ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.20 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 65.20
REGOLAMENTI DWAR IL-ĠARR STRADALI
TAL-PASSIĠĠIERI BIL-VETTURI BIL-MUTUR
1 ta’ Mejju, 2004
L-AVVIŻ LEGALI 160 ta’ l-2003.
TAQSIM TAR-REGOLAMENTI
Regolamenti
Taqsima I Preliminari 1 - 4
Taqsima II  Dħul fl-Okkupazzjoni ta’ Operatur tat-Trasport Stradali ta’
Passiġġieri 5 - 12
Taqsima III  Miżuri Soċjali 13 - 24
Disposizzjonijiet Ġenerali 13
Ġarr Internazzjonali tal-Passiġġieri 14 - 24
Taqsima IV Aċċess għas-Suq 25 - 49
Aċċess għas-Suq Nazzjonali 25
Aċċess għas-Suq Internazzjonali 26 - 40
Aċċess għas-Suq f’Pajjiżi Oħrajn 41
Aċċess għas-Suq Nazzjonali minn Trasportaturi Mhux
Residenti stabbiliti fl-Istati tal-Ftehim (Kabotaġġ) 42 - 49
Taqsima V  Spezzjonijiet 50 - 54
SKEDI
L-Ewwel Skeda Parti 1 - Trasportatur li jopera bħala negozjant waħdu - Rapport ta’ l-
Accountant
Parti 2 - Trasportatur li jopera bħala kumpannija b’responsabbiltà  limitata
- Rapport ta’ l-Accountant
It-Tieni Skeda Parti 1 - Ċertifikat ta’ kompetenza professjonali
Parti 2 - Elenku ta’ suġġetti msemmija fir-regolament 9 -
L-organizzazzjoni ta’ l-eżami
It-Tielet Skeda Taħriġ minimu meħtieġ għall-għoti ta’ ċertifikat ta’ kompetenza
professjonali għal xufiera internazzjonali fil-ġarr tal-passiġġieri
Ir-Raba’ Skeda Liċenza tal-Komunità
Il-Ħames Skeda Awtorizzazzjoni għal servizzi regolari u servizzi speċjali regolari
Is-Sitt Skeda Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għal servizzi regolari
Is-Seba’ Skeda Formola tal-vjaġġ għal servizzi okkażjonali
Disposizzjonijiet ġenerali kemm għal servizzi okkażjonali internazzjonali u
servizzi okkażjonali b’kabotaġġ
Disposizzjonijiet speċifiċi għal servizzi internazzjonali okkażjonali
Disposizzjonijiet speċifiċi għal servizzi okkażjonali b’kabotaġġ
It-Tmien Skeda Ċertifikat għal servizzi ta’ trasport fuq kont personali
2 L.S.65.20 ħ ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR
TAQSIMA I
PRELIMINARI
Titolu. 1. It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti dwar il-
Ġarr Stradali tal-Passiġġieri bil-Vetturi bil-Mutur.
Tifsir. 2. F’dawn ir-regolamenti kemm-il darba rabta tal-kliem ma
tkunx teħtieġ xort’oħra:
Kap. 332.
''Awtorità '' tfisser l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta kif
stabbilita mill-Att dwar l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta;
''awtorizzazzjoni'' tfisser kull permess mogħti mill-Awtorità  jew
mill-awtoritajiet kompetenti fi Stati tal-Ftehim li jintitola lill-
awtorizzat li jwettaq operazzjonijiet ta’ trasport stradali tal-
passiġġieri;
''awtorizzazzjoni Komunitarja'' tfisser awtorizzazzjoni
akkwistata minn impriża stabbilita fi Stat tal-Ftehim mill-awtorità
kompetenti f’dak l-Istat, jew awtorizzazzjoni maħruġa mill-
Awtorità , li tippermetti lill-awtorizzat illi jwettaq operazzjonijiet
ta’ trasportatur fl-Istati tal-Ftehim;
''b’kiri jew b’kumpens'' tfisser il-ġarr ta’ passiġġieri ħlief fuq
akkont personali; jiġifieri bi ħlas mill-persuna li tkun qed tiġi
trasportata jew mill-organizzatur tat-trasport;
''kabotaġġ'' tfisser it-twettiq tas-servizzi nazzjonali ta’ trasport
tal-passiġġieri b’kiri jew b’kumpens minn trasportatur mhux
residenti fit-territorju ta’ pajjiż ieħor minbarra dak li fih huwa
residenti jew reġistrat li jwettaq dawk l-operazzjonijiet għal żmien
temporanju;
''ftehim'' tfisser ftehim bejn gruppi ta’ stati, li għalih Malta hija
parti, li reċiprokament jagħti liċ-ċittadini ta’ dawn l-istati jew lid-
dependenti tagħhom id-dritt li jidħlu, jibqgħu jirresjedu fil- u jitilqu
mill-pajjiż ta’ dak l-Istat, li jiċċaqilqu bla tfixkil f’dawn l-istati
għal tali żmien li jista’ jiġi stabbilit fil-ftehim u li jaħdmu jew
iwaqqfu, jipprovdu jew jirċievu servizzi fihom; u ''Stat tal-Ftehim''
u ''ċittadin ta’ Stat tal-Ftehim'' jinftiehmu b’dan il-mod; u fejn Stat
huwa parti għal ftehim bħal dak, bla ħsara għal modifiki u
adattamenti, ċittadin ta’ Stat tal-Ftehim huwa soġġett għal dawk il-
modifiki jew adattamenti li jistgħu jiġu preskritti;
''ġimgħa'' tfisser iż-żmien bejn is-sigħat 00.00 tat-Tnejn u s-
sigħat 24.00 tal-Ħadd ta’ wara;
''ħin tas-sewqan kuljum'' tfisser il-ħin tas-sewqan bejn żewġ
ħinijiet ta’ mistrieħ ta’ kuljum jew bejn ħin ta’ mistrieħ ta’ kuljum
u ħin ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa;
''impriża'' tfisser persuna naturali, persuna legali, li tagħmel jew
ma tagħmilx profitt, assoċjazzjoni jew grupp ta’ persuni mingħajr
personalità  legali, li tagħmel jew ma tagħmilx profitt, jew korp
uffiç jali, kemm jekk ghandu l-personalità  legali tiegħu kemm jekk
ikun dipendenti fuq awtorità li għandha personalità  bħal dik;
''lejl'' tfisser il-ħin bejn is-sigħat 00:00 u 07:00;
''liċenzja ta’ operatur tat-trasport tal-passiġġieri'' tfisser liċenza
ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.20 3
maħruġa mill-Awtorit'' lil trasportaturi nazzjonali;
''mistrieħ'' tfisser żmien mhux interrott ta’ mill-inqas siegħa li
f’waqtha x-xufier jista’ liberament jiddisponi minn ħinu;
''okkupazzjoni ta’ operatur tat-trasport stradali tal-passiġġieri''
tfisser l-attività  ta’ kull impriża li topera, permezz ta’ vetturi bil-
mutur mibnija u attrezzati biex ikunu adatti li jġorru aktar minn
disa’ persuni - inkluż ix-xufier - u maħsuba għal dak l-għan,
servizzi tat-trasport tal-passiġġieri għall-pubbliku jew għal
kategoriji speċifikati ta’ utenti b’kiri jew b’kumpens;
''operazzjonijiet ta’ trasport fuq kont personali'' tfisser dawk l-
operazzjonijiet ta’ trasport tal-passiġġieri mwettqa għal għanijiet
mhux kummerċjali u mingħajr profitt minn persuna naturali jew
legali, sakemm ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
- l-attività  tat-trasport tkun biss anċillari għall-
attivitajiet ġenerali ta’ l-impriża; u
- il-vetturi użati jkunu l-proprjetà  ta’ dik il-persuna
naturali jew legali jew ikunu ġew akkwistati b’termini
differiti jew kienu s-suġġett ta’ kuntratt ta’ lokazzjoni
fit-tul u jiġu misjuqa minn impjegat tal-persuna
naturali jew legali jew mill-persuna naturali nnifisha;
''pajjiż fejn ikun stabbilit'' tfisser dak il-pajjiż fejn it-trasportatur
li ma jkunx residenti ikun stabbilit u reġistrat;
''residenza normali'' tfisser il-post fejn tgħix persuna
abitwalment, għal mill-inqas 185 jum f’kull sena kalendarja,
minħabba rabtiet personali jew ta’ xogħol, jew fil-każ ta’ persuna
bl-ebda rabta ta’ xogħol, minħabba rabtiet personali li juru li jkun
hemm rabtiet mill-qrib bejn dik il-persuna u l-post fejn tkun qed
tgħix; iżda, ir-residenza normali ta’ persuna li r-rabtiet ta’ xogħol
tagħha huma f’post differenti mir-rabtiet personali u
konsegwentement tkun tgħix f’postijiet differenti minn żmien
għall-ieħor, f’żewġ Stati tal-Ftehim jew aktar, titqies bħala l-post
tar-rabtiet personali tagħha, jekk il-persuna tmur lura hemmhekk
regolarment; din l-aħħar kondizzjoni m’għandhiex għalfejn
tintlaħaq meta persuna tkun qiegħda tgħix fi Stat tal-Ftehim biex
tagħmel xi biċċa xogħol għal żmien definit; l-attendenza f’xi
università  jew skola ma timplika ebda residenza normali;
''servizzi okkażjonali'' fil-kuntest ta’ ġarr stradali internazzjonali
ta’ persuni tfisser servizzi li ma jaqgħux taħt it-tifsira ta’ servizzi
regolari, inklużi s-servizzi regolari speċjali, u li l-karatteristika
ewlenija tagħhom hija li jġorru gruppi ffurmati abbażi ta’ l-
inizjattiva tal-klijent jew tat-trasportatur innifsu; dawn is-servizzi
ma jifqux milli jkunu servizzi okkażjonali sempliċement għaliex
jiġu pprovduti f’intervalli speċifikati;
''servizzi regolari'' tirriferi għall-ġarr ta’ persuni b’vetturi għat-
trasport tal-passiġġieri f’intervalli speċifikati f’rotot speċifikati, u
fejn il-passiġġieri jitilgħu u jinżlu f’postijiet ta’ waqfien
iddeterminati minn qabel;
''servizzi regolari speċjali'' tfisser servizzi regolari li jipprovdu
għall-ġarr ta’ kategoriji speċifikati ta’ passiġġieri, li jeskludu
passiġġieri oħra, f’intervalli speċifikati fuq rotot speċifikati, fejn
4 L.S.65.20 ħ ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR
il-passiġġieri jitilgħu u jinżlu f’postijiet ta’ waqfien iddeterminati
minn qabel. Dawn fost l-oħrajn jinkludu:
(a) il-ġarr ta’ ħaddiema bejn id-dar u x-xogħol;
(b) il-ġarr sa u minn istituzzjoni edukattiva għal tfal ta’ l-
iskola u studenti;
(ċ) il-ġarr ta’ suldati u l-familji tagħhom bejn darhom u ż-
żona tagħhom;
''valida'' tiġi assoċjata ma’ liċenza skond il-liġi kif maħruġa mill-
awtorità  kompetenti, u li tfisser li tali liċenza hija effettiva u
kurrenti għaż-żmien iddikjarat fil-liċenza peress li d-detentur tal-
liċenza jkun għal kollox issodisfa u għadu jissodisfa għal kollox l-
obbligi skond ir-regolamenti;
''trasportatur'' tfisser persuna jew impriża li twettaq
operazzjonijiet ta’ trasport tal-passiġġieri, kemm bi profitt kemm
xort’ohra;
L.S. 65.18
''triq pubblika'' tfisser toroq nazzjonali, arterjali, distributorji,
toroq ta’ aċċess u toroq ta’ aċċess lokali kif definiti fir-
Regolamenti dwar il-Liċenzi tas-Sewqan tal-Vetturi bil-Mutur, jew
toroq komparabbli fi stati oħrajn;
''uffiċjal awtorizzat li jispezzjona'' tfisser uffiċjal nominat mill-
Awtorità  li jwettaq spezzjonijiet skond dawn ir-regolamenti,
uffiċjal tad-Dwana jew uffiċjal tal-Pulizija;
''vetturi għat-trasport tal-passiġġieri'' tfisser vetturi bil-mutur li,
minħabba t-tip ta’ bini u t-tagħmir tagħhom, huma adatti għall-ġarr
ta’ aktar minn tmien passiġġieri u xufier wieħed, u huma maħsuba
għal dak il-għan;
''xogħol bil-lejl'' tfisser kull xogħol li jsir matul il-ħin ta’ bil-lejl;
L.S. 65.18
''xufier'' tfisser persuna li ssuq il-vettura, ukoll jekk għal ħin
qasir, jew li tiġi trasportata fil-vettura biex tkun disponibbli għas-
sewqan jekk ikun meħtieġ u li debitament ikollha liċenza skond ir-
Regolamenti dwar il-Liċenzi tas-Sewqan tal-Vetturi bil-Mutur;
Kap. 16.
''xufier impjegat għal rasu'' tfisser kull min għandu bħala
okkupazzjoni ewlenija t-trasport tal-passiġġieri b’kiri jew
b’kumpens, li huwa intitolat li jaħdem għalih innifsu u li mhux
soġġett għal kuntratt ta’ impjieg jew ta’ appalt kif imfisser fl-
artikolu 1633 tal-Kodiċi Ċivili.
Ir-regolamenti 
preżenti jipprevalu.
L.S. 65.11
3. Jekk xi ħaġa f’dawn ir-regolamenti ma tkunx konsistenti
jew tkun tikkonfliġġi mar-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur
kif emendati, ir-regolamenti preżenti għandhom jipprevalu u safejn
dawn ikunu inkonsistenti jew konfliġġenti, ir-Regolamenti dwar il-
Vetturi bil-Mutur għandhom jitqiesu nulli u mingħajr ebda effett.
Segretezza 
professjonali.
Kap. 377.
4. Kull informazzjoni mogħtija lill-Awtorità  skond dawn ir-
regolamenti hija koperta mill-Att dwar is-Segretezza Professjonali.
ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.20 5
TAQSIMA II
DĦUL FL-OKKUPAZZJONI TA’ OPERATUR TAT-TRASPORT 
STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI
Awtorizzazzjoni.
operatur tat-trasport tal-passiġġieri b’kiri jew b’kumpens jekk
mhux debitament awtorizzata. L-Awtorità  għandha toħroġ liċenza
ta’ operatur tat-trasport tal-passiġġieri lil kull impriża li tipproponi
li tuża vetturi għat-trasport tal-passiġġieri u tkun tissodisfa l-
kondizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti u r-rekwiżiti l-oħra li l-
Awtorità  tista’ tistabbilixxi.
(2)  Liċenza ta’ operatur tat-trasport tal-passiġġieri tinħareġ
f’isem persuna naturali awtorizzata li tirrappreżenta lill-impriża.
Rekwiżiti għall-
involviment fl-
okkupazzjoni ta’ 
operatur tat-
trasport stradali tal-
passiġġieri.
6. (1) Persuna li tixtieq tinvolvi ruħha fl-okkupazzjoni ta’
operatur tat-trasport stradali tal-passiġġieri kif stabbilit f’dawn ir-
regolamenti:
(a) għandu jkollha reputazzjoni u kondotta tajba;
(b) għandha tkun f’pożizzjoni finanzjarja xierqa;
(ċ) għandha tissodisfa l-kondizzjoni dwar il-kompetenza
professjonali.
(2) Meta l-applikant huwa persuna naturali u ma jistax
jissodisfa r-rekwiżit fis-subregolament (1)(ċ), imma jkun jissodisfa
s-subregolament (1)(a) u (b), l-Awtorità  tista’ madankollu
tippermetti lil dik il-persuna tinvolvi ruħha fl-okkupazzjoni ta’
operatur tat-trasport stradali tal-passiġġieri kemm-il darba hija
tagħti l-isem lill-Awtorità  ta’ persuna oħra li tista’ tissodisfa s-
subregolament (1)(a) u (ċ), b’kondizzjoni li l-applikant għandu
kontinwament u effettivament jiġġestixxi l-operazzjoni ta’ operatur
tat-trasport stradali tal-passiġġieri skond dawn ir-regolamenti.
(3) Meta l-applikazzjoni ssir minn impriża li tista’ tilħaq ir-
rekwiżit fis-subregolament (1)(b), ir-rekwiżiti fis-subregolament
(1)(a) u (ċ) għandhom jiġu sodisfatti minn persuna naturali li
jingħata isimha għaldaqshekk lill-Awtorità  li għandha
kontinwament u effettivament timmaniġġa l-operazzjoni tat-
trasport stradali tal-passiġġieri skond dawn ir-regolamenti.
Reputazzjoni tajba 
u kondotta tajba.
7. Persuna ma titqiesx li tissodisfa r-rekwiżit ta’ reputazzjoni
u kondotta tajba jekk tkun:
(a) instabet ħatja ta’ reati kriminali serji matul l-aħħar
ħames snin, jew ta’ delitt li għandu piena ta’ żmien ta’
ħabs ta’, jew aktar minn, tliet xhur jew multa ta’ mill-
inqas mitejn lira; jew ta’ żewġ reati jew aktar konnessi
mal-vjolenza;
(b) instabet ħatja fl-aħħar sentejn ta’ xi delitt relatat ma’
reat dwar l-użu ta’ xi vettura bil-mutur;
(ċ) ġiet dikjarata mhux kapaċi li twettaq l-okkupazzjoni
ta’ operatur tat-trasport stradali tal-passiġġieri taħt
regoli li jkunu fis-seħħ;
(d) instabet ħatja ta’ reati serji ripetuti kontra regoli fis-
6 L.S.65.20 ħ ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR
seħħ dwar:
(i) il-kondizzjonijiet dwar il-paga u l-impjieg fil-
professjoni; jew
(ii) it-trasport fit-triq, partikolarment ir-regoli dwar
is-sewqan, il-piżijiet u l-qisien u l-kapaċità  ta’
ġarr tal-vettura, sigurtà  tat-toroq jew tal-vetturi
jew ħsara lill-ambjent;
(e) kull reat korrispondenti taħt xi liġi ta’ pajjiż jew
territorju barra minn Malta:
Iżda meta l-applikant kellu età  inqas minn 18-il sena meta
jkun instab ħati kif deskritt fil-paragrafi (a) u (b) il-perijodi
msemmija jkunu rispettivament ta’ sentejn u sena.
Pożizzjoni 
finanzjarja xierqa.
8. (1) Pożizzjoni finanzjarja xierqa ta’ l-impriża tikkonsisti
f’pussess ta’ riżorsi suffiċjenti biex taċċerta bidu tajjeb u
amministrazzjoni tajba għaż-żmien li jiġi wara ta’ l-impriża.
(2) Sabiex tiġi evalwata l-pożizzjoni finanzjarja, l-Awtorità
għandha tikkunsidra kull tip ta’ operazzjoni u:
(a) il-kontijiet annwali ta’ l-impriża, jekk ikun hemm;
(b) fondi disponibbli, inklużi kontanti fil-bank, u
faċilitajiet ta’ overdraft u ta’ self;
(ċ) assi, inkluża proprjetà , li huma disponibbli biex
jipprovdu sigurtà  parzjali jew totali għall-impriża;
(d) spejjeż, inkluż spejjeż għax-xiri jew ħlas inizjali għal
vetturi, bini, impjanti u tagħmir, u kapital biex isir ix-
xogħol.
(3) Applikant għal awtorizzazzjoni, jew min ikollu
awtorizzazzjoni maħruġa skond ir-regolament 5 ma jitqiesx bħala li
qiegħed f’pożizzjoni finanzjarja xierqa jekk ma jkollux disponibbli
kapital u riservi li jammontaw għal jew jeċċedu l-ammont sħiħ ta’:
(i) Lm 3,600 għall-ewwel jew l-unika vettura li
tkun se tiġi awtorizzata skond il-liċenza; u 
(ii) Lm 2,000 għal kull vettura addizzjonali li tkun
se tiġi awtorizzata.
(4) Għall-għanijiet tar-regolament 6, l-Awtorità  tista’ taċċetta
bħala evidenza ta’ pożizzjoni finanzjarja konferma jew
assikurazzjoni minn bank jew stabbiliment finanzjarju ieħor
ikkwalifikat b’mod xieraq fil-forma indikata fl-Ewwel Skeda. Din
il-konferma tista’ tingħata fil-forma ta’ garanzija bankarja, rahan
jew garanzija, jew b’kull mod ieħor aċċettabbli għall-Awtorità .
Kompetenza 
professjonali.
9. Il-kondizzjonijiet dwar il-kompetenza professjonali jkunu
sodisfatti jekk l-applikant juri li jippossjedi l-għarfien meħtieġ billi
jgħaddi minn eżami bil-miktub u, jew wieħed orali, li
jikkorrispondi għal-livell ta’ taħriġ għall-operazzjonijiet nazzjonali
jew internazzjonali skond il-każ, organizzat minn korp approvat u
li jkollu ċertifikat dwar dan maħruġ minn dak il-korp. Dan iċ-
ċertifikat, fil-forma indikata fit-Tieni Skeda, jservi bħala prova ta’
kompetenza professjonali.
ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.20 7
Eżenzjonijiet.
parti minnu, lil dawk l-applikanti li jistgħu jagħtu prova ta’ mill-
inqas ħames snin ta’ esperjenza prattika fil-maniġġ ta’ impriża tat-
trasport stradali ta’ passiġġieri.
(2) L-Awtorità  tista’ teżenta mill-eżami, jew parti minnu, lil
kull min għandu xi diplomi jew diplomi tekniċi ekwivalenti, li
jagħtu prova ta’ għarfien tajjeb tas-suġġetti koperti fis-sillabi
nazzjonali u internazzjonali rilevanti. Min ikollu ċertifikat ta’
kompetenza professjonali maħruġ minn Stati oħra tal-Ftehim jista’
jintalab mill-Awtorità  li jagħmel testijiet ulterjuri jekk is-suġġetti
koperti fihom ma jkunux jikkorrispondu għar-rekwiżiti f’Malta.
(3) Individwi jew impriżi li jagħtu prova lill-Awtorità  li kienu
awtorizzati taħt regoli Maltin li jwettqu l-professjoni ta’ operatur
tat-trasport stradali nazzjonali u, jew internazzjonali tal-passiġġieri
fi, jew qabel, l-1 ta’ Jannar 1997, jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti
tar-regolament 6(1)(b) u (ċ). Ir-rekwiżit tar-regolament 6(1)(a)
għandu jintlaħaq mill-applikanti kollha, u għandha tingħata prova
ta’ dan lill-Awtorità  fl-istess waqt meta ssir l-applikazzjoni.
Verifiki dwar 
konformità .
11. (1) L-Awtorità  tista’ titlob lit-trasportatur li jagħti provi
għall-inqas kull ħames snin jew skond id-diskrezzjoni ta’ l-
Awtorità  li jkun qed ikompli jissodisfa r-rekwiżiti tar-regolament
6(1).
(2) L-Awtorità  tista’ tirtira liċenza għal dawn ir-raġunijiet li
ġejjin:
(a) meta l-awtorizzat ma jkunx għadu jissodisfa l-
kondizzjonijiet stabbiliti fir-regolament 6(1); jew
(b) meta l-awtorizzat ikun ipprovda informazzjoni mhix
korretta lill-Awtorità  dwar il-ħruġ jew it-tiġdid tal-
liċenzja; jew
(ċ) meta l-awtorizzat ikun kiser xi kondizzjoni ta’ l-
awtorizzazzjoni tiegħu u ma rrimedjax dak in-nuqqas
minkejja li jkun ġie avżat bil-miktub dwar dak il-ksur
u ngħata żmien raġonevoli biex jagħmel dan.
Kap. 332.
(3) F’każ ta’ xi ksur serju ta’ dawn ir-regolamenti, l-Awtorità
tista’ tissospendi jew tirtira l-liċenzja. Din is-sospensjoni jew
revoka tiġi imposta skond il-gravità  tal-ksur u minnha jista’ jsir
appell quddiem bord ta’ l-appell li għandu jitwaqqaf skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’
Malta.
(4) Meta r-reati kontra r-regoli li jirregolaw it-trasportaturi
jkunu saru minn xi trasportatur mhux residenti u jistgħu jwasslu
għall-irtirar tal-liċenza ta’ operatur tat-trasport tal-passiġġieri biex
jipprattika bħala operatur ta’ trasportatur, l-Awtorità  għandha
tipprovdi lill-Istat tal-Ftehim li fih ikun stabbilit it-trasportatur dik
l-informazzjoni kollha li tkun tippossjedi dwar dawk l-offiżi u l-
penali imposti.
Mewt jew xi 
inkapaċità  oħra.
12. Fil-każ ta’ mewt jew xi inkapaċità  fiżika jew legali tal-
persuna naturali involuta fil-professjoni ta’ operatur tat-trasport
stradali tal-passiġġieri jew tal-persuna naturali li tissodisfa r-
8 L.S.65.20 ħ ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR
rekwiżiti tar-regolament 6(1), l-Awtorità  tista’ tippermetti t-twettiq
tan-negozju ta’ trasportatur fuq bażi temporanja għal żmien ta’
mhux aktar minn sena, b’estensjoni għal żmien ta’ mhux aktar minn
sitt xhur. L-Awtorità  tista’ b’eċċezzjoni u f’każ speċjali, tawtorizza
definittivament persuna li ma tissodisfax ir-rekwiżit ta’
kompetenza professjonali msemmija fir-regolament 9 li topera l-
impriża jekk din il-persuna għandha mill-inqas tliet snin esperjenza
prattika fil-ġestjoni ta’ kuljum ta’ l-impriża.
TAQSIMA III
MIŻURI SOĊJALI
Disposizzjonijiet Ġenerali
L-età  minima tax-
xufiera.
L.S. 65.18
13. L-età  minima għax-xufiera li jaħdmu fit-trasport stradali
ta’ passiġġieri hija dik speċifikata fir-Regolamenti dwar il-Vetturi
bil-Mutur (Liċenzi tas-Sewqan).
Ġarr stradali internazzjonali ta’ passiġġieri
Ġarr 
internazzjonali.
14. Ir-regolamenti 15 sa 24 jgħoddu biss għall-ġarr stradali
internazzjonali ta’ passiġġieri.
Livell minimu tat-
taħriġ.
15.(1)(a) Il-livell minimu ta’ taħriġ għal sewwieqa li jaħdmu fit-
trasport stradali internazzjonali ta’ passiġġieri għandu
jikkonsisti f’kors li jkun ikopri s-suġġetti li jkun hemm
provdut dwarhom fit-Tielet Skeda.
(b) Meta jitlesta dan il-kors l-Awtorità  għandha toħroġ
ċertifikat ta’ kompetenza professjonali.
L.S. 65.18
(ċ) Dan iċ-ċertifikat ikun validu għall-eżerċizzju tal-
professjoni tat-trasport stradali tal-passiġġieri biss jekk
min għandu ċ-ċertifikat ikun akkwista wkoll liċenza
nazzjonali tas-sewqan ta’ vetturi maħsuba għall-ġarr
stradali tal-passiġġieri skond ir-Regolamenti dwar il-
Vetturi bil-Mutur (Licenzi tas-Sewqan).
(2) Il-programm u l-organizzazzjoni tal-kors ta’ taħriġ
vokazzjonali msemmi fis-subregolament (1) għandhom jitwaqqfu
mill-Awtorità . Il-prova li dan it-taħriġ ikun tlesta għandha tiġi
pprovduta b’eżami jew verifika mwettqa mill-Awtorità .
Ċertifikat ta’ 
kompetenza 
professjonali.
16. (1) L-Awtorità  għandha toħroġ ċertifikat ta’ kompetenza
professjonali lix-xufiera li jilħqu r-rekwiżiti stabbiliti fir-
regolament 15.
(2) Drittijiet akkwistati taħt ir-regolament 15 qabel id-dħul fis-
seħħ ta’ dawn ir-regolamenti jibqgħu validi bl-istess mod bħal
ċertifikati maħruġa b’mod konformi ma’ dawn ir-regolamenti.
Applikabiilità  tal-
FETT.
17. Il-Ftehim Ewropew dwar ix-Xogħol ta’ l-Ekwipaġġ ta’
Vetturi involuti fit-Trasport Internazzjonali fit-Toroq (FETT)
japplika minflok dawn ir-regolamenti għall-operazzjonijiet ta’
trasport stradali internazzjonali tal-passiġġieri:
(a) bejn Malta u pajjiżi li huma Partijiet Kontraenti tal-
FETT, jew bi transitu minn dawk il-pajjiżi, għall-vjaġġ
sħiħ fejn dawn l-operazzjonijiet isiru minn vetturi
reġistrati f’Malta, Parti Kontraenti tal-FETT jew
ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.20 9
f’wieħed mill-pajjiżi terzi msemmija;
(b) bejn Malta u pajjiż li mhux Parti Kontraenti tal-FETT
fil-każ ta’ vjaġġi mwettqa bejn Stati tal-Ftehim jew
bejn Malta u Stat tal-Ftehim fejn dawn l-
operazzjonijiet jitwettqu minn vetturi reġistrati f’xi
wieħed minn dawk il-pajjiżi.
Kondizzjonijiet 
għal xufiera 
involuti fil-ġarr 
stradali 
internazzjonali tal-
passiġġieri.
18. (1) Kull xufier involut fil-ġarr stradali internazzjonali ta’
passiġġieri għandu jkun għalaq il-21 sena.
(2) Kull xufier involut fil-ġarr internazzjonali ta’ passiġġieri
għandu wkoll jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) huwa għandu jkun ħadem għal mill-inqas sena fil-ġarr
tal-merkanzija bħala xufier ta’ vetturi b’piż
permissibbli massimu ta’ aktar minn 3.5 tunnellati;
(b) huwa għandu jkun ħadem għal mill-inqas sena bħala
xufier ta’ vetturi użati biex jipprovdu servizzi tal-
passiġġier f’Malta, jew tipi oħrajn ta’ servizzi tal-
passiġġieri mhux regolati minn dawn ir-regolamenti,
sakemm l-Awtorità  tikkonsidra li b’dan ikun qiegħed
jakkwista l-esperjenza meħtieġa;
(ċ) huwa għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza
professjonali tax-xufiera f’Malta jew ċertifikat
ekwivalenti magħruf mill-Awtorità  maħruġ minn Stat
tal-Ftehim li jikkonferma li jkun għamel kors ta’ taħriġ
għax-xufiera maħsub għall-ġarr stradali tal-
passiġġieri, liema kors huwa konformi mat-Tielet
Skeda.
Ħin tas-sewqan ta’ 
kuljum.
19.(1)(a) Il-ħin tas-sewqan ta’ kuljum m’għandux jeċċedi disa’
sigħat u jista’ jiġi estiż darbtejn f’kull ġimgħa għal 10
sigħat.
(b) Xufier għandu, wara mhux aktar minn sitt perijodi tas-
sewqan kuljum, jieħu ħin ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa
kif imfisser fir-regolament 21(3).
(ċ) Il-ħin ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa jista’ jiġi postpost sa
l-aħħar tat-tnax-il jum jekk il-ħin totali tas-sewqan
mat-tnax-il jum ma jeċċedix il-massimu li
jikkorrispondi għal tnax-il perijodu tas-sewqan ta’
kuljum.
(2) It-total tal-ħin tas-sewqan f’kull perijodu ta’ ġimagħtejn
m’għandux jeċċedi d-90 siegħa.
Pawżi.
jagħmel waqfien ta’ mhux inqas minn 45 minuta, sakemm ma
jibdiex xi ħin ta’ mistrieħ.
(2) Dan il-waqfien jista’ jiġi sostitwit b’waqfien għal diversi
drabi ta’ mhux inqas minn 15-il minuta l-waħda mqassma mal-ħin
tas-sewqan jew minnufih wara dan il-ħin b’tali mod li jkunu
jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tas-subregolament (1).
(3) Waqt dawn il-ħinijiet ta’ waqfien ix-xufier ma jistax
10 L.S.65.20 ħ ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR
jagħmel xogħol ieħor. Għall-għanijiet ta’ din it-taqsima il-ħin
imqatta’ jistenna u ħin fejn ma saqx iżda kien fil-vettura li kienet
miexja, lanċa jew ferrovija ma jitqiesx bħala ''xogħol ieħor''.
(4) Il-ħinijiet ta’ waqfien osservati skond dan ir-regolament
jistgħu ma jitqisux bħala ħinijiet ta’ mistrieħ ta’ kuljum.
Ħin ta’ mistrieħ ta’ 
kuljum.
21.(1)(a) F’kull perijodu ta’ 24 siegħa, ix-xufier għandu jkollu
ħin ta’ mistrieħ ta’ mill-anqas 11-il siegħa
konsekuttivi, li jistgħu jitnaqqsu għal minimu ta’ disa’
sigħat konsekuttivi mhux aktar minn tliet darbiet f’kull
ġimgħa, b’kundizzjoni li jingħata ħin ta’ mistrieħ
ekwivalenti bħala kumpens qabel it-tmiem tal-ġimgħa
ta’ wara.
(b) Fil-jiem meta ma jitnaqqasx il-mistrieħ skond il-
paragrafu (a), jista’ jittieħed f’żewġ jew tliet perijodi
separati matul l-24 siegħa, u waħda minnhom għandha
tkun ta’ mhux inqas minn 8 sigħat konsekuttivi. F’dan
il-każ it-tul minimu tal-mistrieħ għandu jitwal għal 12-
il siegħa.
(2) Matul kull perijodu ta’ 30 siegħa meta vettura hija
maniġġata minn mhux inqas minn żewġ xufiera, kull xufier għandu
jkollu ħin tal-mistrieħ ta’ mhux inqas minn tmien sigħat
konsekuttivi.
(3) Matul kull ġimgħa, wieħed mill-ħinijiet tal-mistrieħ
imsemmija fis-subregolamenti preċedenti għandhu jiġi estiż,
b’mistrieħ ta’ kull ġimgħa, għal total ta’ 45 siegħa konsekuttivi.
Dan il-ħin tal-mistrieħ jista’ jitnaqqas għal mhux inqas minn 36
siegħa konsekuttivi jekk jittieħed fil-post fejn il-vettura tkun
normalment ibbażata jew fejn ikun ibbażat ix-xufier, jew għal
mhux inqas minn 24 siegħa konsekuttivi jekk jittieħed post ieħor.
Kull tnaqqis għandu jiġi kkumpensat b’mistrieħ ekwivalenti li
jittieħed en bloc qabel tmiem it-tielet ġimgħa wara l-ġimgħa in
kwistjoni.
(4) Ħin tal-mistrieħ ta’ kull ġimgħa li jibda f’ġimgħa u jkompli
fil-ġimgħa ta’ wara jista’ jiġi anness ma’ kull waħda minn dawn il-
ġimgħat.
(5) Il-mistrieħ li jittieħed bħala kumpens għat-tnaqqis fil-
ħinijiet ta’ mistrieħ ta’ kuljum u, jew ta’ kull ġimgħa għandhom
jiġu annessi ma’ mistrieħ ieħor ta’ mill-inqas tmien sigħat u
għandhom jingħataw, fuq talba tal-persuna in kwistjoni fil-post tal-
parkeġġjar tal-vettura jew fil-bażi tax-xufier.
(6) Il-ħin tal-mistrieħ ta’ kuljum jista’ jittieħed fil-vettura,
sakemm il-vettura jkun fiha kuċċetta u tkun waħda wieqfa.
Interruzzjoni tal-
ħin ta’ mistrieħ ta’ 
kuljum.
22. (1) Minkejja r-regolament 21(1), meta x-xufier involut fil-
ġarr tal-passiġġieri jakkumpanja vettura li tkun trasportata minn
lanċa jew ferrovija, il-ħin tal-mistrieħ ta’ kuljum jista’ jiġi interrott
darba biss, kemm-il darba jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
- dik il-parti tal-perijodu ta’ mistrieħ li jittieħed fuq l-art
tista’ wkoll tittieħed qabel jew wara l-parti tal-perijodu
ta’ mistrieħ meħud abbord il-lanċa jew il-ferrovija, 
ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.20 11
- il-perijodu bejn iż-żewġ partijiet tal-ħin tal-mistrieħ
ta’ kuljum għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u
f’ebda każ m’għandu jeċċedi siegħa qabel l-imbark
jew wara l-iżbark, li jinkludu l-formalitajiet tad-
dwana,
- waqt iż-żewġ porzjonijiet tal-ħin tal-mistrieħ ix-xufier
għandu jkollu aċċess għal kuċċetta jew couchette.
(2) Il-ħin tal-mistrieħ ta’ kuljum, interrott b’dan il-mod,
għandu jiżdied b’sagħtejn.
Ħlas lil xufiera li 
jaqilgħu paga.
23. Ħlasijiet lil xufiera li jaqilgħu paga, ukoll jekk fil-forma ta’
bonus jew supplementi għall-paga, relatati ma’ distanzi vvjaġġati u,
jew l-ammont ta’ passiġġieri li jkunu nġarru jikkostitwixxu reat
skond dawn ir-regolamenti, kemm-il darba dawn il-pagamenti ma
jkunux ta’ xorta li ma tipperikolax is-sigurtà  fit-toroq:
Iżda fejn is-sigurtà  fit-toroq ma tkunx b’dan ipperikolata u
sabiex huwa jkun jista’ jasal f’post tal-waqfien xieraq, ix-xufier
jista’ jwarrab id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti sa fejn
ikun meħtieġ biex jaċċerta s-sigurtà  tal-persuni, tal-vettura jew tat-
tagħbija tagħha. Ix-xufier għandu jindika kif u ghaliex ikun qed
iwarrab minn dawk id-disposizzjonijiet fuq ir-record sheet tar-
recording equipment jew fid-duty roster li jkollu.
L-impriżi 
jorganizzaw ix-
xogħol tax-xufiera.
24. (1) L-impriża għandha torganizza x-xogħol tax-xufiera
b’tali mod li x-xufiera jistgħu jikkonformaw mad-disposizzjonijiet
ta’ dawn ir-regolamenti u kull leġislazzjoni oħra rilevanti.
(2) L-impriża għandha twettaq verifiki perijodiċi biex taċċerta
ruħha li r-rekwiżiti legali kollha jkunu ġew imħarsa. Jekk jinsab li
jkun sar xi nuqqas, l-impriża għandha tieħu passi xierqa biex
tipprevjeni r-ripetizzjoni tagħhom.
TAQSIMA IV
AĊĊESS GĦAS-SUQ
Aċċess għas-Suq Nazzjonali
Liċenza ta’ 
operatur tat-
trasport tal-
passiġġieri.
25. (1) Sabiex iwettaq operazzjonijiet nazzjonali ta’ trasport
tal-passiġġieri bl-użu ta’ vetturi għat-trasport tal-passiġġieri fuq
bażi permanenti, impriża għandu jkollha liċenza ta’ operatur tat-
trasport tal-passiġġieri msemmija fir-regolament 5.
(2) L-Awtorità  għandha tipprovdi lid-detentur ta’ liċenza
b’kopja vera attestata tal-liċenzja ta’ operatur tat-trasport tal-
passiġġieri għal kull vettura li tkun ser tintuża għaliha.
(3) Il-vetturi li għalihom tintuża l-liċenza ta’ operatur tat-
trasport tal-passiġġieri għandhom ikunu għad-disposizzjoni
esklusiva tal-liċenzjat meta dawn jinkrew u għandhom jinsaqu
minn impjegati tad-detentur ta’ liċenza jew mid-detentur innifsu.
(4) L-Awtorità  għandha tistipula regoli oħrajn li jidhrulha
meħtieġa biex jirregolaw ir-rekwiżiti ta’ l-operazzjonijiet
nazzjonali ta’ trasport ta’ passiġġieri u l-aċċess għas-suq.
12 L.S.65.20 ħ ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR
Aċċess għas-Suq Internazzjonali
Liċenza 
Komunitarja.
26. (1) L-Awtorità  għandha toħroġ Liċenza Komunitarja
skond il-mudell stabbilit fir-Raba’ Skeda lil kull operatur tat-
trasport tal-passiġġieri li jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) ikollu liċenza ta’ operatur tat-trasport tal-passiġġieri
maħruġa skond ir-regolament 5;
(b) ikun jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti skond ir-
regoli fi Stati tal-Ftehim dwar l-ammissjoni għall-
okkupazzjoni ta’ operatur tat-trasport tal-passiġġieri
f’operazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali skond ir-
regolament 6;
(ċ) ikun jissodisfa rekwiżiti legali dwar livelli ta’ sigurtà
stradali fir-rigward ta’ xufiera u vetturi.
(2) Sabiex iwettaq operazzjonijiet internazzjonali tat-trasport
tal-passiġġieri bl-użu ta’ vetturi għat-trasport tal-passiġġieri bejn
Malta u Stati tal-Ftehm b’kiri jew b’kumpens jew fuq kont
personali, kull trasportatur li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fis-
subregolament (1) għandu jkollu Liċenza Komunitarja maħruġa
mill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat tal-Ftehim fejn huwa stabbilit
skond il-mudell provdut fir-Raba’ Skeda.
(3) L-Awtorità  għandha toħroġ lid-detentur ta’ liċenza l-
oriġinal tal-Liċenza Komunitarja, li għandha tinżamm mit-
trasportatur, u għadd ta’ kopji veri awtentikati li jikkorrispondi ma’
l-għadd ta’ vetturi użati għall-ġarr internazzjonali tal-passiġġieri
disponibbli għal min għandu Liċenza Komunitarja, jew bħala
proprjetà , jew f’xi forma oħra, notevolment permezz ta’ kuntratt ta’
xiri bil-ħlas rateali, kuntratt tal-kiri jew kuntratt ta’ lokazzjoni.
(4) Il-Liċenza Komunitarja għandha tinħareġ f’isem it-
trasportatur u ma tkunx trasferibbli. Għandha tinġarr kopja vera
attestata tal-Liċenza Komunitarja fil-vettura u għandha tiġi
ppreżentata fuq talba ta’ kull uffiċjali awtorizzat li jispezzjona.
(5) Il-Liċenza Komunitarja tinħareġ għal żmien ħames snin u
tkun tista’ tiġġedded.
(6) Il-Liċenza Komunitarja għandha tissostitwixxi d-dokument
maħruġ mill-Awtorità  li jkun jiċċertifika li t-trasportatur għandu
aċċess għas-suq għall-ġarr stradali internazzjonali tal-passiġġieri.
(7) Meta ssir applikazzjoni għal liċenza, u għall-inqas kull
ħames snin wara dan, l-Awtorità  għandha tivverifika jekk it-
trasportatur jissodisfax jew ikomplix jissodisfa l-kondizzjonijiet
stipulati fis-subregolament (1).
(8) Meta l-kondizzjonijiet imsemmija fis-subregolament (1) ma
jkunux sodisfatti, l-Awtorità  għandha tirrifjuta li toħroġ jew li
ġġedded Liċenza Komunitarja permezz ta’ deċiżjoni raġunata.
(9) Liċenza Komunitarja hija valida wkoll għal operazzjonijiet
nazzjonali ta’ trasport.
(10) Kull vettura li twettaq servizz suġġett għal awtorizzazzjoni
għandha ġġorr il-liċenzja ta’ operatur tat-trasport tal-passiġġieri
jew kopja vera attestata mill-awtorità  jew l-aġenzija li tkun
ħarġitha.
ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.20 13
Irtirar tal-Liċenza 
Komunitarja.
27. (1) L-Awtorità  tista’ tirtira Liċenza Komunitarja għar-
raġunijiet li ġejjin:
(a) meta d-detentur ta’ liċenza ma jkunx għadu jissodisfa
l-kundizzjonijiet stipulati fir-regolament 26; jew
(b) meta d-detentur ta’ liċenza jkun ta informazzjoni mhux
korretta lill-Awtorità  relatata mal-ħruġ jew it-tiġdid ta’
l-awtorizzazzjoni.
(2) F’każ ta’ xi ksur serju ta’ dawn ir-regolamenti, l-Awtorità
tista’ fost l-oħrajn temporanjament jew parzjalment tissospendi l-
awtorizzazzjoni kemm jekk dik l-awtorizzazzjoni tkun inħarġet
f’Malta, fi Stat tal-Ftehim, jew f’xi pajjiż ieħor. Dik is-sospensjoni
tiġi imposta wara li jitqiesu:
(a) il-gravità  tal-ksur; u
(b) l-għadd totali ta’ kopji veri awtentikati ta’ l-
awtorizzazzjoni f’idejn id-detentur ta’ liċenza dwar
traffiku internazzjonali.
Dritt ta’ appell.
Kap. 332.
28. Kull deċiżjoni mill-Awtorità  skond ir-regolament 27 tista’
tigi appellata quddiem bord ta’ l-appelli li għandu jitwaqqaf skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’
Malta.
Servizzi 
okkażjonali.
29. (1) Servizzi okkażjonali ma jeħtiġux awtorizzazzjoni oħra
speċifika minbarra Liċenza Komunitarja.
(2) Jistgħu jiġu pprovduti servizzi okkażjonali minn gruppi ta’
trasportaturi li jaġixxu f’isem l-istess kuntrattur, u l-passiġġieri
jistgħu jistabbilixxu punti ta’ konnessjoni matul ir-rotta, u
jitqabbad trasportatur differenti mill-istess kuntrattur, fit-territorju
ta’ Stat tal-Ftehim.
(3) L-ismijiet ta’ dawn it-trasportaturi u l-konnessjonijiet matul
ir-rotta għandhom jingħataw lill-Awtorità  malli dawn jaslu Malta fi
żmien 48 siegħa.
(4) Vjaġġi vojta li jsiru minn vetturi f’konnessjoni ma’ l-
operazzjonijiet tat-trasport imsemmija fis-subregolamenti (1) sa (3)
ma jeħtiġux awtorizzazzjoni.
(5) Trasportatur stabbilit f’Malta jista’ jwettaq vjaġġi lokali fi
Stat tal-Ftehim, u trasportatur stabbilit fi Stat tal-Ftehim jista’
jwettaq dawk il-vjaġġi f’Malta. Dawk is-servizzi huma maħsuba
għall-passiġġieri mhux residenti li jkunu nġarru qabel mill-istess
trasportatur f’servizz internazzjonali okkażjonali u għandhom
jinġarru bl-istess vettura jew vettura oħra mill-istess trasportatur
jew grupp ta’ trasportaturi.
Servizzi regolari 
speċjali.
30. (1) Servizzi regolari speċjali ma jeħtiġux awtorizzazzjoni
oħra speċifika minbarra Liċenzja Komunitarja jekk ikunu koperti
minn kuntratt magħmul bejn l-organizzatur u t-trasportatur.
(2) Kull trasportatur li jiġi mikri jew li jitħallas imsemmi fir-
regolament 26 ikun jista’ jwettaq servizzi regolari speċjali
mingħajr diskriminazzjoni dwar in-nazzjonalità  jew il-post fejn
ikun stabbilit jekk dak it-trasportatur:
14 L.S.65.20 ħ ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR
- ikun awtorizzat fl-Istat tal-Ftehim fejn ikun stabbilit
biex iwettaq il-ġarr permezz ta’ servizzi regolari,
inklużi servizzi regolari speċjali jew servizzi
okkażjonali b’vetturi għat-trasport stradali tal-
passiġġieri;
- ikun jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati skond liġijiet
jew regolamenti fis-seħħ f’Malta jew regolamenti
ekwivalenti fl-Istat tal-Ftehim fejn ikun stabbilit, li
jirregolaw aċċess għas-suq;
- ikun jissodisfa r-rekwiżiti legali u l-livelli ta’ sigurtà
stradali għax-xufiera u l-vetturi.
(3) Kull trasportatur fuq kont personali għandu jiġi permess li
jwettaq servizzi regolari speċjali mingħajr diskriminazzjoni dwar
nazzjonalità  jew post ta’ stabbiliment jekk it-trasportatur imsemmi:
- ikun awtorizzat fil-pajjiż fejn ikun stabbilit biex
iwettaq il-ġarr permezz ta’ vetturi għat-trasport tal-
passiġġieri skond liġijiet jew regolamenti fis-seħħ
f’Malta jew regolamenti ewkivalenti fl-Istat tal-
Ftehim fejn ikun stabbilit li jirregolaw l-aċċess għas-
suq;
- ikun jissodisfa r-rekwiżiti legali u l-livelli ta’ sigurtà
stradali għax-xufiera u l-vetturi.
(4) Vjaġġi vojta li jsiru minn vetturi b’konnessjoni ma’ l-
operazzjonijiet tat-trasport imsemmija fis-subregolamenti (1) u (2)
ma jeħtieġu ebda awtorizzazzjoni.
Servizzi regolari. 31. (1) Passiġgieri li jużaw servizz regolari għandhom matul
il-vjaġġ kollu jkollhom biljetti tat-trasport, individwali jew
kollettivi, li jkunu jindikaw:
- il-postijiet tat-tluq u d-destinazzjoni u, fejn xieraq, il-
vjaġġ tar-ritorn;
- iż-żmien tal-validità  tal-biljett;
- il-prezz tat-trasport.
(2) Dan il-biljett tat-trasport għandu jiġi ppreżentat fuq talba
ta’ kull uffiċjal awtorizzat li jispezzjona.
Awtorizzazzjoni 
għal servizzi 
regolari u servizzi 
regolari speċjali 
mhux liberalizzati.
32. Servizzi regolari u servizzi speċjali regolari mhux koperti
b’kuntratt bejn l-organizzatur u t-trasportatur jeħtieġu
awtorizzazzjoni skond ir-regolamenti 31 sa 40.
Xorta ta’ 
awtorizzazzjoni.
33. (1) L-awtorizzazzjonijiet jinħarġu f’isem it-trasportatur
għal żmien ta’ validità  ta’ ħames snin u għandhom ikunu
jikkonformaw mal-mudell fil-Ħames Skeda.
(2) L-awtorizzazzjonijiet jintitolaw lil kull awtorizzat li jopera
servizzi regolari fit-territorji ta’ l-Istati tal-Ftehim kollha li
minnhom tgħaddi r-rotta tas-servizz, kif ukoll f’Malta.
(3) (a) Trasportatur li jkun ġie awtorizzat jista’, bil-kunsens
ta’ l-Awtorità , jopera s-servizz permezz ta’
sottokuntrattur. F’dan il-każ, l-isem ta’ din l-impriża
ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.20 15
ta’ l-aħħar u r-rwol tagħha bħala sottokuntrattur
għandhom jiġu indikati fl-awtorizzazzjoni.
(b) Is-sottokuntrattur imsemmi fil-paragrafu (a) għandu
jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fir-regolament
26(1).
(ċ) Fil-każ ta’ impriżi assoċjati bl-iskop li joperaw servizz
regolari, l-awtorizzazzjoni tinħareġ f’isem l-impriżi
kollha.
(4) L-operatur ta’ servizz regolari jista’ juża vetturi
addizzjonali biex ikopri sitwazzjonijiet temporanji u eċċezzjonali.
F’dak il-każ, it-trasportatur għandu jaċċerta li d-dokumenti li ġejjin
jinġarru fuq dawn il-vetturi addizzjonali:
- kopja ta’ l-awtorizzazzjoni tas-servizz regolari,
- kopja tal-kuntratt bejn it-trasportatur li jopera s-
servizz regolari u l-impriża li tipprovdi l-vetturi
addizzjonali jew dokument ekwivalenti,
- kopja vera attestata tal-Liċenzja Komunitarja maħruġa
lit-trasportatur li jopera s-servizz regolari.
Preżentazzjoni ta’ 
applikazzjonijiet 
għall-
awtorizzazzjoni.
34. (1) L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ servizzi
regolari li jibdew f’Malta għandhom jikkonformaw mas-Sitt Skeda.
Proċedura ta’ 
awtorizzazzjoni.
(2) L-awtorizzazzjonijiet jinħarġu bi ftehim ma’ l-awtoritajiet
ta’ l-Istati tal-Ftehim kollha li fit-territorju tagħhom jitilgħu jew
jinżlu l-passiġġieri.
Għeluq ta’ 
awtorizzazzjoni.
35. (1) Awtorizzazzjoni għal servizz regolari tagħlaq fi tmiem
iż-żmien ta’ validità  tagħha jew tliet xhur wara li l-Awtorità  tirċievi
mingħand l-awtorizzat avviż li jkun bi ħsiebu jirtira s-servizz. Dan
l-avviż għandu jagħti dikjarazzjoni xierqa tar-raġunijiet.
(2) Fejn it-talba għal servizz m’għadhiex teżisti, iż-żmien
imsemmi fis-subregolament (1) jitnaqqas għal xahar.
(3) L-awtorizzat għandu javża lill-utenti tas-servizz in
kwistjoni dwar l-irtirar tiegħu xahar qabel, permezz ta’
pubblikazzjoni fil-Gazzetta.
Dmirijiet tat-
trasportaturi.
36. (1) Salv fil-każ ta’ forza maġġuri t-trasportatur li jopera s-
servizz regolari għandu, sakemm tagħlaq l-awtorizzazzjoni, jieħu l-
passi kollha biex jiggarantixxi servizz ta’ trasport li jissodisfa l-
livelli ta’ kontinwità , regolarità  u kapaċità  u jikkonforma mal-
kundizzjonijiet l-oħra kif stabbiliti mill-Awtorità  skond ir-
regolament 30(3).
(2) It-trasportatur għandu juri r-rotta tas-servizz, il-postijiet
tat-twaqqif, l-iskeda, in-nolijiet, u l-kundizzjonijiet għat-trasbord
diment li dawn m’humiex diġà  mitluba fil-liġi, u b’mod li jiġi
żgurat li din l-informazzjoni tista’ tiġi mgħoddija malajr lill-utenti.
Formola tal-vjaġġ.
ikunu koperti minn formola tal-vjaġġ, li r-rekwiżiti tagħha huma
stabbiliti fis-Seba’ Skeda.
16 L.S.65.20 ħ ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR
(2) Trasportatur li jopera servizzi okkażjonali għandu jimla
formola tal-vjaġġ qabel kull vjaġġ.
Operazzjonijiet ta’ 
trasport fuq akkont 
personali.
38. (1) Operazzjonijiet ta’ trasport stradali tal-passiġġieri fuq
akkont personali huma eżenti minn kull sistema ta’ awtorizzazzjoni
iżda huma soġġetti għal sistema ta’ ċertifikati.
(2) Dawk iċ-ċertifikati jinħarġu mill-Awtorità  meta l-vettura
tkun reġistrata f’Malta u jkunu validi għat-tul tal-vjaġġ kollu
inkluż it-transitu, sa massimu ta’ ħames snin. Għandhom
jikkonformaw mal-mudell li hemm fit-Tmien Skeda.
(3) Iċ-ċertifikat jew kopja vera attestata għandha tinġarr
abbord il-vettura u tiġi ppreżentata kull meta din tintalab minn
uffiċjal awtorizzat li jispezzjona.
Tiġi provduta 
evidenza ta’ 
konformità .
39. L-impriżi li jitolbu ċertifikat għandhom jipprovdu lill-
Awtorità  bi prova li l-kundizzjonijiet stipulati fit-tifsira ta’
''operazzjonijiet ta’ trasport fuq kont personali'' jkunu ntlaħqu.
Disposizzjoni 
transitorja.
40. Awtorizzazzjonijiet għal servizzi eżistenti fid-data tad-dħul
fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti għandhom jibqgħu validi sakemm
dawn jiskadu safejn is-servizzi in kwistjoni jibqgħu soġġetti għal
awtorizzazzjoni.
Aċċess għas-suq f’pajjiżi oħrajn
Aċċess għas-suq. 41. L-Awtorità  għandha tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-
aċċess għas-suq f’pajjiżi li magħhom Malta għandha pattijiet ta’
ftehim bilaterali minbarra l-Istati tal-Ftehim, u bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ dawk il-pattijiet.
Aċċess għas-Suq Nazzjonali minn Trasportaturi Mhux Residenti 
Stabbiliti fl-Istati tal-Ftehim (Kabotaġġ)
Operazzjonijiet 
temporanji ta’ 
kabotaġġ.
42. Trasportatur b’kiri jew bi ħlas li għandu Liċenza
Komunitarja huwa intitolat, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti
f’dawn ir-regolamenti, li jwettaq operazzjonijiet ta’ kabotaġġ fuq
bażi temporanja f’Malta, mingħajr ma jkollu uffiċċju reġistrat jew
xi stabbiliment ieħor f’Malta.
Servizzi 
awtorizzati.
43. (1) Operazzjonijiet ta’ trasport b’kabotaġġ huma permessi
f’Malta għas-servizzi li ġejjin:
(a) servizzi regolari speċjali sakemm dawn ikunu koperti
minn kuntratt bejn l-organizzatur u t-trasportatur;
(b) servizzi okkażjonali.
(2) Operazzjonijiet ta’ trasport b’kabotaġġ għal servizzi
regolari m’humiex awtorizzati f’Malta.
Operazzjonijiet ta’ 
kabotaġġ soġġetti 
għal-liġijiet 
Maltin.
44. (1) It-twettieq ta’ l-operazzjonijiet ta’ trasport b’kabotaġġ
f’Malta msemmija fir-regolament 42 huma soġġetti għal-liġijiet,
regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ f’Malta
f’dawn l-oqsma li ġejjin:
(i) ir-rati u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-kuntratt
tat-trasport;
(ii) il-piżijiet u l-qisien ta’ vetturi tat-triq li
għandhom jissodisfaw il-kuodizzjonijiet tar-
regolamenti li jirregolaw il-piżijiet, tagħmir u
ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.20 17
qisien ta’ vetturi bil-mutur;
(iii) rekwiżiti dwar il-ġarr ta’ xi kategoriji ta’
persuni, bħal tfal ta’ l-iskola, tfal u persuni
neqsin mill-mobbilità ;
(iv) ħinijiet ta’ sewqan u ta’ mistrieħ;
(v) VAT (Taxxa dwar il-Valur Miżjud) fuq is-
servizzi tat-trasport.
Il-liċenza għandha 
tinġarr abbord il-
vettura.
45. Il-Liċenza Komunitarja jew kopja vera attestata tagħha
għandha tinżamm abbord il-vettura u tiġi ppreżentata meta din
tintalab minn uffiċjal awtorizzat li jispezzjona.
Dokumenti ta’ 
kontroll - formoli 
tal-vjaġġ għal 
operazzjonijiet 
okkażjonali ta’ 
kabotaġġ.
46. Operazzjonijiet ta’ trasport b’kabotaġġ bħala servizzi
okkażjonali għandhom ikunu koperti minn dokument ta’ kontroll -
il-formola tal-vjaġġ fis-Seba’ Skeda -li għandu jinżamm abbord il-
vettura u jiġi ppreżentat meta dan jintalab minn uffiċjal awtorizzat
li jispezzjona.
Dokument ta’ 
kontroll.
47. F’każ ta’ servizzi regolari speċjali, il-kuntratt konkluż bejn
it-trasportatur u l-organizzatur tat-trasport, jew kopja vera attestata
tal-kuntratt, għandu jservi bħala dokument ta’ kontroll. Iżda l-
formola tal-vjaġġ għandha timtela bħala dikjarazzjoni ta’ kull
xahar.
Formoli tal-vjaġġ.
skond il-proċeduri li hija tistabbilixxi.
Penali.
tista’ timponi penali fuq trasportaturi mhux residenti li jkunu kisru
dawn ir-regolamenti jew xi liġijiet jew regolamenti oħra li jkunu
fis-seħħ f’Malta f’każ ta’ operazzjoni tat-trasport b’kabotaġġ.
(2) (a) Il-penali msemmija fis-subregolament (1) jistgħu fost
l-oħrajn ikunu jikkonsistu f’avviż jew, f’każ ta’ xi ksur
serju ripetut, fi projbizzjoni temporanja fuq
operazzjonijiet tat-trasport b’kabotaġġ f’Malta meta l-
ksur ikun sar f’Malta.
(b) Meta tiġi ppreżentata Liċenza Komunitarja falsifikata,
awtorizzazzjoni falsifikata jew kopja vera ċertifikata
ta’ dawn iffalsifikata, id-dokument iffalsifikat għandu
jiġi rtirat minnufih u, skond ma jkun adatt, jintbagħat
mill-aktar fis possibbli lill-awtorità  kompetenti ta’ l-
Istat fejn it-trasportatur ikun stabbilit.
(ċ) Kull penali imposta mill-Awtorità  tista’ testendi għall-
irtirar ta’ l-awtorizzazzjoni li jwettaq il-professjoni ta’
operatur tat-trasport stradali tal-passiġġieri.
(3) L-Awtorità  tista’ wkoll, taħt liġijiet nazzjonali, tħarrek lit-
trasportatur reġistrat f’Malta involut quddiem qorti jew tribunal
kompetenti.
TAQSIMA V
SPEZZJONIJIET
Ġenerali.
għandhom jinġarru fuq il-vettura u jiġu ppreżentati fuq talba ta’
18 L.S.65.20 ħ ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR
uffiċjal awtorizzat li jispezzjona. Fil-każ ta’ servizzi regolari
speċjali, il-kuntratt jew kopja vera attestata tiegħu jistgħu jservu
bħala dokument ta’ kontroll.
(2) Trasportaturi li joperaw kowċijiet u xarabanks fit-trasport
internazzjonali tal-passiġġieri għandhom jippermettu l-
ispezzjonijiet kollha maħsuba biex jiġi aċċertat illi l-operazzjonijiet
qed jitmexxew tajjeb, partikolarment dwar ħinijiet ta’ sewqan u ta’
mistrieħ. Sabiex tiġi aċċertata l-konformità  ma’ dawn ir-
regolamenti, l-uffiċjali awtorizzati li jispezzjonaw għandhom il-
poter li:
(a) jeżaminaw il-kotba u dokumentazzjoni oħra dwar l-
operazzjoni ta’ l-impriża tat-trasport;
(b) jagħmlu kopji ta’, jew jieħdu estratti mill-kotba u d-
dokumentazzjoni fuq il-post;
(ċ) ikollhom aċċess għall-postijiet, siti u vetturi kollha ta’
l-impriża;
(d) jitolbu li tiġi ppreżentata kull informazzjoni fil-kotba,
dokumentazzjoni jew databases.
Spezzjonijiet fil-
ġenb tat-toroq u 
fuq il-mol.
51. L-Awtorità  għandha tispezzjona dwar jekk l-operatur tat-
trasport stradali internazzjonali tal-passiġġieri jkunx qed
jikkonforma ruħu billi jsirulu spezzjonijiet b’sorpriża fuq il-moll,
mat-triq jew fil-post ta’ l-impriża.
Elementi ta’ l-
ispezzjonijiet.
52. L-ispezzjonijiet fuq il-moll jew mat-triq għandhom
ikopru-
(a) ħinijiet ta’ sewqan ta’ kuljum, ħinijiet ta’ mistrieħ ta’
kuljum, waqfiet
(b) l-aħħar ħin ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa (fejn dan ikun
adatt);
(ċ) rekwiżiti tekniċi tar-regolamenti li jirregolaw il-
piżijiet, tagħmir u qisien ta’ vetturi bil-mutur;
(d) kotba jew dokumentazzjoni dwar awtorizzazzjoni ta’
vjaġġi.
Spezzjonijiet fil-
post.
53. L-ispezzjonijiet għandhom ukoll isiru fil-post ta’ impriżi
tat-trasport stradali internazzjonali tal-passiġġieri stabbiliti
f’Malta. Minbarra l-ispezzjonijiet fir-regolament 50(2), dawn il-
verifiki jinkludu dan li ġej:
(a) ħinijiet tal-mistrieħ ta’ kull ġimgħa u ħinijiet tas-
sewqan bejn dawn il-ħinijiet tal-mistrieħ,
(b) limitazzjoni tal-ħinijiet tas-sewqan kull ġimagħtejn;
(ċ) kumpens għall-ħinijiet tal-mistrieħ ta’ kuljum jew ta’
kull ġimgħa mnaqqsa;
(d) l-użu ta’ record sheets u, jew l-organizzazzjoni tal-
ħinijiet tax-xogħol tax-xufiera.
Spezzjonijiet 
b’talba ta’ l-
Awtorità .
54. Għall-għanijiet imwaqqfa f’dawn ir-regolamenti, il-verifiki
mwettqa abbażi ta’ dokumenti rilevanti mogħtija minn impriżi fuq
talba ta’ l-Awtorità  għandu jkollhom l-istess status daqs
ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.20 19
spezzjonijiet imwettqa fil-post ta’ l-impriżi.
20 L.S.65.20 ħ ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 8)
IL-PARTI I
TRASPORTATUR LI JOPERA BĦALA NEGOZJANT WAĦDU/FI SĦUBIJA
RAPPORT TA’ L-ACCOUNTANT
1. Aħna ħejjejna, mingħajr ma wettaqna verifika, rendikont ta’ l -affarijiet f’
........................ (data) mir-reġistri tal-kontijiet ta’ ............................ minn issa
msejjaħ bħala ''d-ditta'', li għandha l-indirizz kummerċjali f’.....................................
....................................... u minn informazzjoni u spjegazzjonijiet provduti lilna.
2. Meta għamilna dan ir-rapport ikkunsidrajna r-rendikont ta’ l-affarijiet mhux
ivverifikati, imsemmi fuq u, partikolarment, l-ammonti u informazzjoni oħra inklużi
f’dak ir-rendikont ta’ l-affarijiet dwar:
i. fondi disponibbli, inklużi kontanti fil-banek u faċilitajiet ta’
overdraft u ta’ self;
ii. assi, inkluża proprjetà , disponibbli biex jipprovdu garanziji;
iii. spejjeż, inklużi spejjeż tax-xiri jew ħlas inizjali għal vetturi,
postijiet, impjanti u tagħmir; u
iv. kapital għall-operazzjoni.
3. Aħna nikkonfermaw illi r-rendikont mhux ivverifikat ta’ l-affarijiet tad-ditta
f’...................... (data) juri Assi Totali nieqsa Debiti Totali ta’ Lm .............
f’............... .. (data) li, abbażi ta’ l-applikazzjoni għal-liċenzja għal ....... vetturi (bl-
użu ta’ rata ta’ skambju ta’ Euros 1.00 = Lm 0.40), Lm .............. jeċċedu Lm 3,600
għall-ewwel vettura u Lm 2,000 għal kull vettura addizzjonali li għandha tiġi
awtorizzata għall-użu skond il-Liċenza ta’ Operatur tat-Trasport ta’ Passiġġieri tad-
ditta.
Ditta ta’ Accountants: .........................................
Indirizz: ................................................................................................................
Firma ta’ l-Awditur/Accountant: ..........................................
Data: .....................................
i.e. Persuna kkwalifikata skond l-Att dwar il-Kumpanniji jew Accountant magħruf
mill-Ministru responsabbli għat-trasport.
ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.20 21
IL-PARTI 2
TRASPORTATUR LI JOPERA BĦALA KUMPANNIJA B’RESPONSABBILTÀ  
LIMITATA
RAPPORT TA’ L-ACCOUNTANT
l. Aħna vverifikajna skond l-istandards tal-verifiki r-rendikonti finanzjarji ta’
.........................................., minn issa msejħa bħala ''l-kumpannija'' li għandha
uffiċċju rreġistrat f’........................................................................ għat-terminu/
sena li ntemmet f’................................... (data).
2. Ir-rapport tal-verifika tagħna fuq dawk ir-rendikonti finanzjarji kien
mingħajr kwalifika.
JEW
Ir-rapport tal-verifika tagħna fuq dawn ir-rendikonti finanzjarji, li kien
ikkwalifikat, kien kif ġej:
3. Meta għamilna dan ir-rapport ikkunsidrajna r-rendikonti finanzjarji
msemmija ħawn fuq u, partikolarment, 1-1-ammonti u informazzjoni oħra inklużi
f’dawk ir-rendikonti finanzjarji, dwar:
i. fondi disponibbli, inklużi kontanti fil-banek u faċilitajiet ta’
overdraft u ta’ self;
ii. assi, inkluża proprjetà , disponibbli biex jipprovdu garanziji;
iii. spejjeż, inklużi spejjeż tax-xiri jew ħlas inizjali għal vetturi,
postijiet, impjanti u tagħmir; u
iv. kapital għall-operazzjoni.
4. Aħna nikkonfermaw illi l-balance sheet verifikata tal-kumpannija
f’................. (data) turi Kapital u Riservi ta’ Lm ............ li, abbażi tal-liċenza għal
......... vetturi (bl-użu ta’ rata ta’ skambju ta’ Euros 1.00 = Lm 0.40), Lm ..............
jeċċedu Lm3,600 għall-ewwel vettura u Lm2,000 għal kull vettura addizzjonali li
għandha tiġi awtorizzata għall-użu skond il-Liċenza ta’ Operatur tat-Trasport tal-
Passiġġieri tal-kumpannija
Ditta ta’ Accountants ........................................................
Indirizz: ................................................................................................................
Firma ta’ l-Awditur/Accountant: .....................................................
Data: .....................................
i.e. Persuna kkwalifikata skond l-Att dwar il-Kumpanniji jew Accountant magħruf
mill-Ministru responsabbli għat-trasport.
22 L.S.65.20 ħ ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 9)
IL-PARTI 1
ĊERTIFIKAT TA’ KOMPETENZA PROFESSJONALI
MALTA
(Karta ħoxna kannella - Format: DIN A4) (Test bil-Malti jew bl-Ingliż)
M Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta
ĊERTIFIKAT TA’ KOMPETENZA PROFESSJONALI FIT-TRASPORT 
STRADALI TA’ PASSIĠĠIERI NAZZJONALI ġ U INTERNAZZJONALIħ  (1)
Aħna, l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta, b’dan niċċertifikaw:
(a) li (2) ............................................................................................................
imwieled/a f’ .............................................. f’ .....................................................
għadda/iet mit-testijiet ta’ l-eżami (sena:......................; sessjoni: .................. ) (3)
organizzat għall-għotja taċ-ċertifikat ta’ kompetenza professjonali fit-trasport ta’
passiġġieri nazzjonali ġ u internazzjonaliħ  (1) skond ir-Regolamenti dwar il-Ġarr
Stradali ta’ Passiġġieri bil-Vetturi bil-Mutur.
(b) li l-persuna msemmija f’(a) hi kkwalifikata li taħdem f’kapaċità
professjonali f’impriża responsabbli għat-trasport stradali ta’ passiġġieri:
- involuta biss fit-trasport nazzjonali (1),
- involuta fit-trasport internazzjonali (1).
Maħruġ f’ ..................................., f’ ..................................
..................................................
Timbru ta’ l-Awtorità  u
firma tar-Rappreżentant Awtorizzat
(1) Ħassar fejn xieraq.
(2) Kunjom u l-ewwel ismijiet, post u data tat-twelid.
(3) Identifikazzjoni ta’ l-eżami.
Dan iċ-ċertifikat jikkostitwixxi prova suffiċjenti ta’ kompetenza professjonali
msemmija fir-regolament 9 tar-Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali ta’ Passiġġieri
bil-Vetturi bil-Mutur
ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.20 23
IL-PARTI 2
ELENKU TA’ SUĠĠETTI MSEMMIJA FIR-REGOLAMENT 9
L-għarfien li għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni għall-għarfien uffiċjali ta’
kompetenza professjonali mill-Awtorità  għandu jkopri mill-anqas is-suġġetti
elenkati hawn taħt għat-trasport ta’ passiġġieri rispettivament. Dwar dawn is-
suġġetti, operaturi applikanti tat-trasport stradali ta’ passiġġieri għandu jkollhom il-
livelli ta’ għarfien u kapaċità  prattika meħtieġa għall-ġestjoni ta’ impriża tat-
trasport.
A. Liġi Ċivili
L-applikant għandu, partikolarment:
1. ikun familjari mat-tipi ewlenin ta’ kuntratt użati fit-trasport stradali, u mad-
drittijiet u d-dmirijiet li jirriżultaw minnhom;
2. ikun kapaċi li jinnegozja kuntratt tat-trasport legalment validu, notevolment
dwar kondizzjonijiet tal-ġarr;
3. ikun jista’ jikkunsidra talba mill-prinċipal tiegħu rigward kumpens għal telf
ta’ jew ħsara għal beni matul it-trasportazzjoni jew għal konsenja tard, u jifhem kif
tali talba tista’ teffettwa r-responsabbiltà  kuntrattwali tiegħu;
4. ikun jista’ jikkunsidra talba mill-prinċipal tiegħu rigward kumpens għal
inġurja lill-passiġġieri jew ħsara għall-bagalji kkawżati minn aċċident waqt it-
trasport, jew dwar kumpens għal dewmien, u jifhem kif tali talba tista’ teffettwa r-
responsabbiltà  kuntrattwali tiegħu.
B. Liġi Kummerċjali
L-applikant għandu, partikolarment:
1. ikun familjari mal-kondizzjonijiet u l-formalitajiet stabbiliti għat-twettiq
tan-negozju, id-dmirijiet inkombenti fuq l-operaturi tat-trasport (reġistrazzjoni, li
jinżammu r-records, eċċ), u l-konsegwenzi tal-falliment;
2. ikollu għarfien xieraq tal-forom varji ta’ kumpanniji kummerċjali u r-regoli
li jiggvernaw il-kostituzzjoni u l-operat tagħhom.
Ċ. Liġi Soċjali
L-applikant għandu, partikolarment:
1. ikun familjari mar-rwol u l-funzjoni ta’ l-istituzzjonijiet soċjali varji li huma
ikkonċernati mit-trasport stradali (trade unions, kunsilli tax-xogħol, shop stewards,
spetturi tax-xogħol, eċċ.);
2. ikun familjari ma’ l-obbligi ta’ min jimpjega dwar sigurtà  soċjali;
3. ikun familjari mar-regoli li jiggvernaw kuntratti ta’ appalt għall-kategoriji
differenti ta’ ħaddiema impjegati minn impriżi tat-trasport fuq l-art (forma tal-
kuntratti, dmirijiet tal-partijiet, kondizzjonijiet tax-xogħol u sigħat tax-xogħol,
vaganzi mħallsa, remunerazzjoni, ksur tal-kuntratt, eċċ.);
4. ikun familjari mad-disposizzjonijiet tar-Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali
tal-Passiġġieri bil-Vetturi bil-Mutur u r-Regolamenti dwar il-Piżijiet, Dimensjonijiet
u Tagħmir tal-Vetturi bil-Mutur u l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni ta’
dawn ir-Regolamenti.
D. Liġi Fiskali
L-applikant għandu, partikolarment, ikun familjari mar-regoli li jiggvernaw:
l. VAT fuq servizzi tat-trasport;
24 L.S.65.20 ħ ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR
2. taxxa fuq vetturi bil-mutur;
3. it-taxxi fuq xi vetturi tal-ġarr tal-merkanzija u n-nolijiet u tariffi għall-utenti
ta’ l-infrastruttura;
4. taxxa fuq id-dħul.
E. Ġestjoni negozjali u finanzjarja ta’ l-impriża
L-applikant għandu, partikolarment:
1. ikun familjari mal-liġijiet u l-prattiki dwar l-użu ta’ ċekkijiet, kambjali,
promissory notes, karti tal-kreditu u mezzi jew metodi oħra tal-ħlas;
2. ikun familjari mal-forom varji ta’ kreditu (kreditu mal-bank, kreditu
dokumentarju, depożiti ta’ garanzija, mortgages, kera, lokazzjoni, factoring, eċċ.) u
mat-tariffi u d-dmirijiet li jirriżultaw minnhom;
3. ikun jaf x’inhi balance sheet, kif tkun imqassma u kif jinterpretaha;
4. ikun jaf jaqra u jinterpreta kont ta’ qligħ u telf;
5. ikun jaf jevalwa l-profittabbiltà  ta’ l-impriża u l-pożizzjoni finanzjarja
tagħha, partikolarment abbażi ta’ proporzjonijiet finanzjarji
6. ikun jista’ jħejji budget;
7. ikun familjari ma’ l-elementi ta’ spejjeż (spejjeż fissi, spejjeż varjabbli,
kapital ta’ l-operat, deprezzament, eċċ) ta’ l-impriża tiegħu, u jkun kapaċi jikkalkola
l-ispejjeż ta’ kull vettura għal kull kilometru, kull vjaġġ jew kull tunnellata;
8. ikun jista’ jagħmel pjan ta’ l-organizzazzjoni dwar il-ħaddiema ta’ l-impriża
kollha u li jorganizza pjani tax-xogħol, eċċ.;
9. ikun familjari mal-prinċipji tan-negozjar, pubbliċità  u relazzjonijiet
pubbliċi, inkluża l-promozzjoni tal-bejgħ ta’ servizzi tat-traspou u t-tħejjija tal-files
tal-klijenti, eċċ.;
10. ikun familjari mat-tipi differenti ta’ assikurazzjoni dwar trasport stradali
(responsabbiltà , assikurazzjoni dwar ħsara fil-ġisem jew mewt aċċidentali,
assikurazzjoni mhux dwar ħajja u tal-bagalji) u mal-garanziji u d-dmirijiet li
jirriżultaw minnhom;
11. ikun familjari ma’ l-applikazzjonijiet tat-trasmissjoni ta’ l-informazzjoni
(data) elettronika fit-trasport stradali;
12. ikun jista’ japplika r-regoli li jirregolaw nolijiet u l-għemil ta’ prezzijiet fit-
trasport tal-passiġġieri privat u pubbliku;
13. ikun jista’ japplika r-regoli li jiggvernaw il-fatturar tas-servizzi tat-trasport
stradali tal-passiġġieri.
F. Aċċess għas-suq
L-applikant għandu, partikolarment:
1. ikun familjari mar-regolamenti tax-xogħol li jirregolaw trasport stradali
b’kiri jew b’kumpens, kiri tal-vetturi industrijali u subkuntrattar, u partikolarment ir-
regoli li jirregolaw l-organizzazzjoni uffiċjali ta’ l-okkupazzjoni, ammissjoni għall-
okkupazzjoni, awtorizzazzjoni għal operazzjonijiet tat-trasport fuq l-art intra- u
extra-Komunitarji, spezzjonijiet u sanzjonijiet;
2. ikun familjari mar-regoli biex jistabbilixxi impriża għat-trasport stradali;
3. ikun familjari mad-dokumenti varji meħtieġa għall-operazzjoni ta’ servizzi
tat-trasport fuq l-art u jkun kapaċi li jintroduċi proċeduri ta’ verifika biex jaċċerta li
ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.20 25
d-dokumenti approvati dwar kull operazzjoni tat-trasport, u partikolarment dawk
dwar il-vettura, ix-xufier, il-merkanzija u l-bagalji jinżammu kemm fil-vettura kif
ukoll fil-post ta’ l-impriża;
4. ikun familjari mar-regoli dwar l-organizzazzjoni tas-suq fit-trasport stradali
ta’ passiġġieri;
5. ikun familjari mar-regoli għall-introduzzjoni ta’ servizzi tat-trasport stradali
ta’ passiġġieri u jkun jista’ jagħmel pjani tat-trasport.
G. Livelli tekniċi u aspetti ta’ l-operat
L-applikant għandu, partikolarment:
1. ikun familjari mar-regoli dwar il-piżijiet u l-qisien tal-vetturi fl-Istati tal-
Ftehim u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti f’każ ta' tagħbijiet mhux normali li
jikkostitwixxu eċċezzjoni għal dawn ir-regoli;
2. ikun jista’ jagħżel vetturi u l-komponenti tagħhom (chassis, makna, sistema
ta’ trasmissjoni, sistema ta’ brejkijiet, eċċ.) skond il-ħtiġiet ta’ l-impriża;
3. ikun familjari mal-formalitajiet dwar approvazzjoni dwar tip, reġistrazzjoni
u spezzjoni teknika ta’ dawn il-vetturi;
4. jifhem liema passi għandhom jittieħdu biex jitnaqqas l-istorbju u
jikkombatti l-inkwinament ta’ l-arja minn emissjonijiet ta’ l-exhaust tal-vetturi bil-
mutur;
5. ikun jista’ jħejji pjani għal manutenzjoni perijodika għall-vetturi u t-tagħmir
tagħhom.
H. Sigurtà  fit-triq
L-applikant għandu, partikolarment:
1. ikun jaf liema kwalifiki huma meħtieġa għax-xufiera (liċenza tas-sewqan,
ċertifikati mediċi, ċertifikati tas-saħħa, eċċ.);
2. ikun jista’ jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li x-xufiera jikkonformaw
mar-regoli tat-traffiku, projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fis-seħħ fi Stati tal-Ftehim
differenti (limiti tal-veloċità , prjoritajiet, restrizzjonjiet dwar mistennija u
parkeġġjar, użu tad-dwal, sinjali tat-toroq, eċċ.);
3. ikun jista’ jfassal istruzzjonijiet għas-sewwieqa biex jivverifikaw il-
konformità  tagħħom mar-rekwiżiti tas-sigurtà  dwar il-kondizzjoni tal-vetturi, it-
tagħmir u t-tagħbija tagħhom, u dwar miżuri preventivi li għandhom jittieħdu;
4. ikun jista’ jistabbilixxi proċeduri li għandhom jiġu segwiti f’każ ta’ aċċident
u jimplimenta proċeduri xierqa biex jipprevjeni s-seħħ mill-ġdid ta’ aċċidenti jew
reati serji tat-traffiku;
5. ikollu għarfien elementari tal-forma tal-pjan tat-toroq fl-Istati tal-Ftehim.
L-ORGANIZZAZZJONI TA’ L-EŻAMI
1. L-Awtorità  għandha torganizza eżami obbligatorju bil-miktub li jista’ jiġi
ssupplimentat minn eżami orali mhux obbligatorju biex tistabbilixxi jekk operaturi
applikanti tat-trasport fit-toroq ikunux akkwistaw il-livell meħtieġ ta’ għarfien fis-
suġġetti elenkati il-Parti 1, partikolarment il-kapaċità  tagħhom li jużaw l-istrumenti
u t-tekniki relatati magħhom u li jwettqu d-dmirijiet korrispondenti eżekuttivi u
koordinattivi.
(a) L-eżami obbligatorju bil-miktub għandu jinvolvi żewġ testijiet, u ċjoè :
- mistoqsijiet bil-miktub li jikkonsistu jew f’mistoqsijiet bil-
26 L.S.65.20 ħ ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR
multiple choice (kull waħda bi tweġiba waħda tajba possibbli
minn erbgħa), mistoqsijiet li jirrikjedu tweġiba diretta, jew
kombinazzjoni taż-żewġ sistemi,
- eżerċizzji bil-miktub u studji ta’ każi.
It-tul minimu ta' kull test hu ta' sagħtejn.
(b) Fejn jiġi organizzat eżami orali, l-Awtorità  tista’ tistipula li l-
parteċipazzjoni hi b’kondizzjoni li l-eżami bil-miktub ikun intemm
b’suċċess.
2.1 Fejn l-Awtorità  torganizza wkoll eżami orali, għandha tipprovdi, dwar kull
wieħed mit-tliet testijiet, għal piż ta’ marki ta’ mhux anqas minn 25% u mhux aktar
minn 40% tat-total tal-marki li għandhom jingħataw.
2.2 Fejn l-Awtorità  torganizza biss eżami bil-miktub, għandha tipprovdi, dwar
kull test, għal piż ta’ marki ta’ mhux anqas minn 40% u mhux aktar minn 60% tat-
total tal-marki li għandhom jingħataw.
3. Dwar it-testijiet kollha, l-applikanti għandhom jiksbu medja ta’ mhux anqas
minn 60% tat-total tal-marki li għandhom jingħataw, u f’kull test jiksbu mhux anqas
minn 50% tat-total tal-marki possibbli. F’test wieħed biss, l-Awtorità  tista’ tnaqqas
dik il-marka minn 50% għal 40%.
ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.20 27
IT-TIELET SKEDA
(Regolament 15)
TAĦRIĠ MINIMU MEĦTIEĠ GĦALL-GĦOTI TA’ ĊERTIFIKAT TA’ 
KOMPETENZA PROFESSJONALI GĦAL XUFIERA INTERNAZZJONALI
FIL-ĠARR TA’ PASSIĠĠIERI
It-taħriġ li jwassal għall-għoti ta’ ċertifikat ta’ kompetenza professjonali għandu
jinkludi ta’ l-anqas is-suġġetti li ġejjin, sa fejn dawn m’humiex diġà  koperti minn
taħriġ għal liċenza tas-sewqan skond ir-Regolamenti dwar il-Liċenzi tas-Sewqan tal-
Vetturi bil-Mutur.
1. Għarfien tal-binja u l-partijiet komponenti ewlenin ta’ vettura:
1.1. Għarfien tal-binja u l-ħidma ta’:
- makni interni ta’ kombustjoni,
- sistemi ta’ lubrikazzjoni u tkessiħ
- is-sistema tal-karburanti
- is-sistema elettrika,
- is-sistema ta’ injizzjoni
- is-sistema ta’ trasmissjoni (clutch, gearbox, eċċ.)
1.2. Għarfien ġenerali ta’ lubrikazzjoni u protezzjoni antifreeze
1.3. Għarfien tal-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu waqt it-tneħħija u s-
sostituzzjoni tar-roti
1.4. Għarfien tal-bini, attrezzar, użu korrett u kura tat-tyres
1.5. Għarfien tat-tipi, l-operat, partijiet ewlenin, konnessjoni, użu u
manutenzjoni ta’ kuljum tat-tagħmir tal-brejkijiet u għarfien ta’ coupling systems
1.6. Għarfien ta’ metodi ta’ sejba ta’ raġunijiet ta’ breakdowns
1.7. Għarfien ta’ kif jissewwew breakdowns żgħar bl-għajnuna ta’ tagħmir
korrett
1.8. Għarfien ġenerali ta’ manutenzjoni preventiva ta’ vetturi u tiswijiet kurrenti
meħtieġa
2. Għarfien ġenerali ta’ proċeduri tat-trasport u amministrattivi
2.1. Abbiltà  ġenerali u għarfien ġeografiku suffiċjenti biex juża mapep tat-toroq
u l-indiċijiet tagħhom
2.2. L-użu ekonomiku tal-vetturi
2.3. Għarfien tal-passi li għandhom jittieħdu f’każ ta’ aċċident jew ġrajja simili
(eż. nar) dwar assikurazzjoni tal-vettura
2.4. Għarfien tal-leġislazzjoni li tgħodd għax-xufiera tal-vetturi tat-trasport tal-
passiġġieri
2.5. Għarfien tar-responsabbiltà  tax-xufiera dwar il-ġarr tal-passiġġieri
2.6. Għarfien ta’ dokumenti tal-vetturi u tat-trasport meħtieġa bħall-ġarr
nazzjonali u internazzjonali tal-passiġġieri.
3. Esperjenza ta’ sewqan ta’ vetturi tal-passiġġieri
3.1. Esperjenza prattika tas-sewqan u manuvrar ta’ xarabanks jew kowċijiet
28 L.S.65.20 ħ ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR
IR-RABA’ SKEDA
(Regolament 26)
KOMUNITÀ  EWROPEA
(a)
(B’saħħtu, blu - DIN A4)
(L-ewwel paġna tal-liċenza)
(Test bl-Ingliż jew bil-Malti)
LIĊENZA NRU. ...............
Għall-ġarr internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank
b’kiri jew b’kumpens
Min għandu din il-liċenza .....................................................................................
(isem jew isem kummerċjali sħiħ tat-trasportatur)
hu awtorizzat li jwettaq ġarr stradali internazzjonali tal-passiġġieri b’kiri jew
b’kumpens fit-territorju tal-Komunita  skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-
Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali tal-Passiġġieri bil-Vetturi bil-Mutur u skond id-
disposizzjonijiet ġenerali tal-liċenza.
Kummenti:
..............................................................................................................................
..............................................................................................................................
Din il-liċenza hi valida minn .......................................... sa ..................................
Maħruġa f’ .................................................................. f’ .....................................
..................................................
Firma u timbru ta’ l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta
M Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta
ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.20 29
IL-ĦAMES SKEDA
(Regolament 33)
AWTORIZZAZZJONIJIET GĦAL SERVIZZI REGOLARI U SERVIZZI 
REGOLARI SPEĊJALI
(L-ewwel paġna ta’ Awtorizzazzjoni Nru ......)
MALTA (M)Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta
AWTORIZZAZZJONI Nru ......
Għal servizz regolari (1) għal servizz regolari speċjali mhux liberalizzat
B’vetturi tat-trasport ta’ passiġġieri skond ir-regolament 26 et seq
Lil: ................................................................................. (Kunjom, isem jew isem
kummerċjali tat-trasportatur jew it-trasportatur ġestitur f’każ ta’ assoċjazzjoni ta’
impriżi)
Indirizz: .......................................... Tel. u fax: ..............................................
Isem, indirizz, numri tat-telefon u l-fax ta’ assoċjati jew membri ta’ l-
assoċjazzjoni ta’ impriżi (pool) u subkuntratturi:
(1) .....................................................................................................................
(2) .....................................................................................................................
(3) .....................................................................................................................
(4) .....................................................................................................................
(5) .....................................................................................................................
Lista annessa, jekk xieraq .....................................................................................
Data ta’ meta tagħlaq l-awtorizzazzjoni: ...............................................................
.................................................... (Post u data tal-ħruġ)
.....................................................
(Timbru ta’ l-Awtorità  u firma tar-rappreżentant awtorizzat)
(1) Ħassar fejn xieraq
30 L.S.65.20 ħ ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR
(It-tieni paġna ta’ awtorizzazzjoni Nru ......)
1. Rotta:
(a) Post tat-tluq tas-servizz: ........................................................................
(b) Post tad-destinazzjoni tas-servizz: .........................................................
(ċ) Itinerarju prinċipali, bil-postijiet tal-ġbir u tniżżil tal-passiġġieri
sottolineati:
..............................................................................................................
..............................................................................................................
..............................................................................................................
2. Perijodi ta’ ħidma: .......................................................................................
3. Frekwenza: ..................................................................................................
4. Skeda: .........................................................................................................
5. Servizz regolari speċjali:
- Kategorija ta’ passiġġieri: .....................................................................
6. Kondizzjonijiet jew punti speċjali oħrajn:
.....................................................................................................................
.....................................................................................................................
.....................................................................................................................
.....................................................................................................................
...........................
(Timbru ta’ l-Awtorità )
ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.20 31
(It-tielet paġna ta’ l-awtorizzazzjoni)
Avviż importanti
1. Din l-awtorizzazzjoni hi valida għall-vjaġġ sħiħ. Ma tistax tintuża ħlief
minn parti li isimha jidher fuqha.
2. L-awtorizzazzjoni jew kopja vera attestata mill-awtorità  li ħarġitha għandha
tinżamm fuq il-vettura għal kemm idum il-vjaġġ u tiġi ppreżentata lil uffiċjali ta’
infurzar meta jitolbuha.
3. Kopja vera attestata tal-Liċenza Komunitarja għandha tinżamm fuq il-
vettura.
32 L.S.65.20 ħ ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR
IS-SITT SKEDA
(Regolament 34)
APPLIKAZZJONI GĦALL-AWTORIZZAZZJONI GĦAL SERVIZZI REGOLARI 
APPLIKAZZJONI:
BIEX JINBEDA SERVIZZ REGOLARI
BIEX JlNBEDA SERVIZZ REGOLARI SPEĊJALI
BIEX TIĠĠEDDED AWTORIZZAZZJONI GĦAL SERVIZZ
(Immarka kif xieraq)
imwettaq minn vetturi għat-trasport ta’ passiġġieri skond
ir-Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali tal-Passiġġieri bil-Vetturi bil-Mutur
lil: Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta
1. Kunjom u isem jew isem kummerċjali ta’ l-applikant u, meta jkun xieraq, it-
trasportatur ġestitur f’każ ta’ assoċjazzjoni (pool):
.....................................................................................................................
2. Servizz(i) mwettqa (immarka kif xieraq):
minn intrapriża bħala membru ta’ assoċjazzjoni (pool) bħala subkuntrattur
3. Ismijiet u indirizzi tat-trasportatur, trasportaturi assoċjati jew subkuntratturi:
3.1 .................................................................... tel. ....................................
3.2 .................................................................... tel. ....................................
3.3 .................................................................... tel. ....................................
3.4 .................................................................... tel. ....................................
Indika f’kull każ jekk membru ta’ assoċjazzjoni jew subkuntrattur. Waħħal lista
jekk applikabbli.
ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.20 33
(It-tieni paġna ta’ l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jew tiġdid
ta’ l-awtorizzazzjoni)
4. F’każ ta’ servizz regolari speċjali:
 4.1. Kategorija ta’ passiġġieri: ....................................................................
5. Durata ta’ l-awtorizzazzjoni mitluba jew id-data meta jintemm is-servizz:
6. Rotta prinċipali tas-servizz (inkludi l-postijiet fejn jinġabru l-passiġġieri):
7. Perijodu ta’ l-operat:
8. Frekwenza (kuljum, kull ġimgħa, eċċ.): ........................................................
9. Nolijiet: ............................................................................... Anness miżjud
10. Inkludi skeda tas-sewqan biex tista’ tiġi vverifikata l-konformità  ma’
leġislazzjoni relevanti dwar perijodi ta’ sewqan u ta’ mistrieħ
11. Numru ta’ awtorizzazzjonijiet jew kopji ta’ awtorizzazzjonijiet mitluba (1):
12. Informazzjoni oħra:
13. ......................................... ................................................
(Post u data)  (Firma ta’ l-applikant)
(1) L-attenzjoni ta’ l-applikant hi miġbuda lejn il-fatt li, minħabba li l-
awtorizzazzjoni trid tinżamm fuq il-vettura, in-numru ta’ awtorizzazzjonijiet li l-
applikant għandu jkollu għandu jikkorrispondi man-numru ta’ vetturi meħtieġa għat-
twettiq tas-servizz mitlub fl-istess ħin.
34 L.S.65.20 ħ ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR
(It-tielet paġna ta’ l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jew tiġdid
ta’ l-awtorizzazzjoni)
Avviż importanti
1. Is-segwenti għandhom jiġu annessi ma’ l-applikazzjoni, fejn xieraq:
(a) l-iskeda;
(b) rati ta’ nolijiet;
(ċ) kopja vera attestata tal-Liċenza Komunitarja għall-ġarr internazzjonali
stradali tal-passiġġieri b’kiri jew b’kumpens;
(d) informazzjoni dwar it-tip u l-volum tas-servizz li l-applikant qed
jippjana li jipprovdi f’każ ta’ servizz ġdid, jew li ġie provdut f’każ ta’
tiġdid ta’ l-awtorizzazzjoni;
(e) mappa fuq skala xierqa li fuqha hemm immarkati r-rotta u l-postijiet tal-
waqfien li fihom jitilgħu jew jinżlu l-passiġġieri;
(f) skeda tas-sewqan li tippermetti verifika tal-konformità  mal-
leġislazzjoni rilevanti dwar perijodi tas-sewqan u tal-mistrieħ.
2. L-applikanti għandhom jipprovdu informazzjoni oħra li tappoġġa l-
applikazzjoni tagħhom li huma jikkunsidraw rilevanti jew li tintalab mill-Awtorità .
3. Ir-Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali tal-Passiġġieri bil-Vetturi bil-Mutur
jagħmlu dawn is-servizzi soġġetti għal awtorizzazzjoni:
(a) servizzi regolari, servizzi li jipprovdu għall-ġarr tal-passiġġieri
f’intervalli speċifikati fuq rotot speċifikati, u l-passiġġieri jitilgħu u
jinżlu f’postijiet tal-waqfien predeterminati. Is-servizzi regolari
għandhom ikunu miftuħa għal kulħadd, bla ħsara, fejn xieraq, għal
riserva obbligatorja. In-natura regolari tas-servizz mhix effettwata bl-
ebda aġġustament għall-kondizzjonijiet ta’ l-operat tas-servizz;
(b) servizzi regolari speċjali li m’humiex koperti minn kuntratt bejn l-
organizzatur u t-trasportatur. Is-servizzi, organizzati minn kull persuna,
li jipprovdu għall-ġarr ta’ kategoriji speċifikati ta’ persuni u li jeskludu
passiġġieri oħrajn sa fejn dawn is-servizzi huma operati taħt il-
kondizzjonijiet ta’ servizzi regolari, jitqiesu bħala servizzi regolari.
Dawn is-servizzi minn hawn ’il quddiem jissejħu "servizzi regolari
speċjali". Servizzi regolari speċiali jinkludu:
(i) il-ġarr tal-passiġġieri bejn id-dar u x-xogħol;
(ii) il-ġarr sa u mill-istituzzjoni edukattiva għat-tfal ta’ l-iskola u
studenti;
(iii) il-ġarr tas-suldati u l-familji tagħhom bejn 1-Istat ta’ oriġini
tagħhom u ż-żona tal-kwartier tagħhom.
Il-fatt li servizz regolari speċjali jista’ jiġi varjat skond il-ħtiġiet ta’ l-utenti
ma jeffettwax il-klassifika tiegħu bħala servizz regolari speċjali.
4. L-applikazzjoni għandha ssir lill-Awtorità  meta s-servizz jitlaq minn Malta.
5. L-itwal żmien ta’ validità  ta’ l-awtorizzazzjoni hu ta’ ħames snin.
ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.20 35
IS-SEBA’ SKEDA
(Regolament 38)
FORMOLA TAL-VJAĠĠ GĦAL SERVIZZI OKKAŻJONALI
1. Il-formoli tal-vjaġġ għandħom ikunu f’kotba ta’ 25 formola skond il-
formola hawn taħt, duplikati u li jistgħu jinqalgħu. Kull ktieb għandu jkollu numru.
Il-formoli għandhom ikunu wkoll enumerati minn 1 sa 25. Il-qoxra tal-ktieb għandha
tkun skond il-forma hawn taħt. Għandhom ikunu fl-isem tat-trasportatur u m’humiex
trasferibbli.
2. L-Awtorità  għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tadatta dawn ir-
rekwiżiti għall-ipproċessar bil-kompjuter tal-formoli tal-vjaġġ.
3. (1) Il-formola tal-vjaġġ għandha timtela b’mod leġibbli, b’ittri li ma
jitħassrux, duplikatament, jew mit-trasportatur jew mix-xufier għal kull vjaġġ qabel
it-tluq. Għandha tkun valida għall-vjaġġ kollu.
(2) Il-kopja ta’ fuq tal-formola tal-vjaġġ għandha tinżamm fil-vettura għall-
vjaġġ kollu li tirreferi għalih. Għandha tinżamm kopja fl-uffiċċju rreġistrat tal-
kumpannija.
(3) It-trasportatur hu responsabbli li jżomm il-formoli tal-vjaġġ.
4. Fil-każ ta’ servizz internazzjonali okkażjonali pprovdut minn grupp ta’
trasportaturi li jaġixxu għall-istess kuntrattur, u li jista’ jinkludi l-passiġġieri li
jagħmlu konnessjoni en route ma’ trasportatur mill-istess grupp, l-oriġinali tal-
formola tal-vjaġġ għandha tinżamm fuq il-vettura li qed twettaq is-servizz. Kopja
tal-formola għandha tinżamm fil-bażi ta’ kull trasportatur.
5. (1) Kopji tal-formoli tal-vjaġġ użati bħala dokumenti ta’ kontroll għal
servizzi okkażjonali b’kabotaġġ skond ir-regolament 26 għandhom jintraddu mit-
trasportatur lill-awtorità  jew aġenzija kompetenti fil-pajjiż fejn hu stabbilit skond il-
proċeduri stabbiliti minn dik l-awtorità  jew aġenzija.
(2) Fil-każ ta’ servizzi regolari speċjali b’kabotaġġ skond ir-regolament 30, il-
formola tal-vjaġġ għandha timtela bħala rendikont ta’ kull xahar u tintradd mit-
trasportatur lill-awtorità  jew aġenzija kompetenti fl-Istat tal-Ftehim fejn ikun
stabbilit skond il-proċeduri stabbiliti minn dik l-awtorità  jew aġenzija.
6. Il-formola tal-vjaġġ tippermetti lill-utenti reġistrat f’Malta, fil-kuntest ta’
servizz internazzjonali okkażjonali, li jwettaq eskursjonijiet lokali fi Stat tal-Ftehim,
jew trasportatur reġistrat fi Stat tal-Ftehim li jwettaq eskursjonijiet lokali f’Malta,
skond il-kondizzjonijiet imniżżla fit-tieni paragrafu tar-regolament 19. L-
eskursjonijiet lokali għandhom jiddaħħlu fil-formoli tal-vjaġġ qabel it-tluq tal-
vettura fl-eskursjoni in kwistjoni. L-oriġinali tal-formola tal-vjaġġ għandha tinżamm
fuq il-vettura matul l-eskursjoni lokali kollu.
7. Id-dokument ta’ kontroll għandu jiġi ppreżentat lil uffiċjal ta’ infurzar meta
mitlub minnu.
36 L.S.65.20 ħ ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR
FORMOLA TAL-VJAĠĠ GĦAL SERVIZZI OKKAŻJONALI
ANNESS I
ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.20 37
Ktieb ta1 formoli tal-vjaġġ
Malta (M) Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta
KTIEB Nru ..........
tal-formoli tal-vjaġġ:
(a) għal servizzi internazzjonali okkażjonali b’vetturi għas-servizz tat-trasport
ta’ passiġġieri maħruġ skond ir-Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali tal-Passiġġieri
bil-Vetturi bil-Mutur.
(b) għal servizzi okkażjonali b’vetturi għat-trasport ta’ passiġġieri b’kabotaġġ
imwettqa fi Stat tal-Ftehim, maħruġ abbażi tar-Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali
tal-Passiġġieri bil-Vetturi bil-Mutur.
lil: ..................................................................................
(Kunjom u isem jew isem kummerċjali tat-trasportatur)
..................................................................................
..................................................................................
..................................................................................
(Indirizz sħiħ, u numri tat-telefon u tal-fax)
........................................ ..................................................
(Post u data tal-ħruġ) (Firma u timbru ta’ l-Awtorità )
38 L.S.65.20 ħ ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR
It-tieni paġna
Avviż importanti
A. DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI KEMM GĦAL SERVIZZI
INTERNAZZJONALI OKKAŻJONALI U SERVIZZI OKKAŻJONALI
B’KABOTAĠĠ
1. Ir-Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali tal-Passiġġieri bil-Vetturi bil-Mutur
jirrikjedu li s-servizzi okkażjonali jiġu koperti minn dokument ta’ kontroll - formola
tal-vjaġġ.
2. Ir-Regolamenti jiddefinixxu s-servizzi okkażjonali bħala servizzi "li ma
jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ servizzi regolari, inklużi s-servizzi regolari speċjali,
u li l-karatteristika ewlenija tagħhom hi li jġorru gruppi ffurmati abbażi ta’ l-
inizjattiva tal-klijent jew it-trasportatur innifsu; dawn is-servizzi ma jieqfux milli
jkunu servizz okkażjonali sempliċiment għaliex jiġu pprovduti f’intervalli
speċifikati".
Servizzi regolari huma servizzi li jipprovdu għall-ġarr ta’ passiġġieri
b’vetturi għat-trasport tal-passiġġieri f’intervalli speċifikati f’rotot speċifikati, u l-
passiġġieri jitilgħu u jinżlu f’postijiet ta’ waqfien determinati minn qabel. Is-
servizzi regolari għandhom ikunu miftuħa għal kulħadd, bla ħsara, fejn xieraq, għal
riserva obbligatorja.
Ix-xorta regolari tas-servizz m’għandha tkun effettwata bl-ebda aġġustament
għall-kondizzjonijiet ta’ l-operat tas-servizz.
Is-servizzi, organizzati minn kull persuna, li jipprovdu għall-ġarr ta’
kategoriji speċifikati ta’ persuni u li jeskludu passiġġieri oħrajn, sa fejn dawn is-
servizzi huma operati taħt il-kondizzjonijiet ta’ servizz regolari, jitqiesu bħala
servizzi regolari. Dawn is-servizzi jissejħu "servizzi regolari speċjali".
Servizzi regolari speċjali jinkludu:
(a) il-ġarr tal-passiġġieri bejn id-dar u x-xogħol;
(b) il-ġarr sa u mill-istituzzjoni edukattiva għat-tfal ta’ l-iskola u studenti;
(ċ) il-ġarr tas-suldati u l-familji tagħhom bejn l-Istat ta’ oriġini tagħhom u
ż-żona tal-kwartier tagħhom.
Il-fatt li servizz regolari speċjali jista’ jiġi varjat skond il-ħtiġiet ta’ l-utenti
ma jolqotx il-klassifika tiegħu bħala servizz regolari speċjali.
3. Il-formola tal-vjaġġ għandha tkun valida għat-tul tal-vjaġġ kollu.
4. Il-Liċenza Komunitarja u l-formola tal-vjaġġ jintitolaw lill-persuna li
twettaq:
(a) servizzi internazzjonali okkażjonali b’vetturi tat-trasport tal-passiġġieri
bejn Malta u Stat tal-Ftehim wieħed jew aktar;
(b) servizzi okkażjonali b’kabotaġġ fi Stat tal-Ftehim, jew f’Malta jekk hu
mhux residenti f’Malta.
5. Il-formola tal-vjaġġ għandha timtela’ duplikatament, jew mit-trasportatur
jew mix-xufier għal kull vjaġġ qabel it-tluq. Għandha tkun valida għall-vjaġġ kollu.
Il-kopja ta’ fuq tal-formola tal-vjaġġ għandha tinżamm fil-vettura għall-vjaġġ kollu
li tirriferi għalih. Il-kopja tal-formola tal-vjaġġ tinżamm fl-impriża. Ix-xufier għandu
jżomm l-oriġinali abbord il-vettura matul il-vjaġġ kollu u jippreżentaha meta jintalab
biex jagħmel dan minn uffiċjali ta’ l-infurzar.
6. Ix-xufier għandu jrodd il-formola tal-vjaġġ lill-intrapriża li kkonsenjatha fit-
ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.20 39
tmiem tal-vjaġġ in kwistjoni. It-trasportatur hu responsabbli li jżomm id-dokumenti.
Għandhom jimtlew b’mod leġibbli u li ma jitħassarx.
40 L.S.65.20 ħ ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR
It-Tielet Paġna
B. DISPOSIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAL SERVIZZI INTERNAZZJONALI
OKKAŻONALI
1. Ir-Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali tal-Passiġġieri bil-Vetturi bil-Mutur
jirrekjedu li l-organizzazzjoni ta’ servizzi paralleli jew temporanji komparabbli ma’
servizzi regolari eżistenti u li jservu l-istess klijentela bħal din ta’ l-aħħar ma
jirrikjedux awtorizzazzjoni.
2. It trasportaturi jistgħu jwettqu eskursjonijiet lokali fi Stat tal-Ftehim, jew
f’Malta jekk m’humiex residenti f’Malta, fil-każ ta’ servizzi internazzjonali
okkażjonali. Dawn l-eskursjonijiet lokali huma maħsuba esklużivament għal
passiġġieri li m’humiex residenti f’Malta fil-kuntest ta’ servizz internazzjonali
okkażjonali. Għandhom jiġu ttrasportati qabel fl-istess vettura jew vettura li
tappartjeni għall-istess trasportatur jew grupp ta’ trasportaturi.
3. Fil-każ ta’ eskursjonijiet lokali, il-formola tal-vjaġġ għandha timtela qabel
it-tluq tal-vettura fl-eskursjoni in kwistjoni.
4. Fil-każ ta’ servizz internazzjonali okkażjonali operat minn grupp ta’
trasportaturi li jaġixxu għall-istess klijent u possibbilment fejn il-passiġġieri
jagħmlu konnessjoni matul ir-rotta ma’ trasportatur ta’ l-istess grupp, l-oriġinal tal-
formola tal-vjaġġ għandu jinżamm fuq il-vettura li qed twettaq is-servizz. Kopja tal-
formola tal-vjaġġ għandha tinżamm fil-bażi ta’ kull trasportatur involut.
Ċ. DISPOSIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAL SERVIZZI OKKAŻJONALI
B’KABOTAĠĠ
1. Servizzi okkażjonali b’kabotaġġ huma soġġetti għal-liġijiet, regolamenti u
miżuri amministrativi fis-seħħ f’Malta fil-kampjijiet li ġejjin:
(a) ir-rati u l-kondizzjonijiet li jiggvernaw il-kuntratt tat-trasport;
(b) piżijiet u dimensjonijiet ta’ vetturi tat-triq għandhom jissoddisfaw il-
kondizzjonijiet tar-Regolamenti dwar il-Piżijiet, Tagħmir u Qisien tal-
Vetturi bil-Mutur;
(ċ) rekwiżiti dwar il-ġarr ta’ xi kategoriji t’' persuni, bħal tfal ta’ l-iskola,
tfal u persuni neqsin mill-mobbiltà ;
(d) perijodi ta’ sewqan u ta’ mistrieħ;
(e) VAT (Taxxa dwar il-Valur Miżjud) fiiq is-servizzi tat-trasport.
2. Il-livelli tekniċi għall-binja u t-tagħmir li għandhom jilhħu l-vetturi użati
għall-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ għandhom jilħqu dawk kollha stabbiliti għal
vetturi li jiċċirkolaw fit-trasport internazzjonali.
3. Fil-każ ta’ servizz okkażjonali b’kabotaġġ, il-formoli tal-vjaġġ għandhom
jintraddu mit-trasportatur lill-Awtorità  skond proċeduri li għandha tistabbilixxi.
4. F’każ ta’ servizz speċjali regolari b’kabotaġġ, il-formoli tal-vjaġġ
għandhom jimtlew fil-forma ta’ rendikont ta’ kull xahar, u jintraddu mit-trasportatur
lill-Awtorità  skond proċeduri li għandha tistabbilixxi.
ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.20 41
IT-TMIEN SKEDA
(Regolament 39)
ĊERTIFIKATI GĦAL SERVIZZI TA’ TRASPORT FUQ KONT PERSONALI
MALTA M Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta
ĊERTIFIKAT
Maħruġ għal operazzjonijiet fuq kont personali bil-kowċ u x-xarabank
bejn Stati tal-Ftehim u Malta
(Parti għall-persuna jew enti li twettaq l-operazzjonijiet ta’ trasport fuq kont
personali)
Il-persuna hawn taħt iffirmata ...............................................................................
responsabbli għall-impriża, korp mingħajr profitt jew oħrajn (iddeskrivi)
..............................................................................................................................
..............................................................................................................................
..............................................................................................................................
..............................................................................................................................
(Kunjom u isem jew isem uffiċjali u indirizz sħiħ)
tattesta li:
- is-servizzi tat-trasport provduti huma mingħajr profitt u m’humiex
kummerċjali,
- it-trasport hu biss attività  anċillari għall-persuna jew enti,
- il-kowċ jew xarabank bin-numru ta’ reġistrazzjoni ...... hu/hi l-proprjetà
tal-persuna jew enti jew ġiet akkwistata minnhom fuq pattijiet differiti,
jew kienet is-suġġett ta’ kuntratt ta’ lokazzjoni fit-tul,
- il-kowċ jew xarabank j/tinsaq minn impjegat tal-persuna jew enti hawn
taħt iffirmata jew mill-persuna hawn taħt iffirmata stess.
(Firma tal-persuna jew rappreżentant ta’ l-entità )
(Parti għall-Awtorità )
Dan jitqies bħala ċertifikat skond it-tifsira fir-regolament 38.
.................................... ..........................................
(Terminu ta’ validità )  (Post u data tal-ħruġ)
................................................
(Firma u timbru ta’ l-Awtorità )
42 L.S.65.20 ħ ĠARR STRADALI TAL-PASSIĠĠIERI B’VETTURI BIL-MUTUR
(It-tieni paġna taċ-ċertifikat)
Disposizzjonijiet Ġenerali
1. Ir-regolament 2 tar-Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali tal-Passiġġieri bil-
Vetturi bil-Mutur jgħid li "operazzjonijiet ta’ trasport fuq kont personali" tfisser
dawk l-operazzjonijiet ta’ trasport ta’ passiġġieri mwettqa għal għanijiet mhux
kummerċjali u mingħajr profitt minn persuna naturali jew legali, sakemm il-
kondizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti:
- l-attività  tat-trasport hi biss anċillari għall-attivitajiet ta’ l-impriża; u
- il-vetturi użati huma l-proprjetà  ta’ dik il-persuna naturali jew legali jew
ġew akkwistati fuq termini differiti jew kienu s-suġġett ta’ kuntratt ta’
lokazzjoni fit-tul u jinstaqu minn impjegat tal-persuna naturali jew
legali jew mill-persuna naturali nnifisha;
2. It-trasportaturi fuq kont personali għandhom liċenza biex iwettqu dan it-tip
ta’ operazzjoni tat-trasport mingħajr diskriminazzjoni minħabba nazzjonalità  jew
post fejn ħuma stabbiliti jekk dawn:
- huma awtorizzati fl-Istat fejn huma stabbiliti li jwettqu trasport bil-
kowċ jew xarabank bil-kondizzjonijiet dwar aċċess għas-suq stabbilit
fil-liġi nazzjonali;
- jilħqu r-rekwiżiti dwar sigurtà  fit-triq dwar il-livelli għax-xufiera u l-
vetturi.
3. L-"operazzjonijiet ta’ trasport fuq kont personali" msemmija fil-punt l huma
eżenti minn awtorizzazzjoni iżda huma soġġetti għal sistema ta’ ċertifikati.
4. Iċ-ċertifikat jintitola lill-persuna twettaq operazzjonijiet ta’ trasport
internazzjonali b’kowċ jew xarabank fuq kont personali. Dan jinħareġ mill-Awtorità
kompetenti ta’ l-Istat tal-Ftehim fejn hi rreġistrata l-vettura u hu validu għall-vjaġġ
kollu, inklużi vjaġġi ta’ transitu.
5. Il-partijiet rilevanti ta’ dan iċ-ċertifikat għandhom jimtlew b’ittri li ma
jitħassrux, għal tliet darbiet, mill-persuna jew rappreżentant ta’ l-enti li tkun qed
twettaq l-operazzjoni. Għandha tinżamm kopja mill-amministrazzjoni u kopja mill-
persuna jew enti. Ix-xufier għandu jżomm l-oriġinal jew kopja vera attestata fuq il-
vettura għall-vjaġġ internazzjonali sħieħ. Għandha tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet
inforzanti meta hekk tintalab. Il-persuna jew enti, kif xieraq, hi responsabbli li
żżomm iċ-ċertifikati.
6. Iċ-ċertifikat hu validu għal mhux aktar minn ħames snin.
