PROĊEDURI TAL-BORD TA’ L-ARBITRAĠĠ ġ L.S.88.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 88.01
REGOLI DWAR IL-PROĊEDURI TAL-BORD 
TA’ L-ARBITRAĠĠ
12 ta’ Diċembru, 1935
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 495 ta’ l-1935, kif emendata bl-
Avviżi Legali 161 ta’ l-1975 u 140 u 199 ta’ l-2000.
Titolu.
Miżjud:
A.L. 161 ta’ l-
1975.
1. It-titolu ta’ dawn ir-Regoli hu Regoli dwar il-Proċeduri tal-
Bord ta’ l-Arbitraġġ.
Laqgħat tal-Bord.
Chairman.
Kap. 12.
(2) Lill-partijiet fil-proċedimenti jiġi nnotifikat l-avviż tal-ħin
u l-post iffissati għal-laqgħa mir-Reġistratur skond il-formula Nru.
12 li hemm mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili. 
Rikuża.
Kap. 88.
Kap. 12.
3. Għall-finijiet ta’ l-artikolu 21(2) ta’ l-Ordinanza dwar l-
Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi, hawnhekk iżjed ’l
quddiem imsejħa "l-Ordinanza", iċ-Chairman għandu, malli
jinfetħu l-proċedimenti, jistaqsi lill kull wiehed mill-membri l-oħra
tal-Bord jekk xi waħda mir-raġunijiet għal astensjoni mill-
proċediment imsemmijin fl-artikolu 734 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili tolqotx lil dawk il-membri.
L-atti jiġu reġistrati 
fir-Reġistru tal-
Qrati Superjuri.
4. L-atti kollha dwar il-proċedimenti quddiem il-Bord jiġu
reġistrati fir-Reġistru tal-Qrati Superjuri u għandhom ikollhom
bħala intestatura l-Bord ta’ Arbitraġġ fuq Artijiet u jidħlu fil-
proċess tal-kawża li għandhom x’jaqsmu magħha:
Iżda ċ-ċedoli tad-depożitu, illi bihom titqiegħed somma ta’
flus fil-qorti dwar xi proċedimenti jew skond xi deċiżjoni tal-Bord,
jiġu reġistrati u illegati għalihom, iżda, fil-proċess tal-kawża,
għandha titniżżel nota ta’ dan id-depożitu.
Kif jissejjaħ l-att.
dwar xi art", għall-"avviż ta’ ftehim" u għal kull att ieħor bi
tweġiba għal xi applikazzjoni għandu jissejjaħ "ir-risposta".
Kopja ta’ kull att u 
ta’ kull dokument 
għandhom jiġu 
notifikati lill-parti 
jew lill-partijiet l-
oħra.
Sostitwit:
A.L. 161 ta’ l-
1975.
6. Kopja ta’ kull att u ta’ kull dokument ippreżentat minn
waħda mill-partijiet dwar proċedimenti quddiem il-Bord għandhom
jiġu notifikati lill-parti jew lill-partijiet l-oħra li jkunu fil-
proċedimenti, kemm-il darba dik il-parti jew dawk il-partijiet l-
oħra ma kienux iddispensaw milli ssir dik in-notifika permezz ta’
dikjarazzjoni f’dan is-sens li ssir fuq l-att u/jew fuq id-dokument
mill-parti li tkun ser tiġi notifikata bih.
Komposizzjoni tal-
Bord.
7. Malli jista’ jkun, wara li tiġi ppreżentata applikazzjoni li
biha jinbdew il-proċedimenti quddiem il-Bord, iċ-Chairman
għandu, qabel ma jkun hemm proċedimenti oħra, jagħti dawk l-
ordnijiet jew direzzjonijiet li jkunu jinħtieġu biex il-Bord ikun
kompost kif meħtieġ.
2 L.S.88.01 ħ PROĊEDURI TAL-BORD TA’ L-ARBITRAĠĠ
Għażla miċ-
chairman.
Kap. 12.
8. Il-għażla li ssir miċ-Chairman ta’ membru tal-Bord biex
jidher għas-sid jew sidien fiċ-ċirkostanzi msemmijin fl-artikolu
23(1) ta’ l-Ordinnnza ma għandhiex titqies li tkun għażla ta’ espert
għall-finijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Pjanta għandha tiġi 
preżentata fi tnejn.
9. Il-pjanti msemmijin fl-artikolu 29(3) ta’ l-Ordinanza
għandhom ikunu duplikati.
Depożitu ta’ flus 
għad-drittijiet li 
jitħallsu.
Emendat:
A.L. 140 ta’ l-
2000.
Kap. 12.
10. Meta l-Bord jordna lis-sid jew sidien li jħallsu l-ispejjeż ta’
l-awtorità  kompetenti, dawn l-ispejjeż għandhom jitnaqqsu minn
dak il-kumpens li għandu jitħallas, jekk ikun il-każ, jew jinġabru
mingħand is-sid jew sidien bi proċedura eżekuttiva bil-mod
imsemmi fil-Kodiċi ta’ Organizzazjoni u Proċedura Ċivili.
Drittijiet tar-
reġistru u drittijiet 
oħra.
Sostitwit:
A.L. 140 ta’ l-
2000.
Kap. 12.
11. (1) Id-drittijiet tar-reġistru stabbiliti fit-Tariffa annessa ma’
dawn ir-regoli jitħallsu mal-preżentata ta’ l-att tal-proċedura relattiv.
(2) Id-drittijiet ta’ l-avukat u tal-prokuratur legali jiġu intaxxati
skond it-Tariffi tad-Drittijiet annessi mal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Preżentazzjoni u 
notifika ta’ atti.
Kap. 12.
12. Barra mid-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza u ta’ dawn ir-
Regoli, id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili għandhom igħoddu għall-preżentazzjoni u notifika
ta’ atti, għas-smigħ ta’ applikazzjonijiet u għall-proċedimenti l-
oħra kollha, sew bil-miktub u sew bil-fomm, quddiem il-Bord.
Miżjuda:
A.L. 140 ta’ l-
2000.
Emendata:
A.L. 199 ta’ l-
2000.
TARIFFA
Drittijiet tar-reġistru li jitħallsu fil-Bord ta’ l-Arbitraġġ
1 Għall-preżentata ta’ kull talba ....................................... Lm 15
2 Għall-preżentata ta’ kull risposta ................................. Lm 10
3 Għall-preżentata ta’ kull rikors ta’ appell ...................... Lm 30
4 Għall-preżentata ta’ risposta għal rikors ta’ appell ........ Lm 20
5 Id-drittijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ din it-
Tariffa jinkludu l-preżentata ta’ kull att ieħor tal-
proċedura u servizzi oħra (inklużi, iżda mhux limitati
għal, il-preżentata ta’ mandati għall-eżami ta’ xhieda,
l-eżami nnifsu, drittijiet għar-reġistrazzjoni,
traskrizzjonijiet u kopji, is-servizzi ta’ assistenti
ġudizzjarji, digrieti u dikjarazzjonijiet qabel id-
deċiżjoni finali, taxxi ta’ l-ispejjeż u kopji tad-
deċiżjoni) li huma meħtieġa wara li tinbeda kawża
permezz ta’ dak l-att sa u inkluża d-deċiżjoni finali,
iżda mhux magħdudin id-drittijiet dovuti għan-notifika
ta’ l-atti tal-proċedura jew drittijiet li għandhom
jitħallsu lil periti jew esperti nominati mill-Bord, jew xi
drittijiet li l-Bord jista’ jkun meħtieġ li jħallas lil terzi
persuni.
6 (1) Ebda dritt ma għandu jitħallas għall-preżentata ta’
xi nota ta’ ammissjoni ta’ talba sakemm it-talba tkun
ammessa kompletament u mingħajr kondizzjoni qabel
ma ssir xi kontestazzjoni dwarha.
PROĊEDURI TAL-BORD TA’ L-ARBITRAĠĠ ġ L.S.88.01 3
(2) Kull kontro-talba li jkun hemm f’att tal-proċedura
titqies bħala talba ġdida, u d-drittjiet msemmija fil-
paragrafi 1 sa 4 għandhom jitħallsu fuq il-kontro-talba
u r-risposta għaliha.
(3) Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 ikunu
wkoll dovuti mal-preżentata ta’ rikors lill-Bord biex
wieħed jippreżenta nota ta’ l-eċċezzjonijiet, tweġiba
jew att ieħor tal-proċedura ppreżentat bħala risposta
għat-talba u maħsub biex jikkontesta, sew totalment
sew parzjalment, talba magħmula.
7 (1) Għal kull notifika ta’ att tal-proċedura inklużi l-
ispejjeż li jsiru għall-eżekuzzjoni ta’ dik in-notifika,
jkunu dovuti dawn id-drittijiet li ġejjin:
(i) dritt tar-reġistru ......................................... Lm 2.50
(ii) dritt dovut lill-uffiċjal eżekuttiv li
jeżegwixxi n-notifika ................................ Lm 0.50
Iżda jekk in-notifika għandha ssir barra mill-ħinijiet
normali tax-xogħol, id-drittijiet imsemmija f’dan il-
paragrafu għandhom jiżdiedu b’100%.
(2) Minkejja kull ħaġa li hemm f’din it-Tariffa, jekk
in-notifika ta’ xi att għandha tiġi eżegwita
personalment minn uffiċjal eżekuttiv tal-Bord, f’dawk
il-każijiet fejn il-liġi tippermetti li n-notifika ssir mod
ieħor, ikunu dovuti, għal kull notifika, dawn id-
drittijiet addizzjonali li ġejjin:
(i) dritt tar-reġistru ........................................ Lm 20
(ii) dritt dovut lill-uffiċjal eżekuttiv li
jeżegwixxi n-notifika ................................ Lm 3
(3) Id-drittijiet stabbiliti fis-subparagrafu (2) ma
japplikawx meta n-notifika għandha ssir personalment
minn uffiċjal eżekuttiv tal-Bord skond xi liġi, u f’dawn
il-każijiet stabbiliti fis-subparagrafu (1) ta’ dan il-
paragrafu għandhom japplikaw.
8 Għal kull att ieħor tal-proċedura stabbilit fl-Ordinanza
dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi,, iżda
li ma hemmx provdut dritt dwaru f’din it-Tariffa .......... Lm 5
Iżda drittijiet għal servizzi li ma hemmx provdut
speċifikatament dwarhom f’din it-Tariffa, iżda li hemm
provdut dwarhom f’Tariffi oħra li hemm fil-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, għandhom jiġu
intaxxati skond dawk it-Tariffi.
9 Għall-ftuħ tar-reġistru wara l-ħinijiet tax-xogħol tar-
reġistru:
(i) dritt tar-reġistru ......................................... Lm 50
(ii) dritt dovut lid-deputat reġistratur li jattendi  Lm 20
(iii) dritt dovut lil kull uffiċjal eżekuttiv
meħtieġ biex tiġi eżegwita n-notifika ....... Lm 15
4 L.S.88.01 ħ PROĊEDURI TAL-BORD TA’ L-ARBITRAĠĠ
10 (1) Il-Bord jista’, meta jagħti d-deċiżjoni tiegħu,
jordna li l-attur jew l-konvenut f’kawża jħallas somma
addizzjonali lir-Reġistratur tal-Qrati li tammonta għal
mhux anqas minn Lm 100 u mhux iżjed minn Lm 250,
jekk il-Bord jidhirlu li l-att tal-proċedura li bih inbdiet
il-kawża jew l-att tal-proċedura b’risposta kienu
fiergħa jew vessatorji, jew li xi waħda mill-partijiet
tawlet il-proċeduri mingħajr bżonn, u f’dak il-każ din
is-somma ma tkunx tista’ tintalab lura mill-parti l-oħra.
Ma jkun hemm ebda appell mid-deċiżjoni tal-Bord.
(2) Il-Bord jista’ wkoll, fis-sentenza tiegħu, jirreferi
lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja
lill-avukat ta’ l-attur jew tal-konvenut, jekk il-Bord
jidhirlu li l-avukat kien responsabbli, totalment jew
parzjalment, għall-att tal-proċedura fieragħ jew
vessatorju, jew biex itawwal il-proċeduri.
Ma jkun hemm ebda appell mid-deċiżjoni tal-Bord. 
11 (1) Id-drittijiet kollha dovuti għandhom jitħallsu
filwaqt tal-preżentata ta’ l-att relattiv, u r-Reġistratur
ma jaċċettax għall-preżentata xi att tal-proċedura li ma
jkollux miegħu d-dritt relattiv.
(2) L-intaxxar li jsir mir-Reġistratur ta’ l-ammont ta’
drittijiet li għandu jitħallas ikun finali.
(3) Fl-intaxxar tad-drittijiet imniżżla f’din it-Tariffa
ma jittieħed ebda qies ta’ xi frazzjoni ta’ Lm 1.
12 (1) Ir-Reġistratur għandu jara li taxxa ta’ l-ispejjeż
tinżamm fl-inkartament ta’ kull kawża u għandu jniżżel
minnufih fit-taxxa l-ħlasijiet kollha magħmula lir-
Reġistratur u l-ħlasijiet kollha dovuti lill-avukati u l-
prokuraturi legali tal-partijiet, u l-partijiet, l-avukati
tagħhom u l-prokuraturi legali tagħhom ikollhom dritt
għal kopja tat-taxxa f’kull ħin.
(2) Fi żmien xahar mill-għoti tad-deċiżjoni finali, ir-
Reġistratur għandu jara li titħejja taxxa finali ta’ l-
ispejjeż.
