BORD TA’ L-ISPTAR GĦALL-MARD TAL-MOĦĦ ġ L.S.94.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 94.02
REGOLAMENTI DWAR IL-BORD TA’ L-ISPTAR 
GĦALL-MARD TAL-MOĦĦ
4 ta’ Frar, 1947
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 59 ta’ l-1947, kif emendata bl-
Avviżi Legali 53 ta’ l-1962 u 60 ta’ l-1964.
Titolu.
Miżjud:
A.L. 53 ta’ l-1962.
1. It-titolu ta’ dawn ir-Regolamenti hu Regolamenti dwar il-
Bord ta’ l-Isptar għall-Mard tal-Moħħ.
Għamla tal-Bord.
Emendat:
A.L. 53 ta’ l-1962.
2. Għandu jkun hemm Bord għall-Isptar tal-Moħħ li għandu
jkun magħmul mit-Tabib Prinċipali tal-Gvern, it-Tabib
Suprintendent Residenti ta’ l-Isptar, il-Professur tal-Liġijiet
Kriminali fl-Università  ta’ Malta, sitt tobba li minnhom tlieta jkunu
l-psikjatri fl-isptar, u membru ieħor li ma jkunx tabib; l-aħħar seba’
membri msemmija għandhom jinħatru mill-Ministru responsabbli
għad-Dipartiment tas-Saħħa kull sena jew meta jkun hemm xi post
battal.
Ħatra ta’ membru 
mediku.
3. Ħadd ma jista’ jinħatar membru mediku jekk ma jkunx
tabib li ilu jaħdem il-professjoni tiegħu mill-inqas għal ħames snin.
Il-Ministru jista’ 
jaħtar membri 
oħra.
4. Il-Ministru responsabbli għad-Dipartiment tas-Saħħa jista’
jaħtar membri oħra biex iservu fil-Bord għal xi fini speċjali jew
għal xi tul ta’ żmien limitat.
Segretarju.
Bord.
Il-Bord jiltaqa’ 
darba fil-ġimgħa.
6. Il-Bord għandu jiltaqa’ darba fil-ġimgħa fl-isptar.
President tal-Bord.
Emendat:
A.L. 53 ta’ l-1962.
7. It-Tabib Prinċipali tal-Gvern għandu jkun il-president tal-
Bord u, meta jonqos hu, għandu jippresjedi it-Tabib Suprintendent
Residenti ta’ l-isptar.
Quorum.
ma ikunx hemm preżenti ħames membri, iżda f’każijiet ta’ urġenza
il-Bord ikun jista’ jagħti deċiżjonijiet b’maġġoranza tal-membri li
jkun hemm.
Skwalifika.
jagħmel meta jkun hemm xi post battal fost il-membri.
Deċiżjonijiet 
b’maġġoranza tal-
voti.
10. Id-deċiżjonijiet tal-Bord għandhom jittieħdu b’maġġoranza
ta’ voti. Il-president għandu jkollu sew vot bħall-membri l-oħra kif
ukoll, kemm-il darba l-voti jiġu ndaqs, vot deċisiv.
Minuti tal-
proċedimenti.
11. Il-minuti ta’ kull ma jsir f’kull laqgħa għandhom isiru mis-
segretarju u għandhom jinqraw fil-bidu tal-laqgħa ta’ wara. Il-
membri għandhom il-jedd li jarawhom f’kull żmien.
Il-Bord għandu 
jeżamina l-morda.
12. Il-Bord għandu jeżamina l-morda li jidħlu l-isptar matul il-
ġimgħa ta’ qabel u jiddeċiedi jekk għandhomx jagħmlu kura jew le
fl-isptar. Dan ir-regolament ma għandux jgħodd għal dawk in-nies
li jidħlu l-isptar b’ordni ta’ qorti biex jinżammu taħt osservazzjoni
fl-isptar.
2 L.S.94.02 ħ BORD TA’ L-ISPTAR GĦALL-MARD TAL-MOĦĦ
Il-Bord għandu 
jordna li jintbagħat 
mill-isptar marid.
13. Il-Bord għandu jordna li jintbagħat mill-isptar kull marid li
l-Bord jidhirlu li huwa mfejjaq jew li fil-fehma tal-Bord jista’
jitħalla jitlaq mill-isptar taħt dawk il-kundizzjonijiet li jqishom
xierqa. F’każ ta’ nies li jkunu għall-kura fl-isptar b’ordni ta’ qorti,
il-Bord jista’, meta jkun jidhirlu illi xi persuna minn dawn tkun
tajba biex tintbagħat mill-isptar, jagħmel rakkomandazzjoni f’dan
is-sens lill-Ministru responsabbli għad-Dipartiment tas-Saħħa.
Spezzjon mill-
Bord.
14. Il-Bord għandu jżur taqsima waħda jew iżjed f’kull laqgħa
u għandu jirreġistra kull spezzjon fil-minuti tal-laqgħa.
Drittijiet. 15. Kull membru tal-Bord minbarra l-uffiċjali li ħinhom kollu
hu mogħti lill-Gvern għandu jieħu dritt ta’ ħamsin ċenteżmu għal
kull laqgħa tal-Bord li jmur għaliha.
