BIBLJOTEKA PUBBLIKA F’GĦAWDEX ġ L.S.92.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 92.01
REGOLAMENTI DWAR IL-BIBLJOTEKA 
PUBBLIKA F’GĦAWDEX
14 ta’ Awissu, 1924
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 210 ta’ l-1924, kif emendati bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern 520 ta’ l-1944 u 357 ta’ l-1950; u bl-Avviżi
Legali 20 ta’ l-1974, 8 u 58 ta’ l-1983.
Titolu.
Bibljoteka Pubblika f’Għawdex.
Skop tal-
bibljoteka.
2. Fil-Biljoteka jista’ jidħol kulħadd għall-iskop ta’ qari u
studju.
Applikazzjoni.
assistent fil-bibljoteka.
Għal dan l-iskop ikunu provduti katalogi għar-riferenzi.
Il-kotba għandhom 
jingħataw lura lill-
assistent.
4. Wara li jinqraw, l-kotba għandhom jingħataw lura lill-
assistent.
Rifjut mill-
bibljotekarju li 
joħroġ kotba.
5. Il-Bibljotekarju jista’ jirrifjuta li joħroġ kotba li jidhirlu li
ma jkunux adattati għall-età  ta’ min jitlobhom.
Self ta’ kotba.
minn -
(a) manoskritti, edizzjonijiet rari, stampi u kotba li ma
jkunux jistgħu jiġu rimpjazzati;
(b) kotba tar-riferenza li jintalbu spiss;
(ċ) rivisti, qabel ma n-numru ta’ wara jkun disponibbli;
(d) kotba li ma jkunux għadhom ġew reġistrati u mbullati
fil-bibljoteka;
(e) kotba li, fil-fehma tal-bibljotekarju, ma humiex fi stat
li joħorġu.
Permess speċjali.
manoskritti jew stampi, jistgħu jingħataw b’self għal barra l-
bibljoteka jekk it-talba li ssir bil-miktub lill-Bibljotekarju tiġi
approvata mill-Kumitat tat-Tmexxija. Il-Kumitat jista’ jagħmel il-
kondizzjonijiet għas-self ta’ dawn il-kotba.
Self ta’ kotba.
Bibljotekarju, li jieħu ħsieb li jniżżel f’reġistru apposta l-isem u l-
indirizz ta’ min jitlob l-kotba, u dawk id-dettalji l-oħra li jkunu
meħtieġa. Il-Bibljotekarju jista’ jitlob il-firma ta’ garanti li jagħmel
tajjeb għat-telf jew ħsara tal-ktieb misluf jew għall-ħlas tas-somma
li għandha titħallas għal dan it-telf jew ħsara.
Proċedura għas-
self ta’ kotba.
9. Kull min jissellef ktieb mill-bibljoteka għandu jiffirma
riċevuta li fiha għandu jikteb l-indirizz u d-dettalji dwar il-kotba li
jissellef. Fid-dahar ta’ kull riċevuta għandu jkun hemm stampati r-
regolamenti dwar is-self tal-kotba, u fl-irċevuta għandu jkun hemm
dikjarazzjoni fejn jingħad illi min qed jissellef il-ktieb jintrabat li
2 L.S.92.01 ħ BIBLJOTEKA PUBBLIKA F’GĦAWDEX
josserva r-regolamenti tal-bibljoteka.
Il-ktieb għandu 
jingħata lura fi 
żmien speċifikat.
10. Kull min jissellef ktieb mill-bibljoteka għandu jroddu lura
fi żmien sebat ijiem, jew f’dak iż-żmien li jkun hemm imsemmi bil-
miktub fuq il-formula ta’ l-irċevuta.
Meta ktieb 
jinżamm minn min 
jissellef.
11. Min jissellef ktieb u jżommu iżjed miż-żmien li għalih ikun
ħadu jista’ jitlef il-privileġġ li jibqa’ jieħu kotba mill-bibljoteka.
Ħsara lill-kotba u 
lill-proprjetà  tal-
bibljoteka.
12. Il-Biblijotekarju għandu d-dritt li jitlob l-ammont li jiswa
l-ktieb għall-ħsara li jkun ġarrab meta jkun fil-pussess ta’ dak li
jkun issellfu.
Kull min jgħarraq xi ktieb jew xi oġġett tal-bibljoteka
jkollu jħallas kemm dawn jiswew, u l-Kumitat jista’, barra minn
dan, iwaħħal multa ta’ seba’ liri.
Użu ħażin tal-
bibljoteka.
13. (1) Dawk li ma jġibux ruħhom sewwa fil-bibljoteka billi
ma jkunux iridu joqgħodu siekta, billi jgħarrqu l-kotba jew oġġetti
oħra tal-bibljoteka, jew billi jfixklu lill-oħrajn li jkunu fil-
bibljoteka, jistgħu jiġu mkeċċija minnufih.
(2) Indipendentement minn kull proċediment ġudizzjarju li
jista’ jittieħed, il-bibljotekarju jista’ jkeċċi mill-bibljoteka, għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sebat ijiem, kull persuna li tkun ħatja ta’
ksur tal-bon ordni fil-bibljoteka; u l-Kumitat jista’ jtawwal dan iż-
żmien sad-data li huwa jiddeċiedi.
Fil-każ ta’ xi ħsara fi ktieb jew f’xi oġġett ieħor tal-
bibljoteka, il-ħati jibqa’ mkeċċi mill-bibljoteka ’l fuq miż-żmien
tal-piena, sakemm dan ikun ħallas lill-Bibljotekarju somma li tkun
daqs il-prezz biex titqiegħed oħra flok il-ħaġa li fiha tkun saret il-
ħsara, jew, jekk ma tkunx tista’ titqiegħed oħra flokha, somma li
tkun daqs il-valur ta’ l-istima tal-ħaġa, barra mill-multa mwaħħla
mill-Kumitat.
Ħinijiet ta’ ftuħ tal-
bibljoteka.
Sostitwit:
N.G. 520 ta’ l-
1944;
N.G. 357 ta’ l-
1950;
A.L. 20 ta’ l-1974;
A.L. 8 ta’ l-1983;
Emendat:
A.L. 58 ta’ l-1983.
14. (1) It-taqsima tas-self u t-taqsima tar-riferenzi tal-
bibljoteka jkunu miftuħa għall-pubbliku kull jum, barra mill-Ħdud
u btajjel pubbliċi oħra, mis-7.30 a.m. sas-1.30 p.m.
(2) Il-Bibljotekarju jista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru
responsabbli għall-Bibljoteki Pubbliċi, jordna li l-bibljoteka, jew xi
parti minnha, tingħalaq għal xi żmien speċifiku li ma jkunx itwal
minn ħmistax-il ġurnata konsekuttiva.
