ELEZZJONIJIET TAL-BORD KONSULTATTIV U EŻEKUTTIV ġ L.S.94.08 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 94.08
REGOLAMENTI DWAR L-ELEZZJONIJIET 
TAL-BORD KONSULTATTIV U EŻEKUTTIV
24 ta’ Diċembru, 1959
L-AVVIŻ LEGALI 93 ta’ l-1959, kif emendat bl-Avviż Legali 91 ta’ l-
1968.
Titolu.
Elezzjonijiet tal-Bord Konsultattiv u Eżekuttiv.
Tifsir.
ma jurix xort’oħra -
"Bord" tfisser il-Bord Konsultattiv u Eżekuttiv;
"Chairman" tfisser iċ-Chairman tal-Bord;
"il-Kummissjoni" tfisser il-Kummissjoni dwar l-Elezzjonijiet tal-
Bord Konsultattiv u Eżekuttiv imwaqqaf bir-regolament 3 ta’ dawn
ir-Regolamenti;
"Għawdex" tinkludi Kemmuna.
Kummissjoni dwar 
l-Elezzjonijiet tal-
Bord Konsultattiv 
u Eżekuttiv.
3. F’Jannar ta’ kull sena l-Bord għandu jaħtar Kummissjoni,
li tissejjaħ il-Kummissjoni dwar l-E1ezzjonijiet tal-Bord Eżekuttiv
u Konsultattiv, magħmula minn tliet kummissjonarji, biex tmexxi l-
elezzjonijiet tal-Bord matul dik is-sena.
Żmien tan-
nominazzjoni.
4. Meta l-Kummissjoni tkun avżata miċ-Chairman illi jkun
hemm vakanza jew li ser ikun hemm vakanza f’data viċina fost il-
membri eletti tal-Bord, hija għandha, malajr kemm jista’ jkun, tara
li jiġi pubblikat avviż fil-Gazzetta u f’żewġ gazzetti ta’ kuljum li
jispeċifika l-post, il-ġranet u l-ħinijiet li matulhom il-Kummissjoni
tirċievi n-nominazzjonijiet ta’ kandidati għall-elezzjoni tal-Bord.
Nominazzjonijiet.
skond l-eżemplar li hemm fl-Ewwe1 Skeda. Ikun x’ikun in-numru
ta’ vakanzi li jkollhom jimtlew, ebda persuna ma għandha tiġi
nominata biex timla aktar minn vakanza waħda.
Avviż ta’ 
elezzjoni.
6. Jekk in-nominazzjonijiet riċevuti jkunu iżjed min-numru
ta’ vakanzi fil-Bord, għandha ssir elezzjoni. Il-Kummissjoni
għandha f’dak il-każ, malajr kemm jista’ jkun, tippubblika avviż
fil-Gazzetta li jispeċifika l-post, il-ġranet u l-ħinijiet li matulhom
għandha ssir l-elezzjoni u l-ismijiet tal-kandidati li jkunu ħarġu
għall-elezzjoni.
Poloz tal-vot.
skond l-eżemplar li hemm fit-Tieni Skeda, u għandha tkun
inizjalata minn membru tal-Kummissjoni.
Post tal-votazzjoni.
u l-votanti li joqgħodu f’Għawdex għandhom jivvotaw f’Għawdex.
Votazzjoni mill-
kummissjonarji ta’ 
l-elezzjoni.
9. Il-kummissjonarji ta’ l-elezzjoni, jekk ikollhom jedd
jivvotaw, jistgħu jivvotaw sew f’Malta kemm f’Għawdex.
2 L.S.94.08 ħ ELEZZJONIJIET TAL-BORD KONSULTATTIV U EŻEKUTTIV
Kamrin tal-
votazzjoni, eċċ.
10. Il-polza tal-vot tiġi mogħtija lill-votanti personalment
minn wieħed mill-kummissjonarji ta’ l-elezzjoni fil-kamra fejn
ikun hemm il-kamrin tal-votazzjoni, u f’ebda każ ma għandha ebda
persuna titħalla tieħu xi polza tal-vot barra minn dik il-kamra u l-
anqas ma għandha ebda polza tal-vot tittieħed minn taħt għajnejn
il-kummissjonarju ta’ l-elezzjoni sakemm tiġi mitfugħa fil-kaxxa
tal-voti. Ħadd ħlief min ikun qed jivvota u l-kummissjonarji ta’ l-
elezzjoni ma għandu jkun fil-kamra tal-votazzjoni.
Mod ta’ 
votazzjoni.
11. Il-votant għandu jivvota b’mod sigriet billi jagħmel salib
ħdejn l-isem ta’ kull kandidat li għalih irid jivvota.
Lista tal-votanti. 12. Il-Kummissjoni għandha żżomm lista tal-persuni li
jivvotaw.
Ebda votazzjoni 
wara l-ħin ta’ l-
egħluq.
13. L-ebda votazzjoni ma għandha ssir wara egħluq il-ħin
stabbilit mill-Kummissjoni għall-votazzjoni ħlief minn dawk li
jkunu preżenti biex jivvotaw kif jagħlaq dak il-ħin.
Għadd tal-voti. 14. Malajr kemm jista’ jkun wara t-tmiem tal-votazzjoni l-
Kummissjoni għandha tgħodd il-voti mogħtija.
Voti invalidi. 15. Meta numru ta’ voti aktar milli hu meħtieġ ikun reġistrat
fil-polza tal-vot, il-polza tal-vot għandha tiġi dikjarata invalida
mill-Kummissjoni.
Kandidati eletti. 16. Il-kandidati li jiksbu l-aktar numru ta’ voti għandhom jiġu
dikjarati eletti.
Elezzjonijiet 
parzjali.
17. Jekk żewġ kandidati jew iżjed jiksbu numru ta’ voti ndaqs
għandha ssir elezzjoni parzjali bejn dawk il-kandidati skond id-
disposizzjonijiet tar-regolamenti 6 sas-16.
Riżultat ta’ l-
elezzjoni.
18. Il-Kummissjoni għandha minnufih tirrapporta r-riżultat ta’
l-elezzjoni lill-Bord biex jiġi mibgħut lill-Ministru responsabbli
għas-Saħħa għall-pubblikazzjoni fil-Gazzetta.
ELEZZJONIJIET TAL-BORD KONSULTATTIV U EŻEKUTTIV ġ L.S.94.08 3
Sostitwita:
A.L. 91 ta’ l-1968.
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 5)
Formula tan-Nominazzjoni tal-Kandidati għall-Elezzjoni għall-
Bord Konsultattiv u Eżekuttiv
Aħna, hawn taħt iffirmati, votanti bid-dritt li nivvotaw
f’elezzjoni tal-Bord Konsultattiv u Eżekuttiv għal 
(a) ħames tobba, li minnhom mill-anqas wieħed għandu
jkun membru tal-Persunal Konsulent ta’ l-Isptar San
Luqa, li għandhom jiġu eletti skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 24(3)(a) ta’ l-Ordinanza
dwar l-Organizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa (1);
(b) kirurgu-dentist li għandu jiġi elett skond id-
disposizzjonijet ta’ l-artikolu 24(3)(b) ta’ l-Ordinanza
dwar l-Organizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa (1);
(ċ) spiżjar li għandu jiġi elett skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 24(4)(a) ta’ l-Ordinanza dwar l-
Organizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa (1);
(d) spettur tas-saħħa li għandu jiġi elett skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 24(4)(b) ta’ l-Ordinanza
dwar l-Organizzazzjoni tad-Dipartirnent tas-Saħħa (1);
(e) qabla li għandha tiġi eletta skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 24(4)(ċ) ta’ l-Ordinanza dwar l-
Organizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa (1);
(f) infermier reġistrat li għandu jiġi elett skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 2(4)(d) ta’ l-Ordinanza
dwar l-Organizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa (1);
qegħdin hawnhekk ninnominaw lill- ...................................(2)
reġistrat fi .....................................................................(2) (3)
(Reġistru)
u li l-indirizz tiegħu huwa .......................................................
bħala kandidat għall-elezzjoni msemmija.
Proponent: Isem ........................................................(2)
Firma ................................. Data .................
Reġistrat fi ...............................................(3)
Min jissekonda: Isem ........................................................(2)
Firma ................................. Data .................
Reġistrat fi ...............................................(3)
Dikjarazzjoni tal-Persuna Nominata
Jien, ................................................................... li ismi jidher
(isem sħiħ b’ittri kbar)
fi ................................ (2) (3) naċċetta n-nomina ta’ hawn fuq.
(Reġistru)
4 L.S.94.08 ħ ELEZZJONIJIET TAL-BORD KONSULTATTIV U EŻEKUTTIV
Data ..............................
..........................................
Firma tal-kandidat
(1) Ħassar il-paragrafi li ma japplikawx.
(2) F’ittri kbar.
(3) Ħassar fil-każ ta’ spetturi tas-saħħa.
ELEZZJONIJIET TAL-BORD KONSULTATTIV U EŻEKUTTIV ġ L.S.94.08 5
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 7)
Polza tal-Vot
GĦALL-UŻU MINN .............................................
VOTAZZJONI GĦALL-ELEZZJONI TA’ KANDIDAT 
TAL-BORD KONSULTATTIV U EŻEKUTTIV
(Skond il-paragrafu (  ( 
l-Ordinanza dwar l-Organizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa
VOT GĦAL ............ KANDIDAT(I)
(Biss)
Inizjali ta’
Kummissjonarju ta’ l-Elezzjoni ....................
Ismijiet tal-Kandidati
(f’ordni alfabetiku)
Għamel salib f’din il-parti ħdejn 
l-isem tal-kandidat li għalih trid 
tivvota
