ESPORTAZZJONI TAŻ-ŻERRIEGĦA TAL-KEMMUN ġ L.S.85.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 85.02
REGOLAMENTI GĦALL-ESPORTAZZJONI 
TAŻ-ŻERRIEGĦA TAL-KEMMUN
29 ta’ Novembru, 1935
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 481 ta’ l-1935, kif emendata bl-
Avviż Legali 40 ta’ l-1968.
Titolu.
Esportazzjoni taż-Żerrirgħa tal-Kemmun.
Tifsir.
tal-pjanta tal-kemmun, bħal zkuk, żrieragħ ta’ pjanti oħra, ġebel u
trab.
Ħtiġiet għall-
esportazzjoni.
3. Iż-żerriegħa tal-kemmun għall-esportazzjoni għandha tkun
f’sahħitha, niexfa, mhux mimsusa bil-mard, bid-dwied u taħsir tad-
dudu u m’għandux ikun fiha perċentaġġ ta’ ħwejjeġ barranin,
magħdudin bħala sustanzi li jiżnu aktar milli hemm imsemmi
f’dawn ir-Regolamenti.
Ħtiġiet oħra.
imsemmi fir-regolament 3, iż-żerriegħa tal-kemmun għall-
esportazzjoni għandha tingħażel kif imsemmi hawn taħt:
L-Ewwel Grad. Żerriegħa tal-kemmun li ma jkollhiex
perċentaġġ ta’ ħwejjeġ barranin ’il fuq mill-ħamsa fil-
mija.
It-Tieni Grad. Żerriegħa tal-kemmnn, li jkollha
perċentaġġ ta’ ħwejjeġ barranin ’il fuq mill-ħamsa fil-
mija u taħt tmienja fil-mija.
Permess mid-
Direttur tal-Biedja.
5. Ebda żerriegħa tal-kemmun tat-Tieni Grad ma għandha tiġi
esportata mingħajr permess speċjali tad-Direttur tal-Biedja, illi
jista’ jagħti dan il-permess f’każijiet speċjali fejn ix-xerrej jew min
jirċieviha juri għas-soddisfazzjon tiegħu li hu jixtieq jirċievi
żerriegħa tal-kemmnn tat-Tieni Grad sabiex jaqdi l-bżonnijiet ta’
kummerċ speċjali jew ta’ talba speċjali.
Uċuh ta’ snin 
differenti.
6. Iż-żerriegħa tal-kenmun minn uċuh ta’ snin differenti ma
għandiex titħallat fi xkora waħda.
Dugħ.
timtela fi xkejjer ġodda, li jkunu ta’ saħħa biżżejjed li jistgħu
jwassluha f’kundizzjoni tajba.
Marki.
fuq barra bi ħżuż li ma jitħassrux u li jistgħu jidhru malajr:
(i) il-grad taż-żerriegħa tal-kemmun;
(ii) il-kelmiet Cumin Seed;
(iii) il-kelmiet Malta Produce;
(iv) disinn bix-xbieha tas-Salib ta’ Malta;
(v) l-isem u/jew il-marka ta’ l-esportatur.
Spezzjon u 
kontroll.
9. Kull partita ta’ żerriegħa tal-kemmun għandha tiġi
2 L.S.85.02 ħ ESPORTAZZJONI TAŻ-ŻERRIEGĦA TAL-KEMMUN
eżaminata minn spettur tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura qabel ma
titgħabba.
L-ispettur jeżamina 
l-ixkejjer kollha 
jew xi xkejjer mill-
partita.
10. L-ispettur jista’, kif jidhirlu, jeżamina l-ixkejjer kollha jew
xi xkejjer mill-partita, iżda għandhom jittieħdu kampjuni minn
mhux inqas minn għaxra fil-mija ta’ l-ixkejjer tal-partita sabiex
tingħaraf sewwa l-kwantità  ta’ ħwejjeġ barranin li jkun hemm fil-
partita.
Partita tiġi 
eżaminata mill-
ġdid jekk mhux 
esportata fi żmien 
gimgħatejn.
11. Kull partita mgħoddija għall-esportazzjoni tiġi spezzjonata
mill-ġdid jekk ma titgħabbiex fi żmien ġimgħatejn mill-ispezzjon
ta’ qabel.
Talba għall-
ispezzjon.
12. It-talba għall-ispezzjon għandha ssir lill-ispettur jew lid-
Direttur tal-Biedja għallinqas tliet ijiem tax-xogħol, qabel ma
titgħabba ż-żerriegħa tal-kemmun:
Iżda, it-talba tista’ ssir f’inqas żmien għar-riskju ta’ l-
esportatur.
Talba għall-
ispezzjon għanda 
tispeċifika l-isem 
ta’ esportatur, eċċ.
13. F’kull talba għall-ispezzjoni għandu jkun hemm l-isem ta’
l-esportatur, in-numru ta’ l-ixkejjer, il-pajjiż għalfejn hi sejra ż-
żerriegħa tal-kemmun u s-sena tal-wiċċ taż-żerriegħa tal-kemmun
fil-partita, iżda meta fil-partita jkun hemm żerriegħa  tal-kemmun
minn iżjed minn wiċċ wieħed għandu jingħata n-numru ta’ xkejjer
ta’ kull wiċċ.
Eżami tat-talba. 14. Ebda talba għall-ispezzjoni ma tiġi kunsidrata jekk il-
kollijiet ma jinstabux taht it-Tinda tal-Kontroll tal-Patata għall-
Esportazzjoni, jew f’xi post ieħor awtorizzat għal dan l-iskop mid-
Direttur tal-Biedja.
Dritt. 15. Għall-ispezzjoni għandu jitħallas id-dritt ta’ erba’ milleżmi
għal kull xkora; u f’dan id-dritt ikun hemm ikkalkolat ukoll il-ħlas
għall-eżami li jsir sabiex jinsab il-perċentaġġ ta’ piż ta’ ħwejjeġ
barranin li jkun hemm fiż-żerriegħa tal-kemmun; iżda d-dritt għall-
ispezzjoni ta’ partita waħda ma għandux ikun inqas minn tnax-il
ċenteżmu u ħames milleżmi. Jekk partita li tkun rifjutata għall-
esportazzjoni terġa’ tinġieb għall-ispezzjon wara li l-kemmun
jerġa’ jiġi magħżul, għandu jitħallas dritt ieħor ta’ tnax-il ċenteżmu
u ħames milleżmi għal din l-ispezzjoni.
Ħruġ ta’ liċenza u 
ċertifikat jekk iż-
żerriegħa tkun 
tajba għall-
esportazzjoni.
16. Jekk iż-żerriegħa tal-kemmun, waqt l-ispezzjoni, tinstab
taqbel f’kollox ma’ dawn ir-Regolamenti u tajba għall-
esportazzjoni, id-Direttur ta’ Biedja jew l-uffiċjal, li skond ir-
regola jkun inkarigat floku, joħroġ, bla ħlas, liċenza għal din l-
esportazzjoni. Barra minn dan, għandu joħroġ ċertifikat għall kull
partita spezzjonata li jiċċertifika l-perċentaġġ ta’ piż ta’ ħwejjeġ
barranin li jkun hemm fiż-żerriegħa tal-kemmun, skond ma jinstab
fl-eżami tal-kampjun meħud mill-partita li tkun.
Dritt addizzjonali 
jekk ikun meħtieġ 
is-siġillar ta’ l-
ixkejjer.
17. Kull meta jkun meħtieġ is-siġillar ta’ l-ixkejjer, għandu
jitħallas dritt ieħor ta’ żewġ milleżmi għal kull siġill li jsir.
Bord ta’ Arbitraġġ.
Emendat:
A.L. 40 ta’ l-1968.
18. Il-Bord ta’ Arbitraġġ għandu jkun magħmul mid-Direttur
tal-Biedja jew minn uffiċjal tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura li
jkun qed jagħmilha floku bħala President u minn żewġ membri
magħżulin minn lista ta’ għaxar persuni mdaħħlin fil-kummerċ ta’
ESPORTAZZJONI TAŻ-ŻERRIEGĦA TAL-KEMMUN ġ L.S.85.02 3
l-esportazzjoni ta’ prodotti. Il-lista tkun nominata mill-Ministru
responsabbli għall-Agrikoltura qabel il-bidu ta’ kull staġun ta’
esportazzjoni. F’kull Bord ta’ Arbitraġġ wieħed mill-membri
għandu jiġi magħżul minn min jagħmel l-ilment u l-ieħor mill-
President. Ebda membru tal-lista ma għandu joqgħod fil-Bord dwar
xi kwistjoni rigward prodott li fih jkollu interess.
Dritt għal kull koll 
jiġi depożitat 
għand l-ispettur.
19. L-esportatur li jkollu bżonn jirrikorri lejn il-Bord ta’
Arbitraġġ għandu jiddepożita għand l-ispettur dritt ta’ ħlas bir-rata
ta’ ħames ċenteżmi għal kull koll. L-inqas dritt f’din il-ħaġa
għandu jkun ta’ tliet liri.
Suq ta’ ġewwa l-
pajjiż.
20. Id-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura għandu jagħmel l-eżami
tal-kampjun taż-żerriegħa tal-kemmun lil nies illi, għal bejgħ jew
xiri fil-pajjiż, jixtiequ jkunu jafu sewwa l-perċentaġġ ta’ ħwejjeġ
barranin li jkun hemm fiż-żerriegħa tal-kemmun. Dawn il-kampjuni
għandhom ikunu konsenjati fl-uffiċċju tad-Dipartiment ta’ l-
Agrikoltura, il-Belt, u għall-eżami li jsir jitħallas id-dritt ta’ tnax-il
ċenteżmu u ħames milleżmi. F’dawn l-eżamijiet id-Dipartiment ta’
l-Agrikoltura ma jkunx responsabbli għal dik li hi eżattezza fl-
eżami tal-kampjuni taż-żerriegħa tal-kemmun.
