BIBLJOTEKA NAZZJONALI TA’ MALTA ġ L.S.92.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 92.03
REGOLAMENTI DWAR IL-BIBLJOTEKA 
NAZZJONALI TA’ MALTA
15 ta’ Frar, 1938
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 82 ta’ l-1938, kif emendati bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern 522 ta’ l-1939 u 357 ta’ l-1950; u bl-Avviżi
Legali 18 ta‘ l-1974 u 24 ta’ l-1989.
Titolu.
il-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta.
Skop tal-
bibljoteka.
2. Fil-bibljoteka jista’ jidħol kulħadd għall-iskop ta’ qari u
studju.
Iżda dawk in-nies li jkollhom inqas minn sittax-il sena
jistgħu jkollhom il-permess li jidħlu f’xi kmamar tal-bibljoteka
jekk dawn ikollhom biljett mogħti lilhom mill-Bibljotekarju. Dan
il-biljett ikun jista’ jittieħed lura, għal dejjem jew għal xi żmien
iffissat mill-Bibljotekarju, kull meta fil-fehma tiegħu min ikollu l-
biljett ma jġibx ruħu sewwa fil-bibljoteka.
Kamra tal-qari 
għaliha.
3. Tista’ tinżamm kamra tal-qari riżervata għan-nisa.
Applikazzjoni biex 
wieħed jara ktieb 
jew manoskritt.
Emendat:
A.L. 18 ta’ l-1974.
4. Kull min ikun irid ktieb jew manoskritt għandu jitolbu lil
wieħed mid-distributuri tal-bibljoteka, li lilu għandu jgħarraf
sewwa bil-ktieb jew manoskritt li hu jixtieq, fuq formula li lilu
tingħata għall-iskop.
Il-kotba għandhom 
jingħataw lura lid-
distributur.
5. Wara li jinqraw, il-kotba jew manoskritti għandhom
jingħataw lura lid-distributur u mhux jitħallew fuq mejda jew
jerġgħu jitqiegħdu f’posthom fl-ixkaffa. Dan iżda ma jgħoddx għal
dawk il-kotba tar-riferenza li huma qegħdin għalhekk fi xkafef
apposta.
Il-bibljotekarju 
jista’ jirrifjuta li 
joħroġ kotba.
6. Il-Bibljotekarju jista’ jirrifjuta li joħroġ dawk il-kotba jew
manoskritti li skond ma jidhirlu mhumiex adattati għall-età  u moħħ
ta’ min jitlobhom; iżda min jitlobhom jista’ jagħmel appell lill-
Kumitat kontra dan ir-rifjut.
Self ta’ kotba.
barra minn -
(a) manoskritti, edizzjonijiet rari, stampi, rivisti jew
gazzetti u kotba li bħalhom ma tantx jistgħu jinstabu;
(b) kotba tar-riferenza li jintalbu spiss;
(ċ) kotba li ma jkunux għadhom irreġistrati u ttimbrati fil-
bibljoteka;
(d) kotba li, skond ma jidhirlu l-Bibljotekarju, mhumiex fi
stat li joħorġu.
Permess speċjali
manoskritti jew stampi, jistgħu jingħataw b’self għal barra l-
bibljoteka jekk it-talba li ssir bil-miktub lill-Bibljotekarju
japprovaha l-Kumitat. Il-Kumitat jista’ jagħmel l-kundizzjonijiet li
2 L.S.92.03 ħ BIBLJOTEKA NAZZJONALI TA’ MALTA
taħthom għandu jsir is-self ta’ dawn il-kotba.
Talba lill-
bibljotekarju biex 
jisselfu kotba.
9. Kull min jixtieq jieħu kotba b’self jista’ jitlob lill-
Bibljotekarju, li jieħu ħsieb li jitniżżel f’reġistru apposta l-isem u l-
indirizz ta’ min jitlob l-kotba, u dawk id-dettalji l-oħra li jkunu
meħtieġa. Il-Bibljotekarju jista’ jitlob il-firma ta’ garanti li jagħmel
tajjeb għat-telf jew ħsara ta’ ktieb misluf jew għall-ħlas tas-somma
li għandha titħallas għal dan it-telf jew ħsara.
Proċedura għas-
self ta’ kotba.
10. Kull min jissellef ktieb mill-bibljoteka għandu jiffirma
riċevuta li fiha għandu jikteb l-indirizz u d-dettalji dwar il-kotba li
jkunu ttieħdu b’self. Fid-dahar ta’ kull riċevuta għandu jkun hemm
stampati r-regolamenti dwar is-self ta’ kotba, u fl-irċevuta għandu
jkun hemm dikjarazzjoni fejn jingħad illi min qed jissellef il-ktieb
obbligat li josserva r-regolamenti tal-bibljoteka.
Kotba għandhom 
jingħataw lura fi 
żmien speċifikat.
11. Kull min jissellef ktieb mill-bibljoteka għandu jagħtih lura
fi żmien sebat ijiem, jew f’dak iż-żmien li jkun hemm imsemmi bil-
miktub fuq il-formula ta’ l-irċevuta.
Meta ktieb 
jinżamm iktar miż-
żmien speċifikat.
12. Min jissellef ktieb u jżommu iżjed miż-żmien li jkun
mogħti, jista’ jitlef il-privileġġ li jibqa’ jieħu kotba mill-bibljoteka.
Ħsara lill-kotba 
jew proprjetà  tal-
bibljoteka.
13. Kull min igħarraq xi ktieb jew xi oġġett tal-bibljoteka
jkollu jħallas b’kemm dawna jiswew, u l-Kumitat jista’, barra minn
dan, iwaħħlu multa ta’ mhux iżjed minn ħames liri.
Użu ħażin tal-
bibljoteka.
14. (1) Dawk li ma jġibux ruħhom sewwa fil-bibljoteka billi
ma jkunux iridu joqgħodu siekta, billi jgħarrqu l-kotba jew oġġetti
oħra tal-bibljoteka, jew billi jfixklu lill-oħrajn li jkunu fil-
bibljoteka, jistgħu jiġu mkeċċijin minnufih.
(2) Indipendentement minn kull proċediment ġudizzjarju li
jista’ jittieħed, il-Bibljotekarju jista’ jkeċċi mill-bibljoteka, għal
żmien ta’ mhux iżjed minn ħmistax-il ġurnata, kull persuna li tkun
ħatja ta’ ksur ta’ bon ordni fil-bibljoteka; u l-Kumitat jista’ jtawwal
dan iż-żmien sad-data li huwa jiddeċiedi.
Fil-każ ta’ xi ħsara fi ktieb jew f’xi oġġett ieħor tal-
bibljoteka, il-ħati jibqa’ mkeċċi mill-bibljoteka ’l fuq miż-żmien
tal-piena, sakemm dan ikun ħallas lill-Bibljotekarju somma li tkun
daqs il-prezz biex titqiegħed oħra flok il-ħaġa li fiha tkun saret il-
ħsara, jew, jekk ma tkunx tista’ titqiegħed oħra flokha, somma li
tkun daqs il-valur ta’ l-istima tal-ħaġa.
Ħinijiet tal-ftuħ tal-
bibljoteka.
Sostitwit:
N.G. 522 ta’ l-
1939;
N.G. 357 ta’ l-
1950;
A.L. 18 ta’ l-1974;
A.L. 24 ta’ l-1989.
15. (1)  Il-Bibljoteka tkun miftuħa għall-pubbliku kif ġej:
(a) Mill-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena sal-15 ta’ Ġunju tas-
sena ta’ wara:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa - mit-8.15 a.m. sas-5.45 p.m.
Nhar ta’ Sibt - mit-8.15 a.m. sas-l.15 p.m.
(b) Mis-16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena:
Mit-Tnejn sas-Sibt - mit-8.15 a.m. sas-1.15 p.m.
(2) Il-bibljoteka tinżamm magħluqa nhar ta’ Ħadd u fil-
vakanzi pubbliċi. Il-Bibljotekarju jista’, bl-approvazzjoni tal-
Ministru responsabbli għall-Bibljoteki Pubbliċi, jordna li l-
bibljoteka, jew xi parti minnha, tingħalaq għal xi żmien speċifiku li
ma jkunx iktar minn ħmistax-il ġurnata konsekuttivi.
