KUMITAT GĦALL-AMMINISTRAZZJONI TA’ L-ISPTAR ġ L.S.94.07 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 94.07
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KUMITAT 
GĦALL-AMMINISTRAZZJONI TA’ L-ISPTAR
18 ta’ Diċembru, 1959
L-AVVIŻ LEGALI 87 ta’ l-1959.
Titolu.
Kumitat għall-Amministrazzjoni ta’ l-iSptar.
Taħt il-quorum.
iffissat għal-laqgħa, il-ħwejjeġ kollha fuq l-aġenda għandhom
jibqgħu għas-seduta ta’ wara u għandhom jiġu trattati qabel il-
ħwejjeġ l-oħra kollha li jkunu jidhru fuq l-aġenda ta’ dik il-laqgħa.
Laqgħat ordinarji u 
speċjali.
3. (1) Il-laqgħat ordinarji tal-Kumitat għall-amministrazzjoni
ta’ l-isptar, aktar l-isfel imsejjaħ "il-Kumitat", għandhom jissejħu
miċ-Chairman. Avviż tal-laqgħa għandu jingħata jumejn utili qabel
id-data tal-laqgħa.
(2) Ħames membri jistgħu jitolbu bil-miktub biex issir laqgħa
speċjali kemm-il darba iniżżlu l-iskop li għalih il-laqgħa hija
meħtieġa. Il-laqgħa għandha tissejjaħ egħluq jumejn minn meta tiġi
riċevuta dik it-talba.
(3) Laqgħat speċjali għandhom ukoll isiru meta iċ-Chairman
jidhirlu li ikun hemm ħwejjeġ urġenti biex jiġu trattati qabel il-
laqgħa ordinarja ta’ wara.
Proċeduri tal-
Kumitat.
4. (1) Il-proċeduri kollha tal-Kumitat għandhom jinżammu
f’forma ta’ minuti u merfugħa regolarment.
(2) Il-minuti ta’ laqgħa għandhom jinqraw lill-Kumitat fil-
laqgħa ta’ wara u għandhom jiġu ffirmati miċ-Chairman kif
konfermati jew emendati.
(3) Il-minuti jkunu aċċessibbli għall-membri kollha f’kull
żmien waqt il-ħinijiet ta’ l-uffiċċju.
(4) L-opinjonijiet mogħtija mill-membri waqt is-seduta
għandhom ikunu konfidenzjali. Il-konklużjonijiet u d-deċiżjonijiet
għandhom ikunu konfidenzjali meta l-Kumitat jiddeċidi li
għandhom ikunu hekk.
Votazzjoni.
(a) ebda membru ma għandu jieħu sehem fid-diskussjoni
jew jivvota fuq xi kwistjoni li fiha huwa ikun
personalment interessat jew fuq xi kwistioni li fiha l-
persuna nteressata tkun qarib tiegħu mid-demm sar-
raba’ grad (jiġifieri, li tkun prim kuġin tiegħu jew
aktar qarib tiegħu mid-demm) jew qarib miż-żwieġ
sat-tieni grad (jiġifieri, li tkun in-neputi jew neputija
tiegħu jew aktar qarib tiegħu biż-żwieġ) jew li jkun
tutur jew kuratur tagħha, jew fil-fatt jieħu ħsiebha;
(b) iċ-Chairman jew kull membru ieħor li jkun jaf b’xi
waħda mir-raġunijiet msemmija fil-paragrafu (a)
2 L.S.94.07 ħ KUMITAT GĦALL-AMMINISTRAZZJONI TA’ L-ISPTAR
għandu jiġbed l-attenzjoni tal-Kumitat, kemm jista’
jkun malajr;
(ċ) il-votazzjoni għandha tkun b’vot sigriet jekk xi
membru hekk jitlob.
Votazzjoni. 6. Waqt il-votazzjoni ebda membru ma jista’ jitlaq mil-laqgħa
iżda ebda membru ma għandu jiġi mġiegħel jivvota.
Aġenda. 7. (1) L-aġenda għal kull laqgħa ordinarja għandha tintbgħat
lil kull membru mill-anqas jumejn utili qabel id-data tal-laqgħa.
Iżda, f’każijiet speċjali ta’ urġenza l-Kumitat jista’ jikkunsidra
kwistjoni li ma kinitx fl-aġenda jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni
minn xi membru preżenti.
(2) Kull deċiżjoni jew kull każ speċjali ta’ urġenza li ma jkunx
fl-aġenda jkunu validi biss jekk in-numru tal-membri li jivvotaw
favur ikun iżjed minn nofs in-numru tal-membri kollha li jiffurmaw
il-Kumitat.
Aġġornament ta’ 
laqgħat.
8. (1) Il-Kumitat jista’ jaġġorna laqgħa għal kull ġurnata jew
ħin (kif jidhirlu xieraq), iżda l-ewwel xogħol li għandu jsir fil-
laqgħa aġġornata għandu jkun dak li jkun jidher fl-aġenda u li ma
jkunx ġie konkjus fil-laqgħa oriġinali.
(2) Emenda għall-mozzjoni ta’ aġġornament tista’ titressaq
biex tbiddel il-ġurnata jew il-ħin tal-laqgħa aġġornata.
(3) Meta l-laqgħa tal-Kumitat tkun aġġornata għal iżjed minn
erbgħa u għoxrin siegħa ’l quddiem, avviż tal-laqgħa aġġornata
għandu jintbgħat lil kull membru, u jispeċifika x-xogħol li għandu
jitmexxa.
Sotto-kumitati. 9. (1) Il-Kumitat jista’ jaħtar kif jidhirlu meħtieġ sotto-
kumitati speċjali jew sotto-kumitati permanenti biex jistudjaw,
jikkonsultaw u jirrapportaw dwar ħwejjeġ lilhom riferiti mill-
Kumitat.
(2) Dawn is-sotto-kumitati għandhom jissottomettu r-rapporti
tagħhom bil-miktub liċ-Chairman tal-Kumitat u jagħtu r-raġunijiet
għar-rakkomandazzjonijiet tagħhom. Il-proċeduri u- r-rapporti
kollha ta’ dawn is-sotto-kumitati għandhom ikunu konfidenzjali.
(3) Iċ-Chairman għandu jissottometti dawk ir-rapporti għall-
kunsiderazzjoni u deċiżjoni tal-Kumitat, kemm jista’ jkun malajr.
