ELEZZJONIJIET TAL-KUMITAT GĦAT-TMEXXIJA TA’ SPTAR ġ L.S.94.09 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 94.09
REGOLAMENTI DWAR L-ELEZZJONIJIET 
TAL-KUMITAT GĦAT-TMEXXIJA TA’ SPTAR
24 ta’ Diċembru, 1959
L-AVVIŻ LEGALI 94 ta’ l-1959.
Titolu.
Elezzjonijiet tal-Kumitat għat-Tmexxija ta’ Sptar.
Tifsir.
ma jurix xort’oħra -
"Chairman" tfisser iċ-Chairman tal-Kumitat għat-Tmexxija ta’
Sptar;
"il-Kummissjoni" tfisser il-Kummissjoni dwar l-Elezzjonijiet tal-
Kumitat imwaqqaf bir-regolament 3;
"Kumitat" tfisser il-Kumitat għat-Tmexxija ta’ Sptar;
"sptar" tfisser l-Isptar ta’ San Luqa.
Kummissjoni dwar 
l-Elezzjonijiet tal-
Kumitat għat-
Tmexxija ta’ Sptar.
3. F’Jannar ta’ kull sena l-Kumitat għandu jaħtar
Kummissjoni, li tissejjaħ il-Kummissjoni dwar l-Elezzjonijiet tal-
Kumitat għat-Tmexxija ta’ Sptar, magħmula minn tliet
kummissjonarji ta’ l-elezzjoni, biex tmexxi l-elezzjonijiet tal-
Kumitat matul dik is-sena.
Żmien tan-
nominazzjoni.
4. Meta l-Kummissjoni tkun avżata miċ-Chairman illi jkun
hemm vakanza jew li ser ikun hemm vakanza f’data viċina fost il-
membri eletti tal-Kumitat, hija għandha, malajr kemm jista’ jkun,
tara li jiġi pubblikat avviż fil-Gazzetta li jispeċifika l-post, il-ġranet
u l-ħinijiet li matulhom il-Kummissjoni tirċievi nominazzjonijiet
ta’ kandidati għall-elezzjoni tal-Kumitat.
Nominazzjonijiet.
skond l-eżemplar li hemm fl-Ewwe1 Skeda li tinsab ma’ dawn ir-
Regolamenti.
Avviż ta’ 
elezzjoni.
6. Jekk in-nominazzjonijiet riċevuti jkunu iżjed min-numru
ta’ vakanzi fil-Kumitat, għandha ssir elezzjoni. Il-Kummissjoni
għandha f’dak il-każ, malajr kemm jista jkun, tippubblika avviż fil-
Gazzetta  li jispeċifika l-post, il-ġranet u l-ħinijiet li matulhom
għandha ssir l-elezzjoni u l-ismijiet tal-kandidati li jkunu ħarġu
għall-elezzjoni.
Poloz tal-vot.
skond l-eżemplar li hemm fit-Tieni Skeda, u għandha tkun
inizjalata minn membru tal-Kummissjoni.
Kamrin tal-
votazzjoni, eċċ.
8. Il-polza tal-vot xierqa tiġi mogħtija lill-votanti
personalment minn wieħed mill-kummissjonarji ta’ l-elezzjoni fil-
kamra fejn ikun hemm il-kamrin tal-votazzjoni, u f’ebda każ ma
għandha ebda persuna titħalla tieħu xi polza tal-vot barra minn dik
il-kamra u l-anqas ma għandha ebda polza tal-vot tittieħed minn
taħt għajnejn il-kummissjonarju ta’ l-elezzjoni sakemm tiġi
mitfugħa fil-kaxxa tal-voti. Ħadd ħlief min ikun qed jivvota u l-
2 L.S.94.09 ħ ELEZZJONIJIET TAL-KUMITAT GĦAT-TMEXXIJA TA’ SPTAR
kummissjonarji ta’ l-elezzjoni ma għandu jkun fil-kamra tal-
votazzjoni.
Mod ta’ 
votazzjoni.
9. Il-votant għandu jivvota b’mod sigriet billi jagħmel salib
ħdejn l-isem ta’ kull kandidat li għalih irid jivvota.
Lista tal-votanti. 10. Il-Kummissjoni għandha żżomm lista tal-persuni li
jivvotaw.
Ebda votazzjoni 
wara l-ħin ta’ l-
egħluq.
11. L-ebda votazzjoni ma għandha ssir wara egħluq il-ħin
stabbilit mill-Kummissjoni għall-votazzjoni ħlief minn dawk li
jkunu preżenti biex jivvotaw kif jagħlaq dak il-ħin.
Għadd tal-voti. 12. Malajr kemm jista’ jkun wara li tintemm il-votazzjoni, il-
Kummissjoni għandha tgħodd il-voti mogħtija.
Voti invalidi. 13. Meta numru ta’ voti aktar milli hu meħtieġ ikun reġistrat
fil-polza tal-vot, il-polza tal-vot għandha tiġi dikjarata invalida
mill-Kummissjoni.
Kandidati eletti. 14. Il-kandidati li jiksbu l-aktar numru ta’ voti għandhom jiġu
dikjarati eletti.
Elezzjonijiet 
parzjali.
15. Jekk żewġ kandidati jew iżjed jiksbu numru ta’ voti ndaqs,
għandha ssir elezzjoni parzjali bejn dawk il-kandidati skond id-
disposizzjonijiet tar-regolamenti 6 sal-14.
Riżultat ta’ l-
elezzjoni.
16. Il-Kummissjoni għandha minnufih tirrapporta r-riżultat ta’
l-elezzjoni liċ-Chairman li għandu jibgħatu lill-Ministru
responsabbli għas-Saħħa għall-pubblikazzjoni fil-Gazzetta.
ELEZZJONIJIET TAL-KUMITAT GĦAT-TMEXXIJA TA’ SPTAR ġ L.S.94.09 3
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 5)
Formula tan-Nominazzjoni għall-Kandidati għall-Elezzjoni tal-
Kumitat għat-Tmexxija ta’ Sptar.
Aħna, hawn taħt iffirmati, votanti bid-dritt li nivvotaw
f’elezzjoni tal-Kumitat għat-Tmexxija ta’ Sptar qegħdin hawnhekk
ninnominaw .......................................................... (*) li l-indirizz
tiegħu huwa ........................................................ († ) bħala
kandidat għall-elezzjoni msemmija.
Proponent:  Isem ........................................................(* )
Firma .................................. 
Data .....................................
Min jissekonda: Isem ........................................................(* )
Firma .................................. 
Data .....................................
Dikjarazzjoni tal-Persuna Nominata
Jien, .......................................................................... naċċetta
(isem sħiħ f’ittri kbar)
n-nominazzjoni ta’ hawn fuq.
Data ..............................
..........................................
Firma tal-Kandidat
*Isem sħiħ f’ittri kbar.
4 L.S.94.09 ħ ELEZZJONIJIET TAL-KUMITAT GĦAT-TMEXXIJA TA’ SPTAR
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 7)
Polza tal-Vot
GĦALL-UŻU MILL-KONSULENTI LI JIVVOTAW GĦALL-
ELEZZJONI TA’ KANDIDAT GĦALL-KUMITAT GĦAT-
TMEXXIJA TA’ SPTAR
VOT GĦAL ............ KANDIDAT(I)
(Biss)
Inizjali ta’
Kummissjonarju ta’ l-Elezzjoni ....................
Ismijiet tal-Kandidati
(f’ordni alfabetiku)
Għamel salib f’din il-parti ħdejn 
l-isem tal-kandidat li għalih trid 
tivvota
