ĦLAS TA’ DRITT LILL-BARKLORI ġ L.S.73.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 73.01
REGOLAMENTI DWAR IL-ĦLAS TA’ DRITT 
LILL-BARKLORI
16 ta’ Settembru, 1957
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 572 ta’ l-1957.
Titolu.
Ħlas ta’ Dritt lill-Barklori.
L-aġent għandu 
jibgħat werrej lill-
Kontrullur tad-
Dwana.
2. L-aġent ta’ kull vapur, li l-passiġġieri tiegħu jkunu
imbarkaw jew sbarkaw b’mezzi barra minn dgħajjes, għandu mhux
aktar tard minn erbgħa u għoxrin siegħa wara t-tluq tal-vapur,
jibgħat lill-Kontrullur tad-Dwana werrej li juri n-numru ta’
passiġġieri li jkunu hekk imbarkaw jew sbarkaw f’kull ġurnata
sħiħa li matulha l-vapur baqa’ fil-port, b’dettalji fuq kull passiġġier
dwar jekk huwa jkunx imbarka biss jew sbarka biss jew it-tnejn.
Drittijiet.
jimbarka jew jisbarka b’dan il-mod u ta’ 3ċ3 għal kull passiġġier li
jimbarka u jisbarka b’dan il-mod jew jisbarka jew jimbarka
f’ġurnata waħda u l-ammont totali għandu jitħallas mill-aġent tal-
vapur lill-Kontrullur tad-Dwana fil-ħin li huwa jibgħat il-werrej
imsemmi fir-regolament 2, bi tnaqqis ta’ ħamsa fil-mija fuq l-
ammont imsemmi hawn fuq, illi l-aġent tal-vapur jista’ jżomm
bħala ħlas għas-servizzi tiegħu.
Il-Kontrullur tad-
Dwana jħallas l-
flus li jiġbor.
4. Il-Kontrullur tad-Dwana għandu, kull sitt xhur, iħallas lil
rappreżentant tal-barklori li jkollhom il-liċenża li jaħdmu fil-Port
il-Kbir u fil-Port ta’ Marsamxett kull flus li jiġbor mill-ħlas tad-
drittijiet imsemmijin fir-regolament 3 u għandha tkun ir-
responsabbiltà  ta’ dan ir-rappreżentant li jqassam il-flus
imsenmijin fi proporzjonijiet indaqs fost il-barklori li, kif imsemmi
hawn fuq, ikollhom il-liċenza kif għandha tkun, matul iż-żmien li
jkollu x’jaqsam.
