ESPORTAZZJONI TAL-BAJD ġ L.S.85.09 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 85.09
REGOLI DWAR L-ESPORTAZZJONI TAL-BAJD
6 ta’ Ottubru, 1967
L-AVVIŻ LEGALI 61 ta’ l-1967.
Titolu.
tal-Bajd.
Tifsir.
xort’oħra -
"Bord" tfisser il-Bord ta’ Arbitraġġ kostitwit bir-regola 10 ta’
dawn ir-Regoli;
"Dipartiment" tfisser id-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Agrikoltura;
Kap. 85.
tal-Biedja.
(2) Il-kliem mhux imfissra xort’oħra f’dawn ir-Regoli għandu
jkollhom l-istess tifsir li għandhom fl-Ordinanza.
Avviż li-Direttur.
mhux aktar tard minn erbgħa u għoxrin siegħa qabel il-ħin propost
għall-esportazzjoni, javża bil-miktub lid-Direttur fil-formula
murija fl-Ewwel Skeda:
Iżda -
(a) id-Direttur jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jaċċetta
avviż f’anqas żmien kif jista’ jidhirlu raġonevoli, u
(b) l-esportatur jista’ jippreżenta għall-ispezzjon u għall-
eventwali esportazzjoni kwantità  iżgħar minn dik
murija fl-avviż.
Il-bajd għandu jiġi 
preżentat għall-
ispezzjon.
4. (1) Il-bajd li relattivament għalih ikun ingħata avviż skond
id-disposizzjonijiet tar-regola 3 għandu jiġi preżentat għall-
ispezzjoni mill-ispettur fit-Tinda ta’ l-ispezzjonijiet ta’ Prodotti
Agrikoli l-Marsa jew f’dak il-post li jispeċifika d-Direttur. 
(2) Id-Direttur jista’ jispeċifika wkoll il-ħin li fih dak il-bajd
għandu jiġi preżentat għall-ispezzjoni.
Reċipjenti.
ispezzjon għandu jkun ippakkjat f’reċipjenti standard li jesgħu 30
tużżana bajd.
(2) Il-bajd kollu fir-reċipjenti għandu jkun ta’ l-istess grad.
Markar tar-
reċipjenti.
6. (1) Fuq kull reċipjent għandu jkun hemm stampat f’ittri
leġibbli ċari -
(a) il-kliem "PRODOTT TA’ MALTA";
(b) l-isem ta’ l-esportatur; u
(ċ) il-grad tal-bajd skond it-Tieni Skeda.
(2) L-ittri tal-kliem speċifikati fil-paragrafu (1)(a) għandhom
2 L.S.85.09 ħ ESPORTAZZJONI TAL-BAJD
ikunu stampati f’għoli ta’ mhux anqas minn ħames ċentimetri.
Kondizzjoni tal-
bajd.
7. Il-bajd preżentat għall-ispezzjoni qabel l-esportazzjoni
għandu jkun skond waħda mill-gradi speċifikati fit-Tieni Skeda u
għandu jkun nadif, frisk u mhux imxaqqaq, bla tbajja ta’ demm jew
ta’ laħam, u għandu jiġi immarkat bin-numru tal-grad relattiv muri
fl-imsemmija Skeda.
Approvazzjoni ta’ 
konsenja.
8. Meta spettur ikun sodisfatt illi l-konsenja tal-bajd
tikkonforma fl-aspetti kollha mad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
Regoli, huwa għandu jimmarka kull reċipjent tal-bajd bil-kliem
"MGĦODDI GĦALL-ESPORTAZZJONI" u għandu jipprovdi lill-
esportatur b’ċertifikat fil-formula murija fit-Tielet Skeda.
Konsenja mhux 
mgħoddija għall-
esportazzjoni.
9. Jekk l-ispettur ma jkunx sodisfatt li l-konsenja tal-bajd,
jew xi parti minnha, hija konformi fl-aspetti kollha ma’ dawn ir-
Regoli, huwa ma għandu jqiegħed ebda marka fuq xi reċipjent
mhux approvat minnu iżda għandu jipprovdi lill-esportatur b’avviż
fil-formula murija fir-Raba’ Skeda, u l- esportatur għandu, jekk l-
ispezzjoni tkun saret f’lokal okkupat mill-Gvern, ineħħi minnufih
dawk ir-reċipjenti niinn hemm sakemm ma jagħtix lill-ispettur
avviż biex iġib il-kwistjoni quddiem il-Bord.
Bord ta’ Arbitraġġ. 10. (1) Il-Bord ta’ Arbitraġġ, imsemmi fl-artikolu 18 ta’ l-
Ordinanza, għandu jkun kompost mid-Direttur, jew uffiċjal tad-
Dipartiment li jaġixxi f’isem id-Direttur, bħala President u żewġ
membri oħra magħżula minn lista ta’ għaxar persuni li jeżerċitaw
il-kummerċ ta’ esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli.
(2) Dawk il-persuni elenkati fil-lista għandhom ikunu
nominati kull sena mill-Ministru.
(3) Iż-żewġ membri tal-Bord, barra mill-President, għandhom
jiġu magħżula wieħed mill-President u l-ieħor mill-appellant. 
(4) Ebda membru minn tal-lista ma għandu joqgħod fil-Bord
dwar xi bajd li dwaru jkollu xi interess dirett jew indirett.
Drittijiet għal 
spezzjon.
11. Għandu jitħallas għall-ispezzjon ta’ bajd maħsub għall-
esportazzjoni dritt ta’ tmien milleżmi għal kull kaxxa ta’ 360 bajda. 
Dritt għal riferenza 
lill-Bord.
12. Kull esportatur li jrid jibgħat quddiem il-Bord deċiżjoni
mogħtija mill-ispettur għandu jiddepożita għand l-ispettur dritt bir-
rata ta’ ħames ċenteżmi għal kull kaxxa bajd, liema depożitu ma
għandu fl-ebda każ ikun anqas minn tliet liri.
ESPORTAZZJONI TAL-BAJD ġ L.S.85.09 3
L-EWWEL SKEDA
(Regola 3)
Formula ta’ avviż ta’ l-intenzjoni għall-esportazzjoni ta’ bajd
Isem ta’ l-esportatur ...............................................................
Post tan-negozju .....................................................................
Post fejn ġie prodott il-bajd .....................................................
Numru ta’ kaxxi li ser jiġu esportati ........................................
Marki distintivi (jekk ikun hemm) ............................................
Isem tal-vapur ta’ mbark .........................................................
Firma ta’ l-esportatur .....................................
Data u ħin ................................................
...........................
SPETTUR
Ħin antiċipat ta’ 
meta sejjer jitlaq 
il-vapur
siegħa  ġurnata xahar sena
Ħin antiċipat tal-
konsenja tal-bajd 
għall-ispezzjoni
Għall-użu uffiċjali biss
Spezzjonat u mogħti l-grad tiegħu minn (isem) ................... fi
(post ta’ spezzjon) ................... fil- (data u ħin) ................... u
mgħoddi għall-esportazzjoni.
Grad Kbir Standard Medium Żgħir
Nru. ta’ kaxxi
4 L.S.85.09 ħ ESPORTAZZJONI TAL-BAJD
IT-TIENI SKEDA
(Regoli 6 u 7)
Grad tal-Bajd għall-Esportazzjoni
IT-TIELET SKEDA
(Regola 8)
Ċertifikat ta’ l-ispezzjoni tal-Bajd
Mogħti skond ir-regola 8
Konsenja ta’........................... ...kaxxi tal-bajd preżentati għall-
esportazzjoni minn .............................. fuq .............................. fil
............................... ġew spezzjonati fi ........................... fil
.............................. mit-taħt iffirmat, spettur nominat għall-iskop,
u mgħoddija bħala tajba għall-esportazzjoni u gradati kif imiss
skond ir-Regoli. Marka "Mgħoddi għall-Esportazzjoni" tqegħdet
fuq kull kaxxa.
.............................
SPETTUR
Nru. Gradi Piż nett ta’ kull bajda
1. KBIR Mhux anqas minn 62 grammi
2. STANDARD Anqas minn 62 grammi iżda mhuxanqas minn 53.15 grammi
3. MEDIUM Anqas minn 53.15 grammi iżdamhux anqas minn 46.10 grammi
4. ŻGĦIR Anqas minn 46.10 grammi iżdamhux anqas minn 42.50 grammi
ESPORTAZZJONI TAL-BAJD ġ L.S.85.09 5
IR-RABA’ SKEDA
(Regola 9)
Avviż meħtieġ skond ir-regola 9 
Jiena, .........................................., spettur awtorizzat, wara li
eżaminajt il-konsenja tal-bajd preżentata minnek fil
.................................... u li tikkonsisti minn ..................... kaxxi,
ma nqiesx li din il-konsenja / ... ............... kaxxi minnha hija jew
huma konformi mar-Regoli għar-raġunijiet li ġejjin: .......................
...................................................................................................
...................................................................................................
Niġbed l-attenzjoni tiegħek għall-fatt li, skond l-artikolu 18 ta’ l-
Ordinanza dwar l-Esportazzjoni ta’ Prodotti tal-Biedja u tar-regola
9, għandek id-dritt li din id-deċiżjoni tiġi riveduta minn Bord ta’
Arbitraġġ skond il-proċedura hemmhekk preskritta.
Jekk ma tixtieqx li din id-deċiżjoni tiġi riveduta inti mitlub li
tirtira minnufih l-imsemmija konsenja jew parti minnha skond ir-
regola 9 tar-Regoli dwar l-Esportazzjoni tal-Bajd.
.............................
SPETTUR
DATA .........................................
ISEM U INDIRIZZ TA’ L-ESPORTATUR .........................................
.......................................
.......................................
