LOTTU PUBBLIKU ġ L.S.70.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 70.03
REGOLAMENTI DWAR IL-LOTTU PUBBLIKU
23 ta’ Lulju, 1990
L-AVVIŻ LEGALI 109 ta’ l-1990, kif emendat bl-Avviżi Legali 119 ta’ l-
1990, 123 ta’ l-1991, 88 u 119 ta’ l-1995, u 131 ta’ l-1998.
Titolu.
il-Lottu Pubbliku.
Tifsir.
xort’oħra -
"bejgħ fis-sena" tfisser il-bejgħ bejn l-ewwel tlugħ f’Jannar u l-
aħħar tlugħ f’Diċembru ta’ l-istess sena, u dwar banka tal-lottu
assenjata lil konċessjonarju, "bejgħ fis-sena" tfisser il-bejgħ li jsir
minn dik il-banka tal-lottu bejn l-ewwel tlugħ f’Jannar u l-aħħar
tlugħ f’Diċembru ta’ l-istess sena;
"perijodu għat-talbiet ta’ rebħ" tiisser il-perijodu wara t-tlugħ li
fih il-ġugatur li jkollu biljett rebbieħ jista’ jitlob il-premju;
"konċessjonarju" tfisser każin tal-banda jew soċjetà  oħra li tiġi
assenjata lilha banka tal-lottu skond id-disposizzjonijiet tar-
regolament 9 ta’ dawn ir-Regolamenti;
"dipartiment" tfisser id-Dipartiment tal-Lottu PubbIiku;
"Direttur" tfisser id-Direttur tal-Lottu Pubbliku u sal-limitu ta’ l-
awtorità  mogħtija, tinkludi kull uffiċjal tad-dipartiment awtorizzat
mid-Direttur għal hekk għal xi wieħed mill-għanijiet ta’ dawn ir-
Regolamenti;
"tlugħ" tfisser l-estrazzjoni bix-xorti b’mezzi fiżiċi, mekkaniċi
jew elettroniċi, ta’ ħames numri minn wieħed (1) sa disgħin (90);
"banka tal-lottu" tfisser kull uffiċċju jew kull fergħa jew taqsima
tad-dipartiment jew il-fond fejn jaħdem riċevitur tal-lottu li minnu
jista’ jsir kull bejgħ awtorizzat;
"logħba" tfisser il-logħba tal-lottu;
"riċevitur tal-lottu" tfisser min jinħatar mill-Ministru sabiex
jaċċetta u jivvalida ġugati f’isem il-ġugatur bil-għan illi
jgħaddihom lid-dipartiment sabiex jiddaħħlu fi tlugħ partikolari;
"il-computer prinċipali" tfisser is-sistema tal-computer sitwata
fid-dipartiment jew f’lokalitajiet oħra kif indikati mid-Direttur, u li
fuqha kull informazzjoni dwar biljetti li jkunu qegħdin jieħdu
sehem fi tlugħ tinqara u tinħażen u tkun tista’ hekk tinġabar għal
aktar proċessar tat-tlugħ;
"Ministru" tfisser Ministru responsabbli għall-finanzi u tinkludi,
sal-limitu ta’ l-awtorità  mogħtija, kull persuna awtorizzata mill-
Ministru għal xi wieħed mill-għanijiet ta’ dawn ir-Regolamenti;
"ġugatur" tfisser persuna li jkollha biljett validu maħruġ permezz
ta’ terminal;
"terminal" tfisser id-data capture machine sitwata f’post tal-
2 L.S.70.03 ħ LOTTU PUBBLIKU
bejgħ jew banka minn fejn ikun jista’ jsir bejgħ awtorizzat;
"biljett" tfisser il-biljett stampat minn terminal u li fuqu jkun
hemm din l-informazzjoni li ġejja:
(a) numru tat-tlugħ speċifiku għal tlugħ f’ġimgħa
partikolari;
(b) in-numru tal-makna u/jew in-numru tar-riċevitur tal-
lottu tat-terminal tal-banka tal-lottu rilevanti;
(ċ) in-numru tar-reġistrazzjoni tal-biljett;
(d) il-ġugata mħallsa; u
(e) in-numri magħżulin mill-ġugatur.
Mod kif jitmexxa t-
tlugħ.
Emendat:
A.L. 123 ta’ l-
1991.
3. (1) It-tlugħ tan-numri għandu jsir fil-pubbliku fl-uffiċċju
tad-Direttur jew f’kull imkien ieħor li jiġi stabbilit minn żmien għal
żmien għal dan l-iskop mill-Ministru, fil-preżenza ta’-
(a) rappreżentant tad-Direttur; u
(b) nutar pubbliku.
(2) In-nutar pubbliku li jkun preżenti waqt it-tlugħ tan-numri
għandu jifformula u jiffirma notament dwar il-proċedimenti li
għandu jitniżżel f’reġistru li jinżamm għal dan l-iskop.
(3) It-tlugħ tan-numri għandu jsir kull nhar ta’ Sibt fis-siegħa
ta’ wara nofsinhar, jew kemm jista’ jkun kmieni wara:
Iżda meta xi Sibt jaħbat vaganza pubblika, it-tlugħ tan-
numri jsir fil-jum tal-Ġimgħa ta’ qabel, u jekk dak il-jum tal-
Ġimgħa ta’ qabel ikun ukoll vaganza pubblika, it-tlugħ isir nhar l-
ewwel Tnejn li jiġi wara.
(4) Id-Direttur għandu jippubb1ika n-numri li jkunu telgħu
f’kull logħba kemm jista’ jkun kmieni wara kull tlugħ.
Ġugati.
Emendat:
A.L. 119 ta’ l-
1990.
4. (1) Ikunu jistgħu jsiru ġugati għall-estrazzjoni ta’ -
1-ewwel numru (prim estratt)
żewġ numri (ambu)
tliet numri (tern)
erba’ numri (kwatern),
imma ma għandhomx isiru ġugati ta’ aktar minn tqabbila waħda ta’
numri fuq l-istess biljett, ħlief fuq biljetti li jkunu maħsubin biss
għal dak l-iskop.
(2) Il-biljetti tal-lottu għandhom ikunu tal-valuri li ġejjin:
10 ċenteżmi,
25 ċenteżmi, 
50 ċenteżmi,
Lml,
għal ġugata waħda, u
10 ċenteżmi magħmul minn tern wieħed u tliet għeniebi ta’
2c5 kull wieħed,
25 ċenteżmu magħmul minn tern wieħed ta’ 10 ċenteżmi u
LOTTU PUBBLIKU ġ L.S.70.03 3
tliet għeniebi ta’ 5 ċenteżmi kull wieħed,
50 ċenteżmu magħmul minn tern wieħed ta’ 20 ċenteżmu u
tliet għeniebi ta’ 10 ċenteżmi kull wieħed,
Lml magħmul minn tern wieħed u tliet għeniebi ta’ 25
ċenteżmu kull wieħed,
biex jitqabblu ġugati fuq l-istess biljett, u kif muri fl-Iskeda biljetti
speċjali li jqabblu numri mod ieħor. Kull biljett speċjali għandu juri
l-mod li bih il-valur tal-biljett ikun maqsum fid-diversi ġugati li
jistgħu jsiru.
(3) Meta ġugatur jirċievi biljett, dan jikkostitwixxi
rikonoxximent illi n-numri miktubin fuqu jkunu dawk magħżulin
mill-ġugatur innifsu. Hija r-responsabbiltà  tal-ġugatur li jassigura
li n-numri li jidhru fuq il-biljett ikunu korretti qabel ma joħroġ
mill-banka tal-lottu.
(4) Ġugatur jipparteċipa fit-tlugħ biss meta l-informazzjoni
rilevanti dwar il-ġugata tiegħu tiġi depożitata fid-dipartiment mir-
riċevitur tal-lottu fil-preżenza tad-Direttur fil-każ ta’ Malta u fil-
preżenza tal-Kummissarju jew ir-rappreżentant tiegħu fil-każ ta’
Għawdex. Jekk għal xi raġuni tkun li tkun, dik l-informazzjoni ma
tasalx u ma tiddaħħalx fil-computer prinċipali fid-dipartiment, il-
ġugati li jkollhom x’jaqsmu jiġu invalidati awtomatikament u l-
ġugatur ikollu jedd biss għal rimborż ekwivalenti għall-ammont
milgħub u dan wara li jippreżenta l-biljett rilevanti.
(5) Il-biljetti li jieħdu sehem fit-tlugħ għandhom ikunu dawk
biss maħżuna fil-computer prinċipali fid-dipartiment.
(6) Biljett li jkun ġie reġistrat bħala null fuq id-data capturing
media tal-computer prinċipali għandu jitqies bħala null u bla ebda
validità  jekk issir talba għal premju, u l-ġugatur ma jkollux każ
kontra d-dipartiment jew ir-riċevitur tal-lottu, sew jekk dik ir-
reġistrazzjoni ta’ nullità  tkun attribwibbli għall-ġugatur, sew għal
xi ħaġa li tkun marret ħażin fis-sistema tal-computer, jew minħabba
fi żball ta’ l-operatur jew tar-riċevitur tal-lottu.
Premjijiet tal-lottu.
li ġejjin:
fuq l-ewwel numru estratt
erbgħa u sittin darba l-ammont tal-ġugata; 
fuq żewġ numri estratti
mitejn u ħamsin darba l-ammont tal-ġugata;
fuq tliet numri estratti
elfejn darba l-ammont tal-ġugata;
fuq erba’ numri estratti
ħamest elef darba l-ammont tal-ġugata.
Ammont ta’ 
premjijiet tal-lottu.
Emendat:
A.L. 119 ta’ l-
1995;
A.L. 131 ta’ l-
1998.
6. (1) Meta l-valur totali tal-premjijiet kollha f’xi tlugħ ikun
jaqbeż il-ħames mitt elf lira, l-ammont ta’ kull premju jitnaqqas
proporzjonalment hekk illi l-valur totali tal-premjijiet kollha ma
jkunx jaqbeż dak il-limitu:
4 L.S.70.03 ħ LOTTU PUBBLIKU
Iżda l-Ministru jista’, f’dawk il-każijiet fejn il-limitu ta’
ħames mitt elf lira jinqabeż, jawtorizza l-pagament sħiħ tal-
premjijiet mirbuħa jekk ikun jidhirlu li dan ikun ġustifikat għal
raġuni ta’ policy.
(2) Fil-kalkolu tat-tnaqqis proporzjonat imsemmi hawn fuq, ma
għandha tingħadd ebda frazzjoni ta’ ċenteżmu li ma taqbiżx ħames
milleżmi li tagħmel sehem minn premju mnaqqas, u għandha titqies
b’ċenteżmu kull frazzjoni ta’ ċenteżmu li taqbeż ħames milleżmi li
tagħmel parti minn premju imnaqqas. L-ogħla ammont imsemmi fl-
ewwel paragrafu ta’ dan ir-regolamenti għandu jiftiehem fuq dak li
ntqal f’dan il-paragrafu.
Avviż ta’ rebħ. 7. Id-Direttur għandu jiġi avżat b’kull rebħa li ssir fi żmien
tletin jum mid-data tat-tlugħ rispettiv.
Talbiet dwar 
premju.
8. (1) Il-biljetti rebbieħa għandhom jiġu ppreżentati biex jiġu
eżaminati u mħallsa fi żmien tletin jum mid-data tat-tlugħ rispettiv:
Iżda jekk l-aħħar jum jaħbat il-Ħadd jew vaganza pubblika,
il-perijodu għat-talbiet għall-premju għandu jittawwal sa l-ewwel
jum tax-xogħol li jaħbat wara.
(2) Il-ħlas ta’ premjijiet mid-dipartiment għandu jsir permezz
ta’ cheque jew b’dak il-mod li d-Direttur jista’ jordna minn żmien
għal żmien.
(3) Ebda premju ma jitħallas kemm-il darba ma jiġix preżentat
il-biljett rebbieħ.
(4) Kemm-il darba ma jintalabx xort’oħra mill-Ministru jew
minn min jippreżenta l-biljett rebbieħ, il-flus tal-premju għandhom
jitħallsu lil min jippreżenta l-biljett rebbieħ. Il-ħlas li jsir ta’ xi
premju li jintrebaħ minn ġugatur permezz ta’ dak il-biljett ifisser li
d-dipartiment ikun onora l-obbligazzjonijiet kollha tiegħu.
(5) Id-dententur tal-biljett rebbieħ ma jkollux jedd għall-flus
tal-premju -
(a) jekk il-biljett ma jkunx sħiħ, jew jekk ikun fih xi tibdil
jew korrezzjonijiet tan-numri reġistrati fuqu; jew
(b) jekk il-biljett ma jkunx jaqbel għal kollox mat-tagħrif
reġistrat fil-computer prinċipali:
Iżda, meta l-biljett rebbieħ ma jkunx sħiħ, il-Ministru jista’
fid-diskrezzjoni tiegħu jawtorizza l-ħlas tal-premju jekk huwa jkun
sodisfatt li l-biċċa tal-biljett prodotta ikollha dawk l-elementi
meħtieġa sabiex tiġi stabbilita l-awtentiċità  tal-biljett jew li l-
biċċiet prodotti huma biċċiet ta’ l-istess biljett u jkollhom dawk l-
elementi.
(6) Kull notament magħmul mid-dipartiment dwar il-ħlas ta’
premju għar-rigward ta’ kull biljett għandu jkun konklussiv.
(7) Ma jitħallsax imgħax fuq il-premju dovut mid-dipartiment.
(8) Il-Ministru jista’ jawtorizza l-ħlas tal-flus ta’ premju lir-
rebbieħa wara li jiskadi l-perijodu tat-talbiet tar-rebħ jekk fid-
diskrezzjoni assoluta tiegħu ikun jidhirlu li ċ-ċirkostanzi jkunu
jiġġustifikaw dak il-ħlas.
LOTTU PUBBLIKU ġ L.S.70.03 5
Banek tal-lottu.
Emendat:
A.L. 88 ta’ l-1995.
9. (1) Il-banek tal-lottu kollha jitħaddmu minn riċevituri
f’isimhom proprju, iżda xi wħud mill-banek tal-lottu għandhom
ikunu assenjati lill-każini tal-banda u soċjetajiet oħra.
(2) Il-Ministru għandu s-setgħa minn żmien għal żmien li
jnaqqas jew jżid in-numru tal-banek tal-lottu, u li jittrasferixxi xi
banka minn lokalità  għall-oħra.
(3) Għar-rigward ta’ banek tal-lottu assenjati lill-każini tal-
banda u soċjetajiet oħra, il-kera u l-konsum ta’ l-elettriku u l-kera
tal-meter għandhom jitħallsu mill-konċessjonarju meta l-banka tal-
lottu tkun tinsab fl-istess fond bħall-każin jew soċjetà  li tkun
assenjata lilhom, iżda għandhom jitħallsu kwantu għal nofs mill-
konċessjonarju u n-nofs l-ieħor mir-riċevitur tal-lottu meta l-banka
tal-lottu tkun tinsab x’imkien ieħor.
(4) Kull ftehim bejn il-konċessjonarju u r-riċevitur tal-lottu
dwar il-ħlas ta’ spejjeż li ma jkunx jaqbel mad-disposizzjonijiet
tas-sub-regolament (3) jkun null u bla ebda effett.
Ħatra ta’ riċevituri 
tal-lottu.
10. Ir-riċevituri tal-lottu għandhom jinħatru mill-Ministru u
għandhom jagħtu dik is-sigurtà  meħtieġa li tkun fi proporzjon
relattiv għall-volum ta’ attività  maħduma fil-banek rispettivi
tagħhom kif il-Ministru jista’ jordna fid-diskrezzjoni tiegħu.
Kummissjonijiet 
imħallsin lil 
riċevituri tal-lottu, 
spejjeż relatati ma’ 
banek tal-lottu u 
ħatriet ta’ 
assistenti.
Emendat:
A.L. 88 ta’ l-1995.
11. (1) Mill-ammont totali ta’ bejgħ magħmul għar-rigward
ta’ kull logħba għaxra fil-mija minn dak l-ammont għandu jiġi
allokat għal kull kummissjoni dovuta lir-riċevituri tal-lottu u lill-
konċessjonarji u għas-sussidji li jistgħu jiġu allokati għal
attivitajiet sportivi jew għal dawk l-attivitajiet li l-Ministru jista’
minn żmien għal żmien jistabbilixxi.
(2) Il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi rati
ta’ kummissjoni differenti li jitħallsu lir-riċevituri tal-lottu u meta
dan ikun il-każ, lill-konċessjonarji tal-banek tal-lottu għar-rigward
tal-bejgħ li jsir. Il-Ministru jista’ wkoll minn żmien għal żmien
jistabbilixxi r-rati ta’ kummissjoni li jitħallsu lir-riċevituri tal-lottu
kollha meta dawn isrrfu l-biljetti rebbieħa.
(3) Għar-rigward ta’ banek tal-lottu assenjati lill-każini tal-
banda u soċjetajiet oħra -
(a) il-pagi mħallsa lill-assistenti għandu joħroġhom biss
ir-riċevitur tal-lottu; u
(b) kull ftehim bejn il-konċessjonarju u r-riċevitur tal-
lottu dwar il-ħlas ta’ spejjeż li ma jaqbilx mad-
disposizzjonijiet tal-paragrafu (a) għandhom ikunu
nulli u bla ebda effett.
(4) Ir-riċevituri għandhom imexxu n-negozju tagħhom
personalment u meta jkun meħtieġ bl-għajnuna ta’ assistenti.
(5) Ir-riċiveturi tal-lottu ma għandhomx jidħlu jew ikomplu l-
attività  tagħhom f’xi soċjetà  f’dak kollu li għandu x’jaqsam mal-
banka tal-lottu tagħhom, jew li jkollhom xi interess dirett jew
indirett f’xi banka tal-lottu li ma tkunx il-banka assenjata lilhom,
anqas ma jistgħu, mingħajr il-kunsens bil-miktub tad-Direttur,
jieħdu sehem direttament jew indirettament f’xi negozju jew li
jkollhom xi xogħol ieħor li ma jkollux x’jaqsam mal-banka tal-lottu
6 L.S.70.03 ħ LOTTU PUBBLIKU
tagħhom.
Ir-riċevitur tal-lottu 
meqjus bħala aġent 
tal-ġugatur.
12. Ebda ħaġa li tinsab f’dawn ir-Regolamenti jew f’kull liġi
oħra ma għandha titqies bħala li tfisser li r-riċevitur tal-lottu huwa
aġent tad-dipartiment għaliex jibgħat tagħrif dwar il-ġugati biex
din tinħażen f’data capturing machines fid-dipartiment, jew
għaliex jivvalida tagħrif dwar ġugati waqt li jgħin lill-ġugatur biex
jieħu sehem f’logħba; u għal dawn il-finijiet ir-riċevitur tal-lottu
għandu jitqies li hu esklusivament l-aġent tal-ġugatur.
Il-jum u l-ħin 
sakemm jistgħu 
jintlagħbu ġugati 
fil-banek tal-lottu.
13. Id-Direttur għandu jistabbilixxi il-jum u l-ħin li fihom
jistgħu jintlagħbu l-ġugati f’banka tal-lottu għal kull tlugħ
partikolari. Dan it-tagħrif għandu jintwera ċar fil-post tan-negozju. 
Kondizzjonijiet. 14. (1) Dawn ir-Regolamenti u l-kondizzjonijiet għandhom
japplikaw u jobbligaw lill-ġugaturi kollha hekk kif isir il-ħlas tal-
ġugata.
(2) Kopja ta’ dawn ir-Regolamenti għandha tkun għad-
disposizzjoni tal-pubbliku biex jaraha fid-dipartiment u fil-postijiet
kollha tan-negozju tar-riċevituri.
LOTTU PUBBLIKU ġ L.S.70.03 7
Miżjuda:
A.L. 119 ta’ l-
1990.
SKEDA
(Regolament 4)
Biljetti b’Tqabbil Speċjali
Ternijiet “Straight”
Kwaterni
Tqabbil 
Milgħub
Għeniebi 
Milgħuba
Kemm jiswew il-ġugati
10c 25c 50c Lm1
3 numri 3 Lm0.30 Lm0.75 Lm 1.50 Lm 3
4 numri 6 Lm0.60 Lm 1.50 Lm 3.00 Lm 6
5 numri 10 Lm1.00 Lm 2.50 Lm 5.00 Lm10
6 numri 15 Lm1.50 Lm 3.75 Lm 7.50 Lm15
7 numri 21 Lm2.10 Lm 5.25 Lm10.50 Lm21
8 numri 28 Lm2.80 Lm 7.00 Lm14.00 Lm28
9 numri 36 Lm3.60 Lm 9.00 Lm18.00 Lm36
10 numri 45 Lm4.50 Lm11.25 Lm22.50 Lm45
Tqabbil 
Milgħub
TGħeniebi 
Milgħuba
Kemm jiswew il-ġugati
10c 25c 50c Lm1
4 numri 4 Lm0.40 Lm 1.00 Lm 2.00 Lm 4
5 numri 10 Lm1.00 Lm 2.50 Lm 5.00 Lm10
6 numri 20 Lm2.00 Lm 5.00 Lm10.00 Lm20
7 numri 35 Lm3.50 Lm 8.75 Lm17.50 Lm35
8 numri 56 Lm5.60 Lm14.00 Lm28.00 Lm56
9 numri 84 Lm8.40 Lm21.00 Lm42.00 Lm84
10 numri 120 Lm12.00 Lm30.00 Lm60.00 Lm120
Tqabbil 
Milgħub
Għeniebi 
Milgħuba
Kemm jiswew il-ġugati
10c 25c 50c Lm1
5 numri 5 Lm0.50 Lm 1.25 Lm 2.50 Lm 5
6 numri 15 Lm1.50 Lm 3.75 Lm 7.50 Lm15
7 numri 35 Lm3.50 Lm 8.75 Lm17.50 Lm35
8 numri 70 Lm7.000 Lm 7.50 Lm35.00 Lm70
9 numri 126 Lm12.60 Lm31.50 Lm63.00 Lm126
10 numri 210 Lm21.00 Lm52.50 Lm105.00 Lm210
