PIŻIJIET, DIMENSJONIJIET U TAGĦMIR
TAL-VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.21 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 65.21
REGOLAMENTI DWAR PIŻIJIET, DIMENSJONIJIET U TAGĦMIR 
TAL-VETTURI
BIL-MUTUR
11 ta’ Lulju, 2003;
1 ta’ Mejju, 2004
L-AVVIŻ LEGALI 162 ta’ l-2003.
TAQSIM TAR-REGOLAMENTI
Regolamenti
Taqsima I Preliminari 1 - 7
Taqsima II  Dimensjonijiet Massimi awtorizzati fit-Traffiku Nazzjonali u
Internazzjonali u l-Piżijiet Massimi Awtorizzati fit-Traffiku
Internazzjonali 8 - 15
Taqsima III  Stallazzjoni u Użu ta’ Tagħmir li jillimta l-Veloċità 16 - 26
Taqsima IV Stallazzjoni u Użu ta’ Recording Equipment (Tachographs) 27 - 51
Disposizzjonijiet Ġenerali 27 - 42
Disposizzjonijiet Speċifiċi għall-Użu ta’ Driver Cards 43 - 51
Taqsima V  Stallazzjoni u Użu ta’ Taximeters 52 - 63
Taqsima VI  Tread Depth Minimu tat-Tyres 64 - 66
Taqsima VII  Stallazzjoni u Użu ta’ Bus Ticketing Machines 67 - 72
Taqsima VIII  Reati u Pieni 73
SKEDI
L-Ewwel Skeda Piżijiet u dimensjonijiet massimi ġenerali u karatteristiċi relatati tal-vetturi
It-Tieni Skeda Piżijiet u dimensjonijiet massimi għal vetturi tat-trasport tal-passiġġieri
reġistrati f’Malta u użati esklużivament f’Malta
It-Tielet Skeda Pjanċa dwar dimensjonijiet
Ir-Raba’ Skeda Vetturi eżenti mir-rekwiżit li jistallaw ir-recording equipment
Il-Ħames Skeda Proċeduri għall-verifika u spezzjoni tar-recording equipment
2 L.S.65.21 ħ
PIŻIJIET, DIMENSJONIJIET U TAGĦMIR
TAL-VETTURI BIL-MUTUR
TAQSIMA I
PRELIMINARI
Titolu. 1. It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti dwar il-
Piżijiet, Dimensjonijiet u Tagħmir tal-Vetturi bil-Mutur.
Tifsiriet. 2. F’dawn ir-regolamenti, sakemm ir-rabta tal-kliem ma
tkunx teħtieġ xort’oħra:
''advanced recording equipment'' tfisser apparat ta’ reġistrazzjoni
mgħammar b’card readers biex jidħlu fihom driver memory cards,
printer integrat jew separat, strumenti ta’ wirja u faċilitajiet għad-
downloading tad-data memory skond ir-rekwiżiti li għandha
tistabbilixxi l-Awtorità ;
''articulated bus'' tfisser xarabank li tikkonsisti f’żewġ taqsimiet
riġidi mwaħħlin flimkien permezz ta’ articulated section. Fuq dan
it-tip ta’ vettura l-kompartimenti tal-passiġġieri f’kull waħda miż-
żewġ taqsimiet riġidi għandhom jikkomunikaw bejniethom. It-
taqsima artikolata għandha tippermetti ċ-ċaqliq liberu tal-
vjaġġaturi bejn it-taqsimiet riġidi. Konnessjoni u diskonnessjoni
taż-żewġ taqsimiet għandha tkun possibbli biss f’workshop;
''articulated vehicle'' tfisser kombinazzjoni ta’ vettura li timxi
mekkanikament (minbarra biċikletta) u vettura li tinġibed,
imwaħħla permezz ta’ superimpożizzjoni parzjali, u mibnija u
mwaħħla b’tali mod li mhux inqas minn 20 fil-mija tal-piż tal-
vettura miġbuda tinġarr mill-vettura li timxi mekkanikament;
Kap. 332.
''Awtorità '' tfisser l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta kif
stabbilita bl-artikolu 3 ta’ l-Att dwar l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’
Malta;
''bus'' tfisser vettura b’iktar minn disa’ sedili inkluż is-sedil tax-
xufier, mibnijia u mgħammra biex iġġor il-passiġġieri u l-valiġġ i
tagħhom;
''data memory'' tfisser electronic storage system mibnija fir-
recording equipment, kapaċi li taħżen għall-inqas 356 jum tal-
kalendarju mir-recording equipment. Il-memorja għandha tiġi
protetta b’tali mod li jiġi mrażżan aċċess mhux awtorizzat għal u
manipolazzjoni tad-data, u biex tiskopri attentati dwar dan;
''dimensjonijiet massimi awtorizzati'' tfisser id-dimensjonijiet
massimi għall-użu tal-vettura, kif stabbilit fl-Ewwel u t-Tieni
Skeda;
''driver card'' (bil-memorja) tfisser tagħmir li jista’ jinqala’ għat-
trasferiment u ħażna ta’ l-informazzjoni allokat mill-awtoritajiet ta’
l-Istati tal-Ftehim għal kull individwu għall-għanijiet ta’
identifikazzjoni tax-xufier u għall-ħażna ta’ data essenzjali. Il-
format u speċifikazzjonijiet tekniċi tad-driver card (bil-memorja)
għandhom jilħqu r-rekwiżiti li għandhom jiġi stabbiliti mill-
Awtorità ;
''ftehim'' tfisser ftehim bejn gruppi ta’ stati, li għalih Malta tkun
parti, li reċiprokament jagħti liċ-ċittadini ta’ dawn l-istati jew lid-
dependenti tagħhom id-dritt li jidħlu, jibqgħu u jirresjedu fil- u
jitilqu mill-pajjiż ta’ dak l-Istat, li jiċċaqilqu bla tfixkil f’dawn l-
PIŻIJIET, DIMENSJONIJIET U TAGĦMIR
TAL-VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.21 3
istati għal tali żmien li jista’ jiġi stabbilit fil-ftehim u li jaħdmu jew
iwaqqfu, jipprovdu jew jirċievu servizzi fihom; u ''Stat tal-Ftehim''
u ''ċittadin ta’ Stat tal-Ftehim'' jinftiehmu b’dan il-mod; u fejn Stat
huwa parti għal tali ftehim bla ħsara għal modifiki u adattamenti,
ċittadin ta’ Stat tal-Ftehim huwa soġġett għal dawk il-modifiki jew
adattamenti li jistgħu jiġu preskritti;
''impriża'' tfisser persuna naturali, persuna legali, kemm jekk
għall-profitt jew le, assoċjazzjoni jew grupp ta’ persuni mingħajr
personalità  legali, kemm jekk għall-profitt kemm le, jew korp
uffiċjali, kemm jekk għandu l-personalità  legali tiegħu jew le
dipendenti fuq awtorità  li għandha tali personalità ;
''kanali ewlenin'' tfisser il-kanali wesgħin fil-parti ċentrali tat-
tread surface, li jkopri xi tliet kwarti tal-wesgħa tat-tread surface;
''kombinazzjoni ta’ vetturi tfisser:
- jew road train li tikkonsisti f’vettura bil-mutur
ikkombinata ma’ trailer; jew
- articulated vehicle li tikkonsisti f’vettura bil-mutur
ikkombinata ma’ semi-trailer;
''Ministru'' tfisser il-Ministru responsabbli għat-trasport f’Malta;
''p.g.v.'' tfisser piż gross tal-vettura;
''piż gross tal-vettura'' tfisser il-piż fuq it-triq speċifikat mill-
fabbrikant bħala l-kapaċità  ta’ piż massimu maħsuba għall-vettura,
u dan il-piż jikkonsisti fil-piż ikkombinat tal-vettura, it-tagħbija
massima speċifikata, ix-xufier u t-tank mimli karburanti;
''piż massimu awtorizzat'' tfisser il-piż massimu għall-użu ta’
vettura mgħobbija, kif stabbilit fl-Ewwel u t-Tieni Skeda;
''piż massimu tal-fus'' tfisser il-piż massimu ta’ fus mgħobbi jew
grupp ta’ fisien, kif stabbilit fl-Ewwel u t-Tieni Skeda;
''residenza normali'' tfisser il-post fejn persuna tgħix
abitwalment, għal mill-inqas 185 jum f’kull sena kalendarja,
minħabba rabtiet personali jew okkupazzjonali, jew fil-każ ta’
persuna bl-ebda rabta okkupazzjonali, minħabba rabtiet personali li
juru rabtiet mill-qrib bejn dik il-persuna u l-post fejn tkun qed
tgħix. Iżda, ir-residenza normali ta’ persuna li r-rabtiet
okkupazzjonali tagħha huma f’post differenti mir-rabtiet personali
u konsegwentement tgħix f’postijiet differenti minn ħin għall-
ieħor, f’żewġ Stati tal-Ftehim jew aktar, titqies bħala l-post tar-
rabtiet personali tagħha, jekk il-persuna tmur lura hemmhekk
regolarment. Din l-aħħar kondizzjoni m’għandhiex għalfejn
tintlaħaq fejn persuna tgħix fi Stat tal-Ftehim sabiex twettaq xogħol
għal żmien definit. L-attendenza f’università  jew skola ma
timplikax teħid ta’ residenza normali;
''recording equipment'' jew ''tachograph'' tfisser it-tagħmir totali
maħsub għall-istallazzjoni fil-vetturi tat-toroq biex juri, jirreġistra
u jaħżen awtomatikament jew semi-awtomatikament dettalji dwar
iċ-ċaqliq ta’ dawn il-vetturi u ta’ xi perijodi ta’ ħidma tax-xufiera
tagħhom;
''scheduled bus service'' tfisser is-servizz tax-xarabank nazzjonali
4 L.S.65.21 ħ
PIŻIJIET, DIMENSJONIJIET U TAGĦMIR
TAL-VETTURI BIL-MUTUR
regolari awtorizzat mill-Awtorità ;
''semi-trailer'' tfisser trailer mingħajr fus ta’ quddiem
ikkombinat b’tali mod li parti sostanzjali mill-piż tiegħu u l-piż tat-
tagħbija tiegħu jinġarru mit-tractor jew vettura bil-mutur;
''tachograph card'' tfisser smart card jew attrezzatura simili
maħsuba għall-użu ma’ recording equipment. Tippermetti għall-
identifikazzjoni mir-recording equipment ta’ l-identità  (jew grupp
ta’ identitajiet) tal-persuna li għandha l-card u tippermetti t-
trasferiment u l-ħażna tad-data;
''tagħmir li jillimita l-veloċità '' tfisser tagħmir li l-funzjoni
primarja tiegħu hi li jikkontrolla d-dħul tal-fuel fil-makna sabiex
jillimita l-veloċità  tal-vettura għall-valur speċifikat;
''tractor'' tfisser vettura li timxi weħidha mekkanikament li
tiċċirkola fit-triq, minbarra vettura li timxi fuq il-binarji, u
maħsuba b’mod speċjali biex tiġbed, timbotta jew iċċaqlaq trailers,
semi-trailers, implementi jew makni;
''trailer'' tfisser kull vettura maħsuba li tiġi kkombinata ma’
vettura bil-mutur jew tractor;
L.S. 65.18
''triq pubblika'' tfisser toroq nazzjonali, arterjali, distributorji, ta’
aċċess u ta’ aċċess lokali kif definit fir-Regolamenti dwar il-Vetturi
bil-Mutur (Liċenzi tas-Sewqan);
''tunnellata'' tfisser il-piż esegwit mill-piż ta’ tunnellata u
tikkorrispondi għal 9,8 kilonewtons (kN);
''vettura bil-mutur'' tfisser kull vettura li timxi weħidha
mekkanikament li tiċċirkola fit-triq, minbarra vettura li timxi fuq
binarji;
''workshop jew fitter card'' tfisser tachograph card maħruġa mill-
Awtorità  lil fabbrikant tar-recording equipment, fitter, fabbrikant
tal-vetturi jew workshop, approvat mill-Awtorità .
Klassifikazzjoni ta’ 
vetturi tal-
passiġġieri.
3. Il-vetturi tal-passiġġieri għandhom jiġu kklassifikati fil-
kategoriji li ġejjin:
KATEGORIJA M
Vetturi għall-ġarr tal-passiġġieri u li għandhom erba’ roti
jew inqas, jew tliet roti u piż massimu ta’ aktar minn 1.0 tunnellata
p.g.v.:
- M1 - Vetturi li jġorru l-passiġġieri sa massimu ta’ 8
sedili (eskluż ix-xufier);
- M2 - Vetturi li jġorru l-passiġġieri b’aktar minn 8
sedili (eskluż ix-xufier) u li għandhom piż massimu
mhux aktar minn 5.0 tunnellati p.g.v;
- M3 - Vetturi li jġorru l-passiġġieri b’aktar minn 8
sedili (eskluż ix-xufier) u li għandhom piż massimu ta’
aktar minn 5.0 tunnellati p.g.v.
PIŻIJIET, DIMENSJONIJIET U TAGĦMIR
TAL-VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.21 5
Klassifikazzjoni ta’ 
vetturi tal-
merkanzija.
4. Il-vetturi tal-merkanzija għandhom jiġu kklassifikati fil-
kategoriji li ġejjin:
KATEGORIJA N
Vetturi għall-ġarr tal-merkanzija u li għandhom erba’ roti jew
inqas, jew tliet roti u piż massimu ta’ aktar minn 1.0 tunnellata
p.g.v.:
- N1 - Vetturi tal-merkanzija b’piż massimu mhux aktar
minn 3.5 tunnellati p.g.v.;
- N2 - Vetturi tal-merkanzija b’piż massimu ta’ aktar
minn 3.5 tunnellati iżda mhux aktar minn 12.0-il
tunnellata p.g.v.;
- N3 - Vetturi tal-merkanzija b’piż massimu ta’ aktar
minn 12.0-il tunnellata p.g.v.
Klassifikazzjoni ta’ 
trailers.
5. Il-trailers għandhom jiġu klassifikati kif ġej:
KATEGORIJA O
Trailers (li jinkludu s-semi-trailers)
- O1 - Trailers li l-piż tagħhom ma jeċċedix 0.75
tunnellata p.g.v.;
- O2 - Trailers bil-piż massimu aktar minn 0.75
tunnellata iżda mhux aktar minn 3.5 tunnellati p.g.v.;
- O3 - Trailers bil-piż massimu aktar minn 3.5 tunnellati
iżda mhux aktar minn 10.0 tunnellati p.g.v.;
- O4 - Trailers bil-piż massimu aktar minn 10.0
tunnellati p.g.v.
Konflitt.
L.S. 65.11
6. Jekk xi ħaġa f’dawn ir-regolamenti m’hix konsistenti jew
tikkonfliġġi mar-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur, dawn ir-
regolamenti għandhom jipprevalu u sa’ l-estent ta’ dawn l-
inkonsistenzi jew konflitti, ir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-
Mutur, jitqiesu nulli u mingħajr effett.
Tħassir.
Statutarji).
TAQSIMA II
DIMENSJONIJIET MASSIMI AWTORIZZATI FIT-TRAFFIKU 
NAZZJONALI U INTERNAZZJONALI U L-PIŻIJIET MASSIMI 
AWTORIZZATI FIT-TRAFFIKU INTERNAZZJONALI
Vetturi tal-
merkanzija u 
trailers.
8. Vetturi tal-merkanzija fil-kategoriji N2 u N3 u l-kategoriji
tagħhom fil-kategoriji O3 u O4 reġistrati f’Malta għandhom
jikkonformaw mal-valuri ta’ limitu fl-Ewwel Skeda.
Konformità  ma’ 
ħtiġiet ta’ l-Ewwel 
Skeda.
9. L-ebda vettura jew kombinazzjoni ta’ vetturi ma għandha
tiġi permessa li tiċċirkola f’Malta għat-trasport nazzjonali tal-
merkanzija f’Malta jekk din ma tkunx tikkonforma mal-
karatteristiċi stabbiliti fil-punti 1.1, 1.2, 1.4 sa 1.8, 4.2 u 4.4 ta’ l-
Ewwel Skeda.
Eċċezzjonijiet.
Awtorità  jista’, f’każi speċjali li għandhom jiġu deċiżi
6 L.S.65.21 ħ
PIŻIJIET, DIMENSJONIJIET U TAGĦMIR
TAL-VETTURI BIL-MUTUR
individwalment, jagħti permess għaċ-ċirkolazzjoni f’Malta ta’
vetturi jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi għat-trasport nazzjonali
tal-merkanzija li ma jkunux jikkonformaw mal-karatteristiċi
stabbiliti fil-1.3, 2, 3, 4.1 u 4.3 ta’ l-Ewwel Skeda.
Vetturi u trailers 
tat-trasport tal-
passiġġieri.
11. Vetturi tat-trasport tal-passiġġieri (kategoriji M2 u M3 u t-
trailers tagħhom fil-kategoriji O3 u O4) ireġistrati fi Stat ieħor u li
jiċċirkolaw temporanjament f’Malta bħala parti minn vjaġġ
internazzjonali jew f’operazzjonijiet b’kabotaġġ għandhom ikunu
jikkonformaw mal-valuri ta’ limitu stabbiliti fl-Ewwel Skeda.
Konformità  ma’ 
ħtiġiet tat-Tieni 
Skeda.
12. Vetturi tat-trasport tal-passiġġieri (kategoriji M2 u M3 u t-
trailers tagħhom fil-kategoriji O3 u O4) reġistrati f’Malta u li
jintużaw esklużivament f’Malta għandhom ikunu jikkonformaw
mal-limiti stabbiliti għall-piżijiet u d-dimensjonijiet li hemm fit-
Tieni Skeda.
Eċċezzjonijiet 
temporanji.
13. Il-Kummissarju tal-Pulizija b’konsultazzjoni ma’ l-
Awtorità  jista’ jippermetti vetturi jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi
li jinkorporaw teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda li ma jistgħux
jikkonformaw ma’ rekwiżit wieħed jew aktar f’dawn ir-regolamenti
biex iwettqu xi operazzjonijiet ta’ trasport lokali għal żmien ta’
prova.
Prova ta’ 
konformità .
14. (1) Vetturi tal-merkanzija u tat-trasport tal-passiġġieri fil-
kategoriji msemmija f’din it-Taqsima li jkunu jikkonformaw ma’
dawn ir-regolamenti għandhom iġorru waħda mill-provi li ġejjin:
(a) kombinazzjoni taż-żewġ pjanċi li ġejjin:
L.S. 427.31
(i) il-''pjanċa tal-fabbrikant'' stabbilita u mwaħħla
skond ir-Regolamenti dwar l-Approvazzjoni
dwar Tip tal-KE tal-Vetturi bl-Mutur,
(ii) il-pjanċa dwar id-dimensjonijiet, skond it-Tielet
Skeda, mwaqqfa u mwaħħla skond dawk l-istess
regolamenti; jew
L.S. 427.31
(b) pjanċa waħda stabbilita u mwaħħla skond ir-
Regolamenti dwar l-Approvazzjoni dwar Tip tal-KE
tal-Vetturi bil-Mutur, li jkun fiha l-informazzjoni fiż-
żewġ pjanċi msemmijin fil-paragrafu (a); jew
(ċ) dokument wieħed maħruġ mill-awtorità  kompetenti ta’
l-Istat tal-Ftehim li fih tkun reġistrata l-vettura jew
tkun bdiet tiċċirkola. Dan id-dokument għandu jkollu
l-istess intestaturi u informazzjoni bħall-pjanċi
msemmija fil-paragrafu (a). Għandu jinżamm f’post
aċċessibbli b’mod faċli għall-ispezzjoni u għandu jiġi
protett b’mod xieraq.
(2) Jekk il-karatteristiċi ta’ vettura reġistrata f’Malta ma
jkunux għadhom jikkorrispondu għal dawk indikati fuq il-prova ta’
konformità  stipulati fis-subregolament (1), l-Awtorità  għandha
tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li tinbidel il-prova tal-
konformità .
(3) Il-pjanċi u d-dokumenti msemmija fis-subregolament (1)
għandhom jiġu magħrufa mill-Awtorità  bħala l-prova tal-
konformità  tal-vettura kontemplata f’dawn ir-regolamenti.
PIŻIJIET, DIMENSJONIJIET U TAGĦMIR
TAL-VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.21 7
Sinjali projbittivi 
tat-toroq 
jipprevalu.
L.S. 65.05
15. Il-limiti tad-dimensjonijiet u l-piżijiet stabbiliti f’din it-
Taqsima ta’ dawn ir-regolamenti li jgħoddu għal vetturi li
jiċċirkolaw fit-triq għandhom jgħoddu mingħajr preġudizzju għal
sinjali projbittivi tat-toroq stabbiliti biex jipproteġu lil xi
infrastutturi tat-toroq li m’humiex xierqa għal vetturi twal u tqal,
minn ħsara skond ir-Regolamenti dwar is-Sinjali tat-Traffiku u l-
Marki tal-Karreġġata.
TAQSIMA III
STALLAZZJONI U UŻU TA’ TAGĦMIR
LI JILLIMITA L-VELOĊITÀ
Applikabbilità .* Din it-Taqsima tgħodd għal vetturi tal-merkanzija fil-
Kategorija N3 u vetturi tat-trasport tal-passiġġieri fil-Kategorija
M3 li huma maħsuba għall-użu fit-triq, li għandhom mill-inqas 4
roti u veloċità  maħsuba li teċċedi 25 kph.
Eċċezzjonijiet.
dawn li ġejjin:
(a) vetturi bil-mutur użati mill-forzi armati, difiża ċivili,
servizzi tan-nar jew servizzi oħra ta’ emerġenza u forzi
responsabbli biex iżommu l-ordni pubbliku;
(b) vetturi bil-mutur li skond il-binja tagħhom ma jistgħux
isuqu aktar mil-limitu kkontemplat fir-regolament 16;
(ċ) vetturi bil-mutur użati għal testijiet xjentifiċi fit-toroq;
(d) vetturi bil-mutur użati biss għal servizzi pubbliċi
f’żoni urbani.
Vetturi tal-
merkanzija N3.
18.* Il-vetturi tal-merkanzija li ġejjin fil-Kategorija N3
għandhom ikunu attrezzati b’tagħmir li jillimita l-veloċità  li jkun
jaħdem għal kollox:
(a) vetturi tal-merkanzija rreġistrati f’Malta biex joperaw
internazzjonalment jew reġistrati fi Stat tal-Ftehim u li
jiċċirkolaw fir-triq;
(b) vetturi tal-merkanzija reġistrati ġodda f’Malta wara l-
31 ta’ Diċembru 2002.
Tagħmir li jillimita 
l-veloċità .
19.* Il-vetturi tal-merkanzija fil-Kategorija N3 rreġistrati
f’Malta bejn l-1 ta’ Jannar 1988 u l-31 ta’ Diċembru 2002
għandhom ikunu attrezzati b’tagħmir li jillimita l-veloċità  li jkun
jaħdem għal kollox mill-1 ta’ Jannar 2006.
Limitazzjoni 
massima tal-
veloċità  għal 
vetturi N3.
20.* Il-limitazzjoni massima tal-veloċità  għall-vetturi tal-
merkanzija msemmija fir-regolamenti 18 u 19 għandha tkun 86 kph
fuq it-tagħmir li jillimita l-veloċità .
Limitazzjoni 
massima tal-
veloċità  għal 
vetturi tal-
merkanzija 
perikoluża.
21.* Il-limitazzjoni massima tal-veloċità  għal vetturi reġistrati u
użati esklużivament f’Malta għall-ġarr ta’ merkanzija perikoluża
għandha tkun 86 kph fuq it-tagħmir li jillimita l-veloċità .
Vetturi tat-trasport 
tal-passiġġieri M3.
22.* Il-vetturi tat-trasport tal-passiġġieri li ġejjin fil-kategorija
*fis-seħħ mill-1 ta’ Mejju, 2004.
8 L.S.65.21 ħ
PIŻIJIET, DIMENSJONIJIET U TAGĦMIR
TAL-VETTURI BIL-MUTUR
M3 għandhom ikunu attrezzati bit-tagħmir li jillimita l-veloċità  li
jaħdem għal kollox:
(a) vetturi tat-trasport tal-passiġġieri reġistrati f’Malta
biex joperaw internazzjonalment jew reġistrati fi Stat
tal-Ftehim u li jiċċirkolaw fir-triq;
(b) vetturi tat-trasport tal-passiġġieri reġistrati ġodda
f’Malta wara l-31 ta’ Diċembru 2002.
Vetturi reġistrati 
bejn l-1988 u l-
2002.
23.* Vetturi tat-trasport tal-passiġġieri fil-Kategorija M3
reġistrati f’Malta bejn l-1 ta’ Jannar 1988 u l-31 ta’ Diċembru 2002
għandhom ikunu attrezzati bit-tagħmir li jillimita l-veloçità li
jaħdem għal kollox mill-1 ta’ Jannar 2006.
Limitazzjoni 
massima tal-
veloċità  għal 
vetturi tat-trasport 
tal-passiġġieri M3.
24.* Il-veloċità  massima għall-vetturi tat-trasport tal-passiġġieri
msemmija fir-regolamenti 21 sa 23 għandha tkun 100 kph fuq it-
tagħmir li jillimita l-veloċità .
Rekwiżiti tekniċi. 25.* It-tagħmir li jillimita l-veloċità  għandu jilħaq kull rekwiżit
tekniku li jitwaqqaf skond kull liġi jew regolament fis-seħħ
f’Malta.
Stallazzjoni ta’ 
attrezzaturi.
26.* It-tagħmir li jillimita l-veloċità  għandu jiġi stallat minn
workshops jew korpi approvati mill-Awtorità  jew mill-awtorità
kompetenti ta’ Stat tal-Ftehim.
TAQSIMA IV
STALLAZZJONI U UŻU TA’ RECORDING EQUIPMENT 
(TACHOGRAPHS)
Applikabbiltà . 27.* Din it-Taqsima għandha tgħodd għal vetturi bil-mutur li
huma fil-kategorija M3 ta’ aktar minn 10 tunnellati p.g.v. u fil-
kategorija N3 u li huma reġistrati:
(a) fi Stat tal-Ftehim u jiċċirkolaw fit-triq f’Malta; jew
(b) f’Malta għal operazzjoni internazzjonali.
Eżenzjonijiet. 28.* Vetturi bil-mutur li jwettqu servizzi elenkati fir-Raba’
Skeda huma eżenti mill-applikazzjoni tar-regolament 30.
Għarfien tal-marka 
ta’ approvazzjoni 
dwar tip tal-KE fuq 
it-tagħmir.
29.* L-Awtorità  għandha tagħraf recording equipment li jkollu
l-marka ta’ approvazzjoni dwar tip tal-KE maħruġa minn awtorità
kompetenti fi Stat tal-Ftehim skond leġislazzjoni fis-seħħ fit-
territorju ta’ l-Istat tal-Ftehim.
Twaħħil tar-
recording 
equipment.
30.* Il-vetturi bil-mutur kollha msemmija fir-regolament 27
għandu jkollhom imwaħħal recording equipment, kif approvat mill-
Awtorità  jew mill-awtorità  kompetenti ta’ Stat tal-Ftehim.
Trasmissjoni 
esklużivament 
elettrika.
31.* Vetturi bil-mutur imsemmija fir-regolament 27 li huma
reġistrati għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Jannar 1996 għandhom, sa
fejn it-trasmissjoni ta’ sinjali lir-recording equipment imwaħħal
fuqhom tkun waħda esklużivament elettrika, ikunu jissodisfaw ir-
rekwiżiti stabbiliti mill-Awtorità  meta jinbidel it-tagħmir in
*fis-seħħ mill-1 ta’ Mejju, 2004.
PIŻIJIET, DIMENSJONIJIET U TAGĦMIR
TAL-VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.21 9
kwistjoni.
Recording 
equipment 
avvanzat.
32.* Vetturi bil-mutur imsemmija fir-regolament 27, li
jitqiegħdu fis-servizz għall-ewwel darba wara l-31 ta’ Diċembru
2002, għandu jkollhom imwaħħal advanced recording equipment
ġdid.
Approvazzjoni ta’ 
fitters u 
workshops.
33.* (1) Recording equipment jista’ jitwaħħal biss fuq vetturi,
jissewwa jew jinteħħa minnhom minn fitters jew workshops
approvati għal dak il-għan mill-Awtorità .
(2) L-Awtorità  għandha, wara konsultazzjoni mal-Ministru,
tistabbilixxi proċeduri u kondizzjonijiet li għandhom jiġu adottati
minn fitters u workshops approvati.
(3) L-Awtorità  tista’ tirtira l-approvazzjoni minn kull fitter jew
workshop għal nuqqas ta’ konformità  ma’ dawn il-proċeduri u
kondizzjonijiet.
(4) Uffiċjal awtorizzat li jispezzjona jista’ jidħol fil-post ta’
fitter jew workshop approvat għall-istallazzjoni, tiswija u spezzjoni
ta’ recording equipment u jispezzjona kull dokument, reġistru jew
tagħmir li jinżamm fil-post.
Bejgħ mill-ġdid, 
eċċ., ta’ recording 
equipment.
34.* L-Awtorità  għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li l-
bejgħ mill-ġdid jew id-dekommissjoni ta’ xi recording equipment
ma jistax jiżvija, partikolarment, mill-applikazzjoni sodisfaċenti ta’
dawn ir-regolamenti.
Dmirijiet ta’ l-
impriża, 
proprjetarju u min 
jikri.
35.* L-impriża jew il-proprjetarju jew min jikri l-vettura
għandu:
(a) jaċċerta li kull recording equipment ikun stallat,
jintuża u jaħdem sew f’kull ħin fil-vetturi msemmija
fir-regolament 27 bil-mod stabbilit minn linji ta’
gwida li għandhom jiġu provduti mill-Awtorità ;
(b) joħroġ numru biżżejjed ta’ record sheets lix-xufiera
tal-vetturi li għandhom recording equipment, filwaqt li
jikkunsidraw:
(i) il-fatt li dawn il-karti huma personali fil-
karattru, 
(ii) it-tul tal-perijodu ta’ servizz u
(iii) id-dmir potenzjali li jiġu sostitwiti karti
danneġġjati, jew li jinżammu minn uffiċjal
awtorizzat li jispezzjona;
(ċ) joħroġ biss lix-xufiera, karti ta’ mudell approvat
xieraq għall-użu fit-tagħmir stallat fil-vettura;
(d) iżomm il-karti sewwa għal mill-inqas sena wara li
jkunu ntużaw u jagħti kopji lix-xufiera konċernati li
jitolbuhom. Il-karti għandhom jiġu ppreżentati jew
jingħataw fuq talba ta’ kull uffiċjal awtorizzat li
jispezzjona;
*fis-seħħ mill-1 ta’ Mejju, 2004.
10 L.S.65.21 ħ
PIŻIJIET, DIMENSJONIJIET U TAGĦMIR
TAL-VETTURI BIL-MUTUR
L.S. 65.19
L.S. 65.20
(e) jagħmel arranġamenti għal verifiki jew spezzjonijiet
perjodiċi kif deskritt fil-Ħames Skeda u skond ir-
Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali tal-Merkanzija bil-
Vetturi bil-Mutur, u r-Regolamenti dwar il-Ġarr
Stradali tal-Passiġġieri bil-Vetturi bil-Mutur.
Dmirjiiet tax-
xufiera.
36.* Xufier ta’ vettura li taqa’ taħt din it-Taqsima għandu:
(a) jiżgura li recording equipment jiġi stallat u jkun
jaħdem tajjeb f’kull ħin f’vetturi msemmija fir-
regolament 27 fil-mod imwaqqaf minn linji ta’ gwida
li għandhom jiġu pprovduti mill-Awtorità ;
L.S. 65.19
L.S. 65.20
(b) jużaw ir-recording equipment b’mod li dan ikun
jikkonforma mar-Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali
tal-Merkanzija bil-Vetturi bil-Mutur, u r-Regolamenti
dwar il-:arr Stradali tal-Passiġġieri bil-Vetturi bil-
Mutur, dwar il-ħinijiet tas-sewqan, ħinijiet tal-mistrieħ
u pawżi mis-sewqan;
(ċ) juża r-record sheets jew driver cards f’kull jum meta
jkun qed isuq mill-ħin meta jieħu l-vettura f’idejh; 
(d) jevita li juża record sheets jew driver cards maħmuġin
jew li jkollhom xi ħsara. Il-folji jew cards għandhom
jiġu protetti b’mod xieraq għal dan l-iskop;
(e) iwaħħal il-karta li jkollha ħsara mal-karta żejda li
tintuża biex tissostitwiha meta xi karta li jkun fiha r-
reġistrazzjonijiet tiġi mħassra;
(f) jemenda r-record sheets jew driver cards kif jinħtieġ
jekk ikun hemm iktar minn xufier wieħed fuq il-
vettura, sabiex l-informazzjoni rilevanti tiġi reġistrata
fuq ir-record sheet tax-xufier li fil-fatt ikun qiegħed
isuq;
(g) irodd kull record sheet li tgħodd għalih lil min ikun
impjegah għal xi spezzjoni u biex tinżamm malli jkun
prattiku imma mhux aktar tard minn 21 jum wara li
timtela;
(h) jaċċerta li l-ħin reġistrat fuq il-karta ikun jaqbel mal-
ħin uffiċjali fil-pajjiż fejn il-vettura tkun reġistrata, 
(i) iħaddem il-mekkaniżmi ta’ swiċċ li jippermettu l-
perijodi ta’ ħin segwenti li jiġu reġistrati separatament
u distintament:
*fis-seħħ mill-1 ta’ Mejju, 2004.
(i) taħt is-sinjal: ħin tas-sewqan;
(ii) taħt is-sinjal: il-ħinijiet kollha l-oħra tax-xogħol;
PIŻIJIET, DIMENSJONIJIET U TAGĦMIR
TAL-VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.21 11
(j) ma jirtirax ir-record sheet jew driver card qabel tmiem
il-ħin tax-xogħol ta’ kuljum sakemm dak l-irtirar ma
jiġix xort’oħra awtorizzat;
(k) iżomm lura milli juża record sheet biex ikopri ħin
itwal minn dak maħsub għalih.
Irrekordjar 
manwali.
37.* Meta, minħabba li ma jkunx fil-vettura, xufier ma jistax
juża t-tagħmir imwaħħal fil-vettura, il-ħinijiet indikati fil-paragrafu
(i)(ii), (iii) u (iv) tar-regolament preċedenti għandhom jitniżżlu fuq
il-karta, jew manwalment, jew b’reġistrazzjoni awtomatika jew
mod ieħor, b’mod li jinqraw u mingħajr ma titħammeġ il-karta.
Irrekordjar ta’ 
ħinijiet.
38.* L-Awtorità  tista’ tippermetti li l-ħinijiet kollha msemmija
fir-regolament 36(i)(ii) u (iii) jiġu reġistrati taħt is-sinjal 
fuq ir-record sheets użati fuq vetturi reġistrati fit-territorju tagħha.
Dmirijiet tal-
membri ta’ l-
ekwipaġġ.
39.* Kull membru ta’ l-ekwipaġġ għandu jdaħħal l-
informazzjoni segwenti fuq ir-record sheet tiegħu:
(a) meta jibda juża l-folja - kunjomu u l-ewwel isem
tiegħu;
(b) id-data u l-post fejn jibda l-użu tal-folja u d-data u l-
post fejn jintemm dak l-użu;
(ċ) in-numru tar-reġistrazzjoni ta’ kull vettura li jiġi
assenjat għaliha fil-bidu ta’ l-ewwel vjaġġ reġistrat fuq
il-folja u mbagħad, jekk tinbidel il-vettura, waqt l-użu
tal-folja;
(d) l-odometer reading:
(i) fil-bidu ta’ l-ewwel vjaġġ reġistrat fuq il-folja,
(ii) fit-tmiem ta’ l-aħħar vjaġġ reġistrat fuq il-folja
(iii) fil-każ ta’ tibdil fil-vettura waqt xi jum tax-
xogħol (reading fuq il-vettura li hu ġie assenjat
għaliha u r-reading fuq il-vettura li hu għandu
(iii) taħt is-sinjal: ħinijiet oħra ta’disponibilità  u ċjoè :
- ħin ta’ stennija, i.e. il-ħin li fih ix-xufiera
jeħtieġu li jibqgħu f’posthom biss biex
jirrispondu sejħiet biex jibdew jew
ikomplu s-sewqan jew biex jagħmlu
xogħol ieħor,
- ħin imqatta’ ħdejn ix-xufier meta l-vettura
tkun miexja,
- ħin imqatta’ fuq kuċċetta meta l-vettura
tkun miexja;
(iv) taħt is-sinjal:
pawżi fix-xogħol u
ħinijiet tal-mistrieħ
ta’ kuljum.
*fis-seħħ mill-1 ta’ Mejju, 2004.
12 L.S.65.21 ħ
PIŻIJIET, DIMENSJONIJIET U TAGĦMIR
TAL-VETTURI BIL-MUTUR
jiġi assenjat għaliha);
(e) fil-ħin ta’ kull tibdil ta’ vettura.
Spezzjoni ta’ 
tagħmir, record 
sheets, driver cards 
u print-outs.
40.* (1) Ir-recording equipment għandu jkun disinjat b’tali mod
li jagħmilha possibbli għal uffiċjal awtorizzat li jispezzjona, jekk
jinħtieġ wara li jinfetaħ it-tagħmir, biex jaqra r-reġistrazzjonijiet
dwar id-disa’ sigħat qabel il-ħin tal-verifika, mingħajr ma
jiddeforma, iħassar jew iħammeġ il-folja b’mod permanenti. It-
tagħmir għandu, oltre, ikun disinjat b’tali mod li huwa possibbli,
mingħajr ma tinfetaħ il-kaxxa, li jiġi verifikat li qed isiru r-
reġistrazzjonijiet.
(2) Fejn ix-xufier isuq vettura li għandha recording equipment
li jikkonforma ma’ rekwiżiti li għandhom jitwaqqfu mill-Awtorità ,
għandu jkun jista’ jippreżenta, kull meta jitlob uffiċjal awtorizzat li
jispezzjona:
(a) ir-record sheets għall-ġimgħa kurrenti u, f’kull każ, il-
folja għall-aħħar jum li jkun saq fih matul il-ġimgħa
ta’ qabel,
(b) id-driver card jekk għandu waħda, u
(ċ) print-outs mir-recording equipment dwar il-ħinijiet
stabbiliti f’linji ta’ gwida li għandha tipprovdi l-
Awtorità  jekk ikun saq vettura li kellha dan ir-
recording equipment waqt il-ħin imsemmi fil-
paragrafu (a).
Verifiki fuq il-
konformità .
L.S. 65.19
L.S. 65.20
41.* Uffiċjal awtorizzat li jispezzjona għandu jivverifika
konformità  mad-disposizzjonijiet tar-Regolamenti dwar il-Ġarr
Stradali tal-Merkanzija bil-Vetturi bil-Mutur, u r-Regolamenti dwar
il-Ġarr Stradali tal-Passiġġieri bil-Vetturi bil-Mutur, dwar ħinijiet
tax-xogħol u ħinijiet tal-mistrieħ b’analiżi tar-record sheets, tad-
data murija jew maħruġa li ġiet reġistrata mir-recording equipment
jew mid-driver card jew, fin-nuqqas ta’ dan, b’analiżi ta’ kull
dokument ieħor li jappoġġa dan u li jkun jiġġustifika n-nuqqas ta’
konformità  ma’ disposizzjonijiet, bħalma huma dawk stabbiliti fir-
regolament 42(4).
Breakdown jew 
tħaddim mhux kif 
imiss ta’ l-apparat.
42.* (1) F’każ ta’ ħsara jew tħaddim mhux sew tat-tagħmir,
min jimpjega għandu jsewwih għand fitter jew workshop approvat,
malli ċ-ċirkostanzi jkunu jippermettulu.
(2) Jekk il-vettura ma tistax tirritorna fil-post ta’ min jimpjega
fi żmien ġimgħa li tiġi kalkolata mill-jum tal-ħsara jew minn meta
jinsab li ma tkunx qed taħdem sew, it-tiswija għandha titwettaq fit-
triq.
(3) L-Awtorità  tista’ tipprojbixxi l-użu ta’ vettura fejn il-ħsara
jew ħidma mhux sew ma tkunx issewwiet skond is-subregolament
ta’ hawn qabel.
(4) Meta r-recording equipment ma jkunx jista’ jintuża jew ma
jkunx jaħdem tajjeb, ix-xufiera għandhom jimmarkaw fuq ir-record
sheet jew folji, jew fuq folja temporanja li għandha titwaħħal mar-
*fis-seħħ mill-1 ta’ Mejju, 2004.
PIŻIJIET, DIMENSJONIJIET U TAGĦMIR
TAL-VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.21 13
record sheet jew mad-driver card, li fuqha għandha tiddaħħal id-
data li tippermettih li jiġi identifikat (numru tad-driver card tiegħu
u, jew ismu u, jew numru tal-liċenzja tas-sewqan), inklużi l-firma
tiegħu, kull informazzjoni għall-ħinijiet varji li ma jkunux qed jiġu
reġistrati jew maħruġa sew mir-recording equipment.
Disposizzjonijiet Speċifiċi għall-Użu ta’ Driver Cards
Applikabbiltà .* Id-disposizzjonijiet li jgħoddu għall-użu tar-record sheets
għandhom jgħoddu mutatis mutandis għall-użu ta’ driver cards.
Perijodi rrekordjati 
ta’ ħin.
44.* Sakemm tiġi fis-seħħ is-sistema ġdida tad-driver cards, ix-
xufiera għandhom fl-aħħar tal-ħin tax-xogħol ta’ kuljum tagħhom,
joħorġu l-informazzjoni dwar il-ħinijiet varji reġistrati mir-
recording equipment u jindikaw id-dettalji ta’ identifikazzjoni fuq
il-print-out (isem u numru tal-liċenzja tas-sewqan) u jiffirmawha.
Driver card tkun 
dokument uniku u 
personalizzat.
45.* Id-driver cards għandhom ikunu:
(a) maħruġa u ppersonalizzati mill-Awtorità ;
(b) validi għal mhux aktar minn ħames snin;
(ċ) uniċi għal kull xufier; u
(d) mhux trasferibbli.
Min jimpjega u x-
xufier għandhom 
jiżguraw li kull 
print out toħroġ 
sew.
46.* Fejn il-vettura jkollha r-recording equipment, min jimpjega
u x-xufier għandhom jiżguraw li, filwaqt li jikkunsidraw it-tul tal-
ħin tas-servizz, ikun jista’ jsir printing sew meta dan jintalab f’każ
ta’ spezzjoni.
Dmir li jiġu żgurati 
funzjonijiet 
korretti.
47.* Fejn xufier jintalab li jsuq vettura b’advanced recording
equipment ġdid, min jimpjega u x-xufiera għandhom jiżguraw:
(a) il-ħidma sew u l-użu tajjeb tar-recording equipment u
ta’ kull driver card;
(b) id-data reġistrata u maħzuna mir-recording equipment
tista’ tkun disponibbli għal mill-inqas 365 jum wara d-
data tar-reġistrazzjoni tagħhom u li jistgħu jkunu
disponibbli taħt l-istess kondizzjonijiet li jiggarantixxu
s-sigurtà  u l-preċiżjoni tad-data.
Rekwiżiti dwar 
residenza normali.
48.* Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima l-kondizzjonijiet ta’
residenza normali m’għandhomx għalfejn jintlaħqu minn persuni li
jwettqu operazzjonijiet għal żminijiet fissi f’Malta u li jirrisjedu
f’Malta għal dak l-iskop. F’dan il-każ:
(a) ix-xufiera għandhom jippreżentaw evidenza tal-post
tar-residenza normali tagħhom b’kull mezz xieraq,
bħall-karta ta’ l-identità  tagħhom jew kull dokument
validu ieħor;
(b) fejn l-Awtorità , wara li tkun ħarġet id-driver card,
għandha raġunijiet biex tiddubita mill-validità  ta’
attestament dwar residenza normali li jkun sar skond
il-paragrafu (a), jew teħtieġ li teżerċita kontrolli
speċifiċi fid-dmirijiet tagħha, tista’ titlob kull
*fis-seħħ mill-1 ta’ Mejju, 2004.
14 L.S.65.21 ħ
PIŻIJIET, DIMENSJONIJIET U TAGĦMIR
TAL-VETTURI BIL-MUTUR
informazzjoni ulterjuri jew evidenza dwarha;
(ċ) meta toħroġ driver card l-Awtorità  għandha, sa fejn
possibbli, taċċerta li l-applikant m’għandux driver
card valida diġà .
Data dwar pajjiżi. 49.* Ix-xufier għandu jdaħħal fir-recording equipment is-
simboli tal-pajjiżi li fihom jibda u jispiċċa l-ħin tax-xogħol ta’
kuljum tiegħu. Din l-informazzjoni għandha tiġi mdaħħla mix-
xufier, jew manwalment jew awtomatikament, jekk ir-recording
equipment huwa mqabbad ma’ satellite tracking system.
Ħsara, nuqqas li 
taħdem sew, telf 
jew serq tad-driver 
card.
50.* Jekk id-driver card hija bil-ħsara, ma taħdimx sew, tintilef
jew tinsteraq:
(a) ix-xufier għandu japplika għal sostituzzjoni fi żmien
sebat ijiem;
(b) l-Awtorità  għandha tipprovdi card sostitwenti fi żmien
ħamest ijiem tal-ħidma minn meta tirċievi talba
ddettaljata għal dan.
Tiġdid, 
sostituzzjoni jew 
skambju tad-driver 
card.
51.* (1) Fejn l-Awtorità  tintalab li ġġedded, tissostitwixxi jew
tiskambja d-driver card ta’ persuna b’nazzjonalità  Maltija, li l-card
tagħha tkun inħarġet mill-awtorità  ta’ Stat tal-Ftehim, għandha
tinforma lill-awtorità  barranija li ħarġet il-card l-antika dwar ir-
raġunijiet preċiżi għat-tiġdid, sostituzzjoni jew skambju.
(2) Fejn xufier jixtieq iġedded id-driver card tiegħu, huwa
għandu japplika lill-Awtorità  mhux aktar tard minn 15-il jum tal-
ħidma mid-data ta’ l-għeluq tal-card, u l-Awtorità  għandha
tipprovdilu card ġdida qabel id-data ta’ l-għeluq.
(3) Waqt it-terminu ta’ validità  uffiċjali tagħha, id-driver card
tista’ tiġi rtirata jew tiġi sostitwita jew sospiża jekk l-Awtorità  ssib
li:
(a) il-card ġiet iffalsifikata, jew
(b) ix-xufier qed juża card li ma jkunx proprjetarju
tagħha, jew
(ċ) il-card li tinżamm ġiet akkwistata abbażi ta’
dikjarazzjonijiet u, jew dokumenti falsifikati.
TAQSIMA V
STALLAZZJONI U UŻU TA’ TAXIMETERS
Użu obbligatorju 
ta’ taximeters.
52. It-taxicars għandu jkollhom taximeter ta’ disinn approvat
minn żmien għall-ieħor mill-Awtorità  u li jkun jikkonforma f’kull
rispett mad-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima.
Alterazzjonijiet 
għal taximeters.
53. Jekk issir xi alterazzjoni għad-disinn ta’ taximeter
approvat, dan it-taximeter ma jibqax jitqies ta’ disinn approvat
mill-Awtorità  sakemm din ma tapprovax dik l-alterazzjoni.
*fis-seħħ mill-1 ta’ Mejju, 2004.
PIŻIJIET, DIMENSJONIJIET U TAGĦMIR
TAL-VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.21 15
Disinji u 
alterazzjonijiet tat-
taximeter 
għandhom 
jikkonformaw ma’ 
din it-Taqsima.
54. (1) L-Awtorità  ma għandhiex tapprova d-disinn ta’
taximeter jew xi alterazzjoni tiegħu kemm-il darba dan ma jkunx
jikkonforma għal kollox mad-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima u
d-disinn jew kull alterazzjoni tiegħu hu kopert minn ċertifikat ta’
eżami mill-Awtorità .
(2) Qabel ma tagħti l-approvazzjoni msemmija hawn qabel, l-
Awtorità  tista’ tordna li jiġi ppreżentat eżemplari tat-taximeter
flimkien ma’ deskrizzjoni dettaljata tal-metodu tiegħu ta’ ħdim u
tpinġijiet tal-mekkaniżmu tiegħu.
Kostruzzjoni u 
twaħħil ta’ 
taximeters 
approvati.
55. It-taximeter għandu jkun mibni, imwaħħal u miżmum b’tali
mod li jkun jikkonforma mar-regoli segwenti:
(a) jekk it-taximeter għandu bandiera jew attrezzatura
oħra bil-kliem GĦALL-KIRI -
(i) il-kliem GĦALL-KIRI għandhom jintwerew fuq
kull naħa tal-bandiera jew attrezzatura oħra
f’ittri ċari għoljin mhux inqas minn 50 mm u l-
bandiera jew attrezzatura oħra għandha tkun
kapaċi li tissakkar f’pożizzjoni li fiha l-kliem
huma orizzontali u leġibbli;
(ii) meta bandiera jew attrezzatura oħra hija msakkra
b’tali mod li dawn il-kliem huma orizzontali u
leġġibbli l-ebda nol ma għandu jiġi reġistrat fuq
wiċċ it-taximeter;
(b) jekk it-taximeter ma għandux bandiera jew
attrezzatura oħra bil-kliem GĦALL-KIRI -
(i) it-taximeter għandu jkollu ċavetta jew
attrezzatura oħra li meta tiddawwar għandha
ġġiegħel lill-makkinarju tat-taximeter jitqabbad
u jikkawża l-kelma MIKRI tidher fuq il-wiċċ
tat-taximeter;
(ii) din iċ-ċavetta jew attrezzatura oħra għandha
tkun kapaċi li tissakkar f’pożizzjoni li fiha l-
makkinarju tat-taximeter ma jkunx qed jaħdem u
l-ebda nol ma jiġi reġistrat fuq wiċċ it-taximeter.
L.S. 332.01
(ċ) meta l-makkinarju tat-taximeter jkun qed jaħdem
għandu jkun hemm reġistrat fuq wiċċ it-taximeter
f’ċifri leġibbli ċari u liberi minn kull ambigwità , nol
skond it-tariffa tan-nolijiet ta’ vetturi fit-Tabella IV
tar-Regolamenti dwar it-Tariffa tan-Nolijiet tal-Vetturi
tal-Vetturi bil-Mutur;
(d) it-taximeter għandu jitqiegħed b’tali mod li l-ittri u ċ-
ċifri kollha fuq wiċċu jistgħu jkunu f’kull ħin viżibbli
għal kull persuna li tinġarr fit-taxicar u għal dan l-
iskop, l-ittri u ċ-ċifri għandhom ikunu mdawlin b’mod
xieraq matul kull ħin tal-kirja.
Dmirijiet ta’ 
xufiera ta’ 
taxicars.
56. (1) Ix-xufier ta’ taxicar għandu:
(a) jekk it-taximeter għandu bandiera jew attrezzatura
oħra bil-kliem GĦALL-KIRI -
(i) meta jkun wieqaf jew ifittex il-kiri, iżomm din
16 L.S.65.21 ħ
PIŻIJIET, DIMENSJONIJIET U TAGĦMIR
TAL-VETTURI BIL-MUTUR
il-bandiera jew attrezzatura oħra msakkra fil-
pożizzjoni li fiha l-kliem huma orizzontali u
leġibbli;
(ii) meta t-taxicar tinkera, fil-bidu tal-kirja jħaddem
il-makkinarju tat-taximeter billi jċaqlaq il-
bandiera jew attrezzatura oħra;
(iii) minnufih kif tispiċċa l-kirja jwaqqaf it-taximeter
milli jaħdem iżda l-ammont tan-nol reġistrat
għandu jibqa’ muri fuq it-taximeter sabiex
jippermetti lil min jikri li jkollu opportunità
xierqa li jeżaminah. Ix-xufier għandu mbagħad
jtella’ l-bandiera jew attrezzatura oħra għall-
pożizzjoni orizzontali bil-manku tal-bandiera
vertikali;
(b) jekk it-taximeter ma għandux bandiera jew
attrezzatura oħra bil-kliem GĦALL-KIRI -
(i) meta jkun wieqaf jew ifittex il-kiri, juri
f’pożizzjoni li tidher ċar fuq il-vettura sinjal li
fuqu jidhru sew il-kliem GĦALL-KIRI;
(ii) meta t-taxicar tinkera, ineħħi jew iqiegħed s-
sinjal imsemmi fis-subparagrafu (i) f’tali
pożizzjoni li l-kliem fuqu ma jinqrawx
konvenjentement;
(iii) meta jkun wieqaf jew ifittex il-kiri, iżomm il-
meter imsakkar fil-pożizzjoni li fiha ma jkun
irreġistrat l-ebda nol fuq wiċċ il-meter;
(iv) meta t-taxicar tinkera, fil-bidu tal-kirja, iħaddem
il-makkinarju tat-taximeter billi jċaqlaq it-
tagħmir imwaħħal għal dak l-iskop sabiex il-
kelma MIKRI tinqara fuq wiċċ il-meter;
(v) minnufih kif tintemm il-kirja, iwaqqaf lit-
taximeter milli jirreġistra iżda l-ammont tan-nol
reġistrat għandu jibqa’ muri fuq it-taximeter
sabiex jippermetti lil min jikri li jkollu
opportunità xierqa li jeżaminah.
(2) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, il-frażi ''meta t-taxicar
tinkera'' għandha tfisser il-ħin u, jew post li minnu l-proprjetarju
jew ix-xufier huwa intitolat li jitlob u jieħu n-nolijiet xierqa li
jistgħu jiġu preskritti minn żmien għal żmien.
Pjanċi. 57. Pjanċa ta’ daqs u disinn approvati, li turi d-dawra minima
effettiva tat-tyre fuq ir-roti tal-vettura li biha jista’ jitħaddem it-
taximeter u li biha l-ħidma u preċiżjoni tiegħu jistgħu jiġu ttestjati,
għandha titwaħħal sew mal-gearbox tat-taximeter jew mat-
taximeter innifsu b’tali mod li ma tkunx tista’ tinqala’.
Tifsira 
addizzjonali.
58. F’din it-Taqsima ta’ dawn ir-regolamenti l-frażi ''d-dawra
minima effettiva'' għandha tfisser id-distanza koperta mit-tyre
f’revoluzzjoni waħda sħiħa meta t-taxicar mimlija sal-massimu bil-
passiġġieri tiġi mbuttata ’l quddiem f’linja dritta.
Twaħħil u tiswija 
tat-taximeters.
59. It-taximeters għandhom jitwaħħlu jew jissewwew biss
PIŻIJIET, DIMENSJONIJIET U TAGĦMIR
TAL-VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.21 17
minn persuni awtorizzati bil-miktub mill-Awtorità  u għandhom
jitwaħħlu f’tali pożizzjonijiet u b’tali mod li jista’ jiġi approvat
mill-Awtorità , sabiex jistgħu jinqraw sew minn min jikri t-taxicar li
jkun fil-vettura u mix-xufier.
Taximeter għandu 
jitwaħħal qabel it-
testijiet tat-triq.
60. Qabel ma taximeter jintuża għal servizz pubbliku, għandu,
kif indikat mill-Awtorità , jiġi ppreżentat imwaħħal sew fuq it-
taxicar li fuqha jkun se jintuża, sabiex ikunu jistgħu jsiru t-testijiet
fit-toroq mill-eżaminaturi ta’ l-Awtorità .
Taximeter 
partikolari għal 
kull taxicar.
61. It-taximeter jew taximeter-gearbox jista’ jitwaħħal biss fuq
it-taxicar li għaliha jkun ġie ttestjat u approvat kif hawn qabel
imsemmi.
Dawra tat-tyres.
jkollhom dawra effettiva mhux inqas mid-daqs immarkat fuq it-
taximeter-gearbox jew fuq it-taximeter innifsu u m’għandhiex
teċċedi dan id-daqs b’aktar minn ħamsa fil-mija.
Taximeter difettuż.
jintuża fuq taxicar u l-vettura li huwa mwaħħal magħha għandha
tiġi rtirata mis-servizz minnufih sakemm it-taximeter jissewwa jew
jiġi sostitwit minn taximeter ieħor. Fiż-żewġ każi t-taxicar ma
għandhiex tintuża għas-servizz pubbliku qabel ma t-taximeter hekk
imsewwi, jew it-taximeter ġdid, ma jiġi stallat.
TAQSIMA VI
TREAD DEPTH MINIMU TAT-TYRES
Tread depth 
minimu tat-tyres.
64. It-tread depth minimu fix-xquq ewlenin tat-tyres ta’ vetturi
fil-Kategorija M1, N1 u O1 u O2 għandu jkun ta’ 1.6 mm meta
jiċċirkolaw fit-toroq f’Malta.
Vettura ma tistax 
tiċċirkola jekk ma 
għandhiex dan it-
tread depth 
minimu.
65. L-ebda vettura fil-Kategorija M1, N1, O1 u O2 ma għandha
tiġi permessa li tiċċirkola fit-triq jekk it-tread depth ta’ kull tyre
ikun inqas mill-fond minimu stipulat fir-regolament 64.
Esklużjonijiet.
applikazzjoni tar-regolament 64 xi vetturi li huma dikjarati ta’
valur storiku u mhux użati frekwentement fit-triq, li huma
oriġinarjament mgħammra b’tyres li, meta kienu ġodda, kellhom
tread depth inqas minn 1.6 mm.
TAQSIMA VII
STALLAZZJONI U UŻU TA’ BUS TICKETING MACHINES
Applikabbiltà .
bus service għandu jkollhom imwaħħla bus ticketing machine ta’
disinn approvat mill-Awtorità .
Twaħħil u tiswija 
tal-bus ticketing 
machines.
68. Il-bus ticketing machines għandhom jitwaħħlu jew
jissewwew biss minn persuni awtorizzati bil-miktub mill-Awtorità
u għandhom ikunu f’tali pożizzjoni u b’tali mod kif jista’ jiġi
approvat mill-Awtorità , sabiex ikun jista’ jinqara sew mix-xufier.
Dmirjiet ta’ l-
impriża jew il-
proprjetarju.
69. Il-proprjetarju tal-vettura għandu jaċċerta li t-tagħmir tal-
biljetti tal-buses huwa:
18 L.S.65.21 ħ
PIŻIJIET, DIMENSJONIJIET U TAGĦMIR
TAL-VETTURI BIL-MUTUR
(a) stallat skond il-linji ta’ gwida maħruġa mill-Awtorità ;
(b) jaħdem sew meta l-bus qed tintuża fuq is-scheduled
bus service;
(ċ) użat mix-xufier bil-mod stabbilit fir-regolament 70.
Dmirijiet tax-
xufiera.
70. Xufier ta’ vettura li taqa’ taħt din it-Taqsima għandu jkun
responsabbli li jaċċerta li:
(a) il-bus ticketing machine tkun mixgħula u taħdem sew
fil-bidu ta’ kull ħin tas-sewqan;
(b) id-dettalji personali tiegħu ddaħħlu fil-bus ticketing
machine qabel kull perijodu ta’ sewqan;
(ċ) in-numru tar-rotta ddaħħal fil-bus ticketing machine;
(d) kul nol tal-passiġġieri miġbur jiġi rreġistrat fuq il-
makna tal-biljetti u tinħareġ irċevuta f’forma ta’
biljett.
Bus ticketing 
machine difettuża.
71. L-ebda bus ticketing machine li tkun b’xi mod difettuża ma
għandha tintuża fuq bus u l-vettura li hija mwaħħla fuqha għandha
tiġi rtirata mis-servizz wara li l-vjaġġ relattiv jintemm sakemm il-
makna msemmija tissewwa jew tiġi sostitwita. Fiż-żewġ każi, il-
bus ma għandhiex tintuża għas-servizz pubbliku qabel ma l-bus
ticketing machine hekk imsewwija, jew il-makna l-ġdida, tkun
istallata.
Verifiki dwar 
konformità .
72. Uffiċjal awtorizzat li jispezzjona għandu jivverifika l-
konformità  ma’ dawn ir-regolamenti permezz ta’ analiżi ta’ l-
irċevuti fil-forma ta’ biljett, informazzjoni maħruġa jew qari
elettroniku ta’ informazzjoni maħżuna mill-bus ticketing machine.
TAQSIMA VIII
REATI U PIENI
Offiżi u multi. 73. (1) L-ebda persuna ma għandha:
(a) tiffalsifika, tissopprimi jew tħassar informazzjoni
maħżuna fuq ir-record sheet, maħżuna fit-tagħmir jew
fuq print-outs mit-tagħmir u, fil-każ ta’ recording
equipment, fuq driver card;
(b) twettaq manipolazzjoni tat-tagħmir, ir-record sheet
jew id-driver card li tista’ twassal li l-informazzjoni
maħżuna u, jew maħruġa tiġi ffalsifikata, soppressa
jew imħassra;
(ċ) iġġorr attrezzaturi li jistgħu jintużaw għal dan l-iskop
fuq il-vettura;
(d) tiffalsifika reġistrazzjonijiet jew dħul fuq kull record
sheet bl-iskop li tqarraq, tbiddel jew tikkawża jew
tippermetti li tinbidel tali reġistrazzjoni jew daħla;
(e) tbagħbas f’xi recording equipment stallat skond dawn
ir-regolamenti jew xi linji ta’ gwida forniti mill-
Awtorità  sakemm mhux debitament awtorizzat mill-
Awtorità  biex tagħmel dan.
PIŻIJIET, DIMENSJONIJIET U TAGĦMIR
TAL-VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.21 19
(2) L-Awtorità  tista’ timponi fuq kull persuna li twettaq ir-reati
msemmija fis-subregolament (1) multa ta’ ħamsin lira.
(3) Kull persuna li b’kull mod ieħor tonqos milli tikkonforma
ma’ dawn ir-regolamenti tista’ teħel ammenda ta’ ħamsin lira.
(4) Iżda meta r-reat jew nuqqas ta’ konformità  ma’ dawn ir-
regolamenti jwassal għal, jew jista’ jkun il-possibbli kawża ta’ reat
li jsiru proċedimenti dwaru quddiem il-Qorti tal-Maġistrati fil-
Ġudikatura Kriminali tagħha jew il-Qorti Kriminali, l-ammenda
jew multa inkwistjoni jkunu dejn ċivili rikoverabbli mill-Awtorità
mat-tmiem tal-proċeduri kriminali.
20 L.S.65.21 ħ
PIŻIJIET, DIMENSJONIJIET U TAGĦMIR
TAL-VETTURI BIL-MUTUR
L-EWWEL SKEDA
PIŻIJIET U DIMENSJONIJIET MASSIMI ĠENERALI U KARATTERISTIĊI 
RELATATI TAL-VETTURI
(Regolamenti 8, 9, l0, 11)
1 Dimensjonijiet massimi awtorizzati (m)
1.1 Tul massimu:
- vettura bil-mutur 12.0 m
- trailer 12.0 m
- articulated vehicle 16.5 m
- road train 18.75 m
- articulated bus 18.0 m
1.2 Wesgħa massima
- vetturi kollha 2.55 m
- vetturi friġġ 2.6 m
1.3 Għoli massimu (kull vettura) 4.0 m
1.4 Superstrutturi li jinqalgħtu u oġġetti tal-merkanzija
standardizzati bħal containers huma inklużi fid-
dimensjonijiet speċifikati fil-punti 1.1, 1.2, 1.3, 1.6,
1.7, 1.8 u 4.4
1.5 Kull vettura bil-mutur jew kombinazzjoni ta’ vetturi
li tkun miexja għandha tkun tista’ ddur f’ċirku ta’
radju estern ta’ 12.50 m u radju intern ta’ 5.30 m
1.6 Distanza massima bejn l-axis tal-king pin tal-hames
rota u l-warrani ta’ semi-trailer 12.0 m
1.7 Distanza massima mkejla paralleli ma’ l-assi
lonġitudinali tar-road train mill-punt estern l-aktar
’il quddiem taż-żona tat-tagħbija wara l-kabina sal-
punt estern l-aktar lura tat-trailer tal-kombinazzjoni,
bit-tnaqqis tad-distanza bejn il-warrani tal-vettura li
tiġbed u quddiem tat-trailer 15.65 m
1.8 Distanza massima mkejla paralleli ma’ l-assi
lonġitudinali tar-road train mill-punt estern l-aktar
’il quddiem taż-żona tat-tagħbija wara l-kabina sal-
punt estern l-aktar lura tat-trailer tal-kombinazzjoni 16.4 m
2 Piż massimu awtorizzat tal-vettura (f’tunnellati)
2.1 Vetturi li jiffurmaw parti minn kombinazzjoni ta’
vetturi
2.1.1 Trailer b’żewġ fisien 18.0 tunnellata
2.1.2 Trailer bi tliet fisien 24.0 tunnellata
2.2 Kombinazzjonijiet ta’ vetturi
2.2.1 Road trains b’ħames jew sitt fisien
(a) vettura bil-mutur b’żewġ fisien bi trailer bi
tliet fisien 40.0 tunnellata
(b) vettura bil-mutur bi tliet fisien bi trailer
b’żewġ jew bi tliet fisien 40.0 tunnellata
PIŻIJIET, DIMENSJONIJIET U TAGĦMIR
TAL-VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.21 21
2.2.2 Articulated vehicles b’ħames jew sitt fisien
(a) vettura bil-mutur b’żewġ fisien bi trailer bi
tliet fisien 40.0 tunnellata
(b) vettura bil-mutur bi tliet fisien bi trailer
b’żewġ jew bi tliet fisien 40.0 tunnellata
(ċ) vettura bil-mutur bi tliet fisien bi trailer
b’żewġ jew bi tliet fisien li ġġor container ISO
ta’ 40 pied bħala operazzjoni ta’ trasport
ikkombinat 44.0 tunnellata
2.2.3 Road trains b’erba’ fisien li jikkonsistu f’vettura bil-
mutur b’żewġ fisien u trailer b’żewġ fisien 36.0 tunnellata
2.2.4 Articulated vehicles b’erba' fisien li jikkonsistu
f’vettura bil-mutur b’żewġ fisien u semi-trailer
b’żewġ fisien, jekk id-distanza bejn il-fisien tas-
semi-trailer:
2.2.4.1 - hi 1.3m jew aktar iżda mhux aktar minn 1.8m 36.0 tunnellata
2.2.4.2 - hi aktar minn 1.8 m 36.0 tunnellata1
2.3 Vetturi bil-Mutur
2.3.1 Vetturi bil-mutur b’żewġ fisien 18.0 tunnellata
2.3.2 Vetturi bil-mutur bi tliet fisien 25.0 tunnellata2
2.3.3 Vetturi bil-mutur b’erba’ fisien, b’żewġ fisien li
jimmanuvraw 32.0 tunnellata3
2.4 Articulated buses bi tliet fisien 28.0 tunnellata
3 Piż massimu awtorizzat tal-fisien (tunnellati)
3.1 Fisien weħidhom
- fus waħdu ma jmexxix 10.0 tunnellata
3.2 Fisien tandem ta’ trailers u semi-trailers
L-addizzjoni tal-piżijiet tal-fisien għal kull fus
tandem m’għandux jeċċedi, jekk id-distanza (d) bejn
il-fisien hija:
3.2.1 Inqas minn 1.0 m 11.0 tunnellata
3.2.2 Bejn 1.0 u inqas minn 1.3 m 16.0 tunnellata
3.2.3 Bejn 1.3 u inqas minn 1.8 m 18.0 tunnellata
3.2.4 1.8 m u aktar 20.0 tunnellata
3.3 Tri-fisien ta’ trailers u semi-trailers
3.3.1 1.3 m jew anqas 21.0 tunnellata
3.3.2 Iktar minn 1.3 u sa 1.4 m 24.0 tunnellata
3.4 Fus li jmexxi
3.4.1 Fus li jmexxi tal-vetturi msemmija f’2.2.1 u 2.2.2 11.5 tunnellata
3.4.2 Fus li jmexxi tal-vetturi msemmija f’2.2. u 2.2.4 u
2.4 11.5 tunnellata
3.5 Fisien tandem ta’ vetturi bil-mutur
L-addizzjoni tal-piżijiet tal-fisien għal kull fus
tandem axle m’għandux jeċċedi, jekk id-distanza (d)
bejn il-fisien hija:
3.5.1 Inqas minn 1.0 m 11.5 tunnellata
22 L.S.65.21 ħ
PIŻIJIET, DIMENSJONIJIET U TAGĦMIR
TAL-VETTURI BIL-MUTUR
3.5.2 Bejn 1.0 u inqas minn 1.3 m 16.0 tunnellata
3.5.3 Bejn 1.3 u inqas minn 1.8 m 18.0 tunnellata
3.5.4 1.8 m u aktar 19.0 tunnellata4
4  Karatteristiċi relatati
4.1 Vetturi kollha
Il-piż li jinġarr mill-fus li jmexxi jew fisien li
jmexxu ta’ vettura jew kombinazzjoni ta’ vetturi
m’għandux ikun inqas minn 25% tal-piż mgħobbi
totali tal-vettura jew kombinazzjoni ta’ vetturi, meta
użati fit-traffiku internazzjonali
4.2 Road trains
Id-distanza bejn il-fus warrani ta’ vettura bil-mutur u
fus ta’ quddiem ta’ trailer m’għandhiex tkun inqas
minn 3.00 m
4.3 Piż massimu awtorizzat skond il-wheelbase
Il-piż massimu awtorizzat f’tunnellati ta’ vettura bil-
mutur m’għandux jeċċedi ħames darbiet id-distanza
f’metri bejn l-axes tal-fisien ta’ quddiem u wara nett
tal-vettura
4.4 Semi-trailers
Id-distanza mkejla orizzontament bejn l-axis u l-king
pin tal-ħames rota u kull punt fuq quddiem tas-semi-
trailer ma għandhiex teċċedi 2.04m
1 + 2 tunnellati fejn il-piż massimu awtorizzat (PMA) (18.0-il tunnellata) u l-PMA tal-fus tandem
tas-semi-trailer (20.0 tunnellata) huma mħarsa u l-fus li jmexxi għandu twin tyres u air suspension jew
suspension magħrufa bħala ekwivalenti fl-Istati tal-Ftehim.
2 26.0 tunnellata fejn il-fus li jmexxi għandu twin tyres u air suspension jew suspension magħrufa
bħala ekwivalenti fl-Istati tal-Ftehim jew fejn kull fus li jmexxi għandu twin tyres u l-piż massimu ta’
kull fus ma jeċċedix 9.0 tunnellati.
3 fejn il-fus li jmexxi għandu twin tyres u air suspension jew suspension magħrufa bħala ekwivalenti
fl-Istati tal-Fteħim jew fejn kull fus li jmexxi għandu twin tyres u l-piż massimu ta’ kull fus ma jeċċedix
9.5 tunnellati.
4 19.0-il tunnellata fejn il-fus li jmexxi għandu twin tyres u air snspension jew suspension magħrufa
bħala ekwivalenti fl-Istati tal-Ftehim jew fejn kull fus li jmexxi għandu twin tyres u l-piż massimu ta’
kull fus ma jeċċedix 9.5 tunnellati.
PIŻIJIET, DIMENSJONIJIET U TAGĦMIR
TAL-VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.21 23
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 12)
PIŻIJIET U DIMENSJONIJIET MASSIMI GĦAL VETTURI TAT-TRASPORT 
TAL-PASSIĠĠIERI REĠISTRATI F’MALTA U UŻATI ESKLUŻIVAMENT 
F’MALTA
Il-valuri kollha ta’ piżijiet indikati huma validi bħala standards ta’ ċirkolazzjoni u
għalhekk jirriferu għal kondizzjonijiet ta’ tagħbija, u mhux standards tal-
produzzjoni.
Tul massimu: 12.0 m
Wesgħa massima: 2.55 m
Għoli massimu: 3.6 m
Piż massimu 15.0-il tunnellata fejn il-vettura għandha
aktar minn 4 roti*
Il-vetturi kollha għandu jkollhom pjan wieħed biss
* 12.0-il tunnellata fejn il-vettura għandha 4 roti. F’kull każ il-piż mgħoddi għat-triq minn kull żewġ roti
fuq fus m’għandux jeċċedi 8.0 tunnellati
24 L.S.65.21 ħ
PIŻIJIET, DIMENSJONIJIET U TAGĦMIR
TAL-VETTURI BIL-MUTUR
IT-TIELET SKEDA
(Regolament 14)
PJANĊA DWAR DIMENSJONIJIET
I. Il-pjanċa dwar id-dimensjonijiet, fejn possibbli mwaħħla viċin tal-pjanċa
msemmija fir-regolament 14, għandu jkollha din l-informazzjoni:
1. isem tal-fabbrikant (1);
2. numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura(2);
3. tul tal-vettura bil-mutur, trailer jew semi-trailer (L);
4. wesgħa tal-vettura bil-mutur, trailer jew semi-trailer (W);
5. informazzjoni għall-kejl tat-tul ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi:
- id-distanza (a) bejn quddiem tal-vettura bil-mutur u ċ-ċentru tal-
coupling device (coupling hook jew il-ħames rota); fil-każ tal-
ħames rota b’ħafna coupling points, il-valuri minimi u massimi
għandhom jingħataw (amin u amass),
- id-distanza (b) bejn iċ-ċentru tal-coupling device tat-trailer (ċirku
tal-ħames rota) jew tas-semi-trailer (kingpin) u l-warrani tat-
trailer jew tas-semi-trailer; f’każ ta’ attrezzatura b’ħafna
coupling points, għandhom jingħataw il-valuri minimi u massimi
(bmin u bmass).
It-tul tal-kombinazzjonijiet tal-vetturi hu t-tul tal-vettura bil-mutur u t-
trailer jew semi-trailer mqiegħdin f’linja dritta wara xulxin.
II. Il-valuri mogħtija fuq il-prova tal-konformità  għandhom jirriproduċu
eżattament il-kejl li jkun sar direttament fuq il-vettura.
(1) Din l-informazzjoni m’għandhiex għalfejn tiġi ripetuta fejn il-vettura għandha pjanċa waħda
b’informazzjoni kemm dwar piżijiet kemm dwar dimensjonijiet.
PIŻIJIET, DIMENSJONIJIET U TAGĦMIR
TAL-VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.21 25
IR-RABA’ SKEDA
(Regolament 28)
VETTURI EŻENTI MIR-REKWIŻIT LI JISTALLAW
IR-RECORDINC EQUIPMENT
1. Vetturi b’veloċità  massima awtorizzata ta’ mhux aktar minn 30 k/s.
2. Vetturi użati minn jew taht il-kontroll tas-servizzi armati, difiża ċivili,
servizzi tan-nar u forzi responsabbli biex iżommu l-ordni pubbliku.
3. Vetturi użati b’konnessjoni ma’ drenaġġ, protezzjoni kontra l-għargħar,
servizzi ta’ l-ilma gass u elettriku, manutenzjoni u kontroll tat-toroq, ġbir u rimi ta’
l-iskart, servizzi ta’ telegrafija u telefonija, ġarr ta’ oġġetti postali, xandir bir-radju u
t-televiżjoni u skoperta ta’ trasmittenti jew riċevituri tar-radju jew televiżjoni.
4. Vetturi użati f’operazzjonijiet ta’ emerġenza u salvataġġ.
5. Vetturi speċjalizzati użati għal skopijiet mediċi.
6. Vetturi li jittrasportaw tagħmir taċ-ċirku u l-fieri.
7. Vetturi speċjalizzati għall-ħsarat.
8. Vetturi sottomessi għat-testijiet tat-toroq għal żvilupp tekniku, tiswija jew
manutenzjoni, u vetturi ġodda jew mibnija mill-ġdid li għadhom ma tqegħdux fis-
servizz.
9. Vetturi użati għall-ġarr mhux kummerċjali tal-merkanzija għal użu
personali.
10. Vetturi użati għall-ġbir tal-ħalib mill-irziezet jew radd lill-irziezet tal-
kontenituri tal-ħalib jew prodotti tal-ħalib maħsuba għat-tmigħ ta’ l-annimali.
11. Vetturi użati għal servizzi internazzjonali regolari tal-passiġġieri, meta r-
rotta li taqsam il-fruntiera ma tkunx teċċedi l-100 km f’linja dritta.
26 L.S.65.21 ħ
PIŻIJIET, DIMENSJONIJIET U TAGĦMIR
TAL-VETTURI BIL-MUTUR
IL-ĦAMES SKEDA
(Regolament 35)
PROĊEDURI GĦALL-VERIFIKA U L-ISPEZZJONI
TAR-RECORDING EQUIPMENT
L-Awtorità  għandha tinnomina l-korpijiet li għandhom iwettqu l-verifiki u l-
ispezzjonijiet.
1. Attestament ta’ strumenti ġodda jew imsewwija: Kull tagħmir individwali,
kemm jekk ġdid jew imsewwi għandu jiġi attestat dwar l-operazzjoni korretta tiegħu
u l-preċiżjoni tal-qari u r-reġistrazzjonijiet tiegħu, fil-limiti mwaqqfa mill-Awtorità ,
permezz ta’ siġillar skond ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Awtorità .
2. L-Awtorità  tista’ titlob verifika inizjali, li tikkonsisti f’verifika u konferma
tal-konformità  ta’ tagħmir ġdid jew imsewwi bil-mudell approvat dwar it-tip, jew
tista’ tiddelega l-poter ta’ attestazzjoni lill-fabbrikanti jew lill-aġenti awtorizzati.
3. Meta jitwaħħlu fuq vettura, it-tagħmir u l-istallazzjoni sħiħa għandhom
jikkonformaw mad-disposizzjonijiet dwar tolleranzi massimi stabbliti mill-Awtorità .
It-testijiet ta’ spezzjoni għandhom jitwettqu mill-fitter jew workshop
approvat jew fuq responsabbiltà  tiegħu.
4. (a) Spezzjonijiet regolari ta’ tagħmir imwaħħal fuq vetturi għandhom
iseħħu għall-inqas kull sentejn u jistgħu jitwettqu flimkien ma’ testijiet għar-
roadworthiness tal-vetturi.
Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jinkludu l-verifiki li ġejjin:
- li t-tagħmir jaħdem sew, inkluż it-trasferiment ta’ informazzjoni minn
jew għall-workshop card,
- li t-tagħmir għandu l-marka ta’ approvazzjoni dwar tip,
- li l-pjanċa ta’ l-istallazzjoni hi mwaħħla,
- li s-siġilli fuq it-tagħmir u partijiet oħrajn ta’ l-istallazzjoni huma
intatti,
- id-dawra attwali tat-tyres.
(b) Għandha titwettaq spezzjoni biex taċċerta konformità  ma’ kull liġi jew
regolament fis-seħħ f’Malta dwar it-tolleranzi massimi li jintużaw għall-inqas darba
kull sitt snin, għalkemm l-Awtorità  tista’ tiffissa intervall iqsar għal tali spezzjoni
tal-vetturi rreġistrati fit-territorju tagħha. Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jinkludu
sostituzzjoni tal-plakka ta’ l-istallazzjoni.
5. Il-kejl ta’ żbalji fl-istallazzjoni u matul l-użu għandu jitwettaq taħt il-
kondizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu kondizzjonijiet
standard tat-testijiet:
- vettura mhux mgħobbija, li tahdem normali,
- arja fit-tyres skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant,
- tmermir tat-tyre fil-limiti permessi mill-liġi,
- ċaqliq tal-vettura: il-vettura għandha tipproċedi, immexxija mill-makna
tagħha stess, f’linja dritta u fuq wiċċ ċatt, b’veloċità  ta’ 50 ±  5 km/s;
jekk hu ta’ preċiżjoni komparabbli, it-test jista’ wkoll isir fuq bank
xieraq tat-testijiet.
