KUMITAT TAT-TMEXXIJA 
TAL-BIBLJOTEKA NAZZJONALI TA’ MALTA ġ L.S.92.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 92.04
REGOLI DWAR IL-KUMITAT TAT-TMEXXIJA 
TAL-BIBLJOTEKA NAZZJONALI TA’ MALTA
15 ta’ Frar, 1938
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 82 ta’ l-1938, kif emendati bin-
Notifikazzjoni tal-Gvern 11 ta’ l-1948.
Titolu.
tat-Tmexxija tal-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta.
Tmexxija tal-
Bibljoteka 
Nazzjonali ta’ 
Malta.
2. Il-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta titmexxa minn Kumitat
u minn Bibljotekarju li jkun ukoll l-inkarigat mill-manoskritti u
Direttur tal-Libreriji Ċirkulanti.
Il-Kumitat.
inqas minn tnax-il membru. Il-Bibljotekarju jkun membru ex officio
tal-Kumitat, u l-membri l-oħra kollha jkunu maħturin kull sena
mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, fix-xahar ta’ Diċembru.
Rappreżentanza 
tal-Kumitat.
Emendat:
N.G. 11 ta’ l-1948.
4. Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni jkun il-President tal-Kumitat,
u meta dana ma jkunx hemm, il-membru anzjan tal-Kumitat, skond
l-anzjanità  bħala membru fil-Kumitat, jagħmilha ta’ President. Il-
Bibljotekarju jagħmilha ta’ segretarju tal-Kumitat.
Laqgħat.
barra mix-xhur ta’ Lulju, Awissu u Settembru, u kull darba oħra li
jkun meħtieġ.
Laqgħat speċjali.
membri jistgħu wkoll jitolbu li ssir laqgħa tal-Kumitat, billi jfissru
l-iskop li għalih għandha tissejjaħ din il-laqgħa.
Quorum.
jkunx hemm mill-inqas erba’ membri tal-Kumitat, barra mill-
President.
Deċiżjonijiet 
b’maġġoranza ta’ 
voti.
8. Kull kwistjoni tinqata’ bl-akbar numru ta’ voti, u l-
President ikollu l-vot deċisiv (casting vote) kemm-il darba l-voti
jiġu ndaqs.
Regolamenti biex 
jinżamm il-bon 
ordni.
9. Il-Kumitat jista’, skond ma jkun meħtieġ, jagħmel
regolamenti biex jinżamm il-bon ordni fil-bibljoteka, għaċ-
ċirkolazzjoni tal-kotba u għal skopijiet li għandhom x’jaqsmu mat-
tmexxija tal-Bibljoteka Nazzjonali u tal-libreriji ċirkulanti
mwaqqfin f’Malta.
Il-bibljotekarju 
għandu jħejji 
rapport annwali.
10. Il-Bibljotekarju għandu jagħmel rapport ta’ kull sena, u fih
jadħti l-partikolaritajiet dwar in-numru u x-xorta ta’ -
(a) opri li nxtraw;
(b) opri li l-bibljoteka rċeviet bħala rigal;
(ċ) opri li l-bibljoteka rċeviet b’liġi;
(d) opri mitlufin jew bi ħsara li ma tistax tissewwa;
(e) dwar ix-xogħol tad-dipartiment tal-manoskritti;
(f) dwar ix-xogħol tal-libreriji ċirkulanti; u
2 L.S.92.04 ħ
KUMITAT TAT-TMEXXIJA 
TAL-BIBLJOTEKA NAZZJONALI TA’ MALTA
(g) fuq ħwejjeġ oħra ta’ interess li għandhom x’jaqsmu
mal-bibljoteka.
Lista’ ta’ opri 
għandha tiġi 
pubblikata.
11. IL-Bibljotekarju joħroġ kull tliet xhur fil-Gazzetta tal-
Gvern lista ta’ opri li jinkisbu għall-bibljoteka.
Obbligi tal-
bibljotekarju.
12. Il-Bibljotekarju għandu jżomm -
(a) inventarju ġenerali;
(b) katalogu tal-kotba mqassam skond l-isem ta’ l-awturi;
(ċ) katalogu mqassam skond is-suġġett; u
(d) reġistru tal-kotba mislufin u mogħtijin lura.
Huwa għandu iżomm ukoll katalogu ta’ opri mhux
mitmuna, neqsin jew imperfetti, u indiċi ta’ l-opri li qegħdin
joħorġu.
