MOVIMENT TA’ ARMI TAN-NAR U MUNIZZJON
FI STATI MEMBRI U PROVVEDIMENTI OĦRA ġ L.S.66.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 66.01
REGOLAMENTI DWAR IL-MOVIMENT TA’ ARMI 
TAN-NAR U MUNIZZJON FI STATI MEMBRI U 
PROVVEDIMENTI OĦRA
1 ta’ Mejju, 2004
L-AVVIŻ LEGALI 56 ta’ l-2004.
Titolu.
Moviment ta’ Armi tan-Nar u Munizzjon fi Stati Membri u
Provvedimenti Oħra.
Tifsiriet.
tkunx titlob xort’oħra:
''arma tan-nar'' għandha l-istess tifsira kif lilha mogħtija bl-
artikolu 2 ta’ l-Ordinanza, imma għall-finijiet ta’ dawn ir-
regolamenti għandha tkun limitata għal xkubetti bil-porvli, armi
tar-riħ ta’ kalibru massimu ta’ ħmistax-il pied-il libbra u snieter;
''il-Kummissarju'' tfisser il-Kummissarju tal-Pulizija;
''munizzjon'' tfisser dak il-munizzjon meħtieġ għall-użu f’arma
tan-nar;
Kap. 66.
''pass dwar l-armi tan-nar'' huwa ekwivalenti għal liċenza skond
l-Ordinanza u dak il-pass għandu jkun japplika bejn Stat Membru u
ieħor, u jkun fih dak it-tagħrif skond ma hemm elenkat fl-Iskeda;
''pussess'', għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, hu l-jedd li
nazzjonali li ma jkunx resident fi Stat Membru għandu, li jżomm,
iġorr u juża arma tan-nar f’Malta għall-iskop indikat fil-pass dwar
l-armi tan-nar;
''Stati Membri'' huma dawk l-istati li huma membri ta’ l-Unjoni
Ewropea fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti.
Liċenza għall-
esportazzjoni minn 
nazzjonali mhux 
residenti ta’ Stati 
Membri.
3. (1) Tista’ tinħareġ liċenza mill-Kummissarju lil nazzjonali
ta’ Stat Membru li jkun residenti ta’ Stat Membru li mhux Malta,
sabiex jakkwista arma tan-nar jew munizzjon, għall-esportazzjoni
lejn il-pajjiż ta’ residenza ta’ l-applikant iżda dak in-nazzjonali
għandu -
(a) jissodisfa il-kondizzjonijiet għall-akkwist ta’ liċenza
taħt l-Ordinanza;
(b) jikseb awtorizzazzjoni għall-akkwist ta’ l-arma tan-nar
jew munizzjon mill-pajjiż ta’ residenza tiegħu;
(ċ) jippreżenta lill-Kummissarju d-dettalji kollha
meħtieġa inklużi d-dettalji elenkati fir-regolament 5(1)
fuq il-formola preskritta.
(2) Il-Kummissarju għandu, qabel ma jawtorizza l-akkwist ta’
arma tan-nar jew munizzjon għal trasferiment lejn Stat Membru
ieħor taħt l-artikoli 3 u 4 ta’ l-Ordinanza, jeżamina l-
kondizzjonijiet kollha għat-trasferiment, b’mod partikolari f’dak li
2 L.S.66.01 ħ
MOVIMENT TA’ ARMI TAN-NAR U MUNIZZJON
FI STATI MEMBRI U PROVVEDIMENTI OĦRA
għandu x’jaqsam mas-sigurtà .
Liċenza għal 
pussess ta’ armi 
tan-nar f’Malta 
minn nazzjonali 
mhux residenti ta’ 
Stat Membru.
4. (1) Tista’ tinħareġ liċenza mill-Kummissarju lil nazzjonali
ta’ Stat Membru li jkun residenti ta’ Stat Membru li mhux Malta
għall-pussess ta’ dik l-arma tan-nar jew munizzjon ġewwa Malta,
iżda dak in-nazzjonali għandu:
(a) jissodisfa l-kondizzjonijiet għal-liċenza taħt l-
Ordinanza;
(b) jippreżenta lill-Kummissarju dikjarazzjoni bil-miktub
li tkun ta’ prova dwar, u li tkun tiġġustifika l-
intenzjoni li, jippossjedi dik l-arma tan-nar jew
munizzjon ġewwa Malta.
(2) Meta tinħareġ liċenza għall-akkwist u pussess ta’ arma tan-
nar jew munizzjon skond dan ir-regolament, il-Kummissarju
għandu jgħarraf b’dan lill-pajjiż ta’ residenza ta’ l-applikant.
Trasferiment ta’ 
armi tan-nar lejn 
Stati Membri.
5. (1) Applikazzjoni għal liċenza taħt l-artikoli 3 u 4 ta’ l-
Ordinanza għat-trasferiment ta’ arma tan-nar jew munizzjon lejn
Stat Membru għandha tinkludi dawn id-dettalji li ġejjin:
(a) l-ismijiet u l-indirizzi tal-persuna li tkun qed tbiegħ
jew tneħħi l-arma tan-nar jew munizzjon u tal-persuna
li tkun qed tixtriha jew takkwistaha jew, fejn ikun
adatt, tas-sid;
(b) l-indirizz fejn l-arma tan-nar jew il-munizzjon ikunu
se jiġu kkunsinnati jew trasportati;
(ċ) l-għadd ta’ armi tan-nar li jkunu se jiġu kkunsinnati
jew trasportati;
(d) il-partikolaritajiet li bihom l-arma tan-nar jew il-
munizzjon ikunu jistgħu jingħarfu kif ukoll
indikazzjoni li l-arma tan-nar tkun għaddiet minn
kontroll skond il-Konvenzjoni ta’ l-1 ta’ Lulju, 1969
fuq ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Proofmarks fuq
Armi Żgħar;
(e) il-mezz ta’ trasferiment;
(f) id-data ta’ tluq u meta x’aktarx tkun id-data tal-wasla.
(2) Qabel ma joħroġ il-liċenza, il-Kummissarju għandu
jeżamina l-kondizzjonijiet li t-trasferiment ikun ser isir taħthom,
partikolarment fir-rigward tas-sigurtà .
(3) Il-Kummissarju għandu jittrasmetti l-informazzjoni kollha
li tasallu konformement mas-subregolament (1) lill-Istat Membru
ta’ destinazzjoni u, fejn ikun japplika, lill-Istat Membru ta’
mogħdija, qabel it-trasferiment.
Traffikanti li 
jittrasferixxu lil 
traffikanti oħra fi 
Stati Membri.
6. (1) Il-Kummissarju jista’ jagħti liċenza lil traffikant li
jkollu liċenza taħt l-Ordinanza li biha jawtorizza lit-traffikant
jittrasferixxi armi tan-nar jew munizzjon lil traffikanti fi Stati
Membri oħra mingħajr ma joqgħod japplika għal liċenza taħt l-
artikoli 3 u 4 ta’ l-Ordinanza.
(2) Liċenza taħt l-artikoli 3 u 4 tista’, għall-finijiet ta’ dawn ir-
MOVIMENT TA’ ARMI TAN-NAR U MUNIZZJON
FI STATI MEMBRI U PROVVEDIMENTI OĦRA ġ L.S.66.01 3
regolamenti, tinħareġ għal perjodu massimu ta’ tliet snin u tista’
tiġi sospiża jew revokata fuq bażi raġonevoli mill-Kummissarju
f’kull żmien.
(3) Il-Kummissarju għandu javża lil dawk it-traffikanti li
jkollhom liċenza taħt l-Ordinanza, b’lista ta’ armi tan-nar u
munizzjon li jkunu ġew notifikati lilu mill-Istati Membri l-oħra, u
f’dik il-lista għandhom jiġu indikati l-armi tan-nar u l-munizzjon
biss li jistgħu jiġu trasferiti lejn dawk l-Istati Membri bl-
awtorizzazzjoni tagħhom minn qabel.
(4) Traffikant għandu jippreżenta l-informazzjoni msemmija
fir-regolament 5(1)(a) sa (f) lill-Kummissarju qabel it-trasferiment
ta’ arma tan-nar lejn Stat Membru ieħor skond dan ir-regolament.
(5) Il-Kummissarju għandu jgħaddi kull informazzjoni li tkun
waslitlu konformement mas-subregolament (4) lill-Istat Membru
ta’ destinazzjoni jew fejn ikun japplika lill-Istat Membru ta’
transitu, qabel it-trasferiment.
Importazzjoni ta’ 
armi tan-nar minn 
Stat Membru ieħor.
7. Minkejja l-artikolu 4 ta’ l-Ordinanza, ma tkunx meħtieġa
liċenza għall-importazzjoni ta’ arma tan-nar jew munizzjon ġewwa
Malta minn Stat Membru ieħor meta:
(a) ikun hemm liċenza biex it-trasferiment isir maħruġa
mill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Membru minn fejn
l-arma tan-nar jew munizzjon ikunu qed jiġu trasferiti;
(b) it-trasferiment isir bejn traffikant li jkun stabbilit fi
Stat Membru u traffikant lokali, u l-ewwel traffikant
ikollu liċenza mill-awtorità  kompetenti ta’ l-istat
tiegħu biex jittrasferixxi armi tan-nar lil traffikanti
oħra fi Stati Membri, mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda
awtorizzazzjoni speċifika għal dak it-trasferiment:
Iżda l-liċenzi hawn qabel imsemmija maħruġin mill-
awtoritajiet kompetenti ta’ l-Stat Membru minn fejn l-arma tan-nar
jew munizzjon għandhom jiġu trasferiti, għandu jkun fihom fil-każ
ta’ trasferiment taħt il-paragrafu (a), id-dettalji kollha elenkati fir-
regolament 5(1), filwaqt li fil-każ ta’ trasferimenti taħt il-paragrafu
(b), dawn għandu jkun fihom id-dettalji msemmija fir-regolament
5(1)(a) sa (f):
Iżda wkoll il-liċenza li tkun tawtorizza t-trasferiment
tagħhom għandu jimxi flimkien ma’ l-arma tan-nar jew mal-
munizzjon trasferiti lejn Malta.
Il-Kummissarju 
ikollu dritt 
jispezzjona kull 
liċenza.
8. (1) Il-Kummissarju jkollu d-dritt li jitlob li ssir spezzjoni
ta’ kull liċenza li jkun hemm flimkien ma’ armi tan-nar u
munizzjon trasferiti lejn jew minn Malta skond dawn ir-
regolamenti.
(2) Il-Kummissarju jkollu d-dritt jipprojbixxi t-trasferiment ta’
arma tan-nar lejn jew minn Malta meta ma jkunx hemm liċenza.
Pass dwar l-armi 
tan-nar.
9. (1) Il-Kummissarju għandu, wara li ssirlu applikazzjoni
fuq il-formola preskritta, joħroġ pass dwar l-armi tan-nar lil
detentur ta’ liċenza li jkollu liċenza taħt l-Ordinanza.
(2) Il-pass dwar l-armi tan-nar jibqa’ validu għal żmien ħames
4 L.S.66.01 ħ
MOVIMENT TA’ ARMI TAN-NAR U MUNIZZJON
FI STATI MEMBRI U PROVVEDIMENTI OĦRA
snin mid-data meta jinħareġ imma jista’ jiġġedded iktar għal
perjodu ieħor ta’ ħames snin.
(3) Il-pass dwar l-armi tan-nar għandu jkun fih it-tagħrif bażiku
muri fl-Iskeda.
(4) Meta jinħareġ pass dwar l-armi tan-nar fir-rigward ta’ arma
tan-nar li tkun projbita minn Stat Membru, jew li tkun teħtieġ
awtorizzazzjoni bil-quddiem ta’ Stat Membru dwar il-pussess
tagħha f’dak l-Istat Membru, u l-Kummissarju jkun ġie debitament
avżat bi projbizzjoni jew ħtieġa għal awtorizzazzjoni bil-quddiem
bħal dawk, għandha tiġi inkluża dikjarazzjoni li tkun tgħid dan
f’dak il-pass.
(5) Pass dwar l-armi tan-nar ma jkunx jista’ jiġi trasferit u
għandu dejjem ikun fil-pussess tal-persuna li tkun qed tuża l-arma
tan-nar li l-pass dwar l-armi tan-nar jkun jirreferi għaliha.
(6) Bidliet fil-pussess jew fil-karatteristiċi ta’ armi tan-nar
indikati fil-pass dwar l-armi tan-nar, kif ukoll it-telf jew serq ta’ xi
arma tan-nar bħal dik għandhom dejjem jiġu indikati fuq il-pass
dwar l-armi tan-nar.
Tiraturi u 
kaċċaturi.
10. It-tiraturi u kaċċaturi ma jkunux jeħtieġu liċenza taħt l-
Ordinanza fir-rigward ta’ armi tan-nar jew munizzjon li jinġiebu
ġewwa Malta u li jkunu se jintużaw għall-isparar bi preċiżjoni fil-
mira jew kaċċa, iżda t-tiraturi għandhom ikunu fil-pussess ta’ pass
Ewropew dwar armi tan-nar li jkun ġie maħruġ validament u li jkun
ġeneralment fih l-informazzjoni msemmija fl-Iskeda, iżda wkoll it-
tiraturi jew kaċċaturi għandhom ikunu kapaċi jissostanzjaw ir-
raġunijiet għall-preżenza tagħhom f’Malta billi joħorġu stedina
għall-parteċipazzjoni f’attività  ta’ sparar bi preċiżjoni fil-mira jew
kaċċa:
Iżda il-Kummissarju għandu jkun ġie mgħarraf u jkun ta l-
kunsens tiegħu sabiex dik l-attivita’ tkun tista’ ssir.
Armi tan-nar 
projbiti u 
awtorizzazzjoni 
bil-quddiem.
11. (1) Dawn ir-regolamenti ma għandhomx japplikaw għal
armi tan-nar li ma humiex xkubetti bil-porvli, armi tar-riħ ta’
kalibru massimu ta’ ħmistax-il pied-il libbra u snieter u munizzjon
li għandhom x’jaqsmu ma’ armi tan-nar bħal dawk.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, il-
Kummissarju jista’ jeħtieġ li tinkiseb liċenza taħt l-Ordinanza biex
jiddaħħlu jew jiġu trasferiti ġewwa Malta armi tan-nar u munizzjon
speċifiċi li l-Kummissarju jista’ minn żmien għal żmien jindika.
Pieni. 12. Persuna li tinsab ħatja ta’ ksur ta’ xi wieħed minn dawn ir-
regolamenti tista’ teħel il-piena li hemm fl-artikolu 26 ta’ l-
Ordinanza.
Registri ta’ l-
inventarju ta’ armi 
fid-depożt.
13. Liċenza li, wara d-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti,
tinħareġ lil persuna biex tagħmilha ta’ traffikant f’armi regolari li
ma jkunux armi tan-nar, inkluż it-tiġdid tal-liċenza skond l-artikolu
4(3) ta’ l-Ordinanza, għandha żżomm ir-reġistri msemmija fl-
artikolu 7(2) ta’ l-Ordinanza għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin
ukoll jekk it-traffikant jirrinunzja jew jitlef il-liċenza, iżda d-
disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament għandhom jitqiesu li jkunu
MOVIMENT TA’ ARMI TAN-NAR U MUNIZZJON
FI STATI MEMBRI U PROVVEDIMENTI OĦRA ġ L.S.66.01 5
ġew imħarsa jekk dawk ir-reġistri jiġu kkonsenjati, meta ssir dik ir-
rinunzja jew dak it-telfien ta’ liċenza, lill-Kummissarju biex jieħu
ħsiebhom, f’liema każ il-Kummissarju għandu jżomm dawk il-
kotba għall-perjodu msemmi f’dan ir-regolament.
6 L.S.66.01 ħ
MOVIMENT TA’ ARMI TAN-NAR U MUNIZZJON
FI STATI MEMBRI U PROVVEDIMENTI OĦRA
SKEDA
(Regolament 9)
PASS DWAR L-ARMI TAN-NAR
Il-pass għandu jinkludi dawn is-sezzjonijiet li ġejjin:
(a) l-identità  tad-detentur;
(b) identifikazzjoni ta’ l-arma jew arma tan-nar, inkluża riferenza għall-
kategorija fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 91/447/EEC tat-18
ta’ Ġunju 1991 fuq il-Kontroll ta’ l-akkwiżizzjoni u l-pussess ta’ armi;
(ċ) perjodu ta’ validità  tal-pass;
(d) sezzjoni li tintuża mill-Istat Membru li jkun qed joħroġ il-pass (tip u
riferenzi għall-awtorizzazzjonijiet);
(e) sezzjoni fejn jitniżżlu dettalji minn Stati Membri oħra
(awtorizzazzjonijiet għal dħul fit-territorju);
(f) id-dikjarazzjonijiet:
''Id-dritt li jsir vjaġġ lejn Stat Membru ieħor b’xi arma waħda jew
iktar tan-nar f’kategoriji B, Ċ jew D imsemmija fil-pass għandu
jkun soġġett għal xi awtorizzazzjoni waħda jew iktar
korrispondenti bil-quddiem mill-Istat Membru fejn tkun se ssir iż-
żjara. Kull tali awtorizzazzjoni tista’ tiġi reġistrata fuq il-pass.
L-awtorizzazzjoni bil-quddiem imsemmija hawn qabel mhix fil-
prinċipju meħtieġa biex isir vjaġġ filwaqt li tinġarr arma tan-nar
fil-kategoriji B, Ċ jew D bil-għan ta’ parteċipazzjoni fi sparar bi
preċiżjoni fil-mira jew kaċċa, sakemm il-vjaġġatur ikollu pussess
tal-pass dwar l-armi tan-nar u jkun jista’ jagħti r-raġuni għal dak
il-vjaġġ.''.
Meta Stat Membru jkun informa lill-Istati Membri l-oħra, skond Artikolu
8(3) tad-Direttiva, li l-pussess ta’ xi armi tan-nar f’kategoriji B, Ċ jew D ikun projbit
jew soġġett għal xi awtorizzazzjoni, għandha tiżdied waħda minn dawn id-
dikjarazzjonijiet li ġejjin:
''Vjaġġ lejn ....................... (Stat(i) involuti) bl-arma tan-nar
.......................... (identifikazzjoni) huwa projbit.'', jew
''Vjaġġ lejn .......................... (Stat(i) involuti) bl-arma tan-nar
.................. (identifikazzjoni) ikun soġġett għal awtorizzazzjoni''.
