ESPORTAZZJONI TAL-PATATA ġ L.S.85.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 85.01
REGOLAMENTI GĦALL-ESPORTAZZJONI 
TAL-PATATA
29 ta’ Jannar, 1935
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 28 ta’ l-1935, kif emendata bin-
Notifikazzjoni tal-Gvern 91 ta’ l-1938 u bl-Avviżi Legali 39 ta’ l-1968 u 26
ta’ l-1998.
Titolu.
Esportazzjoni tal-Patata.
Tifsir.
jeħtieġx xort’oħra -
"patata f’saħħitha" tfisser patata bla tbajja’ u bla sinjali ta’ taħsir
jew ta’ difetti oħra li jistgħu jimmankaw il-bixra tal-patata jew it-
tjubija tagħha għall-konsum tal-bniedem. Għall-wiċċ tar-rebbiegħa,
li jiġi esportat qabel l-20 ta’ April, il-qoxra mxiegħra jew mibruxa
u l-bidla tal-lewn li jiġi minn hekk, ma jgħoddux bħala difett,
kemm-il darba ma jimmankawx bil-wisq il-bixra tal-patata;
"patata sħiħa" tfisser patata bla ma fiha qatgħat, toqob u taħsir ta’
dud;
"patata nadifa" tfisser patata nadifa mill-ħamrija u minn kull
xorta ta’ ħwejjeġ barranin.
Kif jeħtieġ tkun il-
patata.
3. Il-patata għall-esportazzjoni għandha tkun f’saħħitha,
nadifa u ma tkunx qed tarmi. Hija pprojbita l-esportazzjoni ta’
patata ħadra, mimsusa bit-takka tax-xemx jew imkemmxa, jew b’xi
mod ieħor immankata.
Klassifikazzjoni 
tal-patata.
4. Għall-esportazzjoni, il-patata tingħażel -
(a) skond il-wiċċ fi -
(i) patata tax-xitwa;
(ii) patata tar-rebbiegħa.
"Patata tax-xitwa" tfisser patata miżrugħa fil-ħarifa minn
żerriegħa tal-pajjiż;
"patata tar-rebbiegħa" tfisser patata miżrugħa fix-xitwa minn
żerriegħa ta’ barra.
(b) Skond is-sura u l-ġens fi -
(i) romblija safra (Y.K.);
(ii) tonda safra (Y.R.);
(iii) romblija bajda (W.K.);
(iv) tonda bajda (W.R.).
(ċ) Skond id-daqs fi -
(i) Grad A,
(ii) Grad B, 
(iii) Grad Ċ.
2 L.S.85.01 ħ ESPORTAZZJONI TAL-PATATA
Patata ta’ għamla 
tonda.
Sostitwit:
A.L. 91 ta’ l-1938.
5. (a) Għal patata ta’ għamla tonda -
Il-patata ta’ "Grad A" hija dik li tgħaddi minn kejl kwadru ta’ sitt
ċentimetri tul u ma tgħaddix minn kejl kwadru ta’ tlieta punt erbgħa
ċentimetri tul.
Il-patata ta’ "Grad B" hija dik li ma tgħaddix minn kejl kwadru
ta’ sitt ċentimetri tul.
Il-patata ta’ "Grad Ċ" hija dik li tgħaddi minn kejl kwadru ta’
tlieta punt erbgħa ċentimetri tul u ma tgħaddix minn kejl kwadru ta’
tnejn punt ħamsa ċentimetri tul.
(b) Għal patata ta’ għamla romblija -
Il-patata ta’ "Grad A" hija dik li hi itwal minn tlieta punt sebgħa
ċentimetri u mhux itwal minn disa’ ċentimetri.
Il-patata ta’ "Grad B" hija dik li hi itwal minn disa’ ċentimetri.
Il-patata ta’ "Grad Ċ" hija dik li hi itwal minn tlieta punt tnejn
ċentimetri u mhux itwal minn tlieta punt sebgħa ċentimetri.
Permess mid-
Direttur tal-Biedja.
6. Il-patata tal-Grad "Ċ" ma tistax tiġi esportata minn dawn
il-Gżejjer mingħajr il-permess mogħti apposta mid-Direttur tal-
Biedja, li jista’ jagħti dan il-permess f’annati li fihom il-patata ma
tħaxxinx bħas-soltu.
Imballar. 7. Id-dugħ għandu jkun ġdid, nadif, niexef u ta’ saħħa
biżżejjed li jkun kapaċi jwassal il-merkanzija f’kundizzjoni tajba.
L-ixkejjer iridu jkunu tal-juta jew tal-qanneb.
Marki. 8. Kull dugħ għandu jkollu fuq barra, bi ħżuż li ma jitħassrux
u li jidhru malajr, mhux inqas minn ħames ċentimetri għoli: 
(i) il-grad tal-patata ( A, B jew Ċ);
(ii) il-marki Y.K., Y.R., jew W.K. jew W.R., li juru
s-sura u l-ġens tal-patata;
(iii) in-numru magħruf tas-sensal, jekk ikun hemm;
(iv) l-isem jew il-marka, jew it-tnejn, tad-ditta li
tesporta;
(v) il-kliem "Malta Produce",
u, jekk jitolbu l-importatur, siġill taċ-ċomb, kif jordna d-Direttur
tal-Biedja, jew uffiċjal ieħor inkarigat.
Ebda marka ma 
ssir bl-aħmar.
Sostitwit:
A.L. 91 ta’ l-1938.
9. Ħlief l-immarkar ta’ l-ippakkjar tal-patata tal-Grad B kif
ordnat fir-regolament 10, ebda marka ma tista’ tkun immarkata jew
stampata bl-aħmar, għax dan il-kulur hu mħolli għall-marki
uffiċjali tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura.
Biex tintgħaraf il-
patata fil-kollijiet.
Sostitwit:
A.L. 91 ta’ l-1938.
10. Meta l-kollijiet tal-patata jingħalqu fil-post tal-mili wara l-
imballar u qabel il-kunsinna fuq il-moll, il-gradi tal-patata
ppakkjata fid-diversi kollijiet għandhom jintgħarfu kif imfisser
hawn taħt:
(a) Il-"Grad A" għandu jintgħaraf billi fuq il-koll ma
jkunx hemm marki ħomor jew blu.
Il-"Grad B" għandu jintgħaraf b’mezz ta’ marka lewn
aħmar kif imfisser hawn taħt.
ESPORTAZZJONI TAL-PATATA ġ L.S.85.01 3
Il-"Grad Ċ" għandu jintgħaraf b’mezz ta’ marka lewn
blu kif imfisser hawn taħt.
(b) Qfief jew xkejjer li jkun fihom patata tal-Grad B jew
Grad Ċ għandhom jiġu mmarkati billi tintrabat biċċa
kurdiċella jew żagarella tal-lewn proprju mat-tarf ta’
fuq tal-koll. Il-biċċa kurdiċella jew żagarella użata
għandha tkun kbira biżżejjed li l-gradi tal-patata fid-
diversi kollijiet ikunu jistgħu jintgħarfu malajr.
(ċ) Kriekel, nofs kriekel u kaxex li jkun fihom patata tal-
Grad B jew Grad Ċ għandhom ikunu mmarkati ċar
b’salib tal-proprju lewn f’tarf wieħed tal-koll; l-
immarkar tas-salib għandu jkun minn tul it-tarf u
għandu jsir b’żebgħa jew b’lapes tal-kulur ta’ l-
ixkejjer jew b’materjal ta’ immarkar li jkun ukoll ċar u
li ma jistax jitħassar.
Dugħ bi gradi 
differenti.
11. Kull dugħ li jkun ippakkjat bi gradi differenti ta’ patata ma
għandux jiġi esportat taħt l-istess marka tat-tagħbija.
Polza tat-tagħbija.
numru tas-sensal) flimkien man-numru u għamla tal-kollijiet
għandhom jidhru fuq il-polza tat-tagħbija.
Spezzjon.
tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura qabel titgħabba.
L-ispettur jista’ 
jeżamina l-
kollijiet.
14. L-ispettur jista’, kif jidhirlu, jeżamina numru ta’ kollijiet
jew il-kollijiet kollha ta’ kull partita, iżda meta spettur jirrifjuta li
jagħti liċenza għall-esportazzjoni, huwa għandu għallinqas
jispezzjona l-għoxrin fil-mija (mill-ħamsa wieħed) tal-kollijiet tal-
partita li tkun.
Partita tiġi 
spezzjonata mill-
ġdid jekk ma 
titgħabbiex fi 
żmien ġimgħa.
15. Kull partita mgħoddija għall-esportazzjoni tiġi spezzjonata
mill-ġdid jekk il-partita ma titgħabbiex fi żmien ta’ ġimgħa mill-
ispezzjon ta’ qabel.
Talba għall-
ispezzjon.
16. It-talba għall-ispezzjon issir lill-ispettur jew lid-Direttur
tal-Biedja għallinqas erbgħa u għoxrin siegħa qabel titgħabba l-
patata:
Iżda, madankollu, id-domandi jistgħu jsiru fi żmien iqsar
għar-riskju ta’ l-esportatur.
It-talba trid turi l-
isem ta’ l-
esportatur, eċċ.
17. Kull talba għall-ispezzjon trid turi l-isem ta’ l-esportatur,
in-numru u ġens tal-kollijiet u l-pajjiż għalfejn hi l-merkanzija.
Fejn għandhom 
ikunu l-kollijiet.
18. Ebda talba ma tiġi kkalkolata jekk il-kollijiet ma jinstabux
taħt it-Tinda tal-Kontroll tal-Patata għall-Esportazzjoni jew f’xi
post ieħor maħsub apposta jew approvat għal dan l-iskop mid-
Direttur tal-Biedja.
L-ispezzjonijiet 
jispiċċaw nofs 
siegħa qabel inżul-
ix xemx.
19. L-ispezzjanijiet kollha jispiċċaw nofs siegħa qabel inżul-ix
xemx sakemm id-Direttur tal-Biedja ma jawtorizzax li jsir mod
ieħor.
Drittijiet li jitħallsu 
għall-ispezzjon.
20. Id-drittijiet li għandhom jitħallsu għall-ispezzjon ta’
kollijiet huma dawn:
(i) għal kull koll li għandu piż nett ta’ iktar minn
4 L.S.85.01 ħ ESPORTAZZJONI TAL-PATATA
hundredweight, żewġ milleżmi;
(ii) għal kull koll li għandu piż nett ta’
hundredweight jew inqas, milleżmu:
Iżda d-dritt għall-ispezzjon ta’ kull partita ma jkun qatt
inqas minn 12ċ5.
Ħruġ ta’ liċenza 
jekk il-merkanzija 
tinstab tajba għall-
esportazzjoni.
21. Jekk il-merkanzija, waqt l-ispezzjon, tinsab taqbel f’kollox
ma’ dawn ir-Regolamenti u tajba għall-esportazzjoni d-Direttur tal-
Biedja joħroġ, bla ħlas, liċenza għall-esportazzjoni ta’ l-istess
merkanzija. Din il-liċenza għandha tiċċertifika illi l-patata ġiet
spezzjonata u, meta huwa hekk, issiġillata mid-Dipartiment ta’ l-
Agrikoltura, u li nstabet taqbel f’kollox mar-regolamenti dwar l-
esportazzjoni tal-patata.
Dritt addizzjonali 
meta jintalab li l-
kollijiet jiġu 
siġillati.
22. Għandu jitħallas dritt ta’ żewġ milleżmi oħra għal kull
siġill kull darba li s-siġillar tal-kollijiet jitolbu l-importatur.
Klassifikazzjonijiet 
oħra.
23. Sabiex jinqdew il-bżonnijiet ta’ xi kummerċ partikolari jew
ta’ xi talba speċjali, id-Direttur tal-Biedja jista’ jagħti permess
għall-esportazzjoni ta’ patata mqassma, imdaqqsa, ippakkjata, u
immarkata xort’oħra milli hemm imsemmi f’dawn ir-Regolamenti.
Il-piżatur pubbliku 
jirreġistra l-piż ta’ 
kull partita.
24. (1) Il-piżatur pubbliku li jiżen patata għall-esportazzjoni
għandu jirreġistra l-użin ta’ kull partita fi ktieb innumerat folja
folja li jittieħed mid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura bil-prezz li
jqum. Dawn il-kotba għandhom ikunu bil-mamma u tliet
kontrafolji, u l-kontrafolji ta’ kull polza ta’ użin għandhom
jingħataw, jekk jintalbu, lill-bejjiegħ, lix-xerrej u lis-sensal, jekk
hemm, u l-piżatur pubbliku jżomm għalih il-mamma.
(2) Kull polza ta’ l-użin trid turi:
(i) l-isem, il-kunjom u l-indirizz tal-bejjiegħ;
(ii) l-isem u l-indirizz jew in-numru magħruf tas-
sensal;
(iii) l-isem u l-indirizz jew id-ditta ta’ l-esportatur;
(iv) in-numru u l-ġens tal-kollijiet f’kull partita;
(v) il-piż tal-partita;
(vi) id-data ta’ l-użin;
(vii) il-prezz nett fil-qantar kif mogħti mill-bidwi; u
(viii) il-firma tal-piżatur.
Ktieb jingħata lura 
lid-Dipartiment ta’ 
l-Agrikoltura.
25. Kull wieħed minn dawn il-kotba, bil-mammiet u bil-
kontrafolji li jkun fadal, jingħata lura lid-Dipartiment ta’
Agrikoltura qabel l-aħħar ta’ Awissu.
Ċertifikati tar-
reġistrazzjoni u 
liċenzi.
Emendat:
A.L. 26 ta’ l-1998.
Kap. 85.
26. Iċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni ta’ esportaturi u l-liċenzi ta’
sensala għandhom, mingħajr ħsara ta’ dak li hemm stabbilit fl-
Ordinanza dwar l-Esportazzjoni ta’ Prodotti tal-Biedja, jiswew għal
sena, u għandhom jiġġeddu matul ix-xahar ta’ Settembru. Għandu
jitħallas id-dritt ta’ għoxrin lira biex jingħata jew jiġġedded kull
ċertifikat jew liċenza bħal din.
Bord ta’ Arbitraġġ.
Emendat:
A.L. 39 ta’ l-1968.
27. Il-Bord ta’ Arbitraġġ għandu jkun magħmul mid-Direttur
tal-Biedja jew minn uffiċjal tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura li
jkun qed jagħmilha floku bħala president u minn żewġ membri
ESPORTAZZJONI TAL-PATATA ġ L.S.85.01 5
magħżulin minn lista ta’ għaxar persuni mdaħħlin fil-kummerċ ta’
l-esportazzjoni tal-prodotti. Il-lista tkun innominata mill-Ministru
responsabbli għall-agrikoltura qabel il-bidu ta’ kull staġun ta’
esportazzjoni. F’kull Bord ta’ Arbitraġġ wieħed mill-membri
għandu jiġi magħżul minn min jagħmel l-ilment u wieħed mill-
president. Ebda membru mil-lista ma għandu joqgħod fil-Bord
dwar xi kwistjoni ta’ prodott li fih jkollu interess.
Dritt li jitħallas 
meta wieħed 
jirrikorri lejn il-
Bord.
28. L-esportatur li jkollu bżonn jirrikorri lejn il-Bord ta’
Arbitraġġ għandu jiddepożita għand l-ispettur dritt ta’ ħlas bir-rata
ta’ ħames ċenteżmi għal kull koll, iżda l-inqas dritt f’din il-ħaġa
għandu jkun ta’ tliet liri.
