UŻU TA’ TOTALIZZATUR FL-IMĦATRI FIT-TIĠRIJIET ġ L.S.78.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 78.01
REGOLI DWAR L-UŻU TA’ TOTALIZZATUR
FL-IMĦATRI FIT-TIĠRIJIET
26 ta’ Frar, 1935
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 73 ta’ l-1935.
Titolu.
Totalizzatur fl-Imħatri fit-Tiġrijiet.
It-totalizzatur 
għandu jkun fi stat 
tajjeb.
2. Il-persuna li għandha l-liċenza jew ħaddieħor awtorizzat
minnha, għandha tieħu ħsieb sewwa sabiex, sakemm ikun użat, it-
totalizzatur ikun fi stat tajjeb u jiġi immaniġġat kif imiss.
Avviż.
għandha liċenza għandha tqiegħed, f’lok li jidher sewwa fejn issir
it-tiġrija, avviż li juri l-iċken miża (iżjed ’il quddiem imsemmija
bħala betting unit) li tiġi aċċettata fuq it-totalizzatur min-nies li
jilgħabu fuq dik it-tiġrija:
Iżda fost il-pattijiet li bihom in-nies ikunu jistgħu jagħmlu
mħatri bit-totalizzatur jista’ jkun hemm il-kundizzjoni li tagħti l-
jedd lill-persuna li għandha l-liċenza li żżomm kull somma ta’ flus
li għandha titħallas lil xi ħadd li jirbaħ l-imħatra u dana ma jitlobx
il-flus sa żmien li jkun hemm fl-avviż hawn fuq imsemmi u li dan
iż-żmien ma jkunx inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa wara li tkun
spiċċat it-tiġrija, jew, skond ma jkun il-każ, wara li tispiċċa l-aħħar
tiġrija, li fuqha l-imħatra tkun saret.
Il-Ministru jaħtar 
kontabbli.
4. Il-Ministru responsabbli għall-Pulizija jaħtar kontabbli
tajjeb li jkollu d-dmir li jeżamina u jiċċertifika l-kontijiet dwar it-
totalizzatur, u jaħtar ukoll mekkaniku mħarreġ li jassisti l-kontabbli
fl-affarijiet tekniċi u jkollu d-dmir li jassistih għal dik li hi l-
kundizzjoni tat-totalizzatur u f’kull ħaġa dwar il-ħdim tat-
totalizzatur.
Tħaddim tat-
totalizzatur.
5. Meta la l-kontabbli u l-anqas impiegat tiegħu awtorizzat
minnu bil-miktub għal dan l-iskop ma jkun preżenti, it-totalizzatur
ma għandux jiġi mħaddem; iżda, meta minħabba ċirkostanzi ta’ bla
ħsieb u għax ma jistax isir ieħor, ma jkunx hemm il-kontabbli jew l-
impiegat tal-kontabbli, il-persuna li għandha liċenza tkun tista’
tħaddem it-totalizzatur wara li jingħata avviż lill-uffiċjal anzjan tal-
Pulizija li jkun qiegħed jagħti servizz fid-dawra tat-tiġrija, illi
għandu jirrapporta b’dak li ġara lill-Gvern permezz tal-
Kummissarju tal-Pulizija.
Dritt ta’ aċċess.
tagħhom awtorizzati minnhom bil-miktub għal dan l-iskop, jistgħu,
f’ħinijiet xerqin, jidħlu fil-post fejn ikun jinsab it-totalizzatur,
jeżaminaw il-mekkaniżmu u jipprovaw u jaraw il-ħdim tiegħu; u
jistgħu jitolbu lill-persuna li għandha l-liċenza jew xi impiegat
minn tagħha li jagħtuhom l-informazzjonijiet u li jġibulhom il-
kontijiet, il-kotba u dokumenti oħra li jkollhom bżonn sabiex jaraw
jekk id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli humiex imħarsin.
(2) Kull min -
2 L.S.78.01 ħ UŻU TA’ TOTALIZZATUR FL-IMĦATRI FIT-TIĠRIJIET
(a) ifixkel il-kontabbli jew it-tekniku jew il-persuna
awtorizzata minn wieħed minnhom fid-dmirijiet
tagħhom imsemmijin fis-subregola (1); jew
(b) jittraskura jew jirrifjuta li jagħti l-informazzjoni jew li
jġib id-dokumenti li xi ħadd mill-persuni msemmijin
ikun talbu skond is-subregola (1); jew
(ċ) xientement jagħti lil xi waħda mill-persuni msemmijin
informazzjoni falza jew li tqarraq,
ikun ħati ta’ ħtija kontra dawn ir-Regoli.
Rendikonti. 7. Fi żmien sebat ijiem egħluq kull xahar, il-persuna li
għandha l-liċenza għandha tippreżenta għall-eżami tal-kontabbli l-
kontijiet tax-xahar li għandhom x’jaqsmu mat-totalizzatur, u tagħti
l-informazzjonijiet kollha li l-kontabbli jkollu bżonn biex jara jekk
id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli ġewx imħarsin.
Il-kontabbli 
jeżamina r-
rendikonti
8. Il-kontabbli għandu jeżamina r-rendikonti u għandu, għal
kemm il-darba jidhirlu, jikkonsulta ruħu mat-tekniku u jagħmel,
jew iġiegħel li jsiru, l-ispezzjonijiet li xi wiehed minnhom jidhirlu
li għandhom isiru biex jiżgura ruħu jekk id-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-Regoli humiex imħarsin. Jekk il-kontabbli jara li t-
totalizzatur ma għadux skond il-kundizzjonijiet meħtieġa, jew
mhux miżmum kif imiss, jew mhux imħaddem sewwa, jew jekk, fl-
opinjoni tiegħu, xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli
mhux imħarsa, huwa għandu minnufih jibgħat rapport lill-President
ta’ Malta.
Il-kontabbli 
għandu jeżamina l-
kontijiet.
9. Barra mid-dmirijiet li għandu skond ir-regoli ta’ qabel, il-
kontabbli għandu mill-aktar fis li jista’ egħluq kull sena, jeżamina
l-kontijiet tas-sena tal-persuna li għandha l-liċenza li għandhom
x’jaqsmu mat-totalizzatur, u jekk dan ikun il-każ, huwa għandu
jiċċertifika li nbagħtulu kontijiet regolari ta’ kull xahar, skond ma
titlob ir-regola 7, 1i huwa eżaminahom u, li sa fejn jaf hu, wara li
kkonsulta ruħu mat-tekniku, il-kontijiet tas-sena huma regolari, li t-
totalizzatur huwa fil-kundizzjonijiet mitlubin u li matul is-sena
kien miżmum fi stat tajjeb u mħaddem sewwa skond ma jitotbu
dawn ir-Regoli; u l-persuna li għandha l-liċenza għandha minnufih
taħseb biex tistampa l-kontijiet u ċ-ċertitikat u tibgħat żewġ kopji
minnhom lill-Ministru responsabbli għall-Pulizija li jordna li
waħda minn dawn il-kopji tiġi mqiegħda fl-uffiċċju tal-persuna li
għandha l-liċenza sabiex il-pubbliku jkun jista’ jaraha, mingħajr
ħlas, f’ħinijiet ta’ l-uffiċċju.
