PROĊEDIMENTI TAL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA ġ L.S.69.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 69.01
REGOLAMENTI DWAR IL-PROĊEDIMENTI
TAL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA
29 ta’ Lulju, 1957
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 467 ta’ l-1957, kif emendata bl-Atti
VIII ta’ l-1990 u XXIV ta’ l-1995.
Titolu.
Proċedimenti tal-Bord li jirregola l-Kera.
Tifsir.
jindikax mod ieħor -
"Bord" ifisser il-Bord li jirregola l-Kera mwaqqaf skond l-
Ordinanza, għall-Gżira ta’ Malta jew, skond il-każ, għall-Gżejjer
ta’ Għawdex u Kemmuna;
"Chairman" tfisser iċ-Chairman tal-Bord;
Kap. 69.
Bini.
Reġistratur tal-
Bord.
Emendat:
VIII. 1990.3;
XXIV. 1995.362.
Kap. 12.
3. Ir-Reġistratur tal-Qrati, tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u
tal-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), kif ikun il-każ, jew kull
persuna li tkun qed tagħmilha minfloku jew f’ismu skond id-
disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili,
(hawnhekk aktar ’il quddiem imsejjaħ "ir-Reġistratur") għandu
jkun ir-Reġistratur tal-Bord.
Notifika ta’ 
mandati, eċċ.
Kap. 12.
4. In-notifika tal-mandati, ordnijiet jew atti oħra kollha tal-
Bord għandha ssir skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, u dawk id-disposizzjonijiet
għandhom, safejn ikun possibbli, japplikaw għal proċedimenti
quddiem il-Bord.
Spejjeż tal-
proċedimenti.
5. Ħlief fejn ikun maħsub xort’oħra, l-ispejjeż tal-
proċedimenti quddiem il-Bord u drittijiet tar-Reġistru li għandhom
jitħallsu għal atti preżentati dwar dawn il-proċedimenti għandhom
ikunu ntaxxati skond it-tariffi li jinsabu ma’ dak il-Kodiċi.
Persunal tal-Bord.
Kap. 12.
6. Ir-Reġistratur għandu jaħseb għall-persunal meħtieġ biex
isiru s-seduti u biex jiġu esegwiti l-ordnijiet tal-Bord. L-uffiċjali
hekk magħżula għandhom, waqt li jagħmlu d-dmirijiet tagħhom,
igawdu u jeżerċitaw dawk is-setgħat kollha mogħtija mill-Kodiċi
ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili lill-uffiċjali li jagħmlu
dmirijiet tagħhom.
Seduti tal-Bord.
Emendat:
VIII. 1990.3.
7. Is-seduti tal-Bord għandhom isiru f’dawk il-ġranet u
f’dawk il-ħinijiet li jiġu ffissati miċ-Chairman fil-bini tal-Qorti
Superjuri jew, skond il-każ, fil-bini tal-Qorti tal-Maġistrati
(Għawdex).
Spezzjonijiet.
loci mill-Bord kollu jew minn membru jew membri tal-Bord.
Deċiżjoni tal-Bord.
Chairman u kontrofirmata mir-Reġistratur jew mill-iskrivan tal-
2 L.S.69.01 ħ PROĊEDIMENTI TAL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA
Bord. Ir-Reġistratur ikollu s-setgħa li jagħti kopji awtentikati ta’
deċiżjonijiet jew ordnijiet tal-Bord bi ħlas tad-drittijiet stabbiliti
għal kopji maħruġin mir-Reġistru tal-Qorti.
