ESPORTAZZJONI TA’ L-GĦENEB ġ L.S.85.05 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 85.05
REGOLI DWAR L-ESPORTAZZJONI 
TA’ L-GĦENEB
15 ta’ Jannar, 1960
L-AVVIŻ LEGALI 2 ta’ l-1960, kif emendat bl-Avviż Legali 38 ta’ l-
1968.
Titolu.
ta’ l-Għeneb.
Tip ta’ għeneb.
jew ta’ kull tip ieħor approvat mid-Direttur ta’ l-Agrikoltura.
Piż ta’ l-għanqud.
jiżen mhux anqas minn tmien uqijiet.
L-għenba. 
minn dan għandha tkun nadifa u ħielsa mill-moffa, mill-ħsara jew
mill-mard.
Pakkjar.
f’reċipjenti standard li għandhom ikunu ġodda, kull wieħed ikun
jista’ jesa’ mhux iżjed minn tmintax-il libbra piż nett ta’ għeneb, u
b’saħħithom biżżejjed biex jiżguraw li jaslu fid-destinazzjoni
tagħhom f’kundizzjoni tajba u b’ventilazzjoni adegwata għall-
għeneb.
Reċipjenti.
kulur.
Partikolaritajiet li 
għandhom jidhru.
7. Kull reċipjent għandu jkollu tikketta li turi l-isem ta’ l-
esportatur u l-piż nett tal-kontenut. Il-ġnub u l-qiegħ tar-reċipjenti
għandhom ikunu miksija b’karta xierqa approvata għal hekk mill-
ispettur tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura.
Spettur jeżamina l-
għeneb.
8. Kull partita ta’ għeneb għandha tiġi eżaminata minn spettur
tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura, li jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu,
jeżamina r-reċipjenti kollha jew kull wieħed minnhom f’kull partita
u l-kontenut tagħhom.
Nuqqs ta’ 
approvazzjoni 
għall-
esportazzjoni.
9. L-ispettur tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura jista’ ma
jippermettix għall-esportazzjoni kwalunkwe partita ta’ għeneb,
f’liema każ għandu jkun ispezzjona mhux anqas minn għaxra fil-
mija ta’ dik il-partita. 
Spezzjoni mill-
ġdid.
10. Kull partita approvata għall-esportazzjoni għandha tkun
suġġetta għall-ispezzjoni mill-ġdid jekk ma tkunx imbarkata fi
żmien tnax-il siegħa mill-ispezzjoni ta’ qabel.
Applikazzjonijiet 
għall-
ispezzjonijiet. 
11. L-applikazzjonijiet għall-ispezzjoni għandhom isiru lill-
ispettur jew lid-Direttur ta’ l-Agrikoltura mill-anqas erbgħa u
għoxrin siegħa qabel ma tiġi mbarkata l-partita: iżda l-
applikazzjonijiet jistgħu jsiru wkoll matul l-istess perijodu ta’
erbgħa u għoxrin siegħa, iżda f’każ bħal dan id-Dipartiment ta’ l-
Agrikoltura ma jkollu ebda obbligu li jagħmel l-ispezzjoni fiż-
żmien meħtieġ.
2 L.S.85.05 ħ ESPORTAZZJONI TA’ L-GĦENEB
Partikolaritajiet li 
għandhom jidhru 
fuq l-
applikazzjoni.
12. Kull applikazzjoni għall-ispezzjoni għandha turi l-isem ta’
l-esportatur, in-numru tar-reċipjenti u d-deskrizzjoni tal-kontenut
tagħhom u d-destinazzjoni tal-partita.
Fejn jiġi spezzjonat 
l-għeneb.
13. Ebda applikazzjoni għall-ispezzjoni ma għandha titqies
jekk l-għeneb ippakkjat kif imiss fir-reċipjenti ma jkunx muri
f’post approvat għal hekk mid-Direttur ta’ l-Agrikoltura.
Drittijiet. 14. Ebda drittijiet ma għandhom jitħallsu għall-ispezzjoni ta’
partita. Jekk partita jew parti minnha li tkun miċħuda l-
esportazzjoni tagħha terġa’ titqiegħed mill-ġdid għall-ispezzjoni
wara li tiġi magħżula mill-ġdid, klassifikata mill-ġdid jew
ippakkjata mill-ġdid, skond il-każ. Dritt kalkolat fuq il-bażi ta’
żewġ milleżmi għal kull reċipjent eżaminat għandu jitħallas għall-
ispezzjoni, salv li d-dritt għall-ispezzjoni ta’ kull partita waħda jew
parti minnha ma għandux ikun anqas minn ħamsa u għoxrin
ċenteżmu.
Ċertifikati 
maħruġa mid-
Direttur ta’ l-
Agrikoltura.
15. Jekk partita wara li tkun ġiet spezzjonata tinsab li tkun għal
kollox taqbel mad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli u li tkun
tajba għall-esportazzjoni, id-Direttur ta’ l-Agrikoltura għandu
jagħti lill-esportatur ċertifikati tas-saħħa, kwalità  u oriġini ta’ l-
għeneb. 
Provvediment 
speċjali.
16. Għall-ħtiġiet ta’ xi ftehim ta’ negozju partikolari jew ta’ xi
talba speċjali d-Direttur ta’ l-Agrikoltura jista’ jħalli l-
esportazzjoni ta’ l-għeneb li jkun klassifikat, imdaqqas, ippakkjat u
mmarkat b’mod ieħor li ma jkunx dak speċifikat f’dawn ir-Regoli.
Appell minn 
deċiżjoni ta’ 
spettur.
Emendat:
A.L. 38 ta’ l-1968.
Kap. 85.
17. Il-Bord ta’ Arbitraġġ imsemmi fl-artikolu 18 ta’ l-
Ordinanza dwar l-Esportazzjoni ta’ Prodotti tal-Biedja għandu jkun
magħmul mid-Direttur ta’ l-Agrikoltura jew uffiċjal tad-
Dipartiment li jaġixxi għalih bħala Chairman u żewġ membri li
għandhom jintgħażlu minn lista ta’ għaxar persuni li għandhom
x’jaqsmu man-negozju ta’ l-esportazzjoni tal-biedja jew man-
negozju ta’ l-għasir. Il-lista għandha tkun nominata mill-Ministru
responsabbli għall-Agrikoltura qabel il-bidu ta’ kull staġun ta’ l-
esportazzjoni. F’kull Bord ta’ Arbitraġġ wieħed mill-membri tal-
lista għandu jintagħżel mill-persuna li tkun qed tagħmel l-ilment u
wieħed miċ-Chairman. Ebda membru tal-lista ma għandu joqgħod
fil-Bord dwar xi prodott li fih ikollu xi interess.
Drittijiet għal 
riferenza lill-Bord.
18. Dritt bir-rata ta’ ħames ċenteżmi kull koll għandu jiġi
depożitat għand l-ispettur mill-esportatur li jkollu bżonn jirriferixxi
lejn il-Bord ta’ Arbitraġġ, iżda d-dritt ma għandu f’ebda każ ikun
anqas minn tliet liri.
