NUTARA PUBBLIĊI LI JINĦATRU KUMMISSJUNARJI 
B’SETGĦA LI JAGĦTU ĠURAMENT ġ L.S.79.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 79.01
REGOLAMENTI DWAR NUTARA PUBBLIĊI LI 
JINĦATRU KUMMISSJUNARJI B’SETGĦA
LI JAGĦTU ĠURAMENT
15 ta’ Mejju, 1989
L-AVVIŻ LEGALI 48 ta’ l-1989.
Titolu.
Nutara Pubbliċi li jinħatru Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu
Ġurament.
Timbru li juri l-
kariga ta’ nutar 
pubbliku u 
kummissjunarju 
b’setgħa li jagħti 
ġurament.
2. (1) Qabel ma nutar pubbliku jinħatar kummissjunarju
b’setgħa li jagħti ġurament mill-Avukat Ġenerali, huwa għandu
jirreġistra kampjun tal-marka tat-timbru msemmi fis-
subregolament (2) fi ktieb miżmum għal dan il-għan mill-Avukat
Ġenerali.
Kap. 79.
(2) Nutar pubbliku li jkun inħatar kummissjunarju b’setgħa li
jagħti ġurament għandu, minbarra l-ħtiġiet imsemmija fl-artiko1u 7
ta’ l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu
Ġurament jittimbra marka taħt il-firma tiegħu li tkun turi ismu u
kunjomu, il-kariga tiegħu bħala nutar pubbliku u kummissjunarju
b’setgħa li jagħti ġurament u l-indirizz tiegħu.
(3) Kull meta nutar pubbliku li jkun maħtur bħala
kummissjunarju b’setgħa li jagħti ġurament kif imsemmi qabel
jibdel l-indirizz tiegħu, huwa għandu jara li jsir timbru ġdid li jkun
juri l-indirizz ġdid tiegħu u għandu jirreġistra marka tiegħu fil-
ktieb imsemmi fis-sub-regolament (1).
