BIBLJOTEKA PUBBLIKA TA’ MALTA ġ L.S.92.06 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 92.06
REGOLAMENTI DWAR IL-BIBLJOTEKA 
PUBBLIKA TA’ MALTA
26 ta’ Frar, 1974
L-AVVIŻ LEGALI 21 ta’ l-1974, kif emendati bl-Avviżi Legali 13 ta‘ l-
1981 u 23 ta’ l-1989.
Titolu.
Bibljoteka Pubblika ta’ Malta.
Tifsir.
jeħtieġx xort’oħra -
"min jissellef" tfisser id-detentur ta’ biljett;
"bibljoteka" tfisser il-Bibljoteka Pubblika ta’ Malta, f’Beltissebħ
u tinkludi kull fergħa ta’ dik il-bibljoteka u l-kmamar, l-uffiċċji, it-
torġien, id-dħul u l-ħruġ li jifforma parti minn dik il-bibljoteka jew
minn xi fergħa tagħha;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Bibljoteki
Pubbliċi;
"biljett" tfisser biljett ta’ min jissellef maħruġ lill-persuna skond
ir-regolament 7 ta’ dawn ir-Regolamenti li bih dik il-persuna tkun
tista’ tissellef kotba mill-bibljoteka.
Taqsimiet tal-
bibljoteka.
3. (1) Il-bibljoteka tista’ tinqasam fi tnejn, parti għall-adulti u
parti għaż-żgħar u kull waħda minn dawk it-taqsimiet jista’ jkollha
sezzjoni tas-self u sezzjoni ta’ referenza.
(2) Il-Bibljotekarju jista’ jwarrab kull wieħed mill-kotba tal-
bibljoteka għall-użu fit-taqsima ta’ l-adulti jew fit-taqsima taż-
żgħar jew għall-użu fis-sezzjoni tas-self jew fis-sezzjoni ta’
referenza.
(3) Ħlief bil-permess tal-Bibljotekarju persuna taħt l-
erbgħatax-il sena ma għandix tidħol fi jew tuża t-taqsima ta’ l-
adulti.
Ħinijiet li 
matulhom il-
bibljoteka tkun 
miftuħa għall-
pubbliku.
Emendat:
A.L. 13 ta’ l-1981;
A.L. 23 ta’ l-1989.
4. (1) Il-bibljoteka tkun miftuħa għall-pubbliku kif ġej:
(a) Mill-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena sal-15 ta’ Ġunju tas-
sena ta’ wara:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa - mit-8.30a.m. sas-5.45 p.m.
Nhar ta’ Sibt - mit-8.30 a.m. sas-1.15 p.m.
(b) Mis-16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena:
Mit-Tnejn sas-Sibt - mit-8.30 a.m. sas-1.15 p.m.
(2) Il-bibljoteka tkun magħluqa nhar ta’ Erbgħa, il-Ħadd u l-
vakanzi pubbliċi.
(3) Il-Bibljotekarju jista’ bl-approvazzjoni tal-Ministru jordna
li l-bibljoteka jew xi parti minnha jingħalqu għal xi żmien speċifiku
li ma jkunx itwal mmn ħmistax-il ġurnata konsekuttivi.
2 L.S.92.06 ħ BIBLJOTEKA PUBBLIKA TA’ MALTA
Detentur ta’ biljett 
jista’ jissellef 
kotba.
5. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti,
persuna li tkun id-detentur ta’ biljett tista’ tissellef mis-sezzjoni
tas-self tal-bibljoteka kotba għall-qari jew użu ieħor barra mill-
bibljoteka.
Applikazzjoni biex 
wieħed ikun jista’ 
jissellef.
6. Kull persuna li tkun tixtieq li tkun tista’ tissellef għandha
timla l-formula ta’ l-applikazzjoni mingħand il-Bibljotekarju.
Biljetti ta’ min 
jissellef.
7. (1) Wara l-applikazzjoni l-applikant jista’ jinħarġulu dak
in-numru ta’ biljetti ta’ min jissellef li bihom hu jkun jista’ jissellef
kotba mill-bibljoteka kif jiġi stabbilit minn żmien għal żmien mill-
Bibljotekarju.
(2) Biljett jinħareġ lil persuna li -
(a) tissodisfa lill-Bibljotekarju li tkun residenti
permanenti f’Malta, u
(b) tissodisfa lill-Bibljotekarju dwar l-identità  tagħha.
(3) Il-biljetti jistgħu jinħarġu lil kull persuna oħra fid-
diskrezzjoni tal-Bibljotekarju.
Persuna tista’ tkun 
meħtieġa tagħmel 
depożitu jew 
tipproduċi garanti.
8. Qabel ma joħroġ biljett skond ir-regolament 7, il-
Bibljotekarju jista’ jeħtieġ lill-applikant li jiddepożita mal-
bibljoteka dwar kull biljett li jingħatalu dik is-somma ta’ flus li ma
tkunx iktar minn ħames liri kif il-Bibljotekarju jistabbilixxi jew li
jipproduċi xi persuna oħra biex tkun il-garanti tiegħu.
Applikanti taħt it-
tmintax-il sena.
9. (1) B’dak kollu li hemm fid-disposizzjonijiet tar-
regolament 7(2), ma jinħariġx biljett lill-applikant li jkun taħt it-
tmintax-il sena kemm-il darba xi persuna oħra li jkollha tmintax-il
sena jew aktar ma tagħmillux ta’ garanti.
(2) Ħlief meta ż-żewġ ġenituri jkunu mejta jew ma jkunux
iridu jew ma jkunux jistgħu jkunu garanti, jew meta l-Bibljotekarju
jordna xort’oħra, il-persuna li tkun garanti skond is-sub-regolament
(1) tkun wieħed mill-ġenituri ta’ l-applikant.
Garanti. 10. (1) Il-garanti għandu jimla u jiffirma il-formula ta’
garanzija. Din tingħata mill-Bibljotekarju u għandu jkollha l-
kondizzjonjiet li dan, minn żmien għal żmien, jistabbilixxi.
(2) Il-garanti, fin-nuqqas ta’ min jissellef, ikun responsabbli
għal kull somma li jkollha titħallas minn min jissellef skond ir-
regolament 25 dwar kull ktieb misluf minn sezzjoni tas-self tal-
bibljoteka, u l-garanzija tiegħu tibqa’ sseħħ sakemm jiġi meħlus
minnha jew, meta min jissellef jagħlaq it-tmintax-il sena.
(3) Il-garanti ma jinħelisx mill-Bibljotekarju jekk ma
jissodisfax kull responsabbiltà  li titnissel mill-garanzija.
(4) Il-Bibljotekarju jista’ ma jaċċettax lil xi persuna bħala
garanti mingħajr ma jagħti ebda raġuni.
Biljett mhux 
trasferribbli.
11. Il-biljett ikun personali u ma jkunx trasferibbli.
Min jissellef 
għandu jirrapporta 
telf ta’ biljett.
12. Min jissellef għandu minnufih jirrapporta bil-miktub lill-
Bibljotekarju meta l-biljett lilu maħruġ jintilef.
Meta jintilef biljett 
jista’ joħroġ ieħor 
ġdid.
13. Meta min jissellef jissodisfa lill-Bibljotekarju li jkun tilef
biljett, jista’ jinħariġlu biljett ġdid wara xahar mid-data li
BIBLJOTEKA PUBBLIKA TA’ MALTA ġ L.S.92.06 3
jirrapporta bil-miktub it-telf.
Proċedura għal self 
ta’ kotba.
14. Ebda persuna ma tista’ tieħu xi ktieb mill-bibljoteka jekk
ma tkunx osservat il-proċedura stabbilita mill-Bibljotekarju għas-
self tal-kotba mill-bibljoteka.
Restrizzjoni dwar 
in-numru ta’ kotba 
li jista’ jissellef.
15. Ħlief bil-permess tal-Bibljotekarju, min jissellef ma jistax
fuq biljett wieħed - 
(a) jissellef iktar minn ktieb wieħed fl-istess ġurnata, jew
(b) ikollu iktar minn ktieb wieħed b’self fl-istess ħin.
Kotba li ma jkunux 
immedjatament 
ottjenibbli jistgħu 
jiġu riżervati.
16. Il-Bibljotekarju jista’ jirriżerva għal wieħed li jissellef kull
ktieb li ma jkunx jista’ jinkiseb immedjatament f’xi diviżjoni tal-
bibljoteka jekk dik il-persuna li tissellef tapplika għandu għal dik
ir-riżerva.
Min jissellef 
għandu jiżgura li 
ktieb ma jkunx 
danneġġjat qabel 
iħalli l-bibljoteka.
17. Min jissellef għandu, qabel ma jħalli l-bibljoteka, jiżgura li
kull ktieb maħruġ lilu b’self ikun, prima facie, komplut u mhux
danneġġjat.
Kotba mislufa 
jingħataw lura fi 
żmien wieħed u 
għoxrin ġurnata.
18. (1) Kull ktieb misluf mill-bibljoteka għandu, kemm-il
darba l-Bibljotekarju f’xi każ partikolari ma jagħtix permess li l-
ktieb jinżamm għal żmien itwal, jingħata lura lill-bibljoteka fi
żmien wieħed u għoxrin ġurnata wara l-ġurnata li fih ikun ġie
misluf.
(2) Meta ktieb jingħata lura skond is-sub-regolament (1), l-
istess persuna tista’ terġa’ tissellef l-istess ktieb għal żmien ieħor
ta’ wieħed u għoxrin ġurnata kemm-il darba ma jkunx irid jissellef
lil ħaddieħor.
Għoti lura ta’ 
kotba.
19. (1) Min jissellef jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jagħti
lura kull ktieb misluf mill-bibljoteka billi jieħdu fis-sezzjoni tal-
bibljoteka li minnha l-ktieb ikun ġie misluf, jagħtih lill-uffiċjal li
jkun qiegħed fuq il-counter jew f’post ieħor preskritt mill-
Bibljotekarju għal dan l-iskop u josserva kull proċedura stabbilita
mill-Bibljotekarju minn żmien għal żmien biex jingħataw lura l-
kotba.
(2) Għall-finijiet ta’ dawn ir-Regolamenti, ktieb ma jitqiesx li
ngħata lura lill-bibljoteka jekk ma jingħatax lura bil-mod provdut
bis-sub-regolament (1) jew b’dak il-mod li l-Bibljotekarju jista’
f’xi każ partikolari jordna.
Il-Bibljotekarju 
jista’ jħassar jew 
jissospendi biljett.
20. (1) Il-Bibljotekarju jista’ jħassar jew jissospendi kull
biljett maħruġ skond dawn ir-Regolamenti meta min jissellef
jonqos li jagħti lura ktieb fiż-żmien imsemmi f’dawn ir-
Regolamenti jew meta l-Bibljotekarju jkun tal-fehma li d-detentur
tal-biljett ikun kiser jew ikun qed jikser xi wieħed minn dawn ir-
Regolamenti.
(2) Il-Bibljotekarju jista’ jirrifjuta li joħroġ biljett lil kull
persuna li l-biljett tagħha ikun qabel ġie mħassar skond is-sub-
regolament (1) ta’ dan ir-regolament.
Użu tal-bibljoteka 
ta’ refrenza.
21. (1) Kull persuna tista tikseb ktieb minn sezzjoni ta’
referenza biex tikkonsultah u tużah fil-bibljoteka billi tosserva l-
proċedura stabbilita mill-Bibljotekarju minn żmien għal żmien.
4 L.S.92.06 ħ BIBLJOTEKA PUBBLIKA TA’ MALTA
(2) Il-ktieb li jinkiseb skond is-sub-regolament (1) għandu
jingħata lura mill-persuna li tkun kisbet il-ktieb billi tosserva l-
proċedura preskritta minn żmien għal żmien mill-Bibljotekarju kif
jingħataw lura l-kotba jew b’dak il-mod li l-Bibljotekarju jista’,
f’xi każ partikolari, jordna.
Assigurazzjoni li 
ktieb ma jkunx 
danneġġjat.
22. Il-persuna li tikseb ktieb minn sezzjoni ta’ referenza
għandha tiżgura li l-ktieb prima facie ma jkunx danneġġjat.
Kotba ma jistgħux 
jittieħdu barra mis-
sezzjoni ta’ 
referenza.
23. Ħlief meta f’ċirkostanzi speċjali l-Bibljotekarju
jippermetti, il-kotba ma jistgħux jittieħdu barra mis-sezzjoni ta’
referenza tal-bibljoteka.
Restrizzjoni ta’ l-
użu ta’ kotba 
mitluba minn 
persuna oħra.
24. Ebda persuna ma għandha żżomm xi ktieb ta’ referenza
għal aktar minn siegħa meta xi persuna oħra titlob l-istess ktieb lill-
Bibljotekarju.
Responsabbiltà  
għal kotba 
danneġġjati jew li 
ma jingħatawx 
lura.
25. (1) Kull persuna li timmarka, ttebba’ jew tikteb fuq xi
ktieb jew li bl-egħmil tagħha xi ktieb ikun, fil-fehma tal-
Bibljotekarju, danneġġjat xort’oħra jkun b’liema mod ikun, jew li
tiddistruġġi xi ktieb, teħel dik is-somma ta’ flus li l-Bibljotekarju
jidhirlu meħtieġa biex jissostitwixxi dak il-ktieb jew is-sett kollu
ta’ kotba li dak il-ktieb ikun jifforma parti minnu jew dik is-somma
ta’ flus li l-Bibljotekarju jidhirlu li tkun il-kumpens sħiħ għall-
ħsara jew telf li jġarrab il-Gvern.
(2) Jekk xi ktieb misluf mill-bibljoteka jew li jinkiseb għall-
użu fil-bibljoteka ma jingħatax lura, il-persuna li tkun id-detentur
tal-biljett li fuqu jkun issellef dak il-ktieb jew il-persuna li kisbet
il-ktieb għall-użu fil-bibljoteka, skond il-każ, teħel li tħallas lill-
Gvern dik is-somma ta’ flus li l-Bibljotekarju jidhirlu meħtieġa
biex jissostitwixxi dak il-ktieb jew is-sett kollu tal-kotba li minnu
dak il-ktieb ikun jifforma parti jew dik is-somma ta’ flus li l-
Bibljotekarju jidhirlu li tkun il-kumpens sħiħ għall-ħsara jew telf li
jġarrab il-Gvern.
(3) Meta xi somma ta’ flus jkollha titħallas skond dan ir-
regolament għal ktieb misluf mill-bibljoteka, il-persuna li tkun id-
detentur tal-biljett li fuqu l-ktieb ikun issellef ikollha tħallas dik is-
somma minkejja li dak il-ktieb ma jkunx materjalment issellef
minnha.
(4) Id-detentur ta’ biljett li jkun avża bil-miktub it-telf tal-
biljett lill-Bibljotekarju ma jkunx responsabbli skond dan ir-
regolament għal xi ktieb li jkun issellef mill-bibljoteka fuq dak il-
biljett wara li hu jkun avża dak it-telf.
Ħsara lil ħitan, 
bibien, eċċ.
26. (1) Ebda persuna ma għandha timmarka, ttebba’, tikteb
jew tagħmel xi ħsara oħra b’liema mod li jkun jew tiddistruġġi xi
ħajt, għamara, attrezzi jew xi ħaġa oħra fil-bibljoteka.
(2) Kull persuna li timmarka, ittebba’ jew tikteb jew xort’oħra
tagħmel ħsara tkun xi tkun jew tiddistruġġi xi ħajt, bieb, għamara,
attrezzi jew xi ħaġa oħra fil-bibljoteka jkollha tħallas dik is-somma
ta’ flus li l-Bibljotekarju jidhirlu meħtieġa biex tissewwa jew tiġi
sostitwita.
Twaqqif ta’ ħsara 
bir-rieda.
27. Il-Bibljotekarju jista’ jwaqqaf lil kull persuna milli
tagħmel xi ħaġa li fil-fehma tiegħu tista’ tiddistruġġi jew tikkaġuna
BIBLJOTEKA PUBBLIKA TA’ MALTA ġ L.S.92.06 5
ħsara lil xi ktieb jew ħaġa oħra fil-bibljoteka.
Imġieba fil-
bibljoteka.
28. Ebda persuna ma għandha, fil-bibljoteka -
(a) tobżoq;
(b) tpejjep jew ikollha jew tagħmel użu min-nar mikxuf;
(ċ) tiekol jew tixrob;
(d) titkellem wara li tkun ġiet mitluba biex ma tagħmilx
hekk mill-Bibljotekarju;
(e) timtedd jew tqiegħed saqajha fuq xi mejda jew siġġu
fil-bibljoteka jew timtedd fil-bibljoteka;
(f) tiddepożita jew tħalli xi ħmieġ, karti jew żibel, ħlief
fil-laned li hemm provduti għal hekk; jew
(g) volontarjament ittellef lil xi uffiċjal tal-bibljoteka fil-
qadi ta’ dmirijietu.
Annimali ma 
jistgħux jinġiebu 
fil-bibljoteka.
29. Ebda persuna ma għandha ddaħħal fil-bibljoteka xi
annimal li jkun taħt il-kontroll tagħha, jew tippermetti jew tħalli lil
dak l-annimal li jidħol jew joqgħod fil-bibljoteka.
Vettura jew mezz 
ta’ ġarr ma jistax 
jinġieb fil-
bibljoteka.
30. Ħlief bil-permess tal-Bibljotekarju, ebda persuna ma
għandha ddaħħal fil-bibljoteka jew iġġiegħel li jidħol fiha xi
vettura bir-roti, jew tippermetti jew tħalli xi vettura jew mezz ta’
ġarr ieħor li jibqa’ fil-bibljoteka.
Basktijiet, bagalji, 
eċċ., jitqegħdu fuq 
ir-rack.
31. (1) Ebda persuna ma għandha ġġib fil-bibljoteka xi
basket, bagalja, jew reċipjent ieħor, jew xi umbrella jekk ma
tqegħdix minnufih fuq ir-rack provduta għal daqshekk.
(2) La l-Gvern u lanqas il-Bibljotekarju jew xi uffiċjal
pubbliku ieħor ma jkunu responsabbli għat-telf jew għall-ħsara ta’
xi oġġett imqiegħed fuq ir-rack, sew jekk dak it-telf jew dik il-
ħsara tkun ġiet minħabba traskuraġni jew nuqqas min-naħa ta’ xi
uffiċjal tal-bibljoteka sew jekk xort’oħra.
(3) Jekk xi oġġett imqiegħed fuq ir-rack ma jmur ħadd għalih
fi żmien xahar mindu jkun tqiegħed, il-Bibljotekarju jista’ jordna li
jitneħħa minn hemm u jiddisponi minnu kif jidhirlu xieraq.
Ebda dħul fil-parti 
tal-bibljoteka li ma 
tkunx miftuħa 
għall-pubbliku.
32. Ħlief bil-permess tal-Bibljotekarju, ebda persuna barra
minn membru tal-persunal tal-bibljoteka ma għandha tidħol f’xi
parti tal-bibljoteka li ma tkunx miftuħa għall-pubbliku.
Mard li jittieħed.
għandhiex tissellef minn jew taqra jew tuża ktieb fil-bibljoteka jew
tidħol fil-bibljoteka.
(2) Min jissellef ma għandux jippermetti lil xi persuna li tbati
minn xi marda li tittieħed li taqra jew tuża ktieb misluf mill-
bibljoteka.
(3) Meta min jissellef jew xi persuna li tirrisjedi fil-post ta’
residenza ta’ min jissellef tieħu xi marda li tittieħed, min jissellef
għandu minnufih javża lill-Bibljotekarju.
Persuni jistgħu jiġu 
mitluba jħallu l-
bibljoteka f’ċerti 
ċirkostanzi.
34. (1) Il-Bibljotekarju jista’ jeħtieġ lil kull persuna -
(a) li tkun kisret jew li tkun ser tikser jew li hu għandu
raġuni jaħseb li tkun kisret jew li tkun ser tikser xi
6 L.S.92.06 ħ BIBLJOTEKA PUBBLIKA TA’ MALTA
wieħed minn dawn ir-Regolamenti;
(b) li fil-fehma tiegħu tkun fis-sakra;
(ċ) li tirrifjuta jew li tonqos li tosserva xi ħtieġa jew ordni
li joħorġu skond dawn ir-Regolamenti;
(d) li tinsab li tkun qed tuża l-bibljoteka għal xi skop li ma
jaqbilx ma’ dak ta’ bibljoteka;
(e) li tkun rieqda jew li ma tkunx qed iġġib ruħha sewwa
fil-bibljoteka;
(f) li tkun maħmuġa f’persunitha jew fi ħwejjiġha b’mod
li jdejjaq;
(g) li tkun fil-parti tal-bibljoteka li ma tkunx miftuħa
għall-pubbliku jew li fiha ma tkunx tista’ tidħol skond
dawn ir-Regolamenti,
li minnufih titlaq mill-bibljoteka jew minn xi parti minnha.
(2) Kull persuna li tirrifjuta jew tonqos li titlaq mill-bibljoteka
jew minn xi parti minnha meta tkun meħtieġa li tagħmel hekk
skond is-sub-regolament (1) titqies li kisret dawn ir-Regalamenti.
(3) Kull persuna li tirrifjuta jew li tonqos li titlaq mill-
bibljoteka jew minn xi parti minnha meta tkun meħtieġa li tagħmel
hekk skond is-sub-regolament (1) ta’ dan ir-regolament tista’
titneħħa minn hemm fid-diskrezzjoni tal-Bibljotekarju.
Tagħrif falz. 35. Kull persuna li -
(a) sabiex tidħol f’xi parti tal-bibljoteka;
(b) f’xi applikazzjoni għal biljett ta’ min jissellef; jew
(ċ) sabiex tikseb l-użu ta’ waħda mill-faċilitajiet tal-
bibljoteka,
tagħmel dikjarazzjoni jew tagħti xi tagħrif li tkun taf jew
raġonevolment kien imissha tkun taf li hu falz f’xi dettal sostanzjali
titqies li kisret dawn ir-Regolamenti.
Il-Bibljotekarju 
jista’ jeskludi lil 
kull persuna li 
tikser ir-
regolamenti.
36. (1) Il-Bibljotekarju jista’ jipprojbixxi lil kull persuna li
tkun kisret dawn ir-Regolamenti milli tuża xi sezzjoni tal-
bibljoteka għal dak iż-żmien li hu jistabbilixxi.
(2) Ebda persuna li tkun ġiet ipprojbita mill-użu tal-bibljoteka
jew ta’ xi sezzjoni tagħha mill-Bibljotekarju skond dan ir-
regolament ma għandha, mingħajr il-permess tal-Bibljotekarju,
tidħol f’dik il-bibljoteka jew xi sezzjoni tagħha.
F’isem min 
jittieħdu l-
proċedimenti.
37. Kull somma li jkollha titħallas skond id-disposizzjonijiet
ta’ dawn ir-Regolamenti għandha tinġabar mill-Bibljotekarju bħala
dejn dovut lill-Gvern u għandha titħallas fil-Fond Konsolidat.
Setgħat u dmirijiet 
tal-Bibljotekarju 
jistgħu jiġu 
eżerċitati minn 
persuna 
awtorizzata.
38. Kull setgħa mogħtija u kull dmir impost b’dawn ir-
Regolamenti fuq il-Bibljotekarju jistgħu jiġu eżerċitati minn kull
persuna awtorizzata mill-Bibljotekarju.
Appelli lill-
Ministru.
39. Kull persuna li tħoss ruħha aggravata b’deċiżjoni tal-
Bibljotekarju li tkun saret jew ittieħdet skond dawn ir-Regolamenti,
barra minn deċiżjoni skond ir-regolament 34, tista’ tappella minnha
BIBLJOTEKA PUBBLIKA TA’ MALTA ġ L.S.92.06 7
lill-Ministru.
