ĦLAS TA’ L-ESPORTAZZJONI TAL-PATATA ġ L.S.85.10 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 85.10
REGOLI DWAR IL-ĦLAS TA’ L-ESPORTAZZJONI 
TAL-PATATA
18 ta’ April, 1972
L-AVVIŻ LEGALI 32 ta’ l-1972.
Titolu.
Esportazzjoni tal-Patata.
Tifsir.
xort’oħra, "esportatur" ma tinkludix persuna li tesporta patata
mkabbra minnha.
Kap. 85.
(2) Kliem u frażijiet li m’humiex xort’oħra mfissra f’dawn ir-
Regoli għandu jkollhom l-istess tifsir li għandhom fl-Ordinanza
dwar l-Esportazzjoni ta’ Prodotti tal-Biedja.
Ħlas eċċ., minn 
esportaturi.
3. (1) L-esportaturi għandhom, mhux aktar tard minn tliet
ijiem wara li jgħabbu xi patata fuq bastiment għall-esportazzjoni,
iħallsu lid-Direttur somma li tkun daqs il-valur kollu tal-patata
hekk mgħobbija jew jagħtu lid-Direttur garanzija bankarja għal dak
l-ammont li jkun aċċettabbli mill-imsemmi Direttur, liema
garanzija għandha titħallas mill-bank fi żmien tletin ġurnata mid-
data tagħha.
(2) Dak il-valur totali għandu jiġi kalkolat għab-bażi tal-prezz
dikjarat mill-esportatur relattiv fuq il-liċenza ta’ esportazzjoni
maħruġa mid-Direttur tal-Kummerċ, u għandu jinkludi kull
drittijiet ta’ piżaturi u ta’ senserija li jkollhom jitħallsu, jekk ikun
hemm.
(3) Il-prezz dikjarat fuq il-liċenza ta’ esportazzjoni għandu
jkun l-istess bħal dak li l-esportatur ikun ftiehem li jħallas lill-
bidwi għall-patata mixtrija mill-esportatur.
Dokumenti li 
għandhom jinġiebu 
mill-esportaturi.
4. (1) Mhux aktar tard minn għoxrin ġurnata wara d-data li
fiha tkun spiċċat it-tagħbija, l-esportatur ta’ kull patata għandu
jagħti lid-Direttur dikjarazzjoni li jkun fiha d-dettalji li ġejjin:
(a) isem il-bastiment li jkun ser jesporta;
(b) id-data meta x-xogħol tat-tagħbija jkun spiċċa;
(ċ) il-piż mgħobbi, u n-numru ta’ xkejjer, pakki jew
reċipjenti oħra;
(d) l-isem u l-indirizz tas-sensala, flimkien mal-piż
miksub permezz ta’ kull sensal.
(2) Kull dikarazzjoni bħal dik għandu jkollha magħha listi
ffirmati mis-sensala li juru l-ismijiet u l-indirizz u l-kwantità  u l-
piż provdut minn kull bidwi tal-patata li tkun qed tiġi esportata.
Ħlas tas-sehem 
dovut lill-bidwi u 
lis-sensal.
5. Id-Direttur għandu, kemm jista’ jkun malajr wara li jkun
irċieva l-ħlas ta’ kull patata esportata, jħallas lill-bidwi, lill-piżatur
u lis-sensal (jekk ikun hemm) is-sehem li kull wieħed minnhom
ikun imissu.
