ESPORTAZZJONI BL-AJRU TAD-TADAM ġ L.S.85.07 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 85.07
REGOLI DWAR L-ESPORTAZZJONI BL-AJRU 
TAD-TADAM
23 ta’ Marzu, 1967
L-AVVIŻ LEGALI 24 ta’ l-1967.
Titolu.
bl-Ajru tad-Tadam.
Tifsir.
xort’oħra -
"Bord" tfisser il-Bord ta’ Arbitraġġ kostitwit bir-regola 11 ta’
dawn ir-Regoli;
"Dipartiment" tfisser id-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Agrikoltura;
Kap. 85.
tal-Biedja.
(2) Il-kliem mhux imfissra xort’oħra f’dawn ir-Regoli għandu
jkollhom l-istess tifsir li għandhom fl-Ordinanza.
Avviż li-Direttur.
speċifikat fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dawn ir-Regoli, għandu
mhux aktar tard minn erbgħa u għoxrin siegħa qabel il-ħin propost
għall-esportazzjoni, javża lid-Direttur bil-miktub fil-formula
murija fit-Tieni Skeda:
Iżda -
(a) id-Direttur jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jaċċetta
avviż f’inqas żmien jekk jidhirlu li dan hu raġonevoli,
u
(b) l-esportatur jista’ jippreżenta għall-ispezzjon u għall-
eventwali esportazzjoni kwantità  iżgħar minn dik
murija fl-avviż.
It-tadam għandu 
jiġi preżentat għall-
ispezzjon.
4. It-tadam li għalih ikun ingħata avviż skond id-
disposizzjonijiet tar-regola 3 għandu jiġi preżentat għall-ispezzjon
mill-ispettur f’dak il-post u ħin li jispeċifika d-Direttur.
Reċipjenti u 
tikketti.
5. It-tadam preżentat għall-ispezzjoni għandu jkun ippakkjat
f’reċipjenti ta’ mudell approvat qabel mid-Direttur u li jkollhom
tikketta xierqa skond it-Tielet Skeda.
Kondizzjoni tal-
prodott.
6. (1) It-tadam preżentat għall-ipezzjoni qabel l-esportazzjoni
għandu jaqbel, kemm dwar il-grad kemm dwar id-daqs, mad-
disposizzjonijiet li hemm fit-Tielet Skeda.
(2) Kull tadam preżentat għandu jkun f’dak l-istat ta’ maturità
li jista’ jkun raġonevolment mistenni li jsir fi żmien tnejn u sebgħin
siegħa wara li jasal fil-pajjiż ta’ destinazzjoni.
Uniformità  tal-
kontenut.
7. It-tadam ippakkjat f’reċipjent wieħed għandu jikkonsisti
f’wieħed biss mill-gradi murija fit-Tielet Skeda u għandu jkun
2 L.S.85.07 ħ ESPORTAZZJONI BL-AJRU TAD-TADAM
uniformi dwar il-maturità  u l-kulur.
Marki fuq ir-
reċipjenti.
8. Għandu jkun hemm stampat fuq kull reċipjent tat-tadam,
f’ittri leġibbli u ċari, il-kliem "PRODOTT TA’ MALTA" u l-isem
ta’ l-esportatur.
Approvazzjoni tal-
konsenja.
9. Meta spettur ikun issodisfa ruħu illi l-konsenja tat-tadam
taqbel fl-aspetti kollha mad-disposizzjoniiiet ta’ dawn ir-Regoli,
huwa għandu jimmarka kull reċipjent ta’ dik il-konsenja bil-kliem
"MGĦODDI GĦALL-ESPORTAZZJONI" u għandu jagħti lill-
esportatur ċertifikat fil-formula murija fir-Raba’ Skeda.
Konsenja mhux 
mgħoddija għall-
esportazzjoni.
10. Jekk spettur ma jkunx sodisfatt li l-konsenja tat-tadam, jew
xi parti minnha, tkun taqbel fl-aspetti kollha ma’ dawn ir-Regoli,
ma għandu jqiegħed ebda marka fuq ebda wieħed mir-reċipjenti
mhux approvati minnu iżda għandu jagħti lill-esportatur avviż fil-
formula murija fil-Ħames Skeda, u l-esportatur għandu, jekk l-
ispezzjon tkun saret f’lokali okkupati mill-Gvern, ineħħi minnufih
dawk ir-reċipjenti minn hemm jekk ma jagħtix lill-ispettur avviż
biex iġib il-kwistjoni quddiem il-Bord.
Bord ta’ Arbitraġġ. 11. (1) Il-Bord ta’ Arbitraġġ, imsemmi fl-artikolu 18 ta’ l-
Ordinanza, għandu jkun kompost mid-Direttur, jew uffiċjal tad-
Dipartiment li jaġixxi f’isem id-Direttur, bħala President u żewġ
membri oħra magħżula minn lista ta’ għaxar persuni li jeżerċjtaw
il-kummerċ ta’ esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli.
(2) Din il-lista għandha tiġi nominata kull sena mill-Ministru.
(3) Iż-żewġ membri tal-Bord, barra mill-President, għandhom
jiġu magħżula wieħed mill-President u wieħed mill-appellant.
(4) Ebda membru minn tal-lista ma għandu joqgħod fil-Bord
dwar xi tadam li fih ikollu xi interess dirett jew indirett.
Drittijiet għal 
spezzjon.
12. Għandu jitħallas għall-ispezzjoni ta’ tadam maħsub għall-
esportazzjoni dritt ta’ ħamsin ċenteżmu għal kull tunnellata jew
parti minn tunnellata.
Dritt għal riferenza 
quddiem il-Bord.
13. Kull esportatur li jrid jibgħat quddiem il-Bord id-deċiżjoni
mogħtija mill-ispettur għandu jiddepożita għand l-ispettur dritt bir-
rata ta’ ħames ċenteżmi għal kull pakk ta’ tadam, liema depożitu
ma għandu f’ebda każ ikun anqas minn tliet liri.
ESPORTAZZJONI BL-AJRU TAD-TADAM ġ L.S.85.07 3
L-EWWEL SKEDA
(Regola 3)
Pajjiżi ta’ destinazzjoni li għalihom japplikaw 
dawn ir-Regoli
Ir-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta’ Fuq
IT-TIENI SKEDA
(Regola 3)
Formula dwar l-avviż ta’ l-intenzjoni ta’ l-esportazzjoni 
tat-tadam bl-ajru
Isem ta’ l-esportatatur .............................................................
Post tan-negozju .....................................................................
Post fejn ġie koltivat it-tadam ................................................. 
Nru. ta’ reċipjenti li għandhom jiġu esportati ..........................
Piż Nett f’libbri/kgs ................................................................ 
Marki distintivi (jekk ikun hemm) ...........................................
Firma ta’ l-esportatur ...................................
Data u ħin ..............................................
Għall-Użu Uffiċjali Biss
Spezzjonat u mogħti l-grad minn (isem) ................................ fil-
(post ta’ l-ispezzjoni)................................................ fi (data u
ħin)................................. u mgħoddi għall-esportazzjoni.
Numru ta’ reċipjenti 
.............................
SPETTUR
Ħin maħsub li tasal fl-
ajruport
ħinġurnata xahar  sena
Ħin maħsub li jitlaq 
l-ajruplan
Klassi Extra Klassi I "Tondi" biss
B Ċ D E F B Ċ D E F
4 L.S.85.07 ħ ESPORTAZZJONI BL-AJRU TAD-TADAM
IT-TIELET SKEDA
(Regoli 5, 6 u 7)
Gradi tat-Tadam għall-Esportazzjoni
A.  KLASSI EXTRA
Din il-klassi hija maħsuba għat-tadam ta’ l-aqwa kwalità .
Karatteristika Ħtieġa
Żvilupp u maturità Għandu jkun sħiħ u qawwi. Għandu jkun
misjur u l-istat ta’ maturità  għandu jkun tali li t-
tadam jibqa’ f’kundizzjoni tajba waqt il-
perijodu normali ta’ distribuzzjoni.
Kulur Il-kulur għandu jkun uniformi fuq il-wiċċ
kollu, jew illi t-tadam x’aktarx isir f’kulur
uniformi.
Format Il-format għandu jkun tond u lixx minn barra.
Id-diviżjonijiet lokulari għandhom ikunu mhux
fondi u ma għandhomx ikunu jidhru iżjed minn
terz tad-distanza bejn il-calyx u t-tarf tal-fjur .
Indafa Għandu jkun nadif u ħieles minn
kontaminazzjoni.
Difetti Progressivi Għandu jkun ħieles minn kull tebgħa jew
ħsara li tista’ teffettwa li tinżamm il-kwalità .
Ħsara u Tbajja Mhux
Progressivi
Jista’ jkun fih tbajja żgħar insinjifikanti li ma
jeffettwawx li tinżamm il-kwalità  basta li ma
jnaqqsux l-apparenza ġenerali tat-tadam
individwali jew tal-kontenut tar-reċipjent.
Daqs It-tadam ġewwa reċipjent għandu jaqa’ taħt
xi wieħed mill-qasam ta’ daqsijiet li ġejjin kif
imkejjel bid-dijametru massimu trasversali tal-
frott:
B. 6.7cm u fuqhom iżda anqas minn
7.7cm 
Ċ. 5.7cm u fuqhom iżda anqas minn
6.7cm 
D.  4.7cm u fuqhom iżda anqas minn
5.7cm
E. 4cm u fuqhom iżda anqas minn
4.7cm 
F. 3.5cm u fuqhom iżda anqas minn
4cm 
ESPORTAZZJONI BL-AJRU TAD-TADAM ġ L.S.85.07 5
B.  KLASSI I
Din il-klassi hija maħsuba għat-tadam ta’ kwalità  tajba
raġonevolment ħieles minn tbajja.
Karatteristika Ħtieġa
Żvilupp u maturità Għandu jkun sħiħ u qawwi. Għandu jkun
misjur u l-istat ta’ maturità  għandu jkun tali li t-
tadam jibqa’ f’kundizzjoni tajba waqt il-
perijodu normali ta’ distribuzzjoni.
Kulur Jista’ jkun fih difetti żgħar fil-kulur, iżda
jista’ jkun fih traċċi biss ta’ difetti fil-kulur
detrimentali għall-polpa ta’ taħt.
Format It-tadam għandu jkun raġonevolment tond u
regolari fil-format.
Indafa Jista’ jkun fih traċċa ta’ ħamrija basta li ma
jnaqqasx l-apparenza ġenerali tat-tadam
individwali jew tal-kontenut tar-reċipjent. It-
tadam għandu jkun ħieles minn
kontaminazzjoni.
Difetti Progressivi Għandu jkun ħieles minn tbajja jew ħsara li
tista’ teffettwa li tinżamm il-kwalità .
Ħsara u Tbajja Mhux
Progressivi
Jista’ jkun fih tbajja żgħar u ħsara żgħira li
ma jeffettwawx li tinżamm il-kwalità  basta li ma
jnaqqsux b’mod sinjifikattiv mill-apparenza
ġenerali tat-tadam individwali jew tal-kontenut
tar-reċipjent.
Daqs It-tadam ġewwa reċipjent għandu jew jaqa’
taħt żewġ gruppi konsekuttivi tal-qasam ta’ daqs
ta’ hawn taħt, skond id-dijametru massimu
trasversali tiegħu, jew inkella jiġi ppakkjat
skond wieħed mill-qasam ta’ daqs:
B. 6.7cm u fuqhom iżda anqas minn
7.7cm 
Ċ. 5.7cm u fuqhom iżda anqas minn
6.7cm 
D.  4.7cm u fuqhom iżda anqas minn
5.7cm
E. 4cm u fuqhom iżda anqas minn
4.7cm 
F. 3.5cm u fuqhom iżda anqas minn
4cm 
6 L.S.85.07 ħ ESPORTAZZJONI BL-AJRU TAD-TADAM
Ċ. TIKKETTI
1. Il-klassi pretiża għandha titniżżel fuq tikketta f’"kaxxa"
tal-kejl ta’ mhux anqas minn 3.5 ċm tul u 2.5 ċm għoli. Spazju vojt
tal-kejl ta’ mhux anqas minn 4 ċm tul u 2.5 ċm għoli għandu jkun
provdut adjaċenti għal u fuq il-lemin tal-"kaxxa" li ssemmi l-klassi
segwita b’kaxxa għall-qasam ta’ daqs tal-kontenut.
2. Il-qasam ta’ daqs ippakkjat għandu jkun immarkat fuq it-
tikketta fil-kaxxa xierqa jew f’millimetri li juru l-minimu u l-
massimu għall-qasam (l-iżgħar figura għandha titqiegħed l-ewwel)
jew bil-letter code xierqa. (Ara l-Kampjun tat-Tikketti).
3. Kull ittra, kelma jew numru li jidher fuq it-tikketta għandu:
(i) ikun leġibbli b’mod ċar;
(ii) ikun stampat f’kulur oskur fuq sfond ta’ kulur
ċar, jew f’kulur ċar fuq sfond ta’ kulur oskur;
(iii) ikun mhux anqas minn 7 mm għoli meta
jirriferixxi għall-klassi u mhux anqas minn 3
mm għoli għall-partikolaritajiet oħra.
ESPORTAZZJONI BL-AJRU TAD-TADAM ġ L.S.85.07 7
Kampjun tat-Tikketti
(mhux skond id-daqs)
IR-RABA’ SKEDA
(Regola 9)
Ċertifikat ta’ l-iSpezzjoni tat-Tadam
(Moghti skond ir-regola 9)
Konsenja ta’ ............................... reċipjenti ta’ tadam preżentat
għall-esportazzjoni minn .................................. fuq
......................... ajruplan, Titjira Nru. ..................... fil-
........................... ġiet spezzjonata fi ...........................................
fil- ......................... mill-ispettur li hawn taħt iffirma nominat
għall-iskop, u mgħoddija bħala tajba għall-esportazzjoni u gradata
kif provdut fir-Regoli. Marka "Mgħoddi għall-Esportazzjoni"
tqegħdet fuq kull reċipjent.
..............................
SPETTUR
TADAM
EXTRA B
TADAM
EXTRA 6.7ċm 
sa 
7.7ċm
TADAM
1
Tond
F.
TADAM
1
Tond
3.5ċm 
sa
4.0ċm
8 L.S.85.07 ħ ESPORTAZZJONI BL-AJRU TAD-TADAM
IL-ĦAMES SKEDA
(Regola 10)
Avviż meħtieġ skond ir-regola 10
Jiena, ........................................................, spettur awtorizzat
għal dan l-iskop, wara li eżaminajt l-konsenja tat-tadam preżentata
minnek fil- ................... u li tikkonsisti minn ..............................
reċipjenti, ma nqiesx li din (1) il-konsenja / (2) ...........................
reċipjenti minnha tikkonforma/jikkonformaw mar-Regoli għar-
raġunijiet li ġejjin:
...................................................................................................
...................................................................................................
...................................................................................................
Niġbed l-attenzjoni tiegħek għall-fatt illi skond l-artikolu 18 ta’
l-Ordinanza dwar l-Esportazzjoni ta’ Prodotti tal-Biedja u tar-
regola 11 għandek id-dritt li din id-deċiżjoni tiġi riveduta minn
Bord ta’ Arbitraġġ skond il-proċedura hemmhekk preskritta.
Jekk ma tixtieqx li din id-deċiżjoni tiġi riveduta inti mitlub li
tirtira minnufih l-imsemmija konsenja jew parti minnha, skond il-
każ, skond ir-regola 10 tar-Regoli.
DATA .............................. 
.................................
SPETTUR
ISEM U INDIRIZZ TA’ L-ESPORTATUR .........................................
.......................................
.......................................
