TOBBA TA’ L-ISPTAR GĦALL-MARD TAL-MOĦĦ ġ L.S.94.11 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 94.11
REGOLAMENTI DWAR IT-TOBBA TA’ L-ISPTAR 
GĦALL-MARD TAL-MOĦĦ
9 ta’ Lulju, 1965
L-AVVIŻ LEGALI 36 ta’ l-1965.
Titolu.
Tobba ta’ l-Isptar għall-Mard tal-Moħħ.
TAQSIMA I
I. TABIB SUPRINTENDENT RESIDENTI
Setgħat u 
funzjonijiet tat-
Tabib 
Suprintendent 
Residenti.
2. It-Tabib Suprintendent Residenti (hawnhekk iżjed ’il
quddiem imsejjaħ "is-Suprintendent") ikun inkarigat mill-
amministrazzjoni ġenerali u kontroll ta’ l-isptar, u jkollu barra
minn dan id-direzzjoni tal-kura u trattament ta’ numru ta’ pazjenti.
Is-Suprintendent għandu jara li l-membri kollha tal-persunal ta’ l-
isptar jaqdu d-dmirijiet tagħhom bir-reqqa skond dawn ir-
Regolamenti u għandu jġib mingħajr dewmien il-każijiet kollha ta’
negliġenza jew diżubbidjenza ta’ l-ordnijiet għall-konjizzjoni tat-
Tabib Prinċipali tal-Gvern. Is-Suprintendent ikun responsabbli
għall-korrettezza tal-provvisti ta’ kull xorta, għall-ħdim regolari
tal-fergħat kollha tas-servizz, għall-indafa u għall-bon ordni tal-
post, li tinżamm id-dixxiplina u li l-uffiċjali u l-impjegati kollha
josservaw kull regolament u l-istruzzjonijiet kollha ta’ l-
awtoritajiet, u għandu jirrapporta kull infrazzjoni tagħhom lit-
Tabib Prinċipali tal-Gvern.
Mezz ta’ 
komunikazzjoni.
3. Is-Suprintendent għandu jikkorispondi mat-Tabib
Prinċipali tal-Gvern (jew mar-rappreżentant tiegħu) dwar il-
ħwejjeġ kollha rigward it-tmexxija, dixxiplina, provvisti u
manutenzjoni u tiswijiet fl-isptar. Huwa jkun il-mezz ta’
komunikazzjoni bejn l-isptar u t-Tabib Prinċipali tal-Gvern, u l-
korrispondenza kollha, rekwiżizzjonijiet, u ħwejjeġ konnessi
magħhom għandhom jintbagħtu minnu.
Residenza.
għalih fl-isptar.
Parir lill-Gvern.
tiegħu lill-Gvern, lit-Tabib Prinċipali tal-Gvern jew lil kull tabib
ieħor tal-Gvern, dwar kull ħaġa li dawn it-tobba jkollhom jittrattaw
fil-kariga tagħhom uffiċjali.
Eżami ta’ pazjenti.
jidħol taħt il-kura tiegħu u għandu jara li l-istruzzjonijiet tiegħu
dwar il-klassifikazzjoni, dieta, kura u trattament ta’ dawk il-
pazjenti kollha jkunu qed jingħataw kif imiss u mniżżla mit-tobba
inkarigati fir-reġistri relattivi jew fil-karti dwar il-każ.
Responsabbiltà  
għar-
reġistrazzjonijiet.
7. Is-Suprintendent ikun responsabbli għal kull reġistrazzjoni
fir-reġistri professjonali ta’ l-isptar u għandu jieħu ħsieb li d-dħul,
ħruġ u mwiet kollha jkunu reġistrati, u l-kotba tar-riċetti, il-ktieb
taż-żjarat tat-tobba, il-karti dwar il-każ, il-kotba tad-dieta, u r-
2 L.S.94.11 ħ TOBBA TA’ L-ISPTAR GĦALL-MARD TAL-MOĦĦ
records l-oħra kollha jkunu miżmuma regolarment.
Azzjoni li għandha 
tittieħed f’każ ta’ 
mewt vjolenta jew 
subitanea jew 
assenza ta’ pazjent 
mingħajr permess.
8. Meta jkun hemm xi mewt vjolenta jew subitanea jew
assenza mingħajr permess ta’ xi pazjent taħt il-kura tiegħu, is-
Suprintendent għandu jara li t-tabib ta’ l-għassa jkun mexa skond
ir-regolament 40, u għandu jissottometti rapport dettaljat tal-każ u
ta’ kull investigazzjoni lit-Tabib Prinċipali tal-Gvern.
Listi tal-pazjenti li 
jkollhom tendenza 
suwiċidali jew li 
jkollhom bżonn ta’ 
attenzjoni 
partikolari.
9. Is-Suprintendent għandu jara li jiġu preparati listi tal-
pazjenti kollha taħt il-kura tiegħu li jkollhom tendenza suwiċidali
jew li jkunu suġġetti għal xi marda jew abitudini li jeħtieġu
attenzjoni partikolari; dawk il-listi għandhom jiġu konsenjati lill-
infermiera f’kull sala biex jirregolaw ruħhom u għandhom jiġu
korretti minn żmien għal żmien skond it-tibdil li jkun sar.
Żjarat għal 
għarrieda.
10. Is-Suprintendent għandu jagħmel żjarat għal għarrieda fis-
swali kull meta jidhirlu xieraq kemm matul il-ġurnata u kemm
matul il-lejl. Iż-żjarat ta’ bil-lejl għandhom jiġu reġistrati fil-ktieb
ta’ l-ispezzjoni ta’ l-uffiċjali ta’ bil-lejl.
Spezzjon ta’ 
provvisti.
11. Is-Suprintendent għandu jispezzjona jew jara li jiġu
spezzjonati minn tabib u mill-istore officers il-provvisti kollha
forniti lill-isptar, u għandu jaċċerta ruħu illi l-ikel ikun imsajjar u
mqassam sewwa, u li l-pazjenti jirċievu d-dieta li tkun ġiet lilhom
preskritta. Kull meta s-Suprintendent ma jkunx jista’ jattendi għall-
ispezzjoni personalment, għandu jiddelega tabib ieħor biex jaġixxi
minfloku.
Rendikontijiet 
statistiċi u rapport 
finanzjarju.
12. Is-Suprintendent għandu jissottometti lit-Tabib Prinċipali
tal-Gvern rendikontijiet statistiċi u rapporti finanzjarji, u dawk ir-
rapporti l-oħra dwar il-pazjenti u l-amministrazzjoni ta’ l-isptar kif
jista’ minn żmien għal żmien ikun meħtieġ minn dak l-uffiċjal.
Kemm jista’ jkun malajr wara l-aħħar tas-sena kalendarja għandu
jibgħat lit-Tabib Prinċipali tal-Gvern rapport dwar ix-xogħol
professjonali u amministrattiv li jkun sar fl-isptar matul is-sena.
Każijiet tal-ħabs u 
tal-qorti.
13. Il-każijiet kollha ta’ ħabs u l-każijiet ta’ persuni dikjarati
mġienen u mibgħuta fl-isptar b’ordni tal-Qorti Kriminali għandhom
ikunu taħt il-kura u trattament dirett tas-Suprintendent.
II. TABIB DEPUTAT SUPRINTENDENT RESIDENTI
Setgħat u 
funzjonijiet tad-
deputat.
14. It-tabib deputat Suprintendent residenti għandu jeżerċita
dawk id-dmirijiet, setgħat u funzjonijiet li jistgħu jiġu delegati u
mogħtija lilu mis-Suprintendent.
L-assenza tas-
Suprintendent.
15. Meta s-Suprintendent ikun assenti d-deputat tiegħu għandu
jaġixxi minfloku u jkollu s-setgħat u l-funzjonijiet mogħtija lis-
Suprintendent.
Residenza. 16. It-tabib deputat Suprintendent residenti għandu jirrisjedi
fil-kwartier provdut għalih fl-isptar.
Disposizzjonijiet 
relattivi għal 
psikjatri 
applikabbli għat-
tabib deputat 
Suprintendent 
residenti.
17. Id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti relattivi għal
psikjatri safejn ikunu applikabbli għandhom jgħoddu għat-tabib
deputat Suprintendent residenti.
TOBBA TA’ L-ISPTAR GĦALL-MARD TAL-MOĦĦ ġ L.S.94.11 3
III. IL-PSIKJATRI
Responsabbiltà  tal-
psikjatri.
18. Il-psikjatri jkunu responsabbli direttament għall-kura u
trattament ta’ numru ta’ pazjenti taħt is-sorveljanza totali
amministrattiva tas-Suprintendent. Il-psikjatri jkollhom il-kontroll
kliniku u r-responsabbiltà  sħiħa tal-pazjenti taħt il-kura tagħhom.
Għandhom jieħdu responsabbiltà  personali sħiħa għall-
investigazzjoni u/jew trattament tal-pazjenti mingħajr sorveljanza.
Eżami ta’ pazjenti 
li jidħlu ġodda.
19. Il-psikjatri għandhom jeżaminaw kull pazjent ġdid li jidħol
taħt il-kura tagħhom u għandhom jaraw li l-istruzzjonijiet tagħhom
dwar il-klassifikazzjoni, dieta, kura u trattament tal-pazjenti kollha
isiru b’mod xieraq u jiġu trattati mit-tobba inkarigati fir-reġistri
jew karti dwar il-każ relattiv.
Mewt vjolenta jew 
subitanea jew 
assenza ta’ pazjent 
mingħajr permess.
20. Meta jkun hemm xi mewt vjolenta jew subitanea jew
assenza mingħajr permess ta’ xi pazjent taħt il-kura tagħhom, il-
psikjatri għandhom jaraw li t-tabib ta’ l-għassa jkun mexa skond ir-
regolament 40. Ir-rapport dettaljat tal-każ u ta’ kull investigazzjoni
għandhom jiġu mibgħuta lit-Tabib Prinċipali tal-Gvern permezz
tas-Suprintendent.
Listi tal-pazjenti li 
jkollhom tendenza 
suwiċidali jew li 
jkollhom bżonn ta’ 
attenzjoni 
partikolari.
21. Il-psikjatri għandhom jaraw li tiġi preparata lista tal-
pazjenti kollha li jkollhom tendenza suwiċidali jew li jkunu
suġġetti għal xi marda jew abitudini li jeħtieġu attenzjoni
partikolari. Dawn il-listi għandhom jiġu konsenjati lill-infermiera
f’kull sala biex jirregolaw ruħhom u għandhom jiġu korretti minn
żmien għal żmien skond it-tibdil li jkun sar.
Ir-responsabbiltà  
kontinwa tal-
psikjatri.
22. Ir-responsabbiltà  tal-psikjatri lejn il-pazjent tapplika
għalihom kollha kontinwament. Dan japplika għall-pazjenti
rikoverati fl-isptar u għall-pazjenti mhux rikoverati fl-isptar, għal
każijiet urġenti u mhux urġenti xorta waħda għalkemm il-
gradazzjoni ta’ din ir-responsabbiltà  tista’ tvarja skond il-
klassifikazzjoni tal-pazjenti rikoverati fl-isptar u għall-pazjenti
mhux rikoverati fl-isptar u ċ-ċirkostanzi tal-każ (urġenti u mhux
urġenti). Il-psikjatri għandhom ikunu lesti biex jiġu msejħa f’kull
ħin biex jagħtu konsult dwar il-pazjenti tagħhom kull meta dan
ikun meħtieġ. Għandhom jassumu l-funzjonijiet dwar id-dħul, ħruġ,
permess għal assenza, u trattament mal-qraba u mal-kuraturi tal-
pazjenti kollha taħt il-kura tagħhom. Izda l-privileġġi u l-
amenitajiet ġenerali jkunu suġġetti għall-arranġamenti preċedenti
mas-Suprintendent skond il-faċilitajiet disponibbli.
Delega lil tobba 
oħra.
23. L-attenzjoni tal-ġurnata tista’ tiġi delegata lit-tobba
residenti jew lil tobba oħra iżda r-responsabbiltà  totali u personali
tal-psikjatri għall-pazjenti tagħhom tibqa’ nonostanti d-delega.
Rapporti għall-
imġieba ħażina.
24. Il-psikjatri għandhom minnufih jagħmlu rapport bil-miktub
lis-Suprintendent dwar kull imġieba ħażina ta’ infermiera jew
impjegati oħra lejn il-pazjenti taħt il-kura tagħhom.
Komunikazzjoni-
jiet uffiċjali.
25. Il-komunikazzjonijiet kollha uffiċjali barra minn dawk li
jirriferixxu purament għall-kondizzjonijiet kliniċi u terapewtiċi tal-
pazjenti għandhom isiru permezz tas-Suprintendent.
Studji fl-isptar.
preċedenti tat-Tabib Prinċipali tal-Gvern. Notament ta’ kull studju
li jsir dwar pazjent jew pazjenti partikolari għandu jiġi reġistrat fil-
4 L.S.94.11 ħ TOBBA TA’ L-ISPTAR GĦALL-MARD TAL-MOĦĦ
ħin fir-record kliniku tal-pazjent. Il-mediċinali kollha wżati għall-
iskopijiet ta’ studju għandhom jinżammu fl-ispiżerija ta’ l-isptar
taħt il-kura ta’ l-ispiżjar.
IV. TOBBA RESIDENTI U TOBBA OĦRA
It-tobba residenti u 
tobba oħra.
27. It-tobba residenti u t-tobba l-oħra għandhom jaqdu dawk
id-dmirijiet ta’ tobba u amministrattivi kif is-Suprintendent
jippreskrivi, salv l-approvazzjoni tat-Tabib Prinċipali tal-Gvern.
Huma jkunu responsabbli għat-trattament mentali u fiżiku tal-
pazjenti mqegħda taħt il-kura tagħhom taħt is-sorveljanza tas-
Suprintendent jew tal-psikjatra.
Ir-reġistru mediku 
tal-pazjenti.
28. It-tobba residenti u t-tobba l-oħra jkollhom f’idejhom ir-
reġistri mediċi tal-pazjenti, il-karti dwar il-każ u l-kotba tad-dieta u
kull reġistru ieħor professjonali ta’ l-isptar kif jordna is-
Suprintendent.
Residenza. 29. It-tobba residenti għandhom jirrisjedu fil-kwartieri
provduti għalihom fl-isptar.
Żjarat għal 
għarrieda.
30. Kull wieħed mit-tobba għandu jagħmel żjarat għal
għarrieda fis-swali bil-lejl mill-anqas darba fix-xahar jew aktar
spiss jekk is-Suprintendent hekk jordna. Ir-riżultati ta’ dawn iż-
żjarat għandhom jiġu reġistrati fil-ktieb ta’ l-ispezzjonijiet ta’ bil-
lejl tat-tobba, li għandu jintbagħat għall-ispezzjoni lit-Tabib
Prinċipali tal-Gvern kull tliet xhur, jew aktar spiss jekk hekk
meħtieġ.
It-tabib ta’ l-
għassa.
31. Kull pazjent ġdid li jidħol għandu mingħajr dewmien jieħu
ħsiebu t-tabib ta’ l-għassa . It-tabib ta’ l-għassa għandu jeżamina l-
karti dwar id-dħul u jara li jkunu in ordni. It-tabib ta’ l-għassa
għandu jeżamina lill-pazjent malli jidħol għal xi sinjali ta’ feriti
jew mard fiżiku u jagħmel nota speċjali dwar jekk ikunx hemm jew
le dawn il-feriti jew mard.
Rapport u l-istorja 
tal-pazjent.
32. Kemm jista’ jkun malajr wara li jidħol il-pazjent u f’kull
każ fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa, it-tabib għandu jikteb -
(a) rapport sħiħ u dettaljat dwar il-kondizzjoni fiżika u
psikoloġika tal-pazjent fuq il-karta tal-każ uffiċjali;
(b) storja tal-każ wara intervista mal-qraba jew ħbieb tal-
pazjent.
Wara dan għandhom isiru fuq ir-record kliniku
reġistrazzjonijiet li jiddeskrivu l-kors u l-progress tal-każ u li
jinnotaw it-trattament mediku u trattament ieħor, bir-riżultati, kif
sejjer jingħad: matul l-ewwel xahar wara d-dħul, darbtejn fil-
ġimgħa u aktar spiss meta meħtieġ; wara dan, f’każijiet reċenti,
darba mill-inqas kull xahar; f’każijiet oħra, għandhom isiru
notamenti spiss kemm ikun meħtieġ iżda mill-inqas tliet darbiet fis-
sena, u wieħed minn dawn in-notamenti għandu jkollu r-riżultat ta’
eżami fiżiku komplet. Ir-reġistrazzjonijiet kollha fir-record kliniku
għandhom ikunu ffirmati mit-tabib li għamilhom.
L-għassa. 33. It-tobba m’għandhomx jassentaw ruħhom mill-isptar waqt
li jkunu ta’ l-għassa mingħajr il-kunsens tas-Suprintendent.
Sessjonijiet privati 
sussegwenti.
34. Barra miż-żjarat tas-soltu fis-swali kif preskritt mis-
Suprintendent, it-tobba għandhom jagħmlu sessjonijiet privati
TOBBA TA’ L-ISPTAR GĦALL-MARD TAL-MOĦĦ ġ L.S.94.11 5
sussegwenti ma’ pazjenti magħzula mis-Suprintendent u/jew mill-
psikjatri u għandhom jirreġistraw ir-riżultat ta’ dawn is-sessjonijiet
fuq il-karti dwar il-każ relattiv.
Tabib ikun 
inkarigat mill-
ispiżerija, eċċ.
35. Wieħed mit-tobba jkun inkarigat mill-ispiżerija, mis-
surgical dressing rooms u mill-apparati kirurġiċi u għandu jara li
jinżammu inventarji xierqa mill-assistent spiżjar. Huwa jkun
responsabbli għall-provvista tad-drogi u mediċinali kollha preparati
jew meħtieġa mill-assistent spiżjar u jkun responsabbli għall-
mediċini u oġġetti oħra li għandhom x’jaqsmu magħha u taħt il-
kura tiegħu.
Perijodi ta’ għassa.
residenti jew tobba oħra:
Xitwa: 8.30 a.m sa 12 nofsinhar
2.00 p.m. sa l-4 p.m.
Sajf: 8.00 a.m. sas-1 p.m.
Għassa ta’ bi nhar u ta’ bil-lejl mit-8.00 a.m. sat-8.00 a.m. tal-
ġurnata ta’ wara. Il-perijodi msemmija jkunu mogħtija lit-tobba bit-
turn skond il-lista preparata mis-Suprintendent u salv l-
approvazzjoni tat-Tabib Prinċipali tal-Gvern.
Żjarat fis-swali.
9.00 a.m. sa nofsinhar u mis-2.00 p.m. sal-4.00 p.m. fix-xitwa, jew
mit-3.00 p.m. sal-5.00 p.m. fis-sajf. It-tabib għandu jissorvelja l-
kondotta ta’ l-infermiera u ta’ oħrajn li jkollhom x’jaqsmu mal-
pazjenti u jirrapporta minnufih kull imġieba ħażina, permezz tal-
psikjatra inkarigat mill-pazjent, lis-Suprintendent.
Tabib jista’ jiġi 
msejjaħ meta mhux 
ta’ l-għassa.
38. Kull tabib, anki meta mhux ta’ l-għassa, jista’ jiġi msejjaħ
fl-isptar f’kull ħin matul il-ġurnata jew mal-lejl jekk l-attendenza
tiegħu tkun meħtieġa mis-Suprintendent jew, fl-assenza ta’ dan ta’
l-aħħar, mit-tabib ta’ l-għassa.
Reġistri ta’ 
attendenza.
39. Ir-reġistri ta’ l-attendenza tat-tobba għandhom jinżammu
mis-Suprintendent u għandhom jintbagħtu lit-Tabib Prinċipali tal-
Gvern fl-aħħar ta’ kull tliet xhur.
Azzjoni li għandha 
tittieħed f’każijiet 
ta’ mewt vjolenta 
jew subitanea u 
inaspettata jew 
assenza ta’ pazjent 
mingħajr permess.
40. Meta tiġri xi mewt vjolenta jew subitanea u inaspettata jew
xi pazjent ikun assenti mingħajr permess, it-tobba għandhom
javżaw lis-Suprintendent jew lill-psikjatra inkarigat mill-każ, lill-
qraba tal-pazjent u lill-Pulizija. It-tobba għandhom jissottomettu
rapport dettaljat tal-każ u ta’ l-investigazzjonijiet tagħhom dwaru
lis-Suprintendent jew lill-psikjatra biex jiġi mibgħut lit-Tabib
Prinċipali tal-Gvern permezz tas-Suprintendent.
ĠENERALI
Ma għandha 
tingħata ebda 
informazzjoni 
dwar pazjenti.
41. Kemm-il darba ma jkunx provdut xort’oħra f’dawn ir-
Regolamenti, ebda informazzjoni ma għandha tingħata dwar
pazjenti jew dwar l-isptar minn tobba lil xi persuna mhux
awtorizzata jew lill-Istampa mingħajr il-permess tat-Tabib
Prinċipali tal-Gvern.
