TOMBLI GĦALL-PUBBLIKU ġ L.S.70.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 70.02
REGOLAMENTI DWAR TOMBLI 
GĦALL-PUBBLIKU
21 ta’ Marzu, 1946
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 98 ta’ l-1946, kif emendata bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern 231 u 605 ta’ l-1946, 89 ta’ l-1947, 324 ta’ l-
1949, 326 u 685 ta’ l-1950, 365 u 514 ta’ l-1956, u 513 ta’ l-1958; bl-Avviż
Legali 132 ta’ l-1976; u bl-Att XIII ta’ l-1983.
Titolu.
Tombli għall-Pubbliku.
Tifsir.
Emendat:
N.G. 326 ta’ l-
1950.
2. F’dawn ir-Regolamenti -
"Direttur tal-Lottu Pubbliku" jfisser ukoll kull persuna
awtorizzata bil-miktub mid-Direttur tal-Lottu Pubbliku;
Kap. 70.
Sehem f’tombli 
għall-pubbliku.
Emendat:
N.G. 326 ta’ l-
1950.
3. Ħadd ma jista’ jieħu sehem f’tombli għall-pubbliku ħlief
b’kartelli jew biljetti miksubin għalhekk skond dawn ir-
Regolamenti:
lżda kull meta d-Direttur tal-Lottu Pubbliku, bis-saħħa ta’ l-
artikolu 11(2) ta’ l-Ordinanza, jkun eżenta mill-ħlas tad-dritt, ma
jkunx hemm ħtieġa li jintużaw dawk il-kartelli jew biljetti.
Xiri ta’ biljetti tat-
tombla.
Emendat:
N.G. 326 ta’ l-
1950;
A.L. 132 ta’ l-
1976.
4. Il-biljetti tat-tombla jinxtraw mingħand id-Direttur tal-
Lottu Pubbliku, wara talba bil-miktub magħmula fuq il-Formula A
li tinsab fl-Iskeda. Il-biljetti mixtrija ma jkunux trasferibbli ħlief
kif imsemmi fir-regolament 6.
Biljetti mhux 
mibjugħa.
Emendat:
N.G. 326 ta’ l-
1950.
5. Jistgħu jintalbu l-flus lura tal-biljetti mhux mibjugħa, wara
talba bil-miktub lid-Direttur tal-Lottu Pubbliku fuq il-Formula B li
tinsab fl-Iskeda. Ma jingħatawx flus lura kemm-il darba n-numri
tal-biljetti li għalihom jintalbu flus lura ma jkunux konsekuttivi u
kemm-il darba l-biljetti ma jkunux imħassrin, ma jkunux
maqtugħin mill-ktieb, u jkunu nxtraw matul l-erba’ xhur li jaħbtu
sew sew qabel it-talba.
Kif jinħarġu l-
biljetti.
Emendat:
N.G. 326 ta’ l-
1950.
6. (1) Il-biljetti jinħarġu lill-lagħba sħaħ u mħassrin. Kull
meta mitlub mid-Direttur tal-Lottu Pubbliku, il-lagħab fit-tombla
għandu juri l-biljett fl-istess kondizzjoni, sħiħ u mħassar.
(2)  It-timbru li jħassar irid ikun ċar u magħmul b’mod li ma
jistax jiġi faċilment imħassar l-isem tal-każin jew ta’ l-għaqda.
2 L.S.70.02 ħ TOMBLI GĦALL-PUBBLIKU
Talbiet għall-
permessi.
Emendat:
N.G. 605 ta’ l-
1946;
N.G. 326 ta’ l-
1950.
Sostitwit:
N.G. 514 ta’ l-
1956.
Emendat:
N.G. 513 ta’ l-
1958;
XIII. 1983.5.
7. It-talbiet għall-permess sabiex isiru tombli jew lotteriji
għandhom isiru darba biss fix-xahar fl-uffiċċju tal-Lottu Pubbliku
fuq il-Formula Ċ li tinsab fl-Iskeda, mhux aktar tard mill-aħħar
ġurnata tax-xahar qabel ma ssir il-logħba jew logħob għal dak li
għandu x’jaqsam ma’ logħba jew logħbiet li jkollhom isiru bejn is-
sittax-il ġurnata tax-xahar li jiġi sewwa sew wara l-ħmistax-il
ġurnata tax-xahar li jiġi wara:
Iżda d-Direttur tal-Lottu Pubbliku jista’ jagħti permess biex
isiru dawn it-tombli jew lotteriji jekk l-applikazzjonijiet jiġu
ppreżentati mhux anqas minn sebat ijiem qabel il-logħba jew
logħbiet imsemmija li jkunu ser isiru. L-applikant għandu jħallas
żewġ liri.
Tombli jew lotteriji 
eżentati.
Emendat:
N.G. 324 ta’ l-
1949;
N.G. 326 ta’ l-
1950;
N.G. 685 ta’ l-
1950; 
N.G. 365 ta’ l-
1956.
8. (1) Fil-każ ta’ tombli jew lotteriji li d-Direttur tal-Lottu,
bis-setgħa li għandu fil-proviso ta’ l-artikolu 11(2) ta’ l-Ordinanza,
jeżentahom milli jħallsu d-dritt ta’ żewġ liri, il-permessi jingħataw
għal kull tombla jew lotterija għaliha, u minn dawn ma jistgħux
isiru aktar minn tnejn fix-xahar:
Iżda fil-każ ta’ tombli li fihom il-ġukata ma tkunx iżjed
minn erba’ milleżmi kull kartella ta’ sitt biljetti, kull biljett ikun fih
ħmistax-il numru magħżulin min-numri mill-1 sad-90, it-tlugħ ta’
diversi tombli minn dawn fl-istess data matul ħinijiet speċifikati
tal-ġurnata, għall-fini ta’ dan ir-regolament, jitqiesu bħala tombla
jew lotterija waħda.
(2) Fil-każ ta’ tombli jew lotteriji li jħallsu d-dritt, il-permessi
jistgħu joħorġu għal żmien xahrejn hekk li wieħed jista’ jinqeda
bihom f’jiem imsemmijin ta’ kull ġimgħa u f’ħinijiet imsemmijin
ta’ kull jum, biss illi l-għadd tal-logħbiet f’kull jum ma jaqbisx il-
għadd imsemmi fil-permess:
Iżda fil-każ maħsub fil-proviso ta’ l-artikolu 11(4) ta’ l-
Ordinanza jistgħu jingħataw permessi għal dak iż-żmien li d-
Direttur tal-Lottu Pubbliku fid-diskrezzjoni tiegħu jiddeċiedi.
Reġistru.
Emendat:
N.G. 231 ta’ l-
1946;
N.G. 326 ta’ l-
1950.
9. (1) Kull min ikun inħariġlu permess li jagħmel tombli jew
lotteriji għandu jżomm ktieb li juri n-numri konsekuttivi tal-biljetti
mibjugħin għal kull logħba, il-għadd tal-flus li ntlagħbu, is-sehem
f’kull mija li jieħu l-każin jew l-għaqda u l-ammont imħallas għall-
premijiet. Dan il-ktieb għandu jinżamm minn min jagħmel it-talba
u d-Direttur tal-Lottu Pubbliku jkun jista’ jarah kull meta jidhirlu.
(2) Kull min ikun inħariġlu permess li jagħmel tombli jew
lotteriji għandu jibgħat lid-Direttur tal-Lottu Pubbliku, sas-sitt jum
ta’ kull xahar, u jekk dan il-jum ikun ta’ festa pubblika, fl-ewwel
ġurnata ta’ xogħol li taħbat wara, werrej li juri, dwar ix-xahar ta’
qabel, il-għadd tal-logħbiet li saru, n-numri, wieħed wara l-ieħor,
tal-biljetti mibjugħa, il-għadd tal-flus li ntlagħbu, is-sehem f’kull
mija li jieħu l-każin jew l-għaqda, u l-ammont kollu mħallas għall-
premijiet.
TOMBLI GĦALL-PUBBLIKU ġ L.S.70.02 3
Tombli li jħallsu d-
dritt.
Emendat:
N.G. 231 ta’ l-
1946;
N.G. 89 ta’ l-1947;
N.G. 324 ta’ l-
1949.
10. Fil-każ ta’ tombli li jħallsu d-dritt, għandhom l-ewwelnett
jitħallsu mill-flus li jidħlu, wara li dan jitħallas, mhux iżjed minn
12.5% lill-każin u l-bilanċ fi premijiet lir-rebbieħa kif ġej: jiġifieri
kwint lir-rebbieħ tal-vers, ifisser ħames numri li jitilgħu f’linja
waħda tal-biljett, u erba’ kwinti lir-rebbieħ tal-kartella, iffisser il-
ħmistax-il numru kollha ta’ fuq il-biljett.
Jedd għal 
eżenzjoni.
11. Il-każini jew l-għaqdiet f’ebda każ ma jkollhom il-jedd li
jinqdew bl-eżenzjoni mogħtija bis-setgħa tal-proviso li hemm fl-
artikolu 11(2) ta’ l-Ordinanza f’tombla li ssir b’kartelli miksubin
bis-saħħa ta’ dawn ir-Regolamenti, u l-użu ta’ dawk il-biljetti fih
innifsu jannulla l-eżenzjoni li tkun ingħatat.
Wiri ta’ estratt ta’ 
dawn ir-
Regolamenti.
Emendat:
A.L. 326 ta’ l-
1950.
12. Kull fejn isiru t-tombli għall-pubbliku bil-biljetti miksubin
bis-saħħa ta’ dawn ir-Regolamenti, għandu jitqiegħed fejn jidher
sew estratt, b’ittri kbar u ħoxnin, ta’ dawn ir-Regolamenti, li jkun
fih ir-regolamenti 6, 9 u 10. Dawn l-estratti wieħed jista’ jiksibhom
mingħand id-Direttur tal-Lottu Pubbliku.
Tabella ta’ l-injam 
bit-tagħrif.
Emendat:
A.L. 231 ta’ l-
1946;
A.L. 89 ta’ l-1947;
A.L. 324 ta’ l-
1949.
13. Għandu jkun hemm fejn tidher sewwa u fejn kull min jieħu
sehem fil-logħob ikun jista’ jersaq, tabella ta’ l-injam ta’ kobor
mhux inqas minn metru punt tnejn tul b’metru punt tnejn wisa’,
miżbugħa sewda, li jkollha fuqħa b’ittri bojod dan it-tagħrif li ġej
dwar kull tombla, jiġifieri:
Każin .......................... Jum .................... Nru. tal-logħba ..........
Dħul kollu:
In-numru tal-ktieb ...................................................
Biljetti minn ................................. sa ................................
b’ ..................................... (inkluż id-dritt) Lm .................
Naqqas id-dritt bis- ......... il-biljett ........... Lm .................
Flus netti li daħlu Lm .................
Naqqas il-perċentaġġ dovut lill-
każin (12.5%)  Lm .................
Bilanċ li jitħallas fi premijiet  Lm .................
Lir-rebbieħ ta-vers (1/5)  Lm ...................
Lir-rebbieħ tal-kartella (4/5) Lm ...................
Lm ...................
Kif tintlab il-
logħba.
Emendat:
A.L. 326 ta’ l-
1950.
14. (1) It-tombla għandha tintlagħab b’pedini mill-1 sad-90
mitfugħin waħda waħda, u kull waħda għaliha, ġewwa bomblu
quddiem in-nies li jkunu ser jilgħabu. Il-pedini għandhom jittellgħu
bl-addoċċ b’intervall żgħir bejn pedina u oħra sa ma jintrebaħ il-
vers, u imbagħad jissoktaw jittellgħu l-pedini l-oħra bħal qabel sa
ma tintrebaħ il-kartella.
(2) Wara li jkunu verifikati r-rebħiet u qabel ma terġa’
tintlagħab logħba oħra, il-pedini kollha għandhom jerġgħu
jitqiegħdu fil-bomblu bħalma jkun sar qabel.
(3) Il-pedini u l-ħwejjeġ l-oħra li jintużaw għandhom ikunu
skond kif jordna d-Direttur tal-Lottu Pubbliku li jkun jista’, f’kull
ħin, jispezzjonhom.
4 L.S.70.02 ħ TOMBLI GĦALL-PUBBLIKU
Emendata:
A.L. 326 ta’ l-
1950.
SKEDA
(Regolament 4)
FORMULA A (a) Nru ....
TALBA GĦALL-BILJETTI TAT-TOMBLA 
LI JĦALLSU DRITT
Isem fejn issir it-tombla .......................................................... 
Fejn issir it-tombla u l-jum .............................................
Jinħtieġu biljetti kif ġej:
(a) Dan jitniżżel mill-Uffiċċju tal-Lottu Pubbliku
Firma ....................................................
Lid-Direttur tal-Lottu Pubbliku
Beltissebħ
Prezz tal-biljett 
(barra d-dritt)
Rata tad-
dritt
Numru ta’ 
settijiet li 
jinħtieġu
(a) numri 
tas-serje 
fuq is-
settijiet 
fornuti
Valur tad-dritt
Lm ċ m
F
o
r
n
u
t
i
f
’
s
e
t
t
i
j
i
e
t
t
a
’
 
2
7
0
0
 
b
i
l
j
e
t
t
1ċ3 4m
2ċ5 8m
5ċ 1ċ3
F
o
r
n
u
t
i
f
’
s
e
t
t
i
j
i
e
t
t
a
’
 
2
7
0
0
 
b
i
l
j
e
t
t
5ċ
1ċ7m
għal kull
5ċ jew
sehem
minn 5ċ
Total
TOMBLI GĦALL-PUBBLIKU ġ L.S.70.02 5
FORMULA B (a) Nru ....
(Regolament 5)
TALBA GĦAL FLUS LURA TAL-BILJETTI TAT-TOMBLA 
MHUX MIBJUGĦIN
Isem il-każin, xirka jew għaqda .................................
Post u jum .....................................
Nitlob li nieħu l-flus lura tal-biljetti mhux mibjugħin, li xtrajt fi
........................... għax m’għandix bżonnhom għalissa, jiġifieri:
(a) Dan jitniżżel mill-Uffiċċju tal-Lottu Pubbliku
Firma ....................................................
Lid-Direttur tal-Lottu Pubbliku
Lid- Dire t t u r  tal-Lottu  Pub b li ku
Beltisseb ħ
Bolla ta’ 2ċ5
Prezz tal-
biljett (barra 
d-dritt)
Rata tad-dritt Numru tal-biljettiMinn  Sa Valurtad-dritt
1ċ3 4m   Lm ċ m
2ċ5 8m
5ċ 1ċ3m
Iżjed minn 
5ċ
1ċ7m għal 
kull 5ċ jew 
parti minn 5ċ
Total
6 L.S.70.02 ħ TOMBLI GĦALL-PUBBLIKU
FORMULA Ċ (a) Nru (+)
(Regolament 7)
TALBA GĦAL REĠISTRAZZJONI TA’ TOMBLI
BIL-BILJETTI TAL-GVERN
Din l-applikazzjoni għandu jkollha
magħha bolla ta’ 5ċ
għall-permess Post u data
Sabiex nosserva dak li jgħid l-artikolu 11 ta’ l-Ordinanza dwar
il-Lottu Pubbliku, jiena hawn nitlob illi t-tombli li tagħhom ser
nagħti hawn taħt tagħrif, jiġu reġistrati, u illi jingħatali permess
sabiex inkun nista’ nagħmel dawn it-tombli skond il-liġi hawn fuq
imsemmija u r-regolamenti li saru bis-saħħa tagħha.
TAGĦRIF DWAR IT-TOMBLI
l. Isem il-każin, xirka jew għaqda
2. Indirizz
3. Fejn issir it-tombla
i. Isem
ii. Fejn jinsab il-post
4. Kemm bi ħsiebhom isiru tombli kull jum
prezz  1ċ  2ċ5  5ċ  ’il fuq minn 5ċ 
5. Meta bi ħsiebhom isiru t-tombli
Jum jew jiem tal-ġimgħa
Ħin
Xahar Firma
(+) Dan jitniżżel mill-Uffiċċju tal-Lottu Pubbliku
Lid-Direttur tal-Lottu Pubbliku
Beltissebħ
Bolla ta’ 2ċ5
