-rendikonti finanzjarji
msemmija hawn qabel u, partikolarment, kull ammont u informazzjoni oħra inklużi
fi dawk ir-rendikonti finanzjarji , dwar:
i. Fondi disponibbli, inklużi kontanti fil-banek u faċilitajiet ta’ overdraft u
ta’ self;
ii. Assi, inkluża proprjetà , disponibbli biex tipprovdi garanziji;
iii. Spejjeż, inklużi spejjez tax-xiri jew ħlas inizjali għal vetturi, postijiet,
imppjanti u tagħmir; u
iv. Kapital għall-operazzjoni.
4) Aħna nikkonfermaw illi l-balance sheet verifikata tal-kumpannija fi
..................... (data) turi Kapital u Riservi ta’ Lm .......... li, abbażi tal-liċenza għal
............ vetturi (bl-użu ta’ rata ta’ kambju ta’ Euro 1.00 = Lm0.40), Lm ...................
jeċċedu Lm 3,600 għall-ewwel vettura b’piż awtorizzat massimu li jeċċedi 3.5
tunnellata u Lm 2,000 għal kull vettura addizzjonali li għandha tiġi awtorizzata
għall-użu skond il-Liċenza ta’ Operatur tat-Trasport tal-Passiġġieri tal-kumpannija
Ditta ta’ Accountants ........................................................
Indirizz: ................................................................................................................
Firma ta’ l-Awditur/Accountant: ...............................................
Data: .....................................
i.e. Persuna kwalifikata skond l-Att dwar il-Kumpanniji jew Accountant magħruf
mill-Ministru responsabbli ghat-trasport.
26 L.S.65.19 ħ ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 10)
PARTI 1
ĊERTIFIKAT TA’ KOMPETENZA PROFESSJONALI MALTA
(Karta ħoxna kannella - Format: DIN A4)
(Test bil-Malti jew bl-Ingliż)
M Awtorita dwar it-Trasport ta’ Malta
ĊERTIFIKAT TA’ KOMPETENZA PROFESSJONALI FIT-TRASPORT 
STRADALI TAL-MERKANZIJA NAZZJONALI ġ U INTERNAZZJONALIħ (1)
Aħna, l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta, b’dan niċċertifikaw:
(a) li .................................................................................................................
(Kunjom u isimijiet)
imwieled f ......................................... (post) fi .................................. (data)
għadda mit-testijiet ta’ l-eżami (sena: ...............; sessjoni: ................)
organizzat għall-ghotja taċ-ċertifikat ta’ kompetenza professjonali fit-
trasport stradali nazzjonali/internazzjonali (1) ta’ merkanzija skond ir-
Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali tal-Merkanzija bil-Vetturi bil-Mutur.
(b) li l-persuna msemmija f’(a) hi kwalifikata li taħdem f’kapaċità  professjonali
f’impriża responsabbli għall-ġarr tal-merkanzija:
- involuta biss fit-trasport nazzjonali (1)
- involuta fit-trasport internazzjonali (1)
Maħruġ fi ......................................., fi ........................................
..........................................................................
Timbru ta’ l-Awtorità  u Firma tar-Rappreżentant Awtorizzat
(1) Ħassar kif meħtieġ
Dan iċ-ċertifikat hu prova suffiċjenti ta’ kompetenza professjonali msemmija fir-
regolament 10 tar-Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali tal-Merkanzija bil-Vetturi bil-
Mutur.
ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.19 27
PARTI 2
ELENKU TA’ SUĠĠETTI MSEMMIJA FIR-REGOLAMENT 10
L-għarfien li għandu jittieħed in konsiderazzjoni għall-għarfien uffiċjali ta’
kompetenza professjonali mill-Awtorità  għandu jkopri mill-inqas is-suġġetti elenkati
hawn taħt għall-ġarr tal-merkanzija. Dwar dawn is-suġġetti, burdnara applikanti
għandu jkollhom il-livelli ta’ għarfien u kapaċità  prattika meħtieġa għall-ġestjoni ta’
impriża tat-trasport.
A. Liġi Ċivili
L-applikant għandu, partikolarment:
1. ikun familjari mat-tipi ewlenin ta’ kuntratt użati fit-trasport stradali, u mad-
drittijiet u d-dmirijiet lij irriżultaw minnhom;
2. ikun kapaċi li jinnegozja kuntratt tat-trasport validu skond il-liġi,
notevolment dwar kondizzjonijiet tal-ġarr;
3. ikun jista’ jikkunsidra talba mill-prinċipal tiegħu rigward kumpens għal telf
jew ħsara fil-merkanzija matul it-trasport jew għal konsenja tard, u jifhem kif tali
talba tista’ taffettwa r-responsabbiltà  kontrattwali tiegħu;
4. ikun familjari mar-regoli u d-dmirijiet li jirriżultaw mill-Konvenzjoni tas-
CMR dwar il-kuntratt għall-ġarr stradali internazzjonali tal-merkanzija.
B. Liġi Kummerċjali
L-applikant għandu, partikolarment:
1. ikun familjari mal-kondizzjonijiet u l-formalitajiet stabbiliti għat-twettiq
tan-negozju, id-dmirijiet inkombenti fuq l-operaturi tat-trasport (reġistrazzjoni, li
jinżammu r-records, eċċ), u l-konsegwenzi tal-falliment;
2. ikollu għarfien xieraq tal-forom varji ta’ kumpanniji kummerċjali u r-regoli
li jirregolaw il-kostituzzjoni u l-operat tagħhom.
Ċ. Liġi Soċjali
L-applikant għandu, partikolarment:
1. ikun familjari mar-rwol u l-funzjoni ta’ l-istituzzjonijiet soċjali varji li
jirrigwardaw it-trasport stradali (trade unions, kunsilli tax-xogħol, shop stewards,
spetturi tax-xogħol, eċċ.);
2. ikun familjari ma’ l-obbligi ta’ min jimpjega dwar sigurtà  soċjali;
3. ikun familjari mar-regoli li jirregolaw kuntratti ta’ appalt għall-kategoriji
differenti ta’ ħaddiema impjegati minn impriżi tat-trasport stradali (forma tal-
kuntratti, dmirjiet tal-partijiet, kondizzjonijiet tax-xoghol u sigħat tax-xogħol,
vaganzi mħallsa, rimunerazzjoni, vjolazzjoni tal-kuntratt, eċċ;
4. ikun familjari mad-disposizzjonijiet tar-Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali
tal-Merkanzija bil-Vetturi bil-Mutur u r-regolamenti li jirregolaw il-piżijiet, tagħmir
u qisien ta’ vetturi bil-mutur.
D. Liġi Fiskali
L-applikant għandu, partikolarment, ikun familjari mar-regoli li jirregolaw:
1. Il-VAT fuq servizzi tat-trasport;
2. it-taxxa fuq vetturi bil-mutur;
3. it-taxxi fuq xi vetturi tal-ġarr tal-merkanzija u n-nolijiet u tariffi għall-utenti
ta’ l-infrastruttura;
28 L.S.65.19 ħ ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR
4. it-taxxa fuq l-income.
E. Ġestjoni negozjali u finanzjarja ta’ l-impriża
L-applikant għandu, partikolarment:
1. ikun familjari mal-liġijiet u l-prattiki dwar l-użu ta’ Ċekkijiet, kambjali,
promissory notes, karti tal-kreditu u mezzi jew metodi oħra tal-ħlas;
2. ikun familjari mal-forom varji ta’ kreditu (kreditu mal-bank, kreditu
dokumentarju, depożiti ta’ garanzija, mortgages, kera, lokazzjoni, factoring, eċċ.) u
mat-tariffi u d-dmirijiet li jirriżultaw minnhom;
3. ikun jaf x’inhi balance sheet, kif tkun imqassma u kif jinterpretaha;
4. ikun jaf jaqra u jinterpreta kont ta’ profitt u telf;
5. ikun jaf jevalwa l-profittabilità  ta’ l-impriża u l-pożizzjoni finanzjarja
tagħha, partikolarment abbażi ta’ proporzjonijiet finanzjarji;
6. ikun jista’ jipprepara budget;
7. ikun familjari ma’ l-elementi ta’ spejjeż (spejjeż fissi, spejjeż varjabbli,
kapitali ta’ l-operati, deprezzament, eċċ) ta’ l-impriża tiegħu, u jkun kapaċi
jikkalkola l-ispejjeż ta’ kull vettura għal kull kilometru, kull vjaġġ jew kull
tunnellata;
8. ikun jista’ jagħmel pjan ta’ l-organizzazzjoni dwar l-ħaddiema ta’ l-impriża
kollha u li jorganizza pjani tax-xogħol, eċċ.;
9. ikun familjari mal-prinċipji tan-negozjar, pubbliċità  u relazzjonijiet
pubbliċi, inkluża l-promozzjoni tal-bejgħ ta’ servizzi tat-trasport u l-preparazzjoni
tal-files tal-klijenti, eċċ.;
10. ikun familjari mat-tipi differenti ta’ assigurazzjoni dwar trasport stradali
(responsabilità , assigurazzjoni dwar feriment aċċidentali/ħajja, assigurazzjoni mhux
dwar ħajja u tal-bagalji) u mal-garanziji u d-drittijiet li jirriżultaw minnhom;
11. ikun familjari ma’ l-applikazzjonijiet tat-trasmissjoni ta’ l-informazzjoni
(data) elettronika fit-trasport stradali;
12. ikun jista’ japplika r-regoli dwar il-fatturar ta’ servizzi tal-ġarr tal-
merkanzija u jkun jaf it-tifsira u l-implikazzjonijiet ta’ l-Incoterms;
13. ikun familjari mal-kategoriji differenti ta’ awżiljarji tat-trasport, ir-rwol
tagħhom, il-funzjonijiet tagħhom u, meta xieraq, l-istatus tagħhom.
F. Aċċess għas-suq
L-applikant għandu partikolarment:
1. ikun familjari mar-regoli ta’ xoghol li jirregolaw trasport stradali b’kiri jew
b’kumpens, kiri tal-vetturi industrijali u sub-kuntrattar, u partikolarment ir-regoli li
jirregolaw l-organizzazzjoni uffiċjali ta’ l-okkupazzjoni, ammissjoni għax-xogħol,
awtorizzazzjoni għal operazzjonijiet tat-trasport stradali fil-Komunità  u barra
minnha, spezzjonijiet u sanzjonijiet;
2. ikun familjari mar-regoli biex jistabbilixxi impriża għat-trasport stradali;
3. ikun familjari mad-dokumenti varji meħtieġa għall-operazzjoni ta’ servizzi
tat-trasport stradali u jkun kapaċi li jintroduċi proċeduri ta’ verifika biex jaċċerta li
d-dokumenti approvati dwar kull operazzjoni tat-trasport, u partikolarment dawk
dwar il-vettura, ix-xufier, il-merkanzija u l-bagalji jinżammu kemm fil-vettura kif
ukoll fil-post ta’ l-impriża;
4. ikun familjari mar-regoli dwar l-organizzazzjoni tas-suq fis-servizzi ta’
ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.19 29
burdnara, maniġġar tal-merkanzija u loġistiċi;
5. ikun familjari mal-formalitajiet tal-fruntieri, ir-rwol u l-iskop ta’ dokumenti
T u TIR carnets, u d-dmirjijet u r-responsabbiltajiet li jirriżultaw mill-użu tagħhom.
G. Livelli tekniċi u aspetti ta’ l-operat
L-applikant għandu, partikolarment:
1. ikun familjari mar-regoli dwar il-piżijiet u d-dimensjonijiet tal-vetturi fl-
Istati tal-Ftehim u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fil-każ ta’ tagħbijiet mhux
normali li jikkostitwixxu eċċezzjoni għal dawn ir-regoli;
2. ikun jista’ jagħżel vetturi u l-komponenti tagħhom (chassis, makna, sistema
ta’ trasmissjoni, sistema ta’ brejkijiet, eċċ.) skond il-ħtiġiet ta’ l-impriża;
3. ikun familjari mal-formalitajiet dwar approvazzjoni dwar tip, reġistrazzjoni
u spezzjoni teknika ta’ dawn il-vetturi;
4. jifhem liema passi għandhom jittieħdu biex jitnaqqas l-istorbju u
jikkombatti t-tniġġis ta’ l-arja minn emissjonijiet ta’ l-exhaust tal-vetturi bil-mutur;
5. ikun jista’ jipprepara pjani għall-manutenzjoni perjodika għall-vetturi u t-
tagħmir tagħhom;
6. ikun familjari mat-tipi differenti ta’ attrezzaturi għall-immaniġġar u t-
tagħbija tal-merkanzija (tailboards, containers, pallets, eċċ) u jkunu jistgħu
jintroduċu proċeduri u joħorġu istruzzjonijiet għat-tagħbija u l-ħatt tal-merkanzija
(distribuzzjoni tal-merkanzija, stakkjar, stivar, blocking and chocking, eċċ);
7. ikun familjari mat-tekniċi varji ta’ "piggy-back" u trasport kombinat roll-on
roll-off;
8. ikun jista’ jimplimenta proċeduri għall-konformità  mal-liġijiet u r-
regolamenti Maltin fis-seħħ dwar il-ġarr ta’ merkanzija perikoluża u l-iskart;
9. ikun jista’ jimplimenta proċeduri ghħll-konformità  mar-regolamenti dwar il-
ġarr ta’ ikel li jitħassar, b’mod notevoli dawk li jirriżultaw mill-Ftehim dwar il-Ġarr
Internazzjonali ta’ Merkanzija li Titħassar u dwar it-tgħammir speċjali li jintuża għal
dan il-ġarr (ATP);
10. ikun jista’ jimplimenta proċeduri għall-konformità  mar-regoli dwar it-
trasport ta’ annimali ħajjin.
H. Sigurtà  fit-Triq
L-applikant għandu, partikolarment:
1. ikun jaf liema kwalifiki huma meħtieġa għax-xufiera (liċenza tas-sewqan,
ċertifikati mediċi, ċertifikati tas-saħħa, eċċ.);
2. ikun jista’ jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li x-xufiera jikkonformaw
mar-regoli tat-traffiku, projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fis-seħħ fi Stati tal-Ftehim
differeni (limiti tal-veloċità , prijoritajiet, restrizzjonijiet dwar stennija u parkeġġjar,
użu tad-dwal, sinjali tat-toroq, eċċ.);
3. ikun jista’ jagħmel istruzzjonijiet għas-sewwieq biex jivverifikaw il-
konformità  tagħhom mar-rekwiżiti tas-sigurtà  dwar il-kondizzjoni tal-vetturi, it-
tagħmir u t-tagħbija tagħhom, u dwar miżuri preventivi li għandhom jittieħdu;
4. ikun jista’ jwaqqaf proċeduri li għandhom jiġu segwiti fi każ ta’ aċċident u
jimplementa proċeduri xierqa biex jipprevjeni s-seħħ mill-ġdid ta’ aċċidenti jew
reati gravi tat-traffiku.
30 L.S.65.19 ħ ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR
L-ORGANIZZAZZJONI TA’ L-EŻAMI
1. L-Awtorità  għandha torganizza eżami obbligatorju bil-miktub, li jista’ jiġi
supplimentat minn eżami orali mhux obbligatorju, sabiex tistabbilixxi jekk operaturi
applikanti tat-trasport fit-toroq akkwistawx il-livell meħtieġ ta’ għarfien fis-suġġetti
elenkati fil-Parti 1, partikolarment il-kapaċità  tagħhom li jużaw l-istrumenti u t-
tekniċi relatati magħhom u li jwettqu d-dmirijiet korrispondenti eżekuttivi u
kordinattivi.
(a) L-eżami obbligatorju bil-miktub għandu jinvolvi żewġ testijiet, u ċjoe:
- mistoqsijiet bil-miktub li jikkonsistu jew f’mistoqsijiet bil-multiple
choice (kull waħda b’erba’ tweġibiet possibbli), mistoqsijiet li jirrikjedu
tweġiba diretta jew kombinazzjoni taż-żewġ sistemi,
- eżerċizzji bil-miktub u studji ta’ każi.
It-tul minimu ta’ kull test huwa ta’ sagħtejn.
(b) Meta jiġi organizzat eżami orali, l-Awtorità  tista’ tistipula li l-
parteċipazzjoni hija b’kondizzjoni li l-eżami bil-miktub ikun ġie kkompletat
b’suċċess.
2. Meta l-Awtorità  torganizza wkoll eżami orali, għandha tipprovdi, dwar kull
wieħed mit-tliet testijiet, 25% u mhux aktar minn 40% tat-total tal-marki li
għandhom jingħataw.
Meta l-Awtorità  torganizza biss eżami bil-miktub, għandha tipprovdi, dwar
kull test, 40% u mhux aktar minn 60% tat-total tal-marki li għandhom jingħataw.
3. Dwar it-testijiet kollha, l-applikanti għandhom jakkwistaw medja ta’ mhux
inqas minn 60% tat-total tal-marki li għandhom jingħataw, u f’kull test jakkwistaw
mhux inqas minn 50% tat-total tal-marki possibbli. F’test wieħed biss, l-Awtorità
tista’ tnaqqas dik il-marka minn 50% ghal 40%.
ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.19 31
IT-TIELET SKEDA
(Regolament 16)
TAĦRIĠ MINIMU MEĦTIEĠ GĦALL-GĦOTJA TA’ ĊERTIFIKAT TA’ 
KOMPETENZA PROFESSJONALI GĦAL XUFIERA INTERNAZZJONALI TAĦT 
L-ETÀ  TA’ 21 SENA.
It-taħriġ li jwassal għall-għoti ta’ ċertifikat ta’ kompetenza professjonali għandu
jinkludi ta’ l-inqas is-suġġetti li ġejjin, sa meta dawn mhumiex diġà  koperti minn
taħriġ għal liċenza tas-sewqan skond ir-Regolamenti dwar il-Liċenzi tas-Sewqan tal-
Vetturi bil-Mutur.
1. Għarfien tal-binja u l-partijiet komponenti ewlenin ta’ vettura
1.1. Għarfien tal-binja u l-ħidma ta’:
- Makni ta’ kombustjoni interni,
- Sistemi ta’ lubrikazzjoni u tkessiħ
- Is-sistema tal-karburanti
- Is-sistema elettrika,
- Is-sistema ta’ injizzjoni
- Is-sistema ta’ trasmissjoni (clutch, gearbox, eċċ.)
1.2. Għarfien ġenerali ta’ lubrikazzjoni u protezzjoni antifreeze
1.3. Għarfien tal-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu waqt it-tneħħija u s-
sostituzzjoni tar-roti
1.4. Għarfien tal-bini, attrezzar, użu korrett u kura tat-tyres
1.5. Għarfien tat-tipi, l-operat, partijiet ewlenin, konnessjoni, użu u
manutenzjoni ta’ kuljum tat-tagħmir tal-brejkijiet u għarfien ta’
coupling systems
1.6. Għarfien ta’ metodi ta’ sejba ta’ raġunijiet ta’ breakdowns
1.7. Għarfien ta’ kif jissewwew breakdowns żgħar bl-għajnuna ta’ tagħmir
korrett
1.8. Għarfien ġenerali ta’ manutenzjoni preventiva ta’ vetturi u tiswijiet
kurrenti meħtieġa.
2. Għarfien ġenerali ta’ proċeduri tat-trasport u amministrativi
2.1. Abbiltà  ġenerali u għarfien ġeografiku suffiċjenti biex juża mapep tat-
toroq u l-indiċijiet tagħhom
2.2. L-użu ekonomiku tal-vetturi
2.3. Għarfien tal-passi li għandhom jittieħdu f’każ ta’ aċċident jew ġrajja
simili (eż. nar) dwar assigurazzjoni tal-vettura
2.4. Għarfien tal-leġislazzjoni nazzjonali li tgħodd għax-xufiera tal-vetturi
tal-merkanzija
2.5. Għarfien elementari tar-responsabbiltà  tax-xufier meta jirċievi, iġorr u
jikkonsenja merkanzija skond il-kondizzjonijiet miftiehma
2.6. Għarfien ta’ dokumenti tal-vetturi u tat-trasport meħtieġa għall-ġarr
nazzjonali u internazzjonali tal-merkanzija
2.7. Għarfien tat-tekniċi tat-tagħbija u l-ħatt tal-merkanzija u l-użu ta’
tagħmir għat-tagħbija jew il-ħatt
2.8. Għarfien bażiku tal-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu fit-tagħbija u
32 L.S.65.19 ħ ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR
l-ġarr ta’ merkanzija perikoluża.
3. Esperjenza tas-sewqan ta’ vetturi tal-merkanzija
3.1. Esperjenza prattika tas-sewqan u manuwar ta’ vetturi ta’ aktar minn 7.5
tunnellata metrika bl-użu ta’ coupling device.
ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.19 33
IR-RABA’ SKEDA
PARTI 1
(Regolamenti 32, 33)
TIPI TA’ ĠARR EŻENTATI MINN AWTORIZZAZZJONI
It-tipi ta’ ġarr eżentati minn awtorizzazzjonijiet tal-ġarr
1. Ġarr tal-posta bħala servizz pubbliku.
2. Ġarr tal-vetturi li sofrew ħsara jew breakdown.
3. Ġarr tal-merkanzija f’vetturi bil-mutur li l-piż permissibbli mgħobbi
tagħhom, inkluż dak ta’ trailers, ma jeċċedix sitt tunnellati jew li l-payload
permissibbli tagħhom, inkluż dak ta’ trailers, ma jeċċedix 3.5 tunnellati.
4. Ġarr tal-merkanzija f’vetturi bil-mutur involuti fit-trasport akkont ta’
persuna nnifisha.
5. Ġarr ta’ prodotti, attrezzaturi, tagħmir u oġġetti oħra mediċinali meħtieġa
għall-kura medika fis-salvataġġ ta’ emergenza, partikolarment għal diżastri naturali.
PARTI 2
(Regolament 43)
KATEGORIJI TA’ TRASPORT EŻENTATI MIR-REKWIŻIT TAL-PERMESS 
SKOND IL-KEMT
1. It-trasport tal-merkanzija li l-Piż Totali Mgħobbi Permissibbli (PTMP),
inkluż dak ta’ trailers, ma jeċċedix sitt tunnellati jew li l-payload permess tagħhom,
inkluż dak ta’ trailers, ma jeċċedix 3.5 tunnellata.
2. It-trasport tal-merkanzija fuq bażi okkażjonali, sa jew minn ajruporti,
f’każijiet meta s-servizzi huma żvijati.
3. It-trasport tal-vetturi bil-ħsara jew li waqfu jaħdmu u ċ-ċaqliq ta’ vetturi li
jsewwu l-ħsarat.
4. Vjaġġi mhux mgħobbija minn vettura mibgħuta biex tissostitwixxi vettura
bil-ħsara f’pajjiż ieħor, u l-vjaġġ lura wara t-tiswija tal-vettura bil-ħsara.
5. Trasport ta’ annimali ħajjin f’vetturi mibnija apposta jew maqluba
permanentement għat-trasport ta’ l-annimali u magħrufa hekk mill-Awtorità .
6. Trasport ta’ spare parts u provvedimenti għal vapuri jew ajruplani li jaqsmu
l-oċean.
7. Trasport ta’ provvedimenti jew tgħammir mediċi meħtieġa għall-emerġenzi,
partikolarment minħabba diżastri naturali u ħtiġiet umanitarji.
8. Trasport bi skop mhux kummerċjali ta’ xoghlijiet u oġġetti ta’ arti għal fieri
u wirjiet.
9. Trasport bi skop mhux kummerċjali ta’ proprjetajiet, aċċessorji u annimali
sa u minn wirjiet teatrali, mużikali, tal-films, ta’ l-isports jew taċ-ċirklu, fieri jew
festi, u dawk intiżi għal recordings tar-radju, jew għall-produzzjoni ta’ films jew tat-
televiżjoni.
34 L.S.65.19 ħ ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR
IL-ĦAMES SKEDA
(Regolament 34)
Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni
Awtorizzazzjoni Nru ....
Għall-ġarr internazzjonali tal-merkanzija b’kiri jew b’kumpens
Din l-awtorizzazzjoni tintitola lil 1 ........................................................................
.................................................................................................................................
biex jinvolvi ruħu fil-ġarr internazzjonali tal-merkanzija b’kiri jew b’kumpens fuq
kull rotta, għal vjaġġi jew partijiet ta’ vjaġġi mwettqa b’kiri jew b’kumpens, fit-
territorju ta’ l-Istati tal-Ftehim, skond ir-Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali tal-
Merkanzija bil-Vetturi bil-Mutur.
Awtorizzat b’din l-awtorizzazzjoni
Isem u Kunjom
Indirizz Permanenti
Nru tal-Passport: 
Post tal-Ħruġ:
Data tal-Ħruġ:
Data ta’ l-Għeluq: 
Rimarki partikolari: ..............................................................................................
Din l-awtorizzazzjoni hija valida minn .............................. sa ...............................
Maħruġa fi ................................................... fi .....................................................
...................................................2
----------------------------
1 Isem jew isem kummerċjali u indirizz sħiħ.
2 Firma u timbru ta’ l-Awtorità .
M Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta
ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.19 35
IS-SITT SKEDA
(Regolamenti 39 u 45)
1. L-iskema tat-trakk "aħdar"
Il-pajjiżi membri li jipparteċipaw fl-iskema tat-trakk "aħdar" għandhom aktar
liċenzi milli kien ikollhom li kieku żammew liċenzi bażiċi, minkejja li l-liċenzi
tagħhom jistgħu biss jintużaw għall-ġarr tal-merkanzija permezz ta’ trakkijiet li
jikkonformaw mal-livelli li ġejjin:
a) Emissjonijiet ta’ storbju għall-vettura
(kif stabbilit mir-Regolamenti dwar l-Approvazzjoni dwar Tip tal-KE
għall-Vetturi bil-Mutur A.L. 95/02 pubblikati taħt l-Att dwar is-Sigurtà
tal-Prodotti (Kap. 427) jew ir-Regolament tal-KEE Nru 51/02 u KDV
1967*)
78 dB (A) għal vetturi b’saħħa sa 150 kW
80 dB (A) għal vetturi b’saħħa sa 150 kW.
b) Emissjonijiet kimiċi ta’ exhaust għal makni tad-diesel
(kif stabbilit mir-Regolamenti dwar l-Approvazzjoni dwar Tip tal-KE
għall-Vetturi bil-Mutur A.L. 95/02 pubblikati taħt l-Att dwar is-Sigurtà
tal-Prodotti (Kap. 427) jew ir-Regolament tal-KEE Nru 49/02,
approvazzjoni ġ "EUR01"ħ , dwar il-konformità  tal-prodott)
CO: 4.9g/kWh
HC: 1.23g/kWh
Nox: 9.0g/kWh
Part: 0.4g/kWh#
Għandu jinġarr abbord il-vettura ċertifikat ta’ konformità  ma’ dawn il-livelli
flimkiem mal-logbook. Il-persuni awtorizzati li jimlewh huma jew il-fabbrikant jew
ir-rappreżentant awtorizzat tal-fabbrikant fl-Istat ta’ reġistrazzjoni. F’dan il-każ ta’
l-aħħar, ir-rappreżentant awtorizzat għandu wkoll jindika l-isem tal-fabbrikant li
huwa r-rappreżentat awtorizzat tiegħu. Iċ-ċertifikat jinħareġ darba għall-vettura u
m’ghandux għalfejn jiġġedded, sakemm id-data bażika indikata fih, għal kull tip ta’
emissjoni, ma tkunx inbidlet. Iċ-ċertifikat huwa disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż
jew bil-Ġermaniż. Għandu jiġi akkumpanjat bit-traduzzjonijiet fiż-żewġ lingwi l-
oħra. F’kull każ, jekk verifika fuq il-post turi li l-valuri ta’ l-emissjonijiet mogħtija
fuq iċ-ċertifikat ġew maqbuża, jitqies li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma jkunux
intlaħqu. F’dan il-każ iċ-ċertifikat jitqies invalidu.
Biex jiġi ffaċilitat u jitgħaġġel il-qsim fuq il-fruntieri, huwa rrakkomandat li "t-
trakkijiet ħodor" għandhom juru fuq quddiem "badge" kalamita jew sticker. Il-badge
għandha tkun ħadra (fl-isfond) u bajda (bordura) u jkollha l-iskrizzjoni "U" jew "E"
(U = Umwelt u E = Environment ġ Ambjentħ ).
2. L-iskema tat-trakk "aktar aħdar u sigur"
Ir-rekwiżiti għat-trakk "aktar aħdar u sigur" huma s-segwenti:
Emissjonijiet ta’ storbju għall-vettura
(stabbilit mir-Regolamenti dwar l-Approvazzjoni dwar Tip tal-KE għall-Vetturi
*KDV - Kraftfahrgesetz-Durchfuhrungsverordnung Att tal-HGV li jimplimenta r-regoli (Awstrija).
#F’każ ta’ makni ta’ 85 kW jew inqas, jiġi applikat koeffiċjenti ta’ 1.7 għall-valur tal-limiti għal
emissjonijiet ta’ partikli.
36 L.S.65.19 ħ ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR
bil-Mutur A.L. 95/02 pubblikati taħt l-Att dwar is-Sigurtà  tal-Prodotti (Kap. 427)
jew ir-Regolament tal-KEE Nru 51/02 u KDV 1967*)
78 dB(A) għal vetturi < 150 kW
80 dB(A) għal vetturi > 150 kW
Emissjonijiet kimiċi għal makni tad-diesel
(stabbilit mir-Regolamenti dwar l-Approvazzjoni dwar Tip tal-KE għall-Vetturi
bil-Mutur A.L. 95/02 pubblikati taħt l-Att dwar is-Sigurtà  tal-Prodotti (Kap. 427)
jew ir-Regolament tal-KEE Nru. 49/02, approvazzjoni B, ġ "EURO 2"ħ )
CO: 4.0g/kWh
HC: 1.1 g/kWh
Nox: 7.0g/kWh
partikola: 0.15g/kWh
Rekwiżiti tekniċi u ta’ sigurta minimi
1. Il-vetturi u t-trailers għandu jkollhom tread depth minimu ta’ 2 mm fit-
tyres kollha.
2. Il-vetturi (minbarra tratturi semi-trailer) u t-trailers tagħhom, kif
imsemmija fir-regolamenti ikkwotati għandu jkollhom rear underrun
protection device (skond ir-Regolament tal-KEE Nru 58/01 jew fir-
Regolamenti dwar l-Approvazzjoni dwar Tip tal-KE għall-Vetturi bil-
Mutur A.L. 95/02 pubblikati taħt l-Att dwar is-Sigurtà  tal-Prodotti
(Kap. 427).
3. Il-vetturi (minbarra tratturi semi-trailer) u t-trailers tagħhom, kif
imsemmija fir-regolamenti ikkowtati għandu jkollhom lateral underrun
protection device skond ir-Regolament tal-KEE Nru 73/00 jew fir-
Regolamenti dwar l-Approvazzjoni dwar Tip tal-KE għall-Vetturi bil-
Mutur A.L. 95/02 pubblikati taħt l-Att dwar is-Sigurtà  tal-Prodotti
(Kap. 427).
4. Il-vetturi għandu jkollhom sinjal ta’ avviż tal-periklu, skond ir-
Regolament tal-KEE Nru 6/01 jew ir-Regolamenti dwar l-
Approvazzjoni dwar Tip tal-KE għall-Vetturi bil-Mutur A.L. 95/02
pubblikati taħt l-Att dwar is-Sigurtà  tal-Prodotti (Kap. 427), u triangolu
aħmar ta’ avviż, skond ir-Regolament tal-KEE Nru 27/03.
5. Il-vetturi għandhom jużaw tachograph, skond il-"Ftehim tal-AETR" tal-
KEE/NU jew dawn ir-regolamenti u r-regolamenti rilevanti maħruġa
skond l-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku (Kap. 65).
6. Il-vetturi għandu jkollhom attrezzaturi li jillimitaw il-veloċità  skond ir-
Regolament tal-KEE 89 jew ir-Regolamenti dwar l-Approvazzjoni dwar
Tip tal-KE għall-Vetturi bil-Mutur A.L. 95/02 pubblikati taħt l-Att dwar
is-Sigurtà  tal-Prodotti (Kap. 427).
7. Vetturi tqal u twal għandu jkollhom pjanċi li jkunu jimmarkawhom
retroriflettenti fuq wara skond ir-Regolament tal-KEE Nru 70/01.
8. Il-vetturi għandu jkollhom anti-lock brakes skond ir-Regolament tal-
KEE 13/09 jew ir-Regolamenti dwar l-Approvazzjoni dwar Tip tal-KE
għall-Vetturi bil-Mutur A.L. 95/02 pubblikati taħt l-Att dwar is-Sigurtà
tal-Prodotti (Kap. 427).
*KDV = kraftiahrgesetz-Durdlfuhrungsvuerordnung = HGV Act implementing regulations (Austria)
ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.19 37
9. Il-vetturi għandu jkollhom steering device skond ir-Regolament tal-
KEE 79/01 jew ir-Regolamenti dwar l-Approvazzjoni dwar Tip tal-KE
għall-Vetturi bil-Mutur A.L. 95/02 pubblikati taħt l-Att dwar is-Sigurtà
tal-Prodotti (Kap. 427).
10. Il-vetturi għandhom jilħqu r-rekwiżiti dwar it-test biex jiċċertifika li l-
vettura hi tajba għat-triq kif stabbilit fir-Regolamenti dwar it-Testijiet
biex Jiċċertifikaw li l-Vetturi bil-Mutur huma tajba għat-Triq. Skond
dan ir-regolament, it-test irid jiġi mgħoddi kull sena, sabiex iċ-ċertifikat
ta’ konformità  m’għandux ikun wieħed eqdem minn 12-il xahar.
Iktar minn hekk, il-liċenzi tal-KEMT għat-trakk "aktar aħdar u sigur" jistgħu biss
jintużaw minn vetturi li jilħqu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti hawn qabel u
huma validi biss jekk jiġu akkumpanjati minn ċertifikati mimlijin kollha li jindikaw
konformità  ma’ dawn l-istandards tekniċi. Iċ-ċertifikati huma disponibbli bl-Ingliż
jew bil-Franċiż. Għandhom jiġu akkompanjati minn traduzzjonijiet fiż-żewg lingwi
l-ohra - il-Ġermaniż u l-lingwa nazzjonali tal-pajjiż ta’ reġistrazzjoni tal-vettura.
Iċ-ċertifikat dwar emissjonijiet ta’ storbju u ta’ exhaust għal trakkijiet "aktar
ħodor u siguri" jistgħu jimtlew mill-fabbrikant tal-vettura jew rappreżentant
awtorizzat tal-fabbrikant fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni. F’dan il-każ ta’ l-aħħar, ir-
rappreżentant awtorizzat għandu wkoll jindika l-isem tal-fabbrikant li huwa r-
rappreżentat awtorizzat tiegħu.
Iċ-ċertifikat jinħareġ darba għall-vettura u m’għandux għalfejn jiġġedded,
sakemm id-data bażika indikata fih, għal kull tip ta’ emissjoni, ma tkunx inbidlet. Iċ-
ċertifikati li diġà  mtlew (2001) għalhekk jibqgħu validi sakemm id-data bażika
tagħhom ma tkunx inbidlet. Għal ċertifikati li jinħarġu għal vetturi ġodda jew il-
vettura meta d-data bażika nbidlet, il-pajjiż għandhom jużaw il-mudelli l-ġodda
għaċ-ċertifikati kif jidhru fl-Anness 5 tal-Ftehim tal-KEMT, ta’ l-aħħar ta’ 1 ta’
Jannar 2002.
Iċ-ċertifikat dwar ir-rekwiżiti tas-sigurtà  għal trakkijiet "aktar ħodor u siguri"
jistgħu jimtlew jew:
- mis-servizzi kompetenti ta’ validazzjoni fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni,
jekk dan il-pajjiż ma jawtorizzax rappreżentanti tal-fabbrikanti;
- mill-fabbrikant tal-vettura jew rappreżentant awtorizzat tal-fabbrikant
fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni, jew
- kombinazzjoni tas-servizzi kompetenti ta’ validazzjoni fil-pajjiż tar-
reġistrazzjoni u l-fabbrikant tal-vettura jew rappreżentant awtorizzat
tal-fabbrikant fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni, meta t-tagħmir ma jkunx
twaħħal kollu mill-fabbrikant tal-vettura.
F’każ ta’ "rappreżentant awtorizat", għandu jindika wkoll l-isem tal-fabbrikant li
huwa r-rappreżentant awtorizzat tiegħu. Iċ-ċertifikat dwar rewkiżiti tas-sigurtà  għal
trakkijiet "aktar ħodor u siguri" għandu jiġġedded għall-inqas kull sena, permezz ta’
test biex jiċċertifikaw li l-vetturi huma tajba għat-triq.
Iktar minn hekk, ir-rekwiżiti tas-sigurtà  minimi huma meħtieġa kemm għall-
vettura innifisha kemm għat-trailer. Għalhekk għandu jimtela ċertifikat speċjali għal
trailers meta dawn ikunu reġistrati u eżaminati għar-roadworthiness test.
Dawn iċ-ċertifikati varji għandhom jimtlew skond id-disposizzjonijiet stabbiliti
mill-Annessi rispettivi tal-Ftehim tal-KEMT:
- mill-għaqda jew stabbiliment indikat u sorveljat direttament mill-Istat
ta’ reġistrazzjoni għall-għanijiet tar-Regolamenti dwar l-Approvazzjoni
dwar Tip tal-KE għall-Vetturi bil-Mutur A.L. 95/02 pubblikati taħt l-Att
38 L.S.65.19 ħ ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR
dwar is-Sigurtà  tal-Prodotti (Kap. 427), jew, għal vetturi fabbrikati
ġodda;
- mis-servizzi ta’ validazzjoni kompetenti fil-pajjiż ta’ reġistrazzjoni;
- mill-fabbrikant tal-vettura jew rappreżentant awtorizzat tal-fabbrikant
fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni, jew
- kombinazzjoni tas-servizzi kompetenti ta’ validazzjoni fil-pajjiż tar-
reġistrazzjoni u l-fabbrikant tal-vettura jew rappreżentant awtorizzat
tal-fabbrikant fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni, meta t-taghmir ma jkunx
twaħħal kollu mill-fabbrikant tal-vettura.
F’kull każ, jekk verifika fuq il-post turi li l-valuri ta’ l-emissjonijiet mogħtija fuq
iċ-ċertifikat ġew maqbuża, jitqies li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma jkunux intlaħqu.
F’dan il-każ iċ-ċertifikat jitqies invalidu.
Biex jiġi ffaċilitat u jitgħaġġel il-qsim fuq il-fruntieri, huwa rakkomandat li "t-
trakkijiet ħodor" għandhom juru fuq quddiem "badge" kalamita jew sticker
immudellata fuq dik li tidher fl-Anness 10 tal-Ftehim tal-KEMT. Il-badge għandha
tkun ħadra (fl-isfond) u bajda (fil-bordura) u jkollha l-iskrizzjoni "S" bl-abjad
(Sur=Safe=Sicher ġ Sigurħ ).
3. L-iskema tat-trakk "sigur EUR03"
Ir-rekwiżiti għat-trakk "sigur EUR03" huma dawn li ġejjin:
Emissjonijiet ta’ storbju għall-vettura
(stabbiliti mir-Regolamenti dwar l-Approvazzjoni dwar Tip tal-KE għall-Vetturi
bil-Mutur A.L. 95/02 pubblikati taħt l-Att dwar is-Sigurtà  tal-Prodotti (Kap. 427)
jew ir-Regolament tal-KEE Nru 51/02 u KDV 1967*)
78 dB (A) għal vetturi < 150 kW
80 dB (A) għal vetturi > 150 kW
Emissjonijiet kimiċi ta’ exhaust għal makni tad-diesel
(stabbiliti mir-Regolament tal-KEE Nru. 49/03#, approvazzjoni A jew ir-
Regolamenti dwar l-Approvazzjoni dwar Tip tal-KE għall-Vetturi bil-Mutur A.L. 95/
02 pubblikati taħt l-Att dwar is-Sigurtà  tal-Prodotti (Kap. 427) u skond iċ-ċikli tat-
testijiet ESC u ELR)
CO: 2.1 g/kWh
HC: 0.66g/kWh
NOx: 5.0g/kWh
Partikoli: 0.10 ġ 0.13+ħ g/kW valur korreġġut ta’ l-assorbiment tal-
koeffiċjent 0.8m-1
(stabbilit mir-Regolament tal-KEE Nru. 49/03¢, approvazzjoni A jew ir-Regolamenti
dwar l-Approvazzjoni dwar Tip tal-KE għall-Vetturi bil-Mutur A.L. 95/02 pubblikati
taħt l-Att dwar is-Sigurtà  tal-Prodotti (Kap. 427) u skond iċ-ċikli tat-test ETC)
CO: 5.45g/k/WH
NM.HC: 0.78g/kWh
*KDV - Krattfahrgesetz-Durchfiihrungsverordnung = l-Att tal-HGV li jimplimenta r-regolamenti (Awstrija)
#Hekk kif il-ligi inklużi d-disposizzjonijiet tad-Direttiva 1999/96/EC tiġi implementata.
+Għal makna li għandha kull ċilindru taħt 0.75dm3 u reġim nominali ta’ aktar minn 3000 min
¢Għal makni tal-gass naturali biss u skond id-disposizzjonijiet stabbiliti għal testijiet ETC (cf Annex III,
Appendix 2. punt 3.9 Direttiva 1999/96/EC).
ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.19 39
CH4* 1.6 g/kWh
Nox: 5.0g/kWh
Partikoli: 0.16 ġ 0.21#ħ g/kWh
Rekwiżiti tekniċi u ta’ sigurtà  minimi
1. Il-vetturi u t-trailers għandu jkollhom tread depth minimu ta’ 2 mm fit-
tyres kollha.
2. Il-vetturi (minbarra tratturi semi-trailer) u t-trailers tagħhom, kif
imsemmija fir-regolamenti kwotati għandu jkollhom rear underrun
protection device (skond ir-Regolament tal-KEE Nru 58/01 jew fir-
Regolamenti dwar l-Approvazzjoni dwar Tip tal-KE għall-Vetturi bil-
Mutur A.L. 95/02 pubblikati taħt l-Att dwar is-Sigurtà  tal-Prodotti
(Kap. 427)).
3. Il-vetturi (minbarra tratturi semi-trailer) u t-trailers tagħhom, kif
imsemmija fir-regolamenti kowtati għandu jkollhom lateral underrun
protection device skond ir-Regolament tal-KEE Nru 73/00 jew fir-
Regolamenti dwar l-Approvazzjoni dwar Tip tal-KE għall-Vetturi bil-
Mutur A.L. 95/02 pubblikati taħt l-Att dwar is-Sigurtà  tal-Prodotti
(Kap. 427).
4. Il-vetturi għandu jkollhom mera li turi wara skond ir-Regolament KEE/
NU jew ir-Regolamenti dwar l-Approvazzjoni dwar Tip tal-KE għall-
Vetturi bil-Mutur A.L. 95/02 pubblikati taħt l-Att dwar is-Sigurtà  tal-
Prodotti (Kap. 427).
5. Il-vetturi għandu jkollhom attrezzaturi tad-dawl u tas-senjalar bid-dawl
skond ir-Regolament tal-KEE R.48/01 jew ir-Regolamenti dwar l-
Approvazzjoni dwar Tip tal-KE għall-Vetturi bil-Mutur A.L. 95/02
pubblikati taħt l-Att dwar is-Sigurtà  tal-Prodotti (Kap. 427).
6. Il-vetturi għandhom jużaw tachograph, skond il-"Ftehim tal-AETR" tal-
KEE/NU jew ir-regolamenti li jirregolaw il-piżijiet, tagħmir u qisien ta’
vetturi bil-mutur.
7. Il-vetturi għandu jkollhom attrezzaturi li jillimitaw il-veloċità  skond ir-
Regolament tal-KEE 89 jew regolamenti rilevanti oħrajn maħruġa
skond l-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku (Kap. 65).
8. Vetturi tqal u twal għandu jkollhom pjanċi li jimmarkawhom
retroriflettenti fuq wara skond ir-Regolament tal-KEE Nru 70/01.
9. Il-vetturi għandu jkollhom anti-Iock brakes skond ir-Regolament tal-
KEE 13/09 jew ir-Regolamenti dwar l-Approvazzjoni dwar Tip tal-KE
għall-Vetturi bil-Mutur A.L. 95/02 pubblikati taħt l-Att dwar is-Sigurtà
tal-Prodotti (Kap. 427).
10. Il-vetturi għandu jkollhom steering device skond ir-Regolament tal-
KEE 79/01 jew ir-Regolamenti dwar l-Approvazzjoni dwar Tip tal-KE
għall-Vetturi bil-Mutur A.L. 95/02 pubblikati taħt l-Att dwar is-Sigurtà
tal-Prodotti (Kap. 427).
Il-vetturi għandhom jilħqu r-rekwiżiti dwar it-test għal testijiet biex jiċċertifikaw
illi l-vettura hija tajba għat-triq, skond ir-Regolamenti dwar it-Testijiet biex
*KDV - Krattfahrgesetz-Durchfiihrungsverordnung = l-Att tal-HGV li jimplimenta r-regolamenti
(Awstrija).
#Għal makni tal-gass naturali biss u skond id-disposizzjonijiet stabbiliti għal testijiet ETC (cf Annex III,
Appendix 2. punt 3.9 Direttiva 1999/96/EC).
40 L.S.65.19 ħ ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR
jiċċertifikaw illi l-Vetturi huma tajbin għat-Triq. Skond dawn ir-regolamenti, it-test
irid jiġi mgħoddi kull sena, sabiex iċ-ċertifikat ta’ konformità  m’għandux ikun
eqdem minn 12-il xahar.
Iktar minn hekk, il-liċenzi tal-KEMT għat-trakk "sigur EUR 03" jistgħu biss
jintużaw minn vetturi li jilħqu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti hawn fuq u
huma validi biss jekk jiġu akkumpanjati minn ċertifikati mimlijin kollha li jindikaw
konformità  ma’ dawn il-livelli tekniċi.
Iċ-ċertifikati huma disponibbli bl-Ingliż jew bil-Franċiż. Għandhom jiġu
akkompanjati minn traduzzjonijiet fi żewg lingwi oħrajn - il-Ġermaniż u l-lingwa
nazzjonali tal-pajjiż ta’ reġistrazzjoni tal-vettura.
Iċ-ċertifikat dwar emissjonijiet ta’ storbju u ta’ exhaust għal trakkijiet "siguri
EUR 03" jistgħu jimtlew mill-fabbrikant tal-vettura jew rappreżentant awtorizzat tal-
fabbrikant fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni. F’dan il-każ ta’ l-aħħar, ir-rappreżentant
awtorizzat għandu wkoll jindika l-isem tal-fabbrikant li huwa r-rappreżentat
awtorizzat tiegħu.
Iċ-ċertifikat jinħareġ darba għall-vettura u m’għandux għalfejn jiġġedded,
sakemm ma tkunx inbidlet id-data bażika indikata fih, għal kull tip ta’ emissjonijiet.
Iċ-ċertifikat dwar ir-rekwiżiti tas-sigurtà  għal trakkijiet "siguri EUR 03" jistgħu
jimtlew jew mis-servizzi kompetenti ta’ validazzjoni fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni,
jekk dan il-pajjiż ma jawtorizzax rappreżentanti tal-fabbrikanti:
- mill-fabbrikant tal-vettura jew rappreżentant awtorizzat tal-fabbrikant
fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni, jew minn
- kombinazzjoni tas-servizzi kompetenti ta’ validazzjoni fil-pajjiż tar-
reġistrazzjoni u l-fabbrikant tal-vettura jew rappreżentant awtorizzat
tal-fabbrikant fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni, meta t-tagħmir ma jkunx
twaħħal kollu mill-fabbrikant tal-vettura.
F’każ ta’ "rappreżentant awtorizzat", għandu jindika wkoll l-isem tal-fabbrikant li
huwa r-rappreżentant awtorizzat tiegħu. Iċ-ċertifikat dwar rekwiżiti tas-sigurtà  għal
trakkijiet "siguri EUR 03" għandu jiġġedded għall-inqas kull sena, permezz ta’ test
biex jiċċertifika li l-vettura tkun tajba għat-triq.
Iktar minn hekk, ir-rekwiżiti tas-sigurtà  minimi huma meħtieġa għall-vettura
innifisha u għat-trailer. Għalhekk għandu jimtela ċertifikat speċifiku għal trailers
meta jiġu reġistrati u eżaminati għal roadworthiness test.
Dawn iċ-ċertifikati varji għandhom jimtlew skond id-disposizzjonijiet stabbiliti
mill-Annessi rispettivi tal-Ftehim tal-KEMT:
- mill-għaqda jew stabbiliment indikat u sorveljat direttament mill-Istat
ta’ reġistrazzjoni għall-ghanijiet tar-Regolamenti dwar Testijiet biex
jiccertifikaw li Vetturi bil-Mutur ikunu Tajba għat-Triq, jew
- għal vetturi fabbrikati mill-ġdid:
- mis-servizzi ta’ validazzjoni kompetenti fil-pajjiż ta’
reġistrazzjoni;
- mill-fabbrikant tal-vettura jew rappreżentant awtorizzat tal-
fabbrikant fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni, jew
- kombinazzjoni tas-servizzi kompetenti ta’ validazzjoni fil-pajjiż
tar-reġistrazzjoni u l-fabbrikant tal-vettura jew rappreżentant
awtorizzat tal-fabbrikant fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni, meta t-
tagħmir ma jkunx twaħħal kollu mill-fabbrikant tal-vettura.
F’kull każ, jekk verifika fuq il-post turi li l-valuri ta’ l-emissjonijiet mogħtija fuq
ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.19 41
iċ-ċertifikat ġew maqbuża, jitqies li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma ntlaħqux. F’dan
il-każ iċ-ċertifikat jitqies invalidu.
Biex jiġi ffaċilitat u jitgħaġġel il-qsim fuq il-fruntieri, huwa rakkomandat li "t-
trakkijiet ħodor" għandhom juru fuq quddiem "badge" kalamita jew sticker
immudellata fuq dik li tidher fl-Anness 10 tal-Ftehim tal-KEMT. Il-badge għandha
tkun ħadra (fl-isfond) u bajda (fil-bordura) u jkollha l-iskrizzjoni "3" bl-abjad (3 =
EUR 03).
42 L.S.65.19 ħ ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR
IS-SEBA’ SKEDA
(Regolament 51)
(Karta ħoxna roża - format DIN A4)
(L-ewwel paġna ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ kabotaġġ)
(Test bil-Malti u bl-Ingliż)
Awtorizzazzjoni tal-Kabotaġġ Nru. ..........
Għall-ġarr stradali nazzjonali tal-merkanzija f’Malta li jsir minn burdnar mhux 
residenti (kabotaġġ)
Din l-awtorizzazzjoni tintitola lil
..............................................................................................................................
..............................................................................................................................
..............................................................................................................................
..............................................................................................................................
(Isem jew isem kummerċjali reġistrat, u indirizz sħiħ tal-burdnar) 
li jġorr il-merkanzija permezz ta’ vettura bil-mutur jew żewġ vetturi agganċati ta’
vetturi f’Malta meta m’huwiex stabbilit f’Malta u li jċaqlaq din il-vettura jew
kombinazzjoni ta’ vetturi mingħajr tagħbija fuq kull parti ta’ Malta, kif stabbilit mir-
Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali tal-Merkanzija bil-Vetturi bil-Mutur u bla ħsara
għad-disposizzjonijiet ġenerali ta’ din l-awtorizzazzjoni.
Minn ............................................ sa ..........................................
Maħruġ f ...................................... data .........................................
KUMMISSJONI TAL-
KOMUNITAJIET 
EWROPEJ
(Timbru ibbuzzat tal-
Kummissjoni tal-
Komunitajiet 
Ewropej)
M AWTORITÀ  
DWAR IT-
TRASPORT TA’ 
MALTA
ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.19 43
(b)
(It-tieni paġna ta’ l-awtorizzazzjoni tal-kabotaġġ)
(Test bil-Malti u bl-Ingliż) 
Disposizzjonijiet ġenerali
Din l-awtorizzazzjoni tippermetti l-ġarr nazzjonali tal-merkanzija f’Malta minn
burdnara li m’humiex residenti.
Din l-awtorizzazzjoni hija personali għall-awtorizzat u m’hix trasferibbli.
Din l-awtorizzazzjoni tista’ tiġi rtirata mill-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta,
jew meta l-awtorizzazzjoni hija ffalsifikata, mill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi li
fihom jitwettqu l-operazzjonijiet tat-trasport b’kabotaġġ.
Din l-awtorizzazzjoni tista’ tintuża għal vettura waħda biss f’kull ħin.
Fil-każ ta’ żewġ vetturi agganċati ta’ vetturi, din l-awtorizzazzjoni għandha
takkompanja lill-vettura bil-mutur.
Din l-awtorizzazzjoni għandha tinġarr fil-vettura u tiġi akkompanjata minn ktieb
ta’ record sheets għall-operazzjonijiet nazzjonali ta’ kabotaġġ kollha effettwati
taħtha.
L-awtorizzazzjoni dwar kabotaġġ u l-ktieb ta’ record sheets għandhom jimtlew
qabel ma jibdew l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ.
L-awtorizzazzjoni u l-ktieb ta’ record sheets għal operazzjonijiet nazzjonali ta’
kabotaġġ għandhom jiġu ppreżentati flimkien kull meta jintalbu minn uffiċjal
awtorizzat li jispezzjona. It-twettiq ta’ operazzjonijiet tat-trasport b’kabotaġġ huwa
bla ħsara għal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ
f’Malta fil-kampijiet segwenti:
(a) ir-rati u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-kuntratt tat-trasport;
(b) piżijiet u dimensjonijiet ta’ vetturi tat-triq għandhom jissoddisfaw il-
kondizzjonijiet tar-regolamenti li jirregolaw il-piżijiet, tagħmir u qisien
ta’ vetturi bil-mutur;
(ċ) rekwiżiti dwar il-ġarr ta’ xi kategoriji ta’ persuni, bħal tfal ta’ l-iskola,
tfal u persuni neqsin mill-mobilità ;
(d) ħinijiet ta’ sewqan u ta’ mistrieħ;
(e) VAT (Taxxa dwar il-Valur Miżjud) fuq is-servizzi tat-trasport.
Il-livelli tekniċi fuq il-bini u t-tagħmir li jridu jkollhom vetturi li jagħmlu
operazzjonijiet ta’ kabotaġġ skond dak preskritt għal vetturi li jiccirkolaw fi trasport
internazzjonali.
Din l-awtorizzazzjoni għandha tintradd lill-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta fi
żmien tmint ijiem wara li tiskadi.
44 L.S.65.19 ħ ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR
IT-TMIEN SKEDA
(Regolament 56)
(a)
(Format DIN A4)
(Qoxra ta’ quddiem tal-ktieb tar-record sheets)
(Test bil-Malti u bl-Ingliż)
KTIEB TA’ RECORD SHEETS GĦAL OPERAZZJONIJIET TA’ TRASPORT 
NAZZJONALI B’KABOTAĠĠ LI JSIRU TAĦT L-AWTORIZZAZZJONI
GĦALL-KABOTAĠĠ NRU. ..........
Dan il-ktieb huwa validu sa ...................................................................................
(*)
Maħruġ f ......................................... data .....................................
( # )
Malta Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta
M Ktieb Nru. ...................
*It-terminu ta’ validità  ma jistax jeċċedi dak ta’ l-awtorizzazzjoni għall-kabotaġġ.
#Timbru ta’ l-awtorità jew aġenzija kompetenti li toħroġ il-ktieb.
ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.19 45
(b)
(Qoxra ta’ quddiem tal-ktieb ta’ record sheets minn ġewwa)
(Test bil-Malti u/jew bl-Ingliż)
Disposizzjonijiet Ġenerati
1. Dan il-ktieb ta’ record sheets fih 25 folja li jinqalgħu, innumerati minn 1 sa
25, li fuqhom għandhom jingħataw id-dettalji, fil-ħin tat-tagħbija, tal-merkanzija
kollha ttrasportata taħt l-awtorizzazzjoni għall-kabotaġġ li jirrelataw għaliha. Kull
ktieb għandu numru u dak in-numru jiġi mmarkat fuq kull paġna tal-ktieb.
2. Il-burdnar huwa responsabbli li r-reġistrazzjonijiet ta’ operazzjonijiet
nazzjonali ta’ kabotaġġ jimtlew sew.
3. Il-ktieb għandu jakkompanja l-awtorizzazzjoni tal-kabotaġġ li jkun jirrelata
għalih u għandu jinżamm fuq il-vettura li tivvjaġġa mgħobbija jew mingħajr tagħbija
taħt l-awtorizzazzjoni msemmija. Dan għandu jiġi ppreżentat kull meta jintalab minn
uffiċjali awtorizzat li jispezzjona.
4. Ir-record sheets għandhom jintużaw f’ordni numeriku u l-operazzjonijiet ta’
tagħbija suċċessivi għandhom jiddaħħlu f’ordni kronoloġiku.
5. Kull oġġett fir-record sheet għandu jimtela b’mod preċiż u li jinqara bil-
kitba stakkata f’inka li ma titħassarx.
6. Mhux aktar tard minn tmint ijiem wara tmiem ix-xahar li tirrelata għalih il-
folja, kull record sheet li mtliet għandha tintradd lill-Awtorità  dwar it-Trasport ta’
Malta. Meta operazzjoni tkun bejn żewġ perijodi ta’ ċens, id-data tat-tagħbija
tiddetermina t-terminu li r-reġistrazzjoni trid tkopri (eżempju, operazzjoni li tibda
lejn l-aħħar ta’ Jannar u tintemm lejn il-bidu ta’ Frar għandha tiġi inkluża fil-karta
ta’ Jannar).
46 L.S.65.19 ħ ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR
(ċ)
(Quddiem tal-paġna inserita qabel il-25 folja li jinqalgħu)
(Test bil-Malti u bl-Ingliż)
Noti ta’ spjegazzjoni
L-informazzjoni li tingħata fuq il-folji li ġejjin tirrelata għall-merkanzija kollha
ttrasportata taħt l-awtorizzazzjoni għall-kabotaġġ li dan ir-record book jirrelata
għalih.
Trid timtela’ linja separata fuq din il-folja għal kull konsenja ta’ merkanzija li
titgħabba.
Kolonna 2: agħti, meta xieraq, l-informazzjoni mitluba mill-Awtorità  dwar it-
Trasport ta’ Malta;
Kolonna 3: agħti d-data (01, 02 ...... 31) tax-xahar indikat fuq in-naħa ta’ fuq tal-
folja li matulu l-vettura telqet taħt tagħbija;
Kolonna 4 u 5: speċifika l-post u, jekk meħtieġ biex dan ikun ċar, id-dipartiment,
provinċja, ‘Land’, eċċ.; .
Kolonna 7: agħti d-distanza vvjaġġata bejn il-post tat-tagħbija u l-post tal-ħatt;
Kolonna 8: agħti l-piż f’tunnellati sa punt deċimali (e.g. 10,0 t) tal-konsejna tal-
merkanzija fl-istess mod bħal fil-każ ta’ dikjarazzjoni tad-dwana; tinkludix il-piż ta’
containers jew pallets;
Kolonna 9: oltre, iddeskrivi b’mod preċiż kemm jista’ jkun, il-merkanzija fil-
konsenja;
Kolonna 10: għal użu uffiċjali biss.
(d)
Isem u indirizz tal-burdnar
Jum/Xahar/Sena
MERKANZIJA TTRASPORTATA:
Awtorizzazzjoni numru:
Ktieb numru
Record sheet numru:
ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.19 47
ID-DISA’ SKEDA
(Regolament 19)
Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni
Attestazzjoni tax-Xufier Nru ...
għall-ġarr internazzjonali tal-merkanzija b’kiri jew b’kumpens
taħt Awtorizzazzjoni Komunitarja
Din l-attestazzjoni hi ta’ xiehda li abbażi ta’ dokumenti ppreżentati minn
..............................................................................................................................
..............................................................................................................................
..............................................................................................................................
..............................................................................................................................
(Isem u indirizz kummerċjali tal-burdnar) 
ix-xufier li ġej:
Kunjom u isem: ....................................................................................................
Data u post tat-twelid: ................................. Nazzjonalità : ...................................
Data tal-ħruġ: ............................................... Post tal-ħruġ: .................................
Liċenza tas-Sewqan Numru: ..................................................................................
Data tal-ħruġ: ............................................... Post tal-ħruġ: .................................
Numru tas-Sigurtà  Soċjali: ....................................................................................
Huwa impjegat, skond il-liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi
u, kif xieraq, kull ftehim kollettiv, skond il-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ f’Malta,
fuq il-kondizzjonijiet ta’ impjieg u taħriġ vokazzjonali fis-seħħ għax-xufiera f’Malta
biex iwettqu operazzjonijiet ta’ trasport stradali f’Malta.
Rimarki Partikolari: ..............................................................................................
..............................................................................................................................
Din l-attestazzjoni hija valida minn ................................. sa .................................
Maħruġa fi ..................................................... fi ...................................................
...................................................
Firma u timbru ta’ l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta
M Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta
48 L.S.65.19 ħ ĠARR STRADALI TA’ MERKANZIJA B’VETTURI BIL-MUTUR
(It-tieni paġna ta’ l-attestazzjoni)
(Test bil-Malti jew bl-Ingliż)
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Din l-attestazzjoni hija maħruġa taħt ir-Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali tal-
Merkanzija bil-Vetturi bil-Mutur.
Hija tattesta li x-xufier imsemmi fiha huwa impjegat skond il-liġijiet, regolamenti
jew disposizzjonijiet amministrattivi u, kif xieraq, kull ftehim kollettiv, skond il-
liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ f’Malta, fuq il-kondizzjonijiet ta’ impjieg u tatħriġ
vokazzjonali fis-seħħ ghax-xufiera f’Malta biex iwettqu operazzjonijiet ta’ trasport
stradali f’Malta.
L-attestazzjoni tax-xufier tappartjeni għall-burdnar, li jqiegħdha ghad-
disposizzjoni tax-xufier imsemmi fiha meta dak ix-xufier isuq vettura kif definita
fir-regolamenti, involut fil-ġarr bl-użu ta’ awtorizzazzjoni komunitarja maħruġa lil
dak il-burdnar. L-attestazzjoni tax-xufier m’hix trasferibbli. L-attestazzjoni tax-
xufier tkun valida biss sakemm il-kondizzjonijiet li nħarġet taħthom jkunu għadhom
milħuqa u għandha tintradd mill-ewwel mill-burdnar lill-Awtorità  jekk il-
kondizzjonijiet ma għadhomx jintlaħqu.
Tista’ tiġi rtirata mill-Awtorità , partikolarment meta l-burdnar:
- ma jkunx ikkonforma ruħu mal-kondizzjonijiet kollha ghall-użu ta’ l-
attestazzjoni;
- ipprovda informazzjoni skorretta dwar id-data meħtieġa għall-ħruġ jew
l-estensjoni ta’ l-attestazzjoni.
Kopja vera attestata ta’ l-attestazzjoni għandha tinżamm fil-vettura u din għandha
tiġi ppreżentata mix-xufier kull meta tintalablu minn xi uffiċjal awtorizzat li
jispezzjona.
