BORD KONSULTATTIV U EŻEKUTTIV ġ L.S.94.10 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 94.10
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-BORD 
KONSULTATTIV U EŻEKUTTIV
24 ta’ Diċembru, 1959
L-AVVIŻ LEGALI 95 ta’ l-1959.
Titolu.
Bord Konsultattiv u Eżekuttiv.
Aġenda.
Eżekuttiv għandha tintbgħat lil kull membru mill-anqas ħamest
ijiem utili qabel id-data tal-laqgħa ħlief f’każijiet ta’ urġenza u
għandha turi speċfikatament ix-xogħol li għandu jsir. Iżda,
f’każijiet speċjali, tista’ tingħata s-sospensjoni tar-regolament
għall-kunsiderazzjoni ta’ xi ħaġa urġenti li ma tkunx fl-aġenda,
jekk ma jkun hemm ebda oġġezzjoni mnn xi membru preżenti.
(2) Kull deċiżjoni fuq dak l-item li ma jkunx fl-aġenda tkun
valida biss jekk in-numru li jivvota favur tagħha jkun iżjed minn
nofs in-numru tal-membri li jiffurmaw il-Bord.
(3) Kull ħaġa fl-aġenda li ma tkunx ġiet deċiża f’din il-laqgħa
jkollha preċedenza fuq l-items l-oħra kollha fil-laqgħa ta’ wara.
Aġġornament ta’ 
laqgħat.
3. (1) Il-Bord jista’ jaġġorna laqgħa għal kull ġurnata jew ħin
(kif jidhirlu xieraq) iżda l-ewwel xogħol li għandu jitmexxa fil-
laqgħa aġġornata għandu jkun dak li jkun jidher fl-aġenda u li ma
jkunx inħeles fil-laqgħa oriġinarja.
(2) Emenda għall-mozzjoni ta’ aġġornament tista’ titressaq
biex tinbidel il-ġurnata jew il-ħin tal-laqgħa aġġornata.
(3) Meta l-laqgħa tal-Bord tkun aġġornata għal iżjed minn
erbgħa u għoxrin siegħa ’l quddiem, avviż tal-laqgħa aġġornata
għandu jintbgħat lil kull membru, u jispeċifika x-xogħol li għandu
jsir.
Laqgħat speċjali.
(a) meta ċ-Chairman jidhirlu li hemm ħwejjeġ urġenti li
għandhom jiġu trattati qabel il-laqgħa ordinarja ta’
kull xahar; u
(b) kull meta xi seba’ membri jitolbu bil-miktub biex
tissejjaħ laqgħa speċjali kemm-il darba jniżżlu l-iskop
li għalih il-laqgħa hija meħtieġa. Il-laqgħa li tintalab
għandha ssir egħluq sitt ijiem minn meta tiġi riċevuta
t-talba.
Quorum.
iffissat għal-laqgħa, il-ħwejjeġ kollha fuq l-aġenda għandhom
jibqgħu għal-laqgħa ta’ wara u għandhom jieħdu preċedenza f’dik
il-laqgħa kemm-il darba l-Bord ma jeddiċidix xort’oħra.
Votazzjoni.
(a) ebda membru ma għandu jieħu sehem fid-diskussjoni
jew jivvota fuq xi kwistjoni li fiha huwa jkun
2 L.S.94.10 ħ BORD KONSULTATTIV U EŻEKUTTIV
personalment interessat jew fuq xi kwistjoni li fiha l-
persuna interessata tkun qarib tiegħu mid-demm sar-
raba’ grad (jiġifieri, li tkun prim kuġin tiegħu jew
aktar qarib tiegħu mid-demm) jew qarib miż-żwieġ
sat-tieni grad (jiġifieri, li tkun in-neputi jew neputija
tiegħu jew aktar qarib tiegħu miż-żwieġ), jew li jkun
tutur, kuratur jew fil-fatt jieħu ħsiebha;
(b) iċ-Chairman, jekk ikun jaf b’dik l-oġġezzjoni, għandu,
u kull membru ieħor li jkun jaf biha jista’, jqanqal l-
oġġezzjoni kemm jsta’ jkun malajr;
(ċ) il-votazzjoni għandha tkun b’vot sigriet jekk xi
membru hekk jitlob.
Proċeduri tal-Bord. 7. (1) Il-proċeduri kollha tal-Bord għandhom jitniżżlu fi ktieb
miżmum għal hekk.
(2) Il-minuti ta’ laqgħa għandhom jinqraw lill-Bord fil-laqgħa
ta’ wara u għandhom jiġu ffirmati miċ-Chairman kif konfermati
jew emendati.
(3) Il-minuti jkunu aċċessibbli għall-membri f’kull żmien waqt
il-ħinijiet ta’ l-uffiċċju.
Diviżjoni. 8. Meta jintalab vot ebda membru ma jista’ jitlaq mil-laqgħa
iżda ebda membru ma għandu jiġi mġiegħel li jivvota.
Kumitati. 9. Il-Bord jista’ jaħtar kumitati speċjali u kumitati permanenti
biex jissottomettu rakkomandazzionijiet lill-Bord dwar il-ħwejjeġ
mibgħuta lilhom mill-Bord. Dawk il-kumitati għandhom
jissottomettu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom bil-miktub liċ-
Chairman tal-Bord u jagħtu r-raġuniiiet tar-rakkomandazzjonijiet
tagħhom għal kunsiderazzjoni tal-Bord.
Ġenerali. 10. (1) L-opinjonijiet mogħtija minn membri individwali
għandhom jibqgħu konfidenzjali.
(2) Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord huma konfidenzjali
f’dawk il-każijiet meta l-Bord hekk jiddeċidi.
