KUNSILL MEDIKU ġ L.S.94.06 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 94.06
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KUNSILL MEDIKU
18 ta’ Diċembru, 1959
L-AVVIŻ LEGALI 84 ta’ l-1959, kif emendat bl-Avviż Legali 3 ta’ l-
1969.
TAQSIMA I
TITOLU U TIFSIR
Titolu.
Kunsill Mediku.
Tifsir.
tal-kliem ma jurix xort’oħra -
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Mediku mwaqqaf bl-Ordinanza;
Kap. 94.
Dipartiment tas-Saħħa.
TAQSIMA II
NOTAMENTI TA’ NOMINI JEW ELEZZJONI TAL-MEMBRI
Notamenti.
kull membru tal-Kunsill, id-data tan-nomini jew elezzjoni tiegħu, l-
awtorità  jew il-professjoni li minnha ġie nominat jew elett, id-
disposizzjoni tal-liġi skond liema huwa jkun ġie elett jew nominat,
iż-żmien ta’ kariga tiegħu u d-data ta’ meta irtira, irriżenja jew
miet.
Vakanzi.
L.S. 94.05
4. Mar-riżenja, il-mewt jew meta jagħlaq iż-żmien tal-kariga
tal-membri maħturin, il-President għandu jara li avviż ta’ dan
jintbagħat lill-awtorità  interessata. Fil-każ ta’ membri eletti, il-
President għandu jara li ssir elezzjoni skond id-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 22(3) ta’ l-Ordinanza u tar-Regolamenti dwar l-
Elezzjonijiet tal-Kunsill Mediku.
TAQSIMA III
PROĊEDURI TAL-KUNSILL
Laqgħat.
fil-paragrafu 4(1) tat-Tieni Skeda li tinsab ma’ l-Ordinanza.
Laqgħat oħra tal-Kunsill jistgħu jissejħu f’kull żmien b’ordni tal-
President u jistgħu jissejħu wkoll fuq talba bil-miktub iffirmata
minn mhux anqas minn tlieta mill-membri u indirizzata lill-
President, li għandu jara li dik il-laqgħa tissejjaħ egħluq sebat ijiem
minn meta jirċievi dik it-talba.
Avviż ta’ laqgħat.
Reġistratur, b’avviż indirizzat lil kull membru, u mibgħut bl-idejn
jew bil-posta.
Ħin u post tal-
laqgħat.
7.  L-avviż għandu juri l-ħin u l-post tal-laqgħa u l-iskop
tagħha, sew jekk għal xogħol ġenerali jew jekk għal xi xogħol
speċjali (li jkun imsemmi fih).
2 L.S.94.06 ħ KUNSILL MEDIKU
Aġenda.  8. Ir-Reġistratur għandu jibgħat kopja ta’ l-agenda lil kull
membru mhux anqas minn ħamest ijiem qabel il-ġurnata tal-laqgħa,
ħlief f’xi każ ta’ urġenza speċjali, li jiġi deċiż mill-President, meta
avviż ta’ jumejn ikun biżżejjed. Il-membri addizzjonali għandhom
jiġu wkoll avżati meta jkunu ser jiġu diskussi ħwejjeġ li jkollhom
x’jaqsmu mal-professjoni relattiva tagħhom.
Avviż ta’ 
mozzjonijiet.
9. Kull avviż ta’ mozzjoni li jidħol fl-agenda għal laqgħa
għandu jiġi riċevut mir-Reġistratur mill-anqas tmient ijiem utili
qabel.
Assenza tal-
President.
10. Fl-assenza tal-President minn xi laqgħa tal-Kunsill, għandu
jiġi elett chairman għal dik il-laqgħa mill-membri preżenti.
Deċiżjonijiet. 11. Id-deċiżjoni tal-Kunsill tkun b’maġġoranza ta’ voti. Il-
President, u meta l-President ikun assenti minn laqgħa, iċ-chairman
elett għal dik il-laqgħa jkollu vot oriġinali u, fil-każ ta’ voti ndaqs,
vot ieħor ukoll jew vot deċiżiv.
Quorum. 12. Ebda xogħol ma għandu jsir mill-Kunsill kemm-il darba
ma jkunx hemm preżenti quorum ta’ ħamsa.
Ordni ta’ xogħol. 13. L-ordni tax-xogħol f’kull laqgħa regolari jkun dan li ġej:
(a) (i) jinqraw il-minuti ta’ l-aħħar laqgħa, li jistgħu
jiġu emendati u mbagħad konfermati mill-
President jew miċ-Chairman elett mill-laqgħa;
(ii) xogħol li joħroġ mill-minuti;
(b) korrispondenza;
(ċ) xogħol li kien ġie aġġornat;
(d) rapporti ta’ kumitati;
(e) mozzjonijiet avżati fl-agenda.
Varjazzjoni ta’ 
ordni ta’ xogħol.
14. L-ordni regolari tax-xogħol jista’ jiġi varjat jew sospiż
f’kull laqgħa b’vot ta’ żewġ terzi tal-membri preżenti.
Sospensjoni ta’ 
ordni ta’ xogħol.
15. Ħlief bil-permess tal-membri kollha preżenti, ebda
membru ma għandu jintroduċi għal diskussjoni f’xi laqgħa xi
suġġett li ma jkunx imniżżel fl-agenda ta’ dik il-laqgħa.
Mozzjonijiet, eċċ. 16. Kull mozzjoni jew emenda trid issir bil-miktub u trid tkun
proposta u sekondata qabel ma tibda tiġi diskussa. L-emendi kollha
formali għanhom jiġu formulati b’mod li jistgħu jinqraw bħala
mozzjonijiet indipendenti.
Emenda rtirata. 17. Ebda mozzjoni ta’ emenda ma tista’ tiġi rtirata wara li tkun
ġiet moqrija jekk mhux bil-permess tal-Kunsill.
Diskusssjoni fuq 
mozzjoni.
18. Min jissekonda mozzjoni jew emenda jista’ jirriżerva d-
diskors tiegħu għal kull żmien tad-diskussjoni; iżda min jipproponi
biss għandu d-dritt għal tweġiba finali.
Mozzjoni ta’ 
emenda.
19. Jekk emenda tiġi proposta, għandha tiġi deċiża qabel ma
titressaq ebda emenda oħra.
Ħelsien ta’ 
mozzjonijiet 
emendati.
20. L-emenda għandha l-ewwel titqiegħed għall-voti; u, jekk
ma tiġix approvata, tista’ titressaq emenda oħra, u għandha tiġi
deċiża bl-istess mod bħal l-ewwel emenda; u jitkompla hekk,
sakemm ma jkunux proposti emendi oħra.
Mozzjoni oriġinali. 21. Jekk ebda emenda ma tiġi approvata, il-mozzjoni oriġinali
KUNSILL MEDIKU ġ L.S.94.06 3
għandha wara dan titqiegħed għall-voti.
Mozzjoni ta’ 
emenda ssir 
sostantiva.
22. Jekk xi emenda tgħaddi, għandha wara dan titqies bħala
mozzjoni sostantiva u trattata, dwar emendi oħra u d-dritt ta’
diskussjoni fuqha bi tweġiba, u fl-aspetti l-oħra kollha, bħala
mozzjoni oriġinali.
Proposti fuq 
mozzjoni taħt 
diskussjoni.
23. Meta mozzjoni tkun qed tiġi diskussa, ebda proposta oħra
ma għandha tiġi riċevuta, jekk ma tkunx waħda minn dawn li
ġejjin:
(i) emenda, jiġifieri, "Illi l-mozzjoni tiġi emendata
kif ġej .............................";
(ii) il-mozzjoni għall-posponiment, jiġifieri, "Illi l-
kunsiderazzjoni tal-mozzjoni tiġi posposta";
(iii) l-aġġornament tad-diskussjoni, jiġifieri, "Illi d-
diskussjoni fuq il-mozzjoni tiġi issa aġġornata";
(iv) l-aġġornament tal-Kunsill, jiġifieri, "Illi l-
Kunsill issa jaġġorna";
(v) l-egħluq tad-diskussjoni, jiġifieri, "Illi l-Kunsill
issa jgħaddi għall-votazzjoni fuq il-mozzjoni";
(vi) il-mozzjoni biex id-diskussjoni tgħaddi għa;
ħaġ’oħra, jiġifieri, "Illi l-Kunsill, minflok ma
jkompli jittratta l-mozzjoni, jgħaddi għall-item li
jmiss".
Proposti fuq 
mozzjoni ta’ 
emenda taħt 
diskussjoni.
24. Meta emenda tkun qed tiġi diskussa, ebda proposta oħra
ma għandha tiġi riċevuta jekk ma tkunx waħda minn dawn li ġejjin:
(i) l-aġġornament tad-diskussjoni fuq l-emenda,
jiġifieri, "Illi d-diskussjoni fuq l-emenda tiġi
issa aġġornata";
(ii) l-aġġornament tal-Kunsill, jiġifieri, "Illi l-
Kunsill issa jaġġorna";
(iii) l-egħluq tad-diskussjoni fuq l-emenda, jiġifieri,
"Illi l-Kunsill issa jgħaddi għall-votazzjoni fuq
l-emenda";
(iv) il-mozzjoni preġudizzjali biex id-diskussjoni
tgħaddi għal ħaġ’oħra, jiġifieri, "Illi l-Kunsill,
minflok ma jkompli jittratta l-emenda, jerġa’
jibda d-diskussjoni fuq il-mozzjoni proposta
oriġinarjament".
Proposta biex 
taġġorna 
diskussjoni.
25. Il-proposta għall-posponiment tista’ tispeċifika data għall-
kunsiderazzjoni oħra tal-kwistjoni, jew tintbgħat sine die.
Xogħol 
sussegwenti u 
mozzjoni 
aġġornata.
26. Jekk il-proposta għall-posponiment tad-diskussjoni
tgħaddi, il-Kunsill għandu jgħaddi għall-item li jmiss fl-agenda, u
d-diskussjoni għandha terġa’ tibda fil-laqgħa ordinarja tal-Kunsill
li jkun imiss. Min jipproponi l-aġġornament għandu, kif terġa’
tibda d-dikussjoni, id-dritt li jitkellem l-ewwel.
Tmexxija ta’ 
xogħol mhux 
oppost.
27. Meta ssir u tiġi sekondata l-proposta għall-aġġornament
tal-Kunsill, il-President ikun jista’ qabel ma jpoġġiha għall-vot,
jieħu l-opinjoni tal-Kunsill jekk jkunx sejjer, qabel ma jieqaf,
ikompli bix-xogħol li fuqu mhemmx opposizzjoni.
4 L.S.94.06 ħ KUNSILL MEDIKU
Egħluq tal-laqgħa. 28. Il-proposta għall-closure għandha ssir u tiġi sekondata
mingħajr diskussjoni, u għandha, kemm-il darba l-President ma
jordnax xort’oħra, ssir minnufih. Jekk il-proposta tgħaddi, il-
mozzjoni jew l-emenda taħt diskussjoni għandha tgħaddi għall-vot
mill-Kunsill minnufih.
Proposta għall-
mistoqsija ta’ 
qabel.
29. Il-proposta għall-closure għandha ssir u tiġi sekondata
mingħajr diskussjoni, u għandha ssir minnufih. Jekk il-proposta
tgħaddi, il-mozzjoni jew l-emenda li għaliha tapplika għandha
titneħħa mill-agenda.
Votazzjoni. 30. Il-proposta għandha tiġi deċiża b’wiri ta’ idejn jekk ma
tintalabx votazzjoni bil-miktub għal hekk minn xi membru. Il-vot
għandu jitniżżel fil-minuti.
Taħsir ta’ 
deċiżjonijiet tal-
Kunsill.
31. Mozzjoni biex tiġi rtirata xi deċiżjoni tal-Kunsill ma tistax
tiġi proposta qabel ma jgħaddu sitt xhur mid-data tad-deċiżioni fil-
kwistjoni jekk il-Kunsill ma jiddeċidix unanimament xort’oħra.
Minuti. 32. Il-proċeduri kollha tal-Kunsill għandhom jitniżżlu f’forma
ta’ minuta u jiġu legati perjodikament; u l-ismijiet tal-membri
preżenti f’kull laqgħa għandhom jitniżżlu fil-minuti.
Notament tal-
mozzjonijiet.
33. Il-minuti ta’ kull laqgħa għandu jkollhom dawk il-
mozzjonijiet u emendi li jkunu ġew proposti u approvati jew
miċħuda, bl-ismijiet ta’ min ikun ippropona u ta’ min ikun
issekonda, iżda mingħajr il-kummenti jew l-osservazzjonijiet tal-
membri.
Konferma tal-
minuti.
34. Il-President jew iċ-chairman elett mil-laqgħa, skond il-każ,
għandu jikkonferma bil-firma tiegħu l-minuti li jsiru tal-laqgħa.
Eżattezza tal-
minuti.
35. Ebda mozzjoni jew diskussjoni ma għandha ssir fuq il-
minuti ħlief dwar l-eżattezza tagħhom, u kull kwistioni dwar l-
eżattezza tagħhom għandha titqanqal b’mozzjoni. Jekk ebda
kwistjoni bħal din ma titqanqal, jew jekk titqanqal minnufih wara li
tkun ġiet deċiża, il-President jew iċ-chairman elett mil-laqgħa,
skond il-każ, għandu jiddikjara illi l-minuti huma konfermati.
Kumitati.
Emendat:
A.L. 3 ta’ l-1969.
36. (1) Il-Kunsill jista’ jaħtar kif jidhirlu meħtieġ kumitati
speċjali u kumitati permanenti biex jissottomettu
rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill dwar il-ħwejjeġ mibgħuta lilhom
mill-Kunsill. Dawk il-kumitati għandhom jissottomettu r-
rakkomandazzjonijiet bil-miktub lill-President tal-Kunsill u jagħtu
r-raġunijiet tar-rakkomandazzjonijiet tagħhom.
(2) Kull kumitat speċjali jew kumitat permanenti bħal dak
jista’ jinkludi fost il-membri tiegħu persuni li jkollhom tagħrif
speċjalizzat f’materji speċjali li ma jkunux membri tal-Kunsill;
iżda, iċ-chairman ta’ dak il-kumitat għandu jkun dejjem membru
tal-Kunsill.
Il-proċeduri 
għandhom jitqiesu 
bħala sigrieti.
37. Il-proċeduri kollha tal-Kunsill u tal-kumitati tagħhom
għandhom jitiesu bħala sigrieti. Iżda l-Kunsill jista johroġ
dikjarazzjonijiet u direttivi kif jidhirlu xieraq minn żmien għal
żmien.
KUNSILL MEDIKU ġ L.S.94.06 5
TAQSIMA IV
REĠISTRI U REĠISTRAZZJONI
Tiżmim ta’ reġistri 
separati.
Sostitwit:
A.L. 3 ta’ l-1969.
38. Għandhom jinżammu reġistri separati għar-reġistrazzjoni -
(a) tat-tobba,
(b) tal-veterinarji, u 
(ċ) tal-kirurġi dentisti:
Kap. 31.
Iżda fir-reġistru tat-tobba għandu jkun hemm taqsima
supplementari li fiha għandu jitniżżel l-isem ta’ kull tabib, li ma
jkunx tabib jew kirurgu stranġier, li lilu tkun ingħatat liċenza
temporanja mill-Ministru responsabbli għas-Saħħa skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 6(3) ta’ l-Ordinanza dwar il-
Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x’jaqsmu
magħha.
Forma ta’ reġistri.
Skeda li tinsab ma’ dawn l-Ordnijiet Permanenti u għandu juri dwar
kull persuna l-partikolaritajiet imsemmija f’dik l-Iskeda.
Diviżjoni ta’ 
reġistri f’listi.
40. Kull reġistru għandu jikkonsisti fit-tliet taqsimiet li ġejjin:
(a) lista prinċipali,
(b) lista tal-Commonwealth, u
(ċ) lista ta’ l-istranjieri:
Iżda l-lista ta’ l-istranjieri fir-reġistru tat-tobba u fir-
reġistru tal-kirurġi-dentisti għandha tkun suddiviża fiż-żewġ
taqsimiet li ġejjin:
(a) it-taqsima prinċipali jkollha r-reġistrazzjoni
permanenti ta’ sudditi Ingliżi li jkollhom diplomi
mogħtija minn universitajiet stranjieri, u
(b) it-taqsima supplementari jkollha r-reġistrazzjoni
temporanja ta’ tobba stranjieri, kirurġi jew kirurġi-
dentisti mogħtija liċenza temporanja mill-Ministru
responsabbli għas-Saħħa.
Formula ta’ 
applikazzjoni.
41. (1) Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni f’kull wieħed mir-
reġistri għandha ssir lir-Reġistratur skond il-formula murija fit-
Tieni Skeda u, jekk il-Kunsill ma jordnax xort’ohra, għandha tkun
akkompanjata mil-liċenza mogħtija lill-applikant mill-Ministru
responsabbli għas-Saħħa.
(2) Din il-liċenza għandha tingħata lura lill-applikant mir-
Reġistratur minnufih malli l-Kunsill ikun iddeċieda dwar l-
applikazzjoni.
Il-Kunsill 
jiddeċiedi dwar ir-
reġistrazzjoni.
42. (1) Ir-Reġistratur għandu jqiegħed quddiem il-Kunsill l-
applikazzjonijiet kollha għal reġistrazzjoni.
(2) Ir-Reġistratur, meta jiġi ordnat biex jagħmel hekk mill-
Kunsill, għandu jniżżel il-partikolaritajiet tal-persuna aċċettata
għar-reġistrazzjoni fit-taqsima relattiva tar-reġistru.
Ċertifikat ta’ 
reġistrazzjoni.
43. Meta xi persuna li jkollha dritt tiġi reġistrata f’xi wieħed
mir-reġistri jkollha isimha u l-partikolaritajiet tagħha mniżżlin fir-
reġistru, għandu jiġi mogħti lilha ċertifikat ta’ reġistrazzjoni skond
6 L.S.94.06 ħ KUNSILL MEDIKU
il-formula murija fit-Tielet Skeda.
Notamenti 
mniżżlin fir-
reġistri jkunu 
permanenti b’xi 
eċċezzjonijiet.
Emendat:
A.L. 3 ta’ l-1969.
44. Ħlief in-notamenti mniżżlin fit-taqsima supplementari tal-
listi stranjieri tar-reġistru tat-tobba u tar-reġistru tal-kirurġi-
dentisti, in-notamenti mniżżlin fir-reġistru tat-tobba, fir-reġistru
tal-veterinarji, u fir-reġistru tal-kirurġi-dentjsti għandhom ikunu
permanenti, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-ordnijiet
permanenti 45, 47 u 52 ta’ dawn l-Ordnijiet Permanenti. Iżda, kull
eżerċitant reġistrat ikun marbut li jinnotifika lir-Reġistratur
mingħajr dewmien b’kull bidla li tolqot in-notament dwaru mniżżel
f’xi wieħed mir-reġistri.
Bdil fir-reġistri. 45. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-ordni permanenti 46,
meta eżerċitant reġistrat japplika lir-Reġistratur biex jagħmel xi
tibdil fl-isem reġistrat tiegħu jew fl-indirizz reġistrat tiegħu, jew
biex xi kwalifika li huwa jkollu titniżżel fir-reġistru minflok jew
b’żieda għall-kwalifika li tkun ġa mniżżla, il-Kunsill għandu, meta
jkun sodisfatt illi l-ħtiġiet kollha ta’ dawn l-Ordnijiet Permanenti
jkunu ġew imħarsa, jara li titniżżel fir-reġistru il-bidla jew iż-żieda
hekk notifikata.
Ħtiġiet għal bdil ta’ 
isem reġistrat.
46. Eżerċitant reġistrat, li japplika biex ikollu tibdil fl-isem
reġistrat tiegħu, għandu jipproduċi biex isostni l-applikazzjoni
tiegħu dawk iċ-ċertifikati jew prova oħra dokumentarja li l-Kunsill
jidhirlu meħtieġa.
Tiżmim ta’ isem ġa 
reġistrat.
47. Malli fir-reġistru tidħol xi bidla fl-isem ta’ eżerċitant
reġistrat, ir-Reġistratur għandu jżomm fir-reġistru ismu kif kien ġa
reġistrat:
Iżda jekk l-eżerċitant jitlob li l-isem tiegħu ta’ qabel
jitneħħa mir-reġistru, it-talba tiegħu tista’ tiġi milqugħa wara li dak
l-isem u l-isem ġdid ikunu dehru flimkien f’ħarġa waħda tar-
reġistru.
Ċertifikat ta’ bidla 
fl-isem reġistrat.
48. Ċertifikat li juri l-bidla fl-isem fir-reġistru, skond il-
formula murija fir-Raba’ Skeda, għandu jinħareġ meta jitniżżel fir-
reġistru notament tal-bidla fl-isem ta’ l-eżerċitant.
Reġistrazzjonijiet 
temporanji.
Emendat:
A.L. 3 ta’ l-1969.
Kap. 31.
49. (1) Għandha ssir reġistrazzjoni temporanja dwar tabib,
jew tabib jew kirurgu jew kirurgu-dentist stranjier, li lilu tkun ġiet
mogħtija liċenza mill-Ministru responsabbli għas-Saħħa skond l-
artikolu 5(3) jew skond l-artikolu 66(3) ta’ l-Ordinanza dwar il-
Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x’jaqsmu
magħha.
(2) Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni temporanja għandha ssir
skond il-formula murija fil-Ħames Skeda, u, jekk il-Kunsill ma
jordnax xort’oħra, għandha tkun akkompanjata bil-liċenza mogħtija
lill-applikant mill-Ministru responsabbli għas-Saħħa.
(3) Dik il-liċenza għandha tingħata lura lill-applikant mir-
Reġistratur malli l-Kunsill ikun iddeċieda dwar l-applikazzjoni.
(4) Iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni temporanja għandu jkun
skond il-formula murija fis-Sitt Skeda.
(5) Reġistrazzjoni temporanja tkun valida għall-perijodu
stabbilit fil-liċenza mogħtija mill-Ministru responsabbli għas-
Saħħa kif intqal qabel.
KUNSILL MEDIKU ġ L.S.94.06 7
Pubblikazzjoni ta’ 
reġistri.
50. Kull wieħed mir-reġistri miżmuma mill-Kunsill għandu
jiġi pubblikat kull sena u għandu juri l-ismijiet f’ordni alfabetiku
tal-kunjomijiet, bl-indirizzi, kwalifiki u partikolaritajiet oħra, tal-
persuni kollha li jidhru fihom bħala eżistenti fl-1 ta’ Jannar ta’ dik
is-sena.
Ittri ta’ kull sena 
mir-Reġistratur.
51. Bla ħsara għal xi ordnijiet li jista’ jagħti l-Kunsill,
għandhom jintbagħtu ittri mir-Reġistratur, mill-anqas darba fis-
sena, lill-persuni kollha li isimhom jidher fir-reġistri, sabiex ir-
reġistri jkunu korretti.
Tneħħija ta’ isem 
fuq talba ta’ 
eżerċitant.
52. (1) Jekk eżerċitant reġistrat japplika lill-Kunsill biex ismu
jitneħħa minn xi wieħed mir-reġistri, l-applikazzjoni għandha tkun
fil-forma ta’ dikjarazzjoni ffirmata minnu li tispeċifika r-raġuni jew
raġunijiet li għalihom l-applikazzjoni tkun ġiet magħmula u li tgħid
li l-applikant ma jaf b’ebda proċeduri jew b’ebda raġuni li jistgħu
jittieħdu proċeduri li jistgħu jġibu bħala riżultat -
Kap. 31.
(a) li jkollu ismu mħassar minn dak ir-reġistru b’ordni tal-
Kunsill skond l-artikolu 105, l-artikolu 110 jew l-
artikolu 112 ta’ l-Ordinanza dwar il-Professioni
Medika u l-Professjonijiet 1i għandhom x’jaqsmu
magħha; jew
(b) li titneħħilu xi kwalifika reġistrata li huwa jkollu.
(2) L-applikazzjoni għandha tiġi kunsidrata mill-Kunsill, li
jista’, jekk jidhirlu xieraq, jaġġorna l-kunsiderazzjoni tagħha għal
data oħra, u jista’ jehtieġ lill-applikant li jagħti tagħrif jew
spjegazzioni oħra sew bil-miktub, jew verbalment u personalment
quddiem il-Kunsill.
(3) Wara li tiġi kunsidrata l-applikazzioni, il-Kunsill jista’,
jekk jidhirlu xieraq, b’riżoluzzjoni magħmula mill-President minn
fuq is-Sedja, jordna lir-Reġistratur li ineħħi, u r-Reġistratur għandu
wara dan ineħħi, l-isem ta’ l-applikant mir-reġistru.
(4) Id-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-annullament għandha
minnufih tiġi notifikata mir-Reġistratur lill-applikant b’ittra
ndirizzata fl-indirizz tiegħu reġistrat jew l-aħħar magħruf.
Tqegħid mill-ġdid 
ta’ ismijiet fuq 
talba ta’ eżerċitant.
Kap. 31.
53. Kemm-il darba l-Kunsill ma jordnax xort’oħra, ir-
Reġistratur m’għandux jerġa’ jniżżel fir-reġistru xi isem li ikun ġie
mneħħi skond l-ordni permanenti 52, jekk il-persuna li isimha jkun
hekk ġie mneħħi ma tagħmilx applikazzjoni bil-miktub biex isimha
jerġa’ jitqiegħed fir-reġistru, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 111 ta’ l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-
Professjonijiet li għandhom x’jaqsmu magħha.
Siġill.
San Luqa ġo l-iskrizzioni "CONCILIUM MELITENSE
MEDICORUM - ANNO DOMINI ......................".
(2) Is-siġill għandu jinżamm taħt il-kustodja tar-Reġistratur.
Awtorizzazzjoni u 
skop ta’ twaħħil 
tas-siġill.
55. (1) Ir-Reġistratur, jew kull uffiċjal ieħor tal-Kunsill
awtorizzat bil-miktub mill-President tal-Kunsill, ikun awtorizzat li
jwaħħal is-siġill fuq iċ-ċertifikati kollha ta’ reġistrazzjoni u fuq il-
kummissjonijiet formali kollha maħruġa mill-Kunsill.
(2) Salv dak li ntqal qabel, is-siġill għandu jitwaħħal biss
8 L.S.94.06 ħ KUNSILL MEDIKU
b’ordni jew taħt l-awtorità  tal-Kunsill.
(3) Kull ordni għat-twaħħil ta’ siġill għandu jgħid l-iskop ta’ l-
użu tiegħu u għandu jitniżżel fil-minuti tal-Kunsill.
KUNSILL MEDIKU ġ L.S.94.06 9
L-EWWEL SKEDA
(Ordni permanenti 39)
FORMA TA’ REĠISTRI
KUNSILL MEDIKU - MALTA
Ir-Reġistru ...................................
Numru 
Oriġinali ta’ 
Reġistrazzjoni Isem Indirizz
Data ta’ 
reġistrazzjoni
Titolu għar-
Reġistrazzjoni
u Kwalifiki 
Addizzjonali
......................... ................... ...................... ..................... .........................
...................... ................... ...................... ..................... .........................
...................... ................... ...................... ..................... .........................
...................... ................... ...................... ..................... .........................
...................... ................... ...................... ..................... .........................
...................... ................... ...................... ..................... .........................
...................... ................... ...................... ..................... .........................
...................... ................... ...................... ..................... .........................
...................... ................... ...................... ..................... .........................
...................... ................... ...................... ..................... .........................
...................... ................... ...................... ..................... .........................
...................... ................... ...................... ..................... .........................
...................... ................... ...................... ..................... .........................
...................... ................... ...................... ..................... .........................
...................... ................... ...................... ..................... .........................
...................... ................... ...................... ..................... .........................
...................... ................... ...................... ..................... .........................
...................... ................... ...................... ..................... .........................
...................... ................... ...................... ..................... .........................
10 L.S.94.06 ħ KUNSILL MEDIKU
IT-TIENI SKEDA
(Ordni permanenti 39)
FORMULA TA’ APPLIKAZZJONI GĦAR-
REĠISTRAZZJONI
KUNSILL MEDIKU - MALTA
Applikazzjoni għar-Reġistrazjoni
Jiena napplika biex niġi reġistrat skond l-artikolu ............ta’ l-
Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li
għandhom x’jaqsmu magħha.
Ismi sħiħ huwa ...........................................................................
(Agħti isem sħiħ b’ittri kbar, il-kunjom sottolineat)
Twilidt ........................................ fil-
.........................................
(jum, xahar, sena)
L-indirizz tiegħi tad-dar jew permanenti* biex jitniżżel fir-
Reġistru huwa ................................................................................
.......................................................................................................
L-indirizz* li fih iċ-Ċertifikat tiegħi ta’ Reġistrazzjoni għandu
jintbgħat huwa ...............................................................................
.......................................................................................................
Deskrizzjoni ta’ kwalifika(i) .......................................................
Data li fiha ġiet / ġew mogħtija ...................................................
Università  jew Korp li minnhom ġiet/ġew mogħtija ....................
...................................................................................................
Jiena nissottometti b’sostenn ta’ l-applikazzjoni tiegħi l-liċenza
mogħtija lili mill-Ministru responsabbli għad-Dipartiment tas-
Saħħa biex neżerċita ......................................................................
Firma ta’ l-applikant ...................................................................
Data ta’ l-applikazzjoni ..............................................................
*Agħti dawn l-indirizzi sħaħ.
KUNSILL MEDIKU ġ L.S.94.06 11
IT-TIELET SKEDA
(Ordni permanenti 43)
FORMULA TA’ ĊERTIFIKAT TA’ REĠISTRAZZJONI
KUNSILL MEDIKU - MALTA
ĊERTIFIKAT TA’ REĠISTRAZZJONI 
FIR-REĠISTRU TA’ .................
(LISTA ........................... )
NUMRU ............................. Data .............................
JIENA HAWNHEKK NIĊĊERTIFIKA illi din li ġejja hija kopja vera tan-
notament imniżżel fil-Lista ...............................................
tar-Reġistru .................... dwar l-isem speċifikat hawn taħt:
Siġill
REĠISTRATUR
Kunsill Mediku - Malta
 NUMRU TA’ 
REĠISTRAZZJONI ISEM INDIRIZZ
DATA TAR- 
REĠISTRAZZJONI KWALIFIKI
12 L.S.94.06 ħ KUNSILL MEDIKU
IR-RABA’ SKEDA
(Ordni permanenti 48)
FORMULA TA’ ĊERTIFIKAT TA’ BIDLA Fl-ISEM 
REĠISTRAT
KUNSILL MEDIKU - MALTA
ĊERTIFIKAT TA’ BIDLA FL-ISEM 
FIR-REĠISTRU TA’ .................
NUMRU ............................. Data .............................
JIENA HAWNHEKK NIĊĊERTIFIKA illi l-isem li ġej inbidel kif muri
fir-Reġistru ....................
Siġill
REĠISTRATUR
Kunsill Mediku - Malta
ISEM KIF KIEN 
QABEL FIR-
REĠISTRU
ISEM KIF 
REĠISTRAT 
ISSA
INDIRIZZ DATA TAR- REĠISTRAZZJONI KWALIFIKI
KUNSILL MEDIKU ġ L.S.94.06 13
IL-ĦAMES SKEDA
Ordni permanenti 49(2)
FORMULA TA’ APPLIKAZZJONI GĦAR-
REĠISTRAZZJONI TEMPORANJA
KUNSILL MEDIKU - MALTA
Applikazzjoni għar-Reġistrazzjoni Temporanja
Jiena napplika għar-reġistrazzjoni temporanja bħala ...................
f’Malta skond l-artikolu ............ta’ l-Ordinanza dwar il-Professjoni
Medika u l-Professjonijiet li għandhom x’jaqsmu magħha.
Ismi sħiħ huwa ...........................................................................
L-indirizz permanenti tiegħi huwa ..............................................
Jiena twilidt ................................ fil- .........................................
(jum, xahar, sena)
In-nazzjonalità  tiegħi preżenti hija ..............................................
Deskrizzjoni ta’ kwalifika(i) .......................................................
Data li fiha ġiet / ġew mogħtija ...................................................
Università  jew Korp li minnhom ġiet/ġew mogħtija ....................
...................................................................................................
għal reġistrazzjoni temporanja f’Malta.
Jiena nissottometti b’sostenn ta’ l-applikazzjoni tiegħi l-liċenza
temporanja mogħtija lili mill-Ministru responsabbli għad-
Dipartiment tas-Saħħa biex neżerċita .............................................
Firma ta’ l-applikant ...................................................................
Data ta’ l-applikazzjoni ..............................................................
*Ħassar dak li ma japplikax.
Jiena
*qatt ma applikajt qabel
*applikajt qabel fil- ..................................
14 L.S.94.06 ħ KUNSILL MEDIKU
Sostitwita:
A.L. 3 ta’ l-1969.
IS-SITT SKEDA
Ordni permanenti 49(4)
FORMULA TA’ ĊERTIFIKAT TA’ REĠISTRAZZJONI 
TEMPORANJA
KUNSILL MEDIKU - MALTA
ĊERTIFIKAT TA’ REĠISTRAZZJONI (TEMPORANJA) 
FIR-REĠISTRU ....................................
(LISTA PRINĊIPALI/LISTA STRANJIERA*)
NUMRU ............................. Data .............................
JIENA HAWNHEKK NIĊĊERTIFIKA illi din li ġejja hija kopja vera tan-
notament imniżżel fit-taqsima supplementari tal-Lista Prinċipali/Lista
Stranjiera* tar-Reġistru ......................... dwar l-isem speċifikat hawn taħt:
Siġill
REĠISTRATUR
Kunsill Mediku - Malta
*Ħassar kif jinħtieġ.
NUMRU TA’ 
REĠISTRAZZJONI ISEM INDIRIZZ
DATA TA’ 
REĠISTRAZZJONI
PERIJODU TA’ 
VALIDITÀ  TAR-
REĠISTRAZZJONI
KWALIFIKI
