DRITTIJIET FIL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA ġ L.S.69.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 69.02
REGOLAMENTI DWAR DRITTIJIET FIL-BORD 
LI JIRREGOLA L-KERA
1 ta’ Ottubru, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 155 ta’ l-1996, kif emendati bl-Avviżi Legali 141 u
198 ta’ l-2000.
Titolu.
Drittijiet fil-Bord li jirregola l-Kera.
Drittijiet li jitħallsu 
lill-avukati u lill-
prokuraturi legali 
għal proċedimenti 
quddiem il-Bord li 
jirregola l-Kera.
Kap. 116.
2. Għandu jitħallas lill-avukat jew lill-prokuratur legali għal
kull proċedura quddiem il-Bord li jirregola l-Kera -
(a) f’kull każ ta’ stima ta’ kera -
(i) dwar dar ta’ abitazzjoni mikrija mhux mobbilita
li tkun dar qadima skond it-tifsira li hemm fl-
artikolu 2 ta’ l-Ordinanza li Trażżan il-Kera fuq
id-Djar, u li ma jkun sar fiha ebda tibdil
strutturali u/jew żidiet wara l-1 ta’ April, 1939,
dritt ta’ lira;
(ii) dwar kull fond ieħor, dritt daqs xahar kera jew
dritt ta’ żewġ liri, liema jkun l-akbar ammont;
(b) f’kull każ biex jerġa’ jittieħed il-pussess ta’ fond, dritt
daqs xahar kera jew dritt ta’ ħames liri, liema jkun l-
akbar ammont;
Kap. 12.
(ċ) dwar kull att preżentat quddiem l-imsemmi Bord, li ma
jkunx rikors preżentat skond l-artikoli 7, 8, 14 jew 42,
jew risposta preżentata skond l-artikolu 30, dritt li
jitħallas skond id-Tariffa E ta’ l-Iskeda A annessa mal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Drittijiet tar-
reġistru.
Miżjud:
A.L. 141 ta’ l-
2000.
3. Id-drittijiet tar-reġistru stabbiliti fit-Tariffa annessa ma’
dawn ir-regolamenti jitħallsu mal-preżentata ta’ l-att tal-proċedura
relattiv.
Miżjuda:
A.L. 141 ta’ l-
2000.
Emendata:
A.L. 198 ta’ l-
2000.
TARIFFA
Drittijiet tar-reġistru li jitħallsu fil-Bord li jirregola il-Kera
1 Għall-preżentata ta’ kull talba ..................................... Lm 15
2 Għall-preżentata ta’ kull risposta ................................ Lm 10
3 Għall-preżentata ta’ kull rikors ta’ appell ................... Lm 30
4 Għall-preżentata ta’ risposta għal rikors ta’ appell ...... Lm 20
2 L.S.69.02 ħ DRITTIJIET FIL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA
5 Id-drittijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ din it-
Tariffa jinkludu l-preżentata ta’ kull att ieħor tal-
proċedura u servizzi oħra (inklużi, iżda mhux limitati
għal, il-preżentata ta’ mandati għall-eżami ta’ xhieda,
l-eżami nnifsu, drittijiet għar-reġistrazzjoni,
traskrizzjonijiet u kopji, is-servizzi ta’ assistenti
ġudizzjarji, digrieti u dikjarazzjonijiet qabel id-
deċiżjoni finali, taxxi ta’ l-ispejjeż u kopji tad-
deċiżjoni) li huma meħtieġa wara li tinbeda kawża
permezz ta’ dak l-att sa u inkluża d-deċiżjoni finali,
iżda mhux magħdudin id-drittijiet dovuti għan-
notifika ta’ l-atti tal-proċedura jew drittijiet li
għandhom jitħallsu lil periti jew esperti nominati
mill-Bord, jew xi drittijiet li l-Bord jista’ jkun
meħtieġ li jħallas lil terzi persuni.
6 (1) Ebda dritt ma għandu jitħallas għall-preżentata
ta’ xi nota ta’ ammissjoni ta’ talba sakemm it-talba
tkun ammessa kompletament u mingħajr kondizzjoni
qabel ma ssir xi kontestazzjoni dwarha.
(2) Kull kontro-talba li jkun hemm f’att tal-
proċedura titqies bħala talba ġdida, u d-drittjiet
msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom jitħallsu fuq
il-kontro-talba u r-risposta għaliha.
(3) Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4
għandhom ikunu dovuti wkoll mal-preżentata ta’
rikors lill-Bord biex wieħed jippreżenta nota ta’ l-
eċċezzjonijiet, tweġiba jew att ieħor tal-proċedura
ppreżentat bħala risposta għat-talba u maħsub biex
jikkontesta, sew totalment sew parzjalment, talba
magħmula.
7 (1) Għal kull notifika ta’ att tal-proċedura inklużi l-
ispejjeż li jsiru għall-eżekuzzjoni ta’ dik in-notifika,
jkunu dovuti dawn id-drittijiet li ġejjin:
(i) dritt tar-reġistru ....................................... Lm 2.50
(ii) dritt dovut lill-uffiċjal eżekuttiv li
jeżegwixxi n-notifika .............................. Lm 0.50
Iżda jekk in-notifika għandha ssir barra mill-ħinijiet
normali tax-xogħol, id-drittijiet imsemmija f’dan il-
paragrafu għandhom jiżdiedu b’100%.
(2) Minkejja kull ħaġa li hemm f’din it-Tariffa, jekk
in-notifika ta’ xi att għandha tiġi eżegwita
personalment minn uffiċjal eżekuttiv tal-Bord, f’dawk
il-każijiet fejn il-liġi tippermetti li n-notifika ssir mod
ieħor, ikunu dovuti, għal kull notifika, dawn id-
drittijiet addizzjonali li ġejjin:
(i) dritt tar-reġistru ....................................... Lm 20
(ii) dritt dovut lill-uffiċjal eżekuttiv li
jeżegwixxi n-notifika .............................. Lm 3
(3) Id-drittijiet stabbiliti fis-subparagrafu (2) ma
japplikawx meta n-notifika għandha ssir
personalment minn uffiċjal eżekuttiv tal-Bord skond
xi liġi, u f’dawn il-każijiet stabbiliti fis-subparagrafu
(1) ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw.
DRITTIJIET FIL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA ġ L.S.69.02 3
8 Għal kull att ieħor tal-proċedura stabbilit fl-
Ordinanza li tirregola t-Tiġdid tal-Kiri ta’ Bini, iżda li
ma hemmx provdut dritt dwaru f’din it-Tariffa ........... Lm 5
Iżda drittijiet għal servizzi li ma hemmx provdut
speċifikatament dwarhom f’din it-Tariffa, iżda li
hemm provdut dwarhom f’Tariffi oħra li hemm fil-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili,
għandhom jiġu intaxxati skond dawk it-Tariffi.
9 Għall-ftuħ tar-reġistru wara l-ħinijiet tax-xogħol tar-
reġistru:
(i) dritt tar-reġistru ....................................... Lm 50
(ii) dritt dovut lid-deputat reġistratur li
jattendi  ................................................... Lm 20
(iii) dritt dovut lill-uffiċjal eżekuttiv meħtieġ
biex tiġi eżegwita n-notifika .................... Lm 15
10 (1) Il-Bord jista’, meta jagħti d-deċiżjoni tiegħu,
jordna li r-rikorrent jew l-konvenut f’kawża jħallas
somma addizzjonali lir-Reġistratur tal-Qrati li
tammonta għal mhux anqas minn Lm 100 u mhux
iżjed minn Lm 250, jekk il-Bord jidhirlu li l-att tal-
proċedura li bih inbdiet il-kawża jew l-att tal-
proċedura b’risposta kienu fiergħa jew vessatorji, jew
li xi waħda mill-partijiet tawlet il-proċeduri mingħajr
bżonn, u f’dak il-każ din is-somma ma tkunx tista’
tintalab lura mill-parti l-oħra.
Ma jkun hemm ebda appell mid-deċiżjoni tal-Bord.
(2) Il-Bord jista’ wkoll, fis-sentenza tiegħu, jirreferi
lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-
Ġustizzja lill-avukat ta’ l-attur jew tal-konvenut, jekk
il-Bord jidhirlu li l-avukat kien responsabbli,
totalment jew parzjalment, għall-att tal-proċedura
fieragħ jew vessatorju, jew biex itawwal il-proċeduri.
Ma jkun hemm ebda appell mid-deċiżjoni tal-Bord. 
11 (1) Id-drittijiet kollha dovuti għandhom jitħallsu
filwaqt tal-preżentata ta’ l-att relattiv, u r-Reġistratur
ma jaċċettax għall-preżentata xi att tal-proċedura li
ma jkollux miegħu d-dritt relattiv.
(2) L-intaxxar li jsir mir-Reġistratur ta’ l-ammont
ta’ drittijiet li għandu jitħallas ikun finali.
(3) Fl-intaxxar tad-drittijiet imniżżla f’din it-Tariffa
ma jittieħed ebda qies ta’ xi frazzjoni ta’ Lm 1.
12 (1) Ir-Reġistratur għandu jara li taxxa ta’ l-ispejjeż
tinżamm fl-inkartament ta’ kull kawża u għandu
jniżżel minnufih fit-taxxa l-ħlasijiet kollha magħmula
lir-Reġistratur u l-ħlasijiet kollha dovuti lill-avukati u
l-prokuraturi legali tal-partijiet, u l-partijiet, l-avukati
tagħhom u l-prokuraturi legali tagħhom ikollhom dritt
għal kopja tat-taxxa f’kull ħin.
(2) Fi żmien xahar mill-għoti tad-deċiżjoni finali, ir-
Reġistratur għandu jara li titħejja taxxa finali ta’ l-
ispejjeż.
