TOMBLA (BINGO) ġ L.S.70.05 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 70.05
REGOLAMENTI DWAR IT-TOMBLA (BINGO)
7 ta’ Novembru, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 229 ta’ l-2000.
Preliminari
Titolu.
it-Tombla (Bingo).
(2) Għar-rigward ta’ dawk il-persuni jew organizzazzjonijiet li
ma jkunux klassifikati mill-Bord dwar il-Logħob bħala li jkunu
organizzazzjonijiet bla skop ta’ profitt u li matul is-sitt xhur ta’
qabel il-pubblikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti kellhom permess
jagħmlu sessjonijiet ta’ tombla ta’ xorta kummerċjali, ir-
regolamenti li jirrigwardaw it-tombla kummerċjali li ssir ġewwa
fond imsemmi bħala sala tat-tombla għandhom jitqiesu li jidħlu fis-
seħħ tliet xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti fil-
Gazzetta.
Tifsir.
titlobx xort’oħra -
2. F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
titlobx xort’oħra:-
Kap. 400.
"Bord dwar il-Logħob" jew "Bord" tfisser il-Bord dwar il-
Logħob imwaqqaf bl-artikolu 5 ta’ l-Att dwar il-Logħob;
"detentur ta’ permess" tfisser persuna jew kumpannija reġistrata
f’Malta li jkun ingħatalha permess mid-Direttur tal-Lottu Pubbliku
għal sessjoni ta’ tombla. Għar-rigward ta’ organizzazzjonijiet bla
skop ta’ profitt, is-segretarju ta’ xi organizzazzjoni bħal dik jitqies
li jkun id-detentur ta’ permess għall-finijiet ta’ dawn ir-
regolamenti;
Kap. 122.
"Direttur" tfisser id-Direttur tal-Lottu Pubbliku li għandu l-
kariga mwaqqfa bl-Att għat-Twaqqif tal-Kariga ta’ Direttur tal-
Lottu Pubbliku, u tinkludi lil kull persuna awtorizzata bil-miktub
mid-Direttur tal-Lottu Pubbliku biex jagħmilha minfloku;
"ġog tat-tombla jew kartelli tal-ġugati tat-tombla" tfisser
kombinazzjoni ta’ sitt kartelli li fuqhom ikun hemm stampati kull
wieħed mid-disgħin numru li jipparteċipaw f’logħba tat-tombla;
"kartella jew biljett tat-tombla" tfisser l-unità  tal-logħba tat-
tombla li fuqha jkun hemm stampati ħmistax il-numru differenti u
li biha ġugatur jipparteċipa f’logħba tat-tombla. Dawn il-ħmistax
il-numru jitqassmu fuq tliet ringieli orizzontali b’ħames numri fuq
kull ringiela u fuq disa’ kolonni vertikali, b’kull kolonna
tikkomprendi ta’ l-istess grupp ta’ għaxra. Fuq kull kolonna
vertikali jista’ jkun hemm numru wieħed, żewġ numri jew tliet
numri, u ma jistax ikun hemm xi kolonna li ma jkollhiex fiha xi
numru;
"mmarkar awtomatiku" tfisser li n-numri jiġu mmarkati fuq l-
2 L.S.70.05 ħ TOMBLA (BINGO)
iskrin ta’ kartelli elettroniċi mingħajr ebda ħtieġa ta’ interazzjoni
mill-parteċipant. L-uniku input meħtieġ mill-funzjonalità  ta’ l-
immarkar awtomatiku jkun permezz tas-sistema kif jiġi mgħajjat
in-numru;
Kap. 70. "l-Ordinanza" tfisser l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku;
"organizzazzjoni bla skop ta’ profitt" tfisser kull organizzazzjoni
li ma għandhiex skop li tagħmel profitt li tkun domiċiljata f’Malta
u li tkun approvata bħala tali mill-Bord dwar il-Logħob u tinkludi
soċjetajiet reliġjużi, każini tal-banda, movimenti taż-żgħazagħ,
soċjetajiet kulturali jew litterarji, clubs li jippromwovu il-Belli
Arti, clubs sportivi u assoċjazzjonijiet sportivi, soċjetajiet
karitatevoli, soċjetajiet filantropiċi, clubs ta’ partiti politiċi u partiti
politiċi, trades union, club soċjali tal-pulizija u kull soċjetà ,
istituzzjoni jew persuna privata oħra li tippromwovi u tmexxi l-
logħob tat-tombla u li r-rikavat nett relattiv jkun maħsub għal xi
għan reliġjuż approvat mill-Awtoritajiet Ekklesjastiċi lokali
kompetenti, jew għal xi għan karitatevoli, jew għall-inkoraġġiment
tal-Belli Arti jew għal kull għan ieħor approvat bil-miktub mill-
Ministru responsabbli għall-finanzi skond l-artikolu 11(2) ta’ l-
Ordinanza;
"sala tat-tombla" tfisser fond li dwaru jkun ingħata permess lil
persuna jew kumpannija reġistrata f’Malta biex torganizza
sessjonijiet tat-tombla kummerċjali ġo fih. Kull logħba jew sessjoni
tat-tombla li dwarha ma jkunx ingħata permess jew liċenza lil
organizzazzjoni bla skop ta’ profitt jew taħt xi liġi oħra, għandha
titqies bħala logħba jew sessjoni tat-tombla kummerċjali:
Iżda, l-logħob tradizzjonali tat-tombla f’lokalità  minn xi
ġirien ta’ l-istess lokalità , fejn kull ġugata ma għandhiex teċċedi l-
għaxar ċentezmi għal kull biljett tat-tombla u li dwarha l-valur
totali ta’ premjijiet f’kull logħba ta’ tombla ma jeċċedix lira, huwa
eżenti minn kull permess għal sessjoni tat-tombla taħt l-artikolu 11
ta’ l-Ordinanza;
"sessjoni tat-tombla" tfisser il-perjodu ta’ żmien stabbilit bil-
quddiem li matulu jiġu organizzati għadd ta’ logħbiet tat-tombla;
"snowball" tfisser il-premju opzjonali li jintrebaħ meta ssir fatta
t-tombla fi kwantità  stabbilita bil-quddiem ta’ numri mtellgħin
f’logħba waħda tat-tombla u l-porzjon kumulattiv (progressiv) ta’
dak is-snowball trasferit mill-fond tal-premju ta’ logħba tat-tombla
ma jkunx jeċċedi l-ħamsa fil-mija tal-valur tal-bejgħ totali ta’
kartelli għal dik l-istess logħba. Snowball li ma jintrebaħx jew ma
jiġix dikjarat f’logħba jew sessjoni tat-tombla għandu jitmexxa ’l
quddiem għal-logħba jew sessjoni tat-tombla li jkun imiss sakemm
jintrebaħ il-premju snowball;
"sorveljant tat-tombla" tfisser dik il-persuna jew persuna
alternattiva li tkun appuntata mid-detentur ta’ permess biex
tissorvelja l-attivitajiet kollha, u tkun responsabbli għall-imġieba
tal-logħbiet kollha ta’ xi sessjoni patikolari ta’ logħba tat-tombla.
Is-sorveljant tat-tombla għandu jinħatar għal kull sessjoni tat-
tombla li tiġi organizzata minn detentur ta’ permess, u huwa
għandu jkun jaf sew x’inhuma d-disposizzjonijiet relattivi ta’ l-
Ordinanza u ta’ dawn ir-regolamenti;
TOMBLA (BINGO) ġ L.S.70.05 3
Kap. 400.
Logħob;
"tombla" jew "logħba tat-tombla" tfisser logħba ta’ sogru
magħrufa wkoll bħala "Bingo", li fiha l-jedd ta’ parteċipazzjoni
jinbiegħ lil ġugatur u jingħataw premjijiet, jiġifieri:
(a) li tintlagħab billi jittellgħu numri minn wieħed (1) sa
disgħin (90), iż-żewġ numri inklużi, u li jkollhom
b’kombinazzjonijiet ta’ rebħ -
(i) "fatta l-lajn" li ssir meta, waqt logħba waħda,
għall-ewwel darba jittellgħu l-ħames numri
kollha li jkun hemm f’ringiela orizzontali waħda
fuq kartella waħda;
(ii) "fatta t-tombla" jew "bingo" li ssir meta, waqt
logħba waħda, għall-ewwel darba jittellgħu l-
ħmistax il-numru kollha li jkun hemm fuq
kartella waħda; u, jew
(iii) it-tqabbil fuq il-kartella tal-ġugatur ta’
arranġament ta’ numri speċifikat bil-quddiem li
t-tqabbil tagħhom ikun dikjarat qabel il-bidu tal-
logħba tat-tombla bħala li jwassal għal rebħ ta’
premju;
(b) li tintlagħab b’kartella jew biljett, ġog jew
rappreżentazzjoni elettronika ta’ dawn, bin-numri
fuqhom;
(ċ) li tintlagħab billi l-ġugatur jgħatti, jimmarka jew
jikxef in-numri, hekk kif jittellgħu oġġetti bl-istess
numri minn ġo urna u jiġu mgħajjta bil-fomm;
(d) li tintrebaħ mill-ġugatur li l-ewwel jgħatti, jimmarka
jew jikxef arranġament ta’ numri speċifikat bil-
quddiem; u
(e) li minbarra dawk il-logħbiet tat-tombla kif awtorizzati
bil-liġi u għall-fini ta’ kull permess mogħti għar-
rigward ta’ l-artikolu 11 ta’ l-Ordinanza, il-kelma
"tombla" ma tinkludix logħba li tintlagħab permezz
tat-televiżjoni, t-telefon, dixx satellitari jew xi
trasmissjoni ta’ telekomunikazzjonijiet jew apparat
riċevitur oħrajn li fuqhom il-logħob hu pprojbit.
Operazzjonijiet tat-tombla
Klassifikazzjoni ta’ 
operazzjonijiet tat-
tombla.
3. Fl-għoti ta’ permess biex isiru sessjonijiet tat-tombla, id-
Direttur għandu jaġixxi fuq il-parir tal-Bord dwar il-Logħob u l-
Bord għandu jikklassifika l-applikazzjonijiet:
(a) f’applikazzjoni minn organizzazzjoni bla skop ta’
profitt; u
(b) f’applikazzjoni minn kumpannija reġistrata f’Malta
biex tagħmel sessjonijiet tat-tombla ta’ xorta
kummerċjali f’sala tat-tombla.
Bord dwar il-Logħob
Setgħat tal-Bord 
dwar il-Logħob.
4. (1) Ikun id-dmir tal-Bord dwar il-Logħob li jirregola,
jikkontrolla u jissorvelja l-operazzjonijiet tat-tombla organizzati
4 L.S.70.05 ħ TOMBLA (BINGO)
minn detentur ta’ permess sew jekk operazzjoni tkun organizzata
minn organizzazzjoni bla skop ta’ profitt jew għal xi skop
kummerċjali ġo sala tat-tombla.
(2) Għall-fini tat-twettiq ta’ dmirijietu taħt dawn ir-
regolamenti, il-Bord jista’ f’kull waqt jinnotifika lil detentur ta’
permess b’avviż fejn jitolbu, b’dak il-mod u f’dak iż-żmien
raġonevoli li jista’ jiġi speċifikat fl-avviż, li jipproduċi għall-
ispezzjon mill-Bord innifsu jew f’ismu, dawk il-kotba, dokumenti
jew kull record ieħor, li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet
tal-logħob tat-tombla, kif ikun speċifikat fl-avviż, u li l-Bord jista’
raġonevolment jeħtieġ biex iwettaq dmirijietu. Sew detentur ta’
permess sew persuna li lilha jiġi notifikat dak l-avviż għandhom
iħarsu dak l-avviż. 
Permess biex isiru laqgħat tat-tombla
Organizzazzjoni-
jiet bla skop ta’ 
profitt.
5. (1) Applikazzjoni minn organizzazzjoni bla skop ta’ profitt
għal permess biex isir logħob tat-tombla għandha tinkludi
informazzjoni dwar il-post fejn, id-data u l-ħin li matulu jkun se
jsir il-logħob tat-tombla mill-organizzazzjoni bla skop ta’ profitt.
(2) Organizzazzjonijiet bla skop ta’ profitt li jingħataw
permess jagħmlu sessjoni ta’ tombla għandhom iħallsu ħmistax-il
lira taxxa dovuti lid-Direttur, li għandu fi tmiem kull sena
finanzjarja jħallas lura lil-organizzazzjoni rispettiva kull taxxa li
tkun inġabret dwar istanzi speċjali eżentati skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11(2) ta’ l-Ordinanza.
(3) L-għoti ta’ permess lil organizzazzjoni bla skop ta’ profitt
għandu jkun bla ħsara għal dawn il-kondizzjoniiet li ġejjin u għal
kull kondizzjoni oħra li d-Direttur, wara konsultazzjoni mal-Bord
dwar il-Logħob, jista’ minn żmien għal żmien iqis li tkun spedjenti:
(a) il-prezz għal kull ġog ta’ sitt kartelli użati f’logħba tat-
tombla li ssir minn organizzazzjoni bla skop ta’ profitt
ma għandux ikun ta’ aktar minn tletin ċenteżmu għal
kull ġog tat-tombla;
(b) mhux inqas minn sittin fil-mija mill-ammont miġbur
fil-bejgħ ta’ ġogijiet dwar kull logħba tat-tombla
jitqassam fi premjijiet dwar dik l-istess logħba
sakemm il-valur totali ta’ flus li jingħataw bi premju
għar-rigward ta’ kull logħba tat-tombla jew għadd ta’
logħbiet tat-tombla skond il-każ, jista’ jitniżżel għal
ħamsa w ħamsin fil-mija u l-ħamsa fil-mija l-oħra jiġu
allokati għas-snowball;
(ċ) dikjarazzjoni li tkun turi l-għadd ta’ kartelli
mibjugħin, id-denominazzjoni ta’ kull kartella, l-
ammont ta’ flus miġbura fil-bejgħ li jsir dwar kull
logħba tat-tombla li ssir matul sessjoni u l-metodu tad-
distribuzzjoni ta’ l-ammont dovut bħala premjijiet
għandu jinżamm mid-detentur ta’ permess jew
sorveljant tat-tombla għall-ispezzjon ta’ l-Ispetur tal-
Bord dwar il-Logħob u, jew, ta’ kull persuna oħra
awtorizzata u, jew, maħtura għal dan l-għan mill-Bord;
(d) is-sessjoni tat-tombla, li ma tistax taqbeż il-perjodu ta’
TOMBLA (BINGO) ġ L.S.70.05 5
sitt siegħat, tinżamm fil-fond uffiċjali ta’ l-
organizzazzjoni bla skop ta’ profitt li jkollha permess
tagħmel sessjoni ta’ tombla jew inkella jekk tkun hekk
awtorizzata f’xi post ieħor awtorizzat mill-Bord dwar
il-Logħob; u
(e) organizzazzjonijiet bla skop ta’ profitt li jkollhom
permess li jagħmlu sessjonijiet ta’ tombla jistgħu ma
jagħmlux sessjonijiet tat-tombla bħal dawk fi swali tat-
tombla li dwarhom ikun ingħata permess sabiex isir
logħob tat-tombla kummerċjali.
Tombla 
kummerċjali.
6. It-tombla kummerċjali għandha ssir ġewwa fond imsemmi
bħala sala tat-tombla li fihom ikunu jistgħu jsiru sessjonijiet tat-
tombla. Sessjoni tat-tombla f’sala tat-tombla ma għandhiex taqbeż
is-sitt siegħat, madankollu, jistgħu jsiru iktar minn sessjoni waħda
kuljum sakemm ikun hemm waqfa ta’ nofs siegħa bejn sessjoni u
oħra. L-inqas prezz li għandu jitħallas għal kull ġog ta’ sitt kartelli
ma għandux ikun t’inqas minn tletin ċenteżmu. Id-detentur ta’
permess għandu jgħarraf lill-Bord bl-istruttura tal-prezz tal-biljetti
jew b’kull bdil relattiv mill-inqas tliet ijiem sħaħ qabel ma tibda
sseħħ id-data ta’ l-istruttura tal-prezz proposta jew il-bidla
relattiva.
Pjan u użu ta’ 
postijiet.
7. (1) Applikazzjoni li ssir lid-Direttur, permezz tal-Bord
dwar il-Logħob, għal permess biex isiru sessjonijiet tat-tombla
kummerċjali f’sala tat-tombla għandha ssir minn kumpannija
reġistrata f’Malta u magħha għandhom jintehmżu:
(a) ċertifkat tar-reġistrazzjoni tal-kumpannija f’Malta;
(b) kopja tal-memorandum u ta’ l-artikoli ta’
assoċjazzjoni tal-kumpannija li tkun qed tapplika għal
permess biex isiru sessjonijiet ta’ tombli kummerċjali
f’sala tat-tombla;
(ċ) pjan tal-fond li dwaru ssir l-applikazzjoni;
(d) prova li kull awtorizzazzjoni, kunsens jew permess
meħtieġ taħt xi liġi dwar l-istruttura, jew l-użu ta’ xi
fond, li jkun is-suġġett ta’ tali applikazzjoni, jkunu
ingħataw jew li, fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ,
ebda tali awtorizzazzjoni, kunsens jew permess ma
jkunu meħtieġa; u
(e) ir-regoli u r-regolamenti li jirrigwardaw il-proċeduri
għal-logħob tat-tombla, il-kombinazzjonijiet tar-rebħ,
l-elementi tal-logħba, l-istampar, ksib, distribuzzjoni,
użu u bejgħ tal-ġogijiet, l-apparat għat-tlugħ tal-pedini
enumerati, il-karatteristiċi u l-użu tal-pedini
enumerati, il-prezz tal-bejgħ tal-ġog li jkun qed jiġi
propost li jiġi applikat, il-premjijiet u kif dawn
jitħallsu, ir-regoli kif tintlagħab il-logħba, ħlasijiet
lura, ir-reġistri fejn jinżammu records tat-tombli li
jintlagħbu u kull miżura oħra li tkun meħtieġa għal-
logħob regolari tat-tombla.
(2) Fond li dwaru jkun ingħata permess biex isiru sessjonijiet
ta’ tombla kummerċjali jista’ jintuża għall-għemil ta’
operazzjonijiet awtorizzati oħra sakemm tinkiseb bil-quddiem l-
6 L.S.70.05 ħ TOMBLA (BINGO)
approvazzjoni tal-Bord dwar il-Logħob dwar dawk l-
operazzjonijiet l-oħra.
Taxxa li titħallas 
għal 
operazzjonijiet tat-
tombla 
kummerċjali.
8. (1) Għar-rigward ta’ kull sala tat-tombla li fiha jkun hemm
permess li jsiru sessjonijiet tat-tombla kummerċjali, għandha
titħallas taxxa ta’ kull sena ta’ tliet elef lira li tkun tkopri perjodu
ta’ tnax-il xahar b’żieda ma’ taxxa fuq il-logħob ta’ għoxrin fil-
mija fuq il-valur tat-turnover gross (jiġifieri l-valur tal-bejgħ ta’
ġogijiet tat-tombla mingħajr ebda tnaqqis ta’ xi spejjeż, ikunu
liema jkunu). Permess biex jinżammu sessjonijiet tat-tombla
kummerċjali f’xi sala partikolari jista’ jiġġedded ta’ kull sena meta
titħallas it-taxxa dovuta kull sena:
Iżda jista’ jingħata permess għal xi staġun li jkun ikopri
perjodu kontinwu ta’ sitt xhur u t-taxxa li titħallas fuqhom tkun ta’
elf u seba’ mitt lira b’żieda ma’ taxxa fuq il-logħob ta’ għoxrin fil-
mija fuq il-valur tat-turnover gross. Permessi bħal dawk jiġġeddu
meta titħallas it-taxxa dovuta għall-permessi għal xi staġun.
(2) It-taxxa fuq il-logħob ta’ għoxrin fil-mija fuq it-turnover
għandha titħallas lis-Segretarju tal-Bord dwar il-Logħob, li għandu
jiġbor dik it-taxxa f’isem id-Direttur. Dik it-taxxa fuq il-logħob
għandha titħallas mid-detentur ta’ permess għar-rigward ta’ kull
xahar sa mhux aktar tard mis-seba’ jum tax-xahar li jiġi minnufih
wara.
Premjijiet. 9. (1) Għar-rigward ta’ kull logħba tat-tombla, mhux inqas
minn sittin fil-mija tal-valur tat-turnover gross ta’ kull logħba tat-
tombla għandu jiġi assenjat għal premjijiet dwar dik l-istess logħba
tat-tombla:
Iżda l-valur totali ta’ ta’ flus li jitqassmu fi premjijiet dwar
kull logħba tat-tombla jew għadd ta’ logħbiet tat-tombla skond il-
każ, jista’ jitnaqqas għal ħamsa w ħamsin fil-mija u l-ħamsa fil-
mija l-oħra jiġu allokati għas-snowball.
(2) Dikjarazzjoni li turi l-għadd ta’ biljetti mibjugħin, id-
denominazzjoni ta’ kull ġog, l-ammont ta’ flus miġbura mill-bejgħ,
il-premjijiet imqassmin u t-taxxa dovuta lill-Gvern dwar kull
logħba tat-tombla għandhom jinżammu waqt li tkun qed issir kull
sessjoni tat-tombla sabiex ikunu jistgħu jiġu spezzjonati mill-
ispettur tal-Bord dwar il-Logħob u, jew kull persuna oħra
awtorizzata u, jew, maħtura għal dak l-għan mill-Bord dwar il-
Logħob.
Sistema ta’ 
kontroll 
ċentralizzat tal-
logħob tat-tombla.
10. (1) Persuna li tingħata permess li tagħmel sessjonijiet tat-
tombla kummerċjali f’xi sala tat-tombla partikolari għandha -
(a) tiżgura li sistema ta’ kontroll ċentralizzat tal-logħob
tat-tombla tkun qegħda tintuża fil-fond u li kull logħob
tat-tombla jsir taħt dik is-sistema;
(b) ma tibdilx xi sistema ta’ kontroll ċentralizzat tal-
logħob mingħajr il-kunsens mogħti bil-quddiem mill-
Bord;
(ċ) tagħmel sottomissjoni bil-miktub, li tħejji spejjeż
tagħha u bl-approvazzjoni ta’ l-awdituri tagħha
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "sottomissjoni
dwar sistema ta’ kontroll") lill-Bord għall-
TOMBLA (BINGO) ġ L.S.70.05 7
approvazzjoni tas-sistema ta’ kontroll -
(i) qabel il-bidu ta’ l-operazzjonijiet wara li
jingħata l-permess; u
(ii) qabel ma ssir xi bidla għal xi sistema ta’ kontroll
ċentralizzat approvat li digà  jeżisti.
(2) Sottomissjoni dwar sistema ta’ kontroll għandha
tiddeskrivi u, mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn
aktar qabel imsemmi, għandha tinkludi tagħrif dwar dawn il-partiti
li ġejjin li għandhom jintużaw fl-operazzjoni u t-tmexxija ta’
logħob tat-tombla f’sala tat-tombla:
(a) sistemi tat-tombla u regolamenti dwar proċeduri li
jinkludu r-reġistrazzjoni ta’ bejgħ skond il-valur u l-
għadd ta’ ġogijiet jew kartelli mibjugħin għar-rigward
ta’ kull logħba tat-tombla;
(b) is-sistema u l-proċedura amministrattiva li għandhom
jiġu adottati qabel, matul u fi tmiem kull logħba u
sessjoni tat-tombla;
(ċ) il-computer software li għandu jintuża;
(d) formoli u pattijiet standard;
(e) il-metodu ta’ distribuzzjoni ta’ premjijiet u l-
proċedura ta’ verifika li għandha x’taqsam mal-ħlas
tal-valur sħiħ tal-premjijiet stabbilit b’dawn ir-
regolamenti; u
(f) il-kalkolu tat-taxxa dovuta dwar kull logħba u sessjoni
ta’ tombla.
(3) Il-Bord għandu jqis is-sottomissjoni dwar sistema ta’
kontroll u jew japprova jew jirrifjuta s-sistema ta’ kontroll proposta
jew il-bidla relattiva proposta.
(4) Meta jkun qed iqis is-sottomissjoni dwar sistema ta’
kontroll, il-Bord jista’ jeħtieġ lid-detentur ta’ permess u, jew, l-
awdituri tiegħu li jkunu ħejjew u, jew, approvaw is-sistema ta’
kontroll -
(a) li jipprovdu lill-Bord b’iktar tagħrif dwar is-
sottomissjoni, kif meħtieġ u raġonevoli, sabiex il-Bord
ikun jista’ jiġi mgħejjun jagħmel deċiżjoni dwar dik is-
sottomissjoni; u
(b) li jippermettu lill-Bord, li jaġixxi permezz ta’ l-
ispetturi jew l-aġenti tiegħu, li jissottomettu s-sistema
ta’ kontroll proposta, jew is-sistema ta’ kontroll
approvata kif din tkun proposta li tinbidel, għal
testijiet.
(5) Meta jkun qed iqis jekk għandux jagħti l-approvazzjoni
tiegħu, il-Bord għandu jqis -
(a) jekk is-sottomissjoni dwar sistema ta’ kontroll tkunx
tissodisfa l-ħtiġiet ta’ dawn ir-regolamenti; u
(b) jekk is-sistema ta’ kontroll proposta, jew is-sistema ta’
kontroll approvata kif proposta li tinbidel, tkunx tista’
tipprovdi kontroll sodisfaċenti u effettiv fuq l-
8 L.S.70.05 ħ TOMBLA (BINGO)
amministrazzjoni u t-tmexxija tal-logħbiet tat-tombla
li jkunu permessi li jsiru.
(6) Il-Bord jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni jekk id-
detentur ta’ permess jonqos milli jħares xi ħtieġa taħt xi
subregolament ta’ dan ir-regolament.
(7) Jekk il-Bord jiddeċiedi li jżomm milli jagħti l-
approvazzjoni tiegħu, għandu jiġi notifikat avviż bil-miktub, lid-
detentur ta’ permess fi żmien tletin jum, fejn jiġu dikjarati r-
raġunijiet għal dik id-deċiżjoni u, jekk il-Bord ikun tal-fehma li s-
sottomissjoni dwar is-sistema ta’ kontroll tista’ tiġi rettifikata
faċilment sabiex il-Bord ikun jista’ jagħti l-approvazzjoni, l-avviż
għandu wkoll -
(a) ifisser kif is-sottomissjoni tista’ tinbidel; u
(b) jistieden lid-detentur ta’ permess sabiex jerġa
jissottometti mill-ġdid is-sottomissjoni wara li jkun
għamel it-tibdiliet meħtieġa.
Kontroll u miżuri
Kontijiet u 
records.
11. (1) Id-detentur ta’ permess li jkun permess li jagħmel
sessjonijiet ta’ tombla kummerċjali f’sala tat-tombla għandu jara li
jinżammu, għar-rigward tat-transazzjonijiet u l-affarijiet li
jirrigwardaw l-operazzjoni tal-logħob tat-tombla, kontijiet u
records xierqa li jkunu juru perspettiva vera u ġusta ta’ l-
operazzjonijiet u l-affarijiet finanzjarji li jkunu qegħdin isiru mid-
detentur ta’ permess dwar l-operazzjoni tal-logħob tat-tombla.
Dawn il-kontijiet u records għandhom jinħażnu f’safe jew armadju
li jiflaħ għan-nar għal perjodu ta’ mill-inqas tliet snin.
(2) Id-detentur ta’ permess għandu fi żmien sebat ijiem minn
tmiem kull xahar jirreferi lis-Segretarju tal-Bord dwar il-Logħob,
flimkien mat-taxxa tal-logħob ta’ għoxrin fil-mija li titħallas fuq it-
turnover gross, prospett tal-kontijiet ta’ kull transazzjoni tal-
logħob tat-tombla dwar ix-xahar ta’ qabel inkluż l-għadd ta’ biljetti
mibjugħin skond id-denominazzjoni, l-għadd ta’ sessjonijiet li
jkunu saru, l-għadd ta’ logħbiet f’kull sessjoni, il-premjijiet
imħallsin dwar kull logħba, u jkunu juru l-ammont ta’ taxxa dovuta
dwar l-operazzjonijiet tal-logħob tat-tombla ta’ dak ix-xahar. Il-
Bord dwar it-Tombla jista’, jekk iqis li jkun hekk meħtieġ, wkoll
jitlob prospett tan-negozju, liema prospett għandu jiġi prodott mid-
detentur ta’ permess lill-Bord fi żmien sebat ijiem tax-xogħol minn
meta ssir it-talba.
Kap. 386.
(3) Kemm jista’ jkun malajr iżda mhux iktar tard minn disgħin
jum wara tmiem kull sena finanzjarja, id-detentur ta’ permess
għandu jippreżenta lis-Segretarju tal-Bord sett sħiħ tal-prospetti
finanzjarji dwar l-operazzjonijiet tal-logħob tat-tombla magħmula
skond standards tal-kontijiet internazzjonali u verifikati skond
standards tal-awditjar internazzjonali u li jkunu konformi mad-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Kumpanniji.
Setgħa li 
għandhom l-
ispetturi.
12. (1) Spettur u, jew, kull persuna oħra awtorizzata u, jew,
maħtura għal dan l-għan mill-Bord dwar il-Logħob, jistgħu f’kull
ħin filwaqt li juru d-dokument ta’ l-identità  tagħhom jew l-
awtorizzazzjoni relevanti, jidħlu w jibqgħu ġo xi fond fejn ikun qed
TOMBLA (BINGO) ġ L.S.70.05 9
isir il-logħob tat-tombla bil-għan li -
(a) josservaw l-operazzjonijiet tal-logħob tat-tombla;
(b) jaċċertaw jekk l-operazzjonijiet tal-logħob tat-tombla
jkunux qegħdin jiġu amministrati u mmexxija sew;
(ċ) jaċċerta jekk il-kondizzjonijiet imposti fil-permess
maħruġ mid-Direttur ikunux qegħdin jiġu mħarsa; u
(d) f’kull rigward ieħor, jeserċita l-poteri tiegħu jew
iwettaq dmirijietu.
(2) Spettur u, jew, kull persuna oħra hekk awtorizzata u, jew
maħtura mill-Bord dwar il-Logħob jistgħu għall-fini li jaċċertaw li
l-kondizzjonijiet imposti mid-Direttur fil-permess ikunu qegħdin
jitħarsu u li l-ammont sħiħ ta’ taxxa taħt il-permess ikun qiegħed
jitħallas -
(a) jeħtieġu bil-miktub jew bil-fomm, lil detentur ta’
permess, lil persuna li tkun qed tagħmilha minfloku
jew lis-sorveljant tat-tombla -
(i) li jipproduċi lill-ispettur u, jew, lil kull persuna
oħra hekk awtorizzata u, jew, maħtura mill-Bord
dwar il-Logħob, għall-ispezzjon dak il-ktieb,
dokument jew record li jkunu fil-kustodja jew
il-kontroll tiegħu u li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-
operazzjoni tal-logħob tat-tombla hekk kif l-
ispettur u, jew, kull persuna hekk awtorizzata u,
jew, maħtura mill-Bord dwar il-Logħob
jispeċifikaw; jew
(ii) li tattendi quddiem l-ispettur f’ħin u lok
raġonevoli speċifikati mill-ispettur u hekk
iwieġeb għal dawk il-mistoqsijiet, jagħti dak it-
tagħrif, jew jipproduċi dak il-ktieb, dokument
jew record, li jkollu x’jaqsam ma’ l-operazzjoni
tal-logħob tat-tombla hekk kif l-ispettur
jispeċifika;
(b) jispezzjonaw jew jittestjaw kull tagħmir, inkluż
software, jew jispezzjonaw dak il-ktieb, dokument jew
record, u jagħmlu kopji tagħhom, jew jieħdu noti għar-
rigward ta’ kull tali ktieb, dokument jew record, dwar
l-operazzjoni tal-logħob tat-tombla hekk kif l-ispettur
iqis li jkun meħtieġ;
(ċ) jordnaw lid-detentur ta’ permess, lis-sorveljant tat-
tombla jew lill-persuna li tkun qed tieħu ħsieb il-
logħob tat-tombla biex ma jużaw ebda tagħmir, inkluż
materjal tas-software, li l-ispettur iqis bħala
insodisfaċenti biex jintużaw;
(d) isejħu biex jgħinu lill-ispettur -
(i) lil xi spettur ieħor; jew
(ii) lil xi impjegat ta’ detentur ta’ permess li, fil-
fehma ta’ l-ispettur, ikun kompetenti sabiex
jassisti lill-ispettur fl-eserċizzju tal-poteri tiegħu
jew fit-twettiq ta’ dmirijietu.
10 L.S.70.05 ħ TOMBLA (BINGO)
(3) Ebda persuna impjegata minn detentur ta’ permess ma
għandha, ħlief jekk ikollha skuża raġonevoli, tostakola jew tonqos
milli tgħin lil xi spettur u, jew lil xi persuna oħra hekk awtorizzata
u, jew, maħtura mill-Bord dwar il-Logħob fit-twettiq ta’
dmirijietha.
(4) L-ispetturi jistgħu, fit-twettiq ta’ dmirijiethom skond dawn
ir-regolamenti, ikunu mgħejjuna jew imsieħba minn dawk l-esperti
li s-Segretarju tal-Bord jista’ jordna.
(5) Spettur u, jew, kull persuna oħra hekk awtorizzata u, jew,
maħtura taħt dawn ir-regolamenti għandhom jagħmlu rapport dwar
l-eserċizzju tal-funzjonijiet tiegħu skond dawn ir-regolamenti lis-
Segretarju tal-Bord.
Restrizzjonijiet, 
sospensjoni jew 
irtirar ta’ permess.
13. Ikun id-dmir tal-Bord li jagħti parir lid-Direttur biex
jirrestrinġi, jissospendi jew jirtira permess mogħti taħt l-artikolu 11
ta’ l-Ordinanza jekk dan iqis li detentur ta’ permess mogħti
permess biex jagħmel sessjonijiet tat-tombla -
(a) ikun aġixxa bi ksur ta’ xi kondizzjoni imposta fil-
permess jew ta’ xi provvediment ta’ dawn ir-
regolamenti; jew
(b) ikun waqaf mill-operazzjonijiet għal perjodu kontinwu
ta’ xahar mingħajr l-awtorità  bil-miktub tal-Bord; jew
(ċ) jekk, filwaqt li jagħti raġuni tajba, l-Bord iqis li jkun
meħtieġ fl-interess nazzjonali li jissospendi jew jirtira
l-permess.
Permess li jsir null 
u bla effett.
14. Permess biex isiru logħbiet tat-tombla, sew jekk dak il-
permess jingħata lil organizzazzjonijiet bla skop ta’ profitt jew lil
xi kumpannija għal għanijiet kummerċjali, għandu jitqies null u bla
effett jekk -
(a) id-detentur ta’ permess jassenja jew jittrasferixxi l-
permess lil xi persuna oħra jew korp ġuridiku ieħor,
mingħajr l-approvazzjoni bil-quddiem tal-Bord dwar
il-Logħob;
(b) it-trasferiment ta’ l-interessi ta’ kontroll ta’
kumpannija mogħtija permess biex tagħmel
sessjonijiet tat-tombla f’sala tat-tombla jkun sar qabel
l-approvazzjoni tal-Bord dwar il-Logħob ta’ dak it-
trasferiment ta’ l-interessi ta’ kontroll.
Ħinijiet tat-tombla. 15. (1) Id-detentur ta’ permess ta’ sala tat-tombla għandu
jissottometti lill-Bord dwar il-Logħob qabel ma jibdew l-
operazzjonijiet tat-tombla, dikjarazzjoni dwar id-data meta l-
operazzjonijiet ikunu se jibdew flimkien mal-ħinijiet ta’ l-
operazzjonijiet li japplikaw dwar kull ġurnata tal-ġimgħa. Kull
tibdil fil-ħinijiet ta’ operazzjoni tas-sala tat-tombla għandu
jitwassal lill-Bord dwar il-Logħob mill-inqas tliet ijiem tax-xogħol
sħaħ qabel il-ġurnata jew il-ġranet li dwarhom jintalab tibdil fil-
ħinijiet ta’ l-operazzjonijiet.
(2) Organizzazzjonijiet bla skop ta’ profitt għandhom jgħarrfu
lill-Bord, fl-applikazzjoni għal permess biex jagħmlu sessjoni tat-
tombla, dwar id-data u l-ħinijiet ta’ l-operazzjoni tas-sessjoni tat-
tombla li tkun saret applikazzjoni dwarha.
TOMBLA (BINGO) ġ L.S.70.05 11
Esklużjoni ta’ ċerti 
persuni.
16. Persuna ma għandhiex titħalla tieħu sehem f’logħba tat-
tombla li ssir f’sala tat-tombla -
(a) jekk dik il-persuna tkun taħt l-età  ta’ tmintax il-sena; u
Kap. 400.
(b) jekk il-fond tas-sala tat-tombla jkun jagħmel parti
minn kumpless ta’ każinò , fejn ikun permess li jsir
logħob ta’ każinò  skond il-liċenza ta’ każinò , u li f’dik
is-sala tat-tombla logħob ta’ każinò  bħal dak ikun
permess li jsir, il-limitu ta’ l-età  applikabbli u l-
projbizzjonijiet għandhom ikunu dawk stipulati fl-
artikolu 26 ta’ l-Att dwar il-Logħob.
Garanzija 
bankarja.
17. (1) Meta jingħata permess biex isiru sessjonijiet ta’ tombli
kummerċjali f’sala tat-tombla, u qabel ma jibdew l-operazzjonijiet,
id-detentur ta’ permess għandu jkollu garanzija bankarja, li
tinħareġ minn bank jew minn istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja
li jkollha liċenza f’Malta, favur is-Segretarju tal-Bord dwar il-
Logħob f’isem id-Direttur u l-Gvern ta’ Malta. Garanzija bankarja
bħal dik għandha tkun għall-ammont ta’ għaxart elef lira. Din
għandha tkun pagabbli lis-Segretarju tal-Bord dwar il-Logħob hekk
kif huwa jagħmel it-talba u sew il-bank sew l-istituzzjoni ta’
kreditu jew finanzjarja relattivi li jkunu ħarġu l-garanzija bankarja
ma jkollhom ebda dmir jivverifikaw jekk dik it-talba tkunx waħda
ġustifikata. Il-garanzija bankarja għandha tiskadi ma’ l-ewwel
anniversarju mill-iskadenza tal-validità  tal-permess biex tagħmel
sessjonijiet tat-tombla f’sala tat-tombla jew meta l-Bord dwar il-
Logħob iqis li dik il-garanzija bankarja ma tkunx aktar meħtieġa.
(2) Id-detentur ta’ permess jista’ jitlef dik il-garanzija bankarja
favur is-Segretarju f’xi waħda minn dawn il-ġrajjiet li ġejjin:
(a) meta jiġi irtirat il-permess mid-Direttur taħt ir-
regolament 13; u
(b) meta jkunu qed jiġu stabbiliti d-djun tad-detentur ta’
permess dwar it-taxxa li jkollha titħallas għall-
operazzjonijiet ta’ logħob tat-tombla li huwa jkun
għamel.
Permessi u, jew, 
liċenzi oħra.
18. L-għoti ta’ permess biex isiru sessjonijiet tat-tombla ma
jeżonerax lid-detentur ta’ permess milli jikseb kull permess ieħor
jew liċenza oħra li jistgħu jenħtieġu taħt xi liġi oħra jew regolament
ieħor.
