REGOLARIZZAZZJONI TA’ ARRETRATI
DWAR LIĊENZI TA’ VETTURI BIL-MUTUR ġ L.S.65.24 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 65.24
REGOLAMENTI DWAR IR-REGOLARIZZAZZJONI 
TA’ ARRETRATI DWAR LIĊENZI 
TA’ VETTURI BIL-MUTUR
29 ta’ Jannar, 2004
L-AVVIŻ LEGALI 13 ta’ l-2004.
Titolu.
Regolarizzazzjoni ta’ Arretrati dwar Liċenzi ta’ Vetturi bil-Mutur.
Interpretazzjoni.
tkunx teħtieġ xort’oħra -
''l-Awtorità '' tfisser l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta;
''l-avviż'' tfisser l-avviż bil-miktub imsemmi fir-regolament 4;
Kap. 65.
Traffiku;
L.S. 65.11
dwar il-Vetturi bil-Mutur.
Immunità  minn 
responsabbiltà  
kriminali u 
eżenzjoni minn 
ħlas.
3. Kull min fid-data li fiha jibdew iseħħu dawn ir-regolamenti
kellu responsabbiltà  kriminali skond l-artikolu 57 ta’ l-Ordinanza,
u, jew skond ir-regolament 18 tar-regolamenti dwar il-vetturi bil-
mutur, jingħata immunità  minn din ir-responsabbiltà  kriminali u
eżenzjoni sħiħa jew parzjali mill-ħlas ta’ arretrati fuq ħlasijiet tal-
liċenza tat-triq dovuti lill-Awtorità  wara li jkunu sodisfatti l-
kundizzjonijiet stipulati f’dawn ir-regolamenti.
Avviż bil-mitkub 
dwar mankanza 
lill-Awtorità .
4. Fi żmien perijodu ta’ sitt xhur mid-data li fiha jibdew
iseħħu dawn ir-regolamenti, minn hawn ’il quddiem imsejħa l-
perijodu ta’ regolarizzazzjoni, kull persuna li għaliha japplika r-
regolament 3, għandha tingħata avviż bil-miktub lill-Awtorità  dwar
in-nuqqas tagħha u dwar l-intenzjoni tagħha li tirregolarizza l-
pożizzjoni tagħha skond dawn ir-regolamenti.
Ħlas 
amministrattiv.
5. L-avviż għandu jkun indirizzat u ippreżentat lit-Taqsima
dwar Arretrati ta’ Dħul fi ħdan l-Awtorità  u miegħu għandu jiġi
ppreżentat ħlas amministrattiv ta’ ħmistax-il lira:
Iżda, kull avviż li ma jkunx akkumpanjat mill-ħlas preskritt
ma jkunx jikkostitwixxi avviż validu skond ir-regolament 4.
Vetturi skrappjati.
ġiet skrappjata mingħajr il-formalitajiet meħtieġa kif mitlub fir-
regolament 26 tar-regolamenti dwar il-vetturi bil-mutur, għandu
jkun akkumpanjat minn affidavit għal dak l-iskop. Kull min
jippreżenta avviż validu skond dan ir-regolament jibbenefika minn
eżenzjoni totali mir-responsabbiltà  kriminali u mill-ħlas ta’
arretrati dovuti minnu għar-rigward tal-liċenza ta’ l-imsemmija
vettura skond l-Ordinanza u r-regolamenti dwar il-vetturi bil-
mutur.
Vetturi li se jkunu 
jiġu skrappjati.
7. Kull min jissottometti avviż fir-rigward ta’ liċenza li
tappartjeni lil vettura li jkun se jiskrappja, għandu jibbenefika minn
2 L.S.65.24 ħ
REGOLARIZZAZZJONI TA’ ARRETRATI
DWAR LIĊENZI TA’ VETTURI BIL-MUTUR
eżenzjoni sħiħa mill-ħlas ta’ l-arretrati kollha ta’ ħlasijiet tal-
liċenza li kellhom isiru fir-rigward ta’ l-imsemmija vettura u
għandu jkun eżenti mir-responsabbiltà  kriminali jekk u meta
jissodisfa r-rekwiżiti tar-regolament 26 tar-regolamenti dwar il-
vetturi b’mutur:
Iżda jekk dik il-persuna tonqos milli tissodisfa l-obbligi ta’
dan ir-regolament fi żmien mhux aktar minn xahar minn meta
jagħlaq il-perijodu ta’ regolarizzazzjoni, dik il-persuna titlef id-
dritt li tibbenefika mir-regolament 3 u tibqa’ soġġetta għal
proċeduri kriminali u responsabbiltà  ċivili skond l-Ordinanza u r-
regolamenti dwar il-vetturi bil-mutur.
Vetturi garaxxjati. 8. Kull min jissottometti avviż fir-rigward ta’ liċenza li
tappartjeni lil vettura li ma tkunx għadha tintuża fit-triq iżda li ma
tkunx ġiet garaxxjata skond id-disposizzjonijiet tar-regolament
18(4) tar-regolamenti dwar il-vetturi bil-mutur, jibbenefika minn
tnaqqis ta’ sitta u sittin fil-mija ta’ l-arretrati tal-ħlasijiet kollha tal-
liċenza dovuti fir-rigward ta’ l-imsemmija vettura u jiġi eżentat
mir-responsabbiltà  kriminali jekk u meta jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-
imsemmija regolamenti u jħallas l-ammont imnaqqas ta’ l-arretrati
dovuti minnu:
Iżda jekk dik il-persuna tonqos milli tissodisfa l-obbligi
tagħha skond dan ir-regolament fi żmien mhux aktar minn xahar
minn meta jagħlaq il-perijodu ta’ regolarizzazzjoni, dik il-persuna
titlef id-dritt li tibbenefika mir-regolament 3 u tibqa’ soġġetta għal
proċeduri kriminali u responsabbiltà  ċivili skond l-Ordinanza u r-
regolamenti dwar il-vetturi bil-mutur.
Vetturi li ma 
jkunux se jiġu 
skrappjati jew 
garaxxjati.
9. Kull min jippreżenta avviż fir-rigward ta’ liċenza li
tappartjeni lil vettura li ma tkunx se tiġi garaxxjata skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament 18(4) tar-regolamenti dwar il-
vetturi bil-mutur, jibbenefika minn tnaqqis ta’ tlieta u tletin fil-mija
ta’ l-arretrati tal-ħlasijiet kollha tal-liċenza dovuti fir-rigward ta’ l-
imsemmija vettura u jiġi eżentat mir-responsabbiltà  kriminali jekk
u meta jħallas l-ammont ta’ arretrati mnaqqsa dovuti minnu u wkoll
il-ħlas sħiħ tal-liċenza għas-sena korrenti:
Iżda jekk dik il-persuna tonqos milli tissodisfa l-obbligi
tagħha skond dan ir-regolament fi żmien mhux aktar minn xahar
minn meta jagħlaq il-perijodu ta’ regolarizzazzjoni, dik il-persuna
titlef id-dritt li tibbenefika mir-regolament 3 u tibqa’ soġġetta għal
proċeduri kriminali u responsabbiltà  ċivili skond l-Ordinanza u r-
regolamenti dwar il-vetturi bil-mutur.
Pjanċi qodma tan-
numri.
10. Kull vettura li, ma għeluq xahar mill-perijodu tar-
regolarizzazzjoni, ikun għad għandha l-pjanċi bin-numri ta’
identifikazzjoni allokati mill-Kummissarju tal-Pulizija qabel l-
1995, titqies li ġiet skrappjata fir-reġistri ta’ l-Awtorità . Biex l-
imsemmija vettura tkun tista’ terġa’ tintuża fit-triq, trid terġa’ tiġi
reġistrata mill-ġdid u ssir valutazzjoni ġdida mill-Awtorità .
