KIF JITMEXXEW L-UFFIĊĊJI TAL-LOTTERIJI ġ L.S.70.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 70.04
REGOLAMENTI DWAR KIF JITMEXXEW
L-UFFIĊĊJI TAL-LOTTERIJI
1 ta’Frar, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 34 ta’ l-2000.
Titolu.
jitmexxew l-Uffiċċji tal-Lotteriji.
Tifsir.
ma jurix xort’oħra -
"bookmaker" tfisser persuna li, jew għaliha nnifisha jew bħala
impjegat jew aġent ta’ xi ħadd ieħor, tiġġestixxi l-kummerċ li
tirċievi u tinnegozja l-imħatri;
Kap. 400.
imwaqqaf skond l-artikolu 5 ta’ l-Att dwar il-Logħob;
Kap. 122.
"Direttur" tfisser id-Direttur tal-Lottu Pubbliku li l-kariga tiegħu
ġiet imwaqqfa bl-Att għat-Twaqqif tal-Kariga ta’ Direttur tal-Lottu
Pubbliku;
"mezzi elettroniċi" tinkludi kull trasferiment ta’ data elettronika,
sew b’telefonija, facsimile, computer jew kull mezz ieħor approvat
mill-Bord dwar il-Logħob;
"operazzjoni ta’ logħob" tfisser operazzjoni li fiha persuna
waħda jew aktar jagħmluha ta’ bookmaker;
Kap.70.
"sistema ta’ kontroll" tfisser sistema ta’ kontrolli nterni u ta’
proċeduri amministrattivi u ta’ kontabilità  fit-tmexxija ta’ uffiċċju
tal-lotteriji;
"sistema ta’ kontroll approvata" tfisser sistema ta’ kontroll
approvata mill-Bord dwar il-Logħob, u tinkludi sistema ta’ kontroll
approvata mibdula bl-approvazzjoni tal-Bord dwar il-Logħob;
Kap. 400.
"uffiċċju tal-lotteriji" tfisser post li dwaru jkun ingħata permess
mid-Direttur taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11 ta’ l-
Ordinanza biex fih jiġu ġestiti operazzjonijiet ta’ logħob b’mezzi
elettroniċi, barra minn ma’ persuni residenti Malta;
Idoneità  ta' 
applikant.
3. (1) Meta jingħata l-permess biex jitmexxa uffiċċju tal-
lotteriji, għandu jittieħed kont ta’ l-idoneità  u l-integrità  ta’ l-
applikant. Sabiex jiġi deċiż jekk persuna tkunx idonea li jkollha
permess li tmexxi uffiċċju tal-lotteriji, id-Direttur għandu jqis dan
li ġej -
(a) il-karattru ta’ l-applikant, jew il-karattru tal-persuni
vestiti b’poteri eżekuttivi jekk l-applikant ikun korp
kostitwit, u r-reputazzjoni fil-kummerċ;
(b) il-pożizzjoni finanzjara kurrenti ta’ l-applikant kif
ukoll il-posizzjoni finanzjarja tiegħu fil-passat;
2 L.S.70.04 ħ KIF JITMEXXEW L-UFFIĊĊJI TAL-LOTTERIJI
(ċ) jekk l-applikant għandux, jew jistax jakkwista, riżorsi
u servizzi xierqa;
(d) jekk l-applikant għandux ħila fil-kummerċ biex ikun
jista’ jmexxi l-uffiċċju tal-lotteriji b’suċċess.
(2)  Għall-iskopijiet ta’ dan ir-regolament -
"riżorsi xierqa" tfisser mezzi finanzjarji li jkunu -
(a) adegwati, fil-fehma tad-Direttur, biex jiżguraw il-
vijabbiltà  finanzjarja biex jitmexxa uffiċċju tal-
lotteriji; u
(b) li dawk is-sorsi ma jkunux ġejjin minn oriġini
suspettuża;
"servizzi xierqa" tfisser servizzi ta’ persuni li għandhom
esperjenza biżżejjed biex tiġi żgurata t-tmexxija xierqa u b’suċċess
ta’ l-uffiċċju tal-lotteriji.
Il-pjanta u l-użu 
tal-post.
4.  (1) Flimkien ma’ l-applikazzjoni li ssir lid-Direttur skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11 ta’ l-Ordinanza, għandhom
jintbagħtu -
(a) pjanta tal-fond li dwaru tkun saret l-applikazzjoni; u
(b) prova li kull awtorizzazzjoni, kunsens jew permess
meħtieġa taħt kull liġi dwar l-istruttura jew l-użu ta’
dak il-bini msemmi fl-applikazzjoni tkun ingħatat jew
li, fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, ma jkunux
meħtieġa ebda awtorizzazzjoni, kunsens jew permess.
(2)  Kull fond li dwaru jkun ingħata permess biex jintuża bħala
uffiċċju tal-lotteriji għandu jintuża unikament biex fih isiru l-
imħatri kif ikun hemm awtorizzat b’dak il-permess.
Setgħat tal-Bord 
dwar il-Logħob.
5.  (1) Il-Bord għandu d-dmir li jirregola, jikkontrolla u
jissorvelja kif jitmexxa uffiċċju tal-lotteriji li dwaru d-Direttur ikun
ta permess skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11 ta’ l-
Ordinanza, u li jiżgura li kull kondizzjoni imposta mid-Direttur
f’dak il-permess tiġi osservata.
(2)  Il-Bord jista’ javża lil kull persuna li jkun ingħatalha
permess, li hija obbligata tipproduċi kotba, dokumenti u reġistri li
għandhom x’jaqsmu ma’ l-uffiċċju tal-lotteriji biex dawn jiġu
spezzjonati, u dan bil-mod u fiż-żmien raġonevoli; kollox kif
imsemmi fl-avviż.
(3) Il-persuna li jkun ingħatalha permess ma tistax timpjega
jew tħalli lil xi persuna topera fit-tmexxija ta’ l-uffiċċju tal-lotteriji
kemm-il darba dik il-persuna ma tkunx approvata għaldaqshekk
mill-Bord.
Sistemi ta’ kontroll 
elettroniċi 
f’uffiċċju tal-
lotteriji.
6. (1) Il-persuna li jingħatalha permess biex tmexxi uffiċċju
tal-lotteriji għandha -
(a) qabel ma tagħmel xi operazzjoni ta’ logħob, a spejjeż
tagħha, tipprepara bl-approvazzjoni ta’ l-awdituri
tagħha, pjan bil-miktub tas-sistema ta’ kontroll li hija
tkun għażlet u tissottomettih għall-approvazzjoni tal-
Bord;
KIF JITMEXXEW L-UFFIĊĊJI TAL-LOTTERIJI ġ L.S.70.04 3
(b) tiżgura illi fl-uffiċċju jkun hemm sistema ta’ kontroll
approvata mill-Bord u li l-operazzjonijiet kollha
jitmexxew skond dak is-sistema;
(ċ) tara li ma tibdilx dik is-sistema jekk qabel ma jkolliex
l-approvazzjoni tal-Bord.
(2) It-talba dwar sistema ta’ kontroll għandha tinkludi
informazzjoni dwar -
(a) dawn il-ħwejjeġ li ġejjin li għandhom jiġu wżati fit-
tmexxija ta’ l-uffiċċju tal-lotteriji -
(i)  sistemmi ta’ kontabilità  u proċeduri u listi ta’
kontijiet;
(ii)  sistemi u proċeduri amministrattivi;
(iii)  computer software;
(iv) formoli u pattijiet li jkunu uniformi; u
(b) il-proċeduri ġenerali li għandhom jiġu segwiti biex
isiru l-operazzjonijiet tal-logħob;
(ċ) il-proċeduri u standards għall-manutenzjoni, sigurtà ,
magazzinaġġ u trasport ta’ l-apparat li jkun se jintuża
fl-operazzjoni ta’ logħob;
(d) il-proċeduri kif jiġu reġistrati l-imħatri u kif isir il-ħlas
għar-rebħ fil-logħob; u
(e) il-proċeduri dwar l-użu u l-manutenzjoni ta’ faċilitajiet
ta’ sigurtà .
(3)  Il-Bord għandu jikkunsidra t-talba dwar is-sistema ta’
kontroll u jew japprova jew jiċħad is-sistema ta’ kontroll jew it-
tibdil li jkun intalab.
(4) Meta jkun qed jikkunsidra t-talba dwar is-sistema ta’
kontroll, il-Bord jista’ jeħtieġ li l-applikant -
(a) jagħti lill-Bord aktar informazzjoni li tkun meħtieġa u
raġonevoli sabiex il-Bord ikun jista’ jiddeċiedi dwar
it-talba; u
(b) jippermetti lill-Bord, li jaġixxi permezz ta’ l-ispetturi
jew l-aġenti tiegħu, li jissottometti għat-testijiet kemm
is-sistema kif proposta u kemm kif u meta din ser
tinbidel.
(5)  Meta jkun qed jikkunsidra jekk għandux jagħti l-
approvazzjoni tiegħu, il-Bord għandu jqis -
(a) jekk is-sistema ta’ kontroll tkunx tissodisfa il-ħtiġiet
ta’ dan ir-regolament; u
(b)  jekk is-sistema ta’ kontroll proposta, jew is-sistema ta’
kontroll approvata kif proposta li tinbidel, tkunx
kapaċi li tipprovdi kontroll sodisfaċenti u effikaċi fuq
il-ġestjoni u t-tmexxija ta’ uffiċċju tal-lotteriji.
(6)  Il-Bord jista’ ma japprovax xi talba jekk l-applikant ma
josservax dak li hemm fis-subregolamenti (2) u (4).
(7)  Il-Bord għandu, fi żmien tletin ġurnata, javża bil-miktub
lill-applikant li t-talba tiegħu ma ġietx approvata u jagħtih ir-
4 L.S.70.04 ħ KIF JITMEXXEW L-UFFIĊĊJI TAL-LOTTERIJI
raġunijiet ta’ dik id-deċiżjoni. Jekk il-Bord jifhem illi s-sistema ta’
kontroll li ġiet sottomessa tista’ faċilment tiġi rranġata biex tkun
tista’ tiġi approvata, l-avviż li jintbagħat għandu jispjega kif is-
sistema tista’ tiġi rranġata u jistieden lill-applikant biex jerġa’
japplika wara li jkun irranġa s-sistema.
Kontijiet u reġistri. 7.  (1) Il-persuna li tingħata permess biex tmexxi uffiċċju tal-
lotteriji għandha tara li jinżammu, dwar l-operazzjonijiet u l-
affarijiet li jirrigwardaw dik it-tmexxija, il-kontijiet u r-reġistri kif
imiss biex juru stampa ċara u korretta ta’ l-operazzjonijiet
finanzjarji u tan-negozju mmexxi mill-persuna li tmexxi l-uffiċċju
tal-lotteriji.
Kap. 386.
(2) Wara sitt xhur mill-bidu ta’ kull sena finanzjarja, fi żmien
tletin ġurnata, il-persuna li tmexxi għandha tippreżenta lill-Bord
sett sħiħ tal-prospetti finanzjarji magħmula u verifikati skond
standards internazzjonali ta’ kontabbilità  u verifika u li jkunu
konformi mal-provvedimenti ta’ l-Att dwar il-Kumpanniji.
Setgħat ta’ spetturi.  8. (1) Spettur jista’ f’kull ħin, wara li jipproduċi l-karta ta’
identità  tiegħu, jidħol u joqgħod f’uffiċċju ta’ l-lotteriji bl-iskop li -
(a) josserva kif jitmexxa dak l-uffiċċju;
(b) jiżgura ruħu jekk l-uffiċċju tal-lotteriji jkunx qiegħed
jiġi ġestit u mmexxi sew;
(ċ) jiżgura ruħu jekk il-kondizzjonijiet imposti fil-permess
maħruġ mid-Direttur ikunux qed jiġu osservati; u
(d) f’kull rigward ieħor, jeżerċita d-dmirijiet u s-setgħat
tiegħu.
(2) Spettur jista’, bl-iskop li jiżgura ruħu li l-kondizzjonijiet
imposti mid-Direttur fil-permess ikunu qed jiġu osservati u li l-
ammont totali ta’ taxxa dovuta skond il-permess tkun qed titħallas -
(a) jitlob, bil-kitba jew bil-fomm, lill-persuna li jkun
ingħatalha permess jew lill-persuna li taġixxi
f’isimha-
(i) li tipproduċi għall-eżami dawk il-kotba,
dokumenti u reġistri fil-kustodja tagħha jew taħt
il-kontroll taħtha li jkollhom x’jaqsmu mat-
tmexxija ta’ l-uffiċċju kif l-ispettur jispeċifika;
jew
(ii) li tattendi quddiem l-ispettur f’ħin u post
raġonevoli kif jiġu speċifikati mill-ispettur u
biex hemm tirrispondi għal dawk il-mistoqsijiet,
tagħti dik l-informazzjoni, jew tipproduċi dawk
il-kotba, dokumenti jew reġistri, li jkollhom
x’jaqsmu mat-tmexxija ta’ l-uffiċċju kif l-
ispettur jispeċifika;
(b)  jispezzjona jew jittestja kull apparat, inkluż software,
jew jispezzjona dawk il-kotba, dokumenti jew reġistri,
u jagħmel kopji, jew jieħu notamenti dwar dawk il-
kotba, dokumenti jew reġistri, li jkollhom x’jaqsmu
mat-tmexxija ta’ l-uffiċċju kif l-ispettur jqis li jkun
meħtieġ;
KIF JITMEXXEW L-UFFIĊĊJI TAL-LOTTERIJI ġ L.S.70.04 5
(ċ) jordna li xi persuna li tkun qed tmexxi l-uffiċċju biex
ma tużax xi apparat, inkluż software, li l-ispettur
jidhirlu li ma jkunx sodisfaċenti; u
(d) jsejjaħ biex jassistih -
(i) lil xi spettur ieħor; jew
(ii) lil xi impjegat mill-uffiċċju tal-lotteriji li, fil-
fehma ta’ l-ispettur, ikun kompetenti li jassistih
fl-eżerċizzju tad-dmirijiet jew tas-setgħat tiegħu.
(3)  Ebda impjegat ta’ l-uffiċċju tal-lotteriji ma għandu,
mingħajr raġuni valida, jtellef jew jonqos milli jassisti spettur fil-
qadi ta’ dmirijietu.
(4)  L-ispetturi jistgħu, biex jaqdu d-dmirijiet, ikunu assistiti
jew akkumpanjati minn dawk l-esperti li s-Segretarju tal-Bord jista’
jordna.
(5)  Spettur għandu jagħmel rapport dwar ix-xogħol li jkun
għamel skond dawn ir-Regolamenti lis-Segretarju tal-Bord.
Taxxa. 
lill-Gvern ta’ Malta taxxa ekwivalenti għal punt ħamsa fil-mija fuq
il-valur ta’ l-imħatri kollha li huma jirċievu u jaċċettaw fl-uffiċċji
tal-lotteriji mwaqqfa u mħaddma bis-saħha ta’ dak il-permess,
minflok it-taxxa stabbilita fl-artikolu 11(2) ta’ l-Ordinanza.
Sospensjoni jew 
tneħħija ta’ 
permess.
10.  Il-Bord għandu d-dmir li jagħti parir lid-Direttur biex
jirrestrinġi, jissosspendi jew ineħħi xi permess mogħti skond l-
artikolu 11 ta’ l-Ordinanza jekk ikun tal-fehma li l-persuna li jkun
ingħatalha permess tkun qed tikser xi kundizzjoni imposta fil-
permess jew xi provvediment ta’ dawn ir-Regolamenti jew jekk,
wara li jingħataw raġunijiet suffiċjenti, jidhirlu li jkun fl-interess
nazzjonali li l-permess jiġi sospiż jew imneħħi.
