KUNDIZZJONIJIET TAL-ĦATRA TAT-TOBBA
TAS-SAĦĦA U TAT-TOBBA DISTRETTWALI ġ L.S.94.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 94.01
REGOLAMENTI DWAR IL-KUNDIZZJONIJIET 
TAL-ĦATRA TA’ TOBBA TAS-SAĦĦA U TA’ 
TOBBA DISTRETTWALI
23 ta’ Ġunju, 1944
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 251 ta’ l-1944, kif emendata bl-
Ordinanza ta’ Emerġenza I ta’ l-1959.
Titolu.
Kundizzjonijiet tal-Ħatra tat-Tobba tas-Saħħa u tat-Tobba
Distrettwali.
Għażla ta’ Tabib 
tas-Saħħa.
Emendat:
Ord. ta’ Emerġ. ta’ 
l-1959.
2. Ebda kandidat ma jista’ jingħażel għall-post ta’ Tabib tas-
Saħħa jekk ma jkollux il-liċenza permanenti biex jaħdem ta’ tabib
f’dawn il-Gżejjer, ikun ħadem jew attenda x-xogħol fi sptar
ġenerali f’dawn il-Gżejjer jew barra minn Malta għal mhux inqas
minn sena għas-sodisfazzjon tal-Bord Konsultattiv u Esekuttiv, u
jkun wara għamel u għadda’ minn kors ta’ tagħlim fis-saħħa
pubblika approvat mill-Ministru responsabbli għad-Dipartiment
tas-Saħħa.
Għażla ta’ Tabib 
Distrettwali.
Emendat:
Ord. ta’ Emerġ. ta’ 
l-1959.
3. Ebda kandidat ma jista’ jingħażel għall-post ta’ Tabib
Distrettwali jekk ma jkollux il-liċenza permanenti biex jaħdem ta’
tabib f’dawn il-Gżejjer u jkun ħadem jew attenda x-xogħol fi sptar
ġenerali f’dawn il-Gżejjer jew barra minn Malta għal mhux inqas
minn sena għas-sodisfazzjon tal-Bord Konsultattiv u Esekuttiv.
