DRITTIJIET GĦAL KOPJI TA’ MANOSKRITTI ġ L.S.92.07 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 92.07
REGOLAMENTI DWAR ID-DRITTIJIET 
GĦAL KOPJI TA’ MANOSKRITTI
19 ta’ April, 1974
L-AVVIŻ LEGALI 46 ta’ l-1974.
Titolu.
Drittijiet għal Kopji ta’ Manoskritti.
Drittijiet.
estratti minn records miżmuma f’xi bibljoteka pubblika, u għall-
awtentikazzjoni tagħhom, id-drittijiet murija fi-Iskeda:
Iżda l-Bibljotekarju jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jitlob
mingħand kull persuna li titlob xi kopja jew estratt depożitu kif l-
imsemmi Bibljotekarju jistabbilixxi f’xi każ partikolari.
SKEDA
(Regolament 2)
Dritt
1. Għal kopji jew estratti minn, dokumenti
miżmuma f’xi bibljoteka li għaliha tapplika l-
Ordinanza dwar il-Bibljoteki Pubbliċi, għal kull 100
kelma jew parti minnhom: 15ċ
Iżda, meta dik il-kopja jew estratt jirreferi għal
dokumenti ta’ qabel l-1650, il-Bibljotekarju jista’
jiġbor dak id-dritt li jidhirlu xieraq, liema dritt ma
għandu f’ebda każ ikun iżjed minn lira għal kull 100
kelma jew parti minnhom.
2.  Għall-awtentikazzjoni mill-Bibljotekarju ta’
kull kopja jew estratt 35ċ
