ESPORTAZZJONI TAL-BASAL ġ L.S.85.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 85.03
REGOLAMENTI DWAR L-ESPORTAZZJONI 
TAL-BASAL
17 ta’ Ġunju, 1958
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 380 ta’ l-1958, kif emendata bl-
Avviżi Legali 37 ta’ l-1968, u 37 u 42 ta’ l-1969.
Titolu.
Esportazzjoni tal-Basal.
Ħtiġiet għall-
esportazzjoni.
2. Il-basal għall-esportazzjoni għandu jkun b’saħtu, nadif,
niexef, misjur, u mingħajr ebda mard, insetti, u mhux mimsus bil-
mard; barra minn dan, għandu jkun ta’ għamla tonda skond il-
kwalità  tiegħu u ma jkollux għonqu oħxon.
Ħtiġiet tal-gradi.
Sostitwit:
A.L. 39 ta’ l-1969.
Emendat:
A.L. 42 ta’ l-1969.
3. Il-basal maħsub għall-esportazzjoni għandhom jiġi gradat
kif ġej:
(a) Esportazzjonijiet għal pajjiżi li jifformaw parti mill-
European Free Trade Association:
Grad A - Fustani
Grad B - Kbir
Il-basal tal-Grad A huwa dak li ma jgħaddix minn gauge
kwadru li jkollu kull naħa twila erba’ ċentimetri, imma li jgħaddi
minn gauge kwadru li jkollu kull naħa twila seba’ ċentimetri u
nofs;
Il-basal tal-Grad B huwa dak li ma jgħaddix minn gauge
kwadru li jkollu kull naħa twila seba’ ċentimetri u nofs.
(b) Esportazzjonijiet għal pajjiżi li jifformaw parti mill-
European Economic Community:
Grad A - Fustani
Grad B - Kbir
Il-basal tal-Grad A huwa dak 1i ma jgħaddix minn gauge
kwadru li jkollu kull naħa twila erba’ ċentimetri jew erba’
ċentimetri u nofs, imma li jgħaddi minn gauge kwadru li jkollu kull
naħa twila sitt ċentimetri jew sitt ċentimetri u nofs rispettivament;
Il-basal tal-Grad B huwa dak li ma jgħaddix minn gauge
kwadru li jkollu kull naħa twila sitt ċentimetri jew sitt ċentimetri u
nofs, imma li jgħaddi minn gauge kwadru li jkollu kull naħa twila
tmienja jew tmien ċentimetri u nofs rispettivament.
(ċ) Esportazzjonijiet lil kull pajjiż ieħor:
Grad Ċ - Żgħir
Il-basal Grad Ċ huwa dak li ma jgħaddix minn guage
kwadru li jkollu kull naħa twila tliet ċentimetri punt tnejn, imma li
jgħaddi minn gauge kwadru li jkollu kull naħa twila erba’
ċentimetri.
2 L.S.85.03 ħ ESPORTAZZJONI TAL-BASAL
Permess mid-
Direttur tal-Biedja 
għall-
esportazzjoni.
4. Ebda basal Grad Ċ ma għandu jiġi esportat mingħajr il-
permess speċjali tad-Direttur tal-Biedja li jista’ jagħti permess
speċjali f’każijiet speċjali fejn jintwera għas-soddisfazzjon tiegħu
illi x-xerrej jew dak li għamel il-konsenja jkun jixtieq jirċievi basal
tal-Grad Ċ sabiex jaqdi l-bżonnijiet ta’ kummerċ speċjali jew ta’
talba speċjali.
Kwalitajiet 
differenti.
5. Basal ta’ kwalitajiet differenti ma għandhux jimtela’
f’dugħ wieħed.
Basal għandu 
jimtela’ f’dugħ 
standard.
6. Il-basal għandu jimtela’ għall-esportazzjoni f’dugħ
standard li għandhom ikunu ġodda, li kull wieħed ikun jista’ jesa’
nofs qantar Ingliż (half a hundredweigħt) basal tajjeb biżżejjed
biex il-basal jasal fid-destinazzjoni tiegħu f’kundizzjoni tajba, u
magħmul b’mod li jkun hemm ventilazzjoni biżżejjed għall-basal.
Marki fuq id-dugħ. 7. (1) Qabel l-ispezzjonijiet li hemm maħsubin f’dawn ir-
Regolamenti, kull dugħ għandu jkun immarkat minn barra b’ittri li
ma jitħassrux u li jkunu jidhru:
(i) il-kelmiet MALTA PRODUCE;
(ii) in-numru uffiċjali tas-sensal;
(iii) il-kelma ONIONS;
(iv) disinn li jirrappreżenta s-Salib ta’ Malta; u
(v) l-isem u/jew il-marka ta’ l-esportatur.
(2) Barra minn dan, kull dugħ li jkun fih basal tal-gradi B jew
Ċ għandu jkun immarkat billi tintrabat magħhom biċċa żigarella
mhux anqas minn tlieta u għoxrin ċentimetri tul u ta’ kulur aħmar u
blu. Ebda żigarella ma għandha tintrabat mad-dugħ ta’ basal tal-
grad A. Tikketta maħruġa mid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura
għandha tiġi mwaħħla mill-esportaturi għal kull dugħ li
jikklassifika l-grad.
(3) Iż-żigarrelli jistgħu jittiejħdu mid-Dipartiment ta’ l-
Agrikoltura bil-prezz ta’ kemm iqumu.
(4) Kull partita basal għandha tiġi eżaminata minn spettur tad-
Dipartiment ta’ l-Agrikoltura qabel ma tiġi esportata.
(5) L-ispettur jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jeżamina d-dugħ
kollu jew kull dugħ jew aktar ta’ kull partita u dak li jkun fihom:
Iżda qabel ma jirrifjuta li joħroġ liċenza ta’ esportazzjoni
dwar kull partita, huwa għandu jeżamina mhux anqas minn għaxra
fil-mija tal-partita.
Partita tiġi 
spezzjonata mill-
ġdid jekk ma 
titgħabbiex fi 
żmien ġimgħa.
8. Kull partita li tkun ġiet approvata għall-esportazzjoni
għandha tkun soġġetta għall-ispezzjoni mill-ġdid jekk ma
titgħabbiex fi żmien ġimgħa mill-ispezzjoni ta’ qabel.
Applikazzjonijiet 
għall-ispezzjoni.
9. L-applikazzjonijiet għall-ispezzjonijiet għandhom isiru
lill-ispettur jew lid-Direttur ta’ l-Agrikoltura mill-inqas erbgħa u
għoxrin siegħa qabel ma tiġi esportata l-partita:
Iżda l-applikazzjonijiet jistgħu jsiru wkoll fl-istess
perijodu ta’ erbgħa u għoxrin siegħa, iżda f’dan il-każ id-
Dipartiment ta’ l-Agrikoltura ma jkollu ebda obbligazzjoni li
jagħmel l-ispezzjoni fiż-żmien meħtieġ.
ESPORTAZZJONI TAL-BASAL ġ L.S.85.03 3
L-applikazzjoni 
għal spezzjon 
għandha turi l-isem 
ta’ l-esportatur, 
eċċ.
10. Kull applikazzjoni għall-ispezzjonijiet għandha turi l-isem
ta’ l-esportatur, in-numru tad-dugħ u d-deskrizzjoni tal-kontenut
tagħhom, u d-destinazzjoni tal-partita.
Eżami ta’ l-
applikazzjoni.
11. Ebda applikazzjoni għall-ispezzjonijiet ma tiġix kunsidrata
jekk il-basal ippakkjat kif għandu jkun fid-dugħ ma jiġix muri fil-
Veranda għall-Kontroll ta’ l-Esportazzjoni tal-Patata jew f’xi post
ieħor approvat għal din il-fini mid-Direttur ta’ l-Agrikoltura.
L-ispezzjon tieqaf 
nofs siegħa qabel 
inżul-ix xemx.
12. L-ispezzjonijiet jieqfu nofs siegħa qabel ma tinżel ix-
xemx, jekk ma jkunx awtorizzat mod ieħor mid-Direttur ta’ l-
Agrikoltura.
Dritt.
milleżmi kull dugħ tal-partita:
Iżda d-dritt dwar l-ispezzjoni ta’ kull konsenja ma għandux
ikun inqas minn tnax il-ċenteżmu u ħames milleżmi. Jekk il-partita
li ma tiġix approvata għall-esportazzjoni terġa’ tiġi mdaħħla għall-
ispezzjonar mill-ġdid wara li tiġi magħżula mill-ġdid u/jew
imdaqqsa mill-ġdid, u d-dritt mitlub għal kull spezzjoni oħra ikun
bħal ta’ qabel.
Ħruġ ta’ liċenza 
jekk il-partita tkun 
tajba għall-
esportazzjoni.
14. Jekk partita wara li tkun ġiet spezzjonata tinstab li tkun
skond dawn ir-Regolamenti u li tkun tajba għall-esportazzjoni, id-
Direttur ta’ l-Agrikoltura għandu joħroġ il-liċenza f’dan is-sens;
liċenza bħal din tista’ tinħareġ ukoll mill-Kontrullur tas-Swieq ta’
l-Agrikoltura.
Dritt addizzjonali 
jekk hu meħtieġ is-
siġillar.
15. Kull meta jkun meħtieġ li d-dugħ jiġi siġillat, dritt ieħor ta’
żewġ milleżmi għandu jintalab għal kull siġill użat.
Klassifikazzjoni-
jiet oħra.
16. Biex jiġu moqdija t-talbiet ta’ kull kummerċ partikolari
jew ta’ xi domanda speċjali, id-Direttur ta’ l-Agrikoltura jista’
jħalli l-esportazzjoni tal-basal li huma klassifikati, imdaqqsa,
ippakkjati, jew immarkati barra minn kif speċifikat f’dawn ir-
Regolamenti.
Il-piżatur 
jirreġistra l-piż ta’ 
kull partita.
17. (1) Il-piżatur li jiżen il-basal għall-esportazzjoni għandu
jirreġistra l-piż ta’ kull konsenja fi ktieb b’numri konsekuttivi
f’kull paġna, li jittieħed mid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura bil-
prezz ta’ kemm ikun jqum. Dawn il-kotba għandhom ikunu
magħmulin bil-mamma u tliet kontrafolji; il-kontrafolji ta’ kull
polza ta’ l-użin għandhom jingħataw, meta jintalbu, lill-bejjiegħ,
lix-xerrej u lis-sensal, jekk ikun hemm, u l-piżatur għandu jżomm l-
oriġinal.
(2) Kull polza ta’ l-użin għandha turi:
(i) l-isem u l-indirizz tal-bejjiegħ;
(ii) l-isem u l-indirizz jew in-numru uffiċjali tas-
sensal jekk ikun hemm;
(iii) l-isem u l-indirizz, jew l-isem tan-negozju tax-
xerrej;
(iv) in-numru u l-għamla tal-kollijiet f’kull partita;
(v) il-piż tal-partita;
(vi) id-data ta’ l-użin;
4 L.S.85.03 ħ ESPORTAZZJONI TAL-BASAL
(vii) il-prezz nett fil-qantar kif mogħti mill-bidwi; u
(viii) il-firma tal-piżatur.
Ktieb jingħata lura 
lid-Dipartiment ta’ 
l-Agrikoltura.
18. Kull wieħed minn dawn il-kotba, bil-mammiet u bil-
kontrafolji li jkun fadal, għandhom jingħataw lura lid-Dipartiment
ta’ Agrikoltura qabel l-aħħar ta’ Awissu ta’ kull sena.
Bord ta’ Arbitraġġ.
Emendat:
A.L. 37 ta’ l-1968.
Kap. 85.
19. Il-Bord ta’ Arbitraġġ msemmi fl-artikolu 18 ta’ l-
Ordinanza dwar l-Esportazzjoni tal-Prodotti tal-Biedja għandu jkun
kompost mid-Direttur ta’ l-Agrikoltura jew uffiċjal tad-Dipartiment
ta’ l-Agrikoltura li jkun qed jaġixxi f’ismu bħala Chairman u żewġ
membri li għandhom jintagħżlu minn panel ta’ għaxar persuni li
jkollhom x’jaqsmu man-negozju ta’ l-esportazzjoni ta’ prodotti tal-
biedja. Il-panel għandu jkun nominat mill-Ministru responsabbli
għall-Agrikoltura qabel il-bidu ta’ kull staġun ta’ esportazzjoni.
F’kull Bord ta’ Arbitraġġ wieħed mill-membri tal-panel għandu
jintgħażel mill persuna li tkun qiegħda tagħmel l-ilment u wieħed
miċ-Chairman. Ebda membru tal-panel ma għandu joqgħod fil-
Bord dwar xi kwistjoni li tirrigwarda xi prodott li fih jkollu
interess.
Dritt li jitħallas 
meta wieħed 
jirrikorri lejn il-
Bord.
20. Dritt bir-rata ta’ ħames ċenteżmi kull koll għandu jiġi
depożitat għand l-ispettur mill-esportatur li jkollu bżonn jirrikorri
lejn il-Bord ta’ Arbitraġġ. L-inqas dritt f’dan il-każ għandu jkun ta’
tliet liri.
