KUNSILL MEDIKU ġ L.S.94.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 94.03
REGOLAMENTI DWAR IL-KUNSILL MEDIKU
10 ta’ Mejju, 1955
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 210 ta’ l-1955.
Titolu.
Kunsill Mediku.
Kif inhu kompost 
il-Kunsill f’ċerti 
każijiet.
Kap. 10.
2. Fil-każijiet kollha dwar l-applikazzjoni ta’ l-artikoli 95 sa
101 tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija u ta’ kull regolament
magħmul skond l-artikolu 102, il-Kunsill għandu jkollu tliet
membri addizzjonali li jkollhom warrant biex jeżerċitaw ta’
arkitetti u inġinieri ċivili li mhumiex impjegati mad-Dipartiment
tas-Saħħa, u wieħed minnhom għandu jkun nominat mill-Kamra ta’
l-Arkitetti.
Kif inhu kompost 
il-Kunsill.
Kap. 31.
3. Għall-finijiet ta’ inkjesti dwar tobba, kirurgi dentali u
dentisti, spiżjara jew qwiebel li għandhom isiru skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-
Professjonijiet li għandhom x’jaqsmu magħha, il-Kunsill għandu
jkollu bħala membri addizzjonali tliet tobba bil-liċenza fil-każ ta’
inkjesti dwar tobba, tliet kirurgi dentali bil-liċenza fil-każ ta’
inkjesti dwar kirurgi dentali jew dentisti, tliet spiżjara bil-liċenza
fil-każ ta’ inkjesti dwar spiżjara u tliet qwiebel fil-każ ta’ inkjesti
dwar qwiebel. Dawn it-tliet membri addizzjonali għandhom ikunu
nominati mill-maġġoranza tat-tobba bil-liċenza, jew, kif jista’
jagħti l-każ, kirurgi dentali jew dentisti bil-liċenza, spiżjara jew
qwiebel residenti f’dawn il-Gżejjer, li jivvotaw kif jingħad hawn
taħt. In-nomini għandhom isiru b’votazzjoni sigrieta u għandha ssir
kull sena matul ix-xahar ta’ Diċembru fi ġranet wara xulxin u f’post
jew postijiet u bil-mod li jkun iffissat mit-Tabib Prinċipali tal-
Gvern. Għall-votazzjoni għandhom jingħataw mill-inqas sitta u
tletin siegħa żmien. In-nomini li jsiru hekk għandhom jgħoddu
għas-sena li tibda fl-1 ta’ Jannar ta’ wara li fiha ssir il-votazzjoni.
Dwar inkjesti msemmijin hawn fuq il-Ministru responsabbli għad-
Dipartiment tas-Saħħa jinnomina avukat kull sena biex iservi wkoll
bħala membru addizzjonali għall-uniku skop li jagħti pariri lill-
President tal-Kunsill fuq punti legali ta’ proċedura u provi u bla ma
jkollu vot.
Il-Kunsill Mediku 
jinnomina bord ta’ 
eżaminaturi.
Kap. 31.
4. Biex jitmexxew l-eżamijiet ta’ assistenti spiżjara fil-
materji li jistgħu minn żmien għal żmien ikunu stipulati mill-
Kunsill Mediku skond l-artikolu 21 ta’ l-Ordinanza dwar il-
Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x’jaqsmu
magħha, il-Kunsill Mediku jista’ jinnomina bord ta’ eżaminaturi li
għandu jkun magħmul minn wieħed mill-membri regolari tal-
Kunsill Mediku, bħala president, u minn żewġ spiżjara bil-liċenza
li jkunu nominati kull sena mill-Ministru responsabbli għad-
Dipartiment tas-Saħħa, li għandhom joqogħdu bħala membri
addizzjonali tal-Kunsill Mediku għall-iskop imsemmi hawn fuq.
2 L.S.94.03 ħ KUNSILL MEDIKU
Il-Kunsill Mediku 
għandu jinkludi 
tliet kirurgi 
dentisti.
Kap. 31.
5. Għall-finijiet tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 66 u 67 ta’
l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li
għandhom x’jaqsmu magħha, u kull meta tkun qiegħda titqies xi
kwistjoni oħra dwar il-professjoni dentali u li mhix kontemplata
fir-regolament 3, il-Kunsill għandu jkollu tliet kirurgi dentali
nominati bħala membri addizzjonali tal-Kunsill skond ir-
regolament 3.
Il-Kunsill Mediku 
għandu jinkludi 
tliet spiżjara.
Kap. 31.
6. Għall-finijiet tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 19 ta’ l-
Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li
għandhom x’jaqsmu magħha, u kull meta tkun qiegħda titqies xi
kwistjoni oħra dwar il-professjoni ta’ l-ispiżjara u li mhix
kontemplata fir-regolament 3, il-Kunsill għandu jkollu tliet spiżjara
nominati bħala membri addizzjonali tal-Kunsill skond ir-
regolament 3.
Il-Kunsill Mediku 
għandu jinkludi 
tliet infermieri.
7.  Kull meta tkun qiegħda titqies xi kwistjoni dwar
infermieri jew il-professjoni ta’ l-infermieri, il-Kunsill għandu
jkollu tliet membri addizzjonali biex jirrappreżentaw il-professjoni
ta’ l-infermieri nominati mill-Ministru responsabbli għad-
Dipartiment tas-Saħħa.
Il-minuti jinżammu 
mis-segretarju.
8. Il-minuti tal-proċedimenti ta’ kull laqgħa għandhom
jinżammu mis-segretarju u għandhom jinqraw fil-bidu tal-laqgħa
ta’ wara. Huma għandhom ikunu aċċessibbli għall-membri f’kull
ħin.
Korrispondenza. 9. Il-korrispondenza kollha għandha tintbagħat lis-segretarju
tal-Kunsill.
Dritt għal kull 
membru ordinarju 
u addizzjonali.
10.  Kull membru ordinarju u addizzjonali, barra mill-uffiċjali
tal-Gvern li l-ħin kollu tagħhom huwa għad-disposizzjoni tal-
Gvern, għandu ħlief jekk ikun membru tal-Kamra tad-Deputati
jitħallas dritt ta’ ħamsin ċenteżmu għal kull laqgħa tal-Kunsill li
jattendi.
