BORD DWAR L-ISPIŻJARA ġ L.S.94.13 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 94.13
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-BORD 
DWAR L-ISPIŻJARA
15 ta’ Lulju, 1969
L-AVVIŻ LEGALI 77 ta’ l-1969, kif emendati bl-Avviż Legali 79 ta’ l-
1981.
TAQSIMA I
Titolu u Tifsir
Titolu.
tal-Bord dwar l-Ispiżjara.
Tifsir.
tal-kliem ma jurix xort’oħra -
Kap. 94.
dwar l-Organizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa.
TAQSIMA II
Notamenti ta’ Nomina jew Elezzjoni ta’ Membri
Notamenti.
Emendat:
A.L. 79 ta’ l-1981.
3. Ir-Reġistratur għandu jżomm notamenti li juru l-isem ta’
kull membru u kull membru addizzjonali tal-Bord, id-data tan-
nomina jew elezzjoni tiegħu, l-awtorità  jew il-professjoni li minnha
ġie nominat jew elett, id-disposizzjoni tal-liġi skond liema huwa
jkun ġie elett jew nominat, iż-żmien ta’ kariga tiegħu u d-data li
fiha rtira, rriżenja jew miet.
Vaganzi.
Emendat:
A.L. 79 ta’ l-1981.
L.S. 94.12
4. Meta jkun hemm riżenja, mewt jew terminazzjoni biż-
żmien mill-kariga ta’ xi membru nominat, il-President għandu jara
li avviż dwar hekk jintbagħat lill-awtorità  interessata. Fil-każ ta’
membri eletti jew ta’ membri addizzjonali eletti, il-President
għandu jara li ssir elezzjoni skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
30(3) ta’ l-Ordinanza u tar-Regolamenti dwar l-Elezzjonijiet tal-
Bord dwar l-Ispiżjara.
TAQSIMA III
Proċeduri tal-Bord
Laqgħat.
Emendat:
A.L. 79 ta’ l-1981.
5. Il-Bord għandu jagħmel laqgħat kull xahar kif speċifikat
fil-paragrafu 4(3) tat-Tieni Skeda li tinsab ma’ l-Ordinanza. Jistgħu
jissejhu laqgħat tal-Bord f’kull żmien ieħor b’ordni tal-President.
Fuq talba bil-miktub iffirmata minn mhux anqas minn tlieta mill-
membri u/jew mill-membri addizzjonali u indirizzata lill-President,
dan għandu jara li din il-laqgħa tissejjaħ egħluq sebat ijiem minn
meta jirċievi dik it-talba.
Avviż ta’ laqgħat.
Emendat:
A.L. 79 ta’ l-1981.
6. Il-laqgħat kollha tal-Bord għandhom jissejħu mir-
Reġistratur b’avviż indirizzat lil kull membru jew lil kull membru
addizzjonali u mibgħut bl-idejn jew bil-posta reġistrata.
Ħin u post tal-
laqgħat.
7. L-avviż għandu juri l-ħin u l-post tal-laqgħa u l-iskop
tagħha bid-dettalji u jekk hux għal xogħol ġenerali jew għal xi
xogħol speċjali. Għandha tintbagħat ma’ dak l-avviż kopja tal-
2 L.S.94.13 ħ BORD DWAR L-ISPIŻJARA
minuti tal-laqgħa ta’ qabel.
Aġenda.
Emendat:
A.L. 79 ta’ l-1981.
8. Ir-Reġistratur għandu jibgħat kopja ta’ l-aġenda lil kull
membru u lil kull membru addizzjonali mhux anqas minn ħamest
ijiem qabel il-ġurnata tal-laqgħa, ħlief f’xi każ ta’ urġenza speċjali,
li jiġi deċiż mill-President, meta avviż ta’ jumejn ikun biżżejjed. 
Avviż ta’ 
mozzjonijiet.
9. Il-President għandu jirċievi kull avviż ta’ mozzjoni biex
tidħol fl-agenda mill-anqas tmint ijiem qabel il-laqgħa.
Assenza tal-
President.
Emendat:
A.L. 79 ta’ l-1981.
10. Fl-assenza tal-President minn xi laqgħa tal-Bord, għandu
jiġi elett chairman għal dik il-laqgħa mill-membri u mill-membri
addizzjonali preżenti.
Deċiżjonijiet. 11. Id-deċiżjoni tal-Bord tkun b’maġġoranza tal-voti. Il-
President tal-Bord jew, meta l-President ikun assenti, iċ-chairman
elett għal dik il-laqgħa, jkollu vot oriġinali u, fil-każ ta’ voti ndaqs,
vot ieħor ukoll jew vot deċiżiv.
Quorum.
Emendat:
A.L. 79 ta’ l-1981.
12. Ebda xogħol ma għandu jsir mill-Bord kemm-il darba ma
jkunx hemm preżenti quorum ta’ sitta.
Ordni tax-xogħol. 13. L-ordni tax-xogħol f’kull laqgħa regolari jkun dan li ġej:
(a) (i) il-qari, il-konferma u l-firma tal-President jew
taċ-chairman elett mil-laqgħa, tal-minuti tal-
laqgħa ta’ qabel;
(ii) xogħol li joħroġ mill-minuti;
(b) korrispondenza;
(ċ) ħwejjeġ ta’ urġenza;
(d) xogħol aġġornat;
(e) rapporti ta’ kumitati;
(f) mozzjonijiet fuq in-notice paper.
Varjazzjoni ta’ 
ordni tax-xogħol.
14. L-ordni regolari tax-xogħol jista’ jiġi varjat jew sospiż
f’kull laqgħa fid-diskrezzjoni tal-President.
Sospensjoni ta’ l-
ordni tax-xogħol.
Emendat:
A.L. 79 ta’ l-1981.
15. Ħlief bil-permess tal-membri u tal-membri addizzjonali
kollha preżenti, ebda membru jew membru addizzjonali ma għandu
jintroduċi għad-diskussjoni fil-laqgħa suġġett li ma jkunx imniżżel
fl-agenda ta’ dik il-laqgħa.
Mozzjoniijet, eċċ. 16. Qabel ma tiġi diskussa xi mozzjoni jew emenda, din
għandha tiġi proposta u sekondata u għandha tkun bil-miktub. L-
emendi kollha għandhom jiġu formulati b’mod li jistgħu jinqraw
bħala mozzjonijiet indipendenti.
Irtir ta’ mozzjoni 
ta’ emenda.
17. Ebda mozzjoni ta’ emenda ma tista’ tiġi rtirata wara li tkun
ġiet moqrija jekk mhux bil-permess tal-Bord. 
Diskussjoni fuq 
mozzjoni.
18. Min jissekonda mozzjoni jew emenda jista’ jirriżerva li
jitkellem f’kull żmien tad-diskussjoni; iżda min jipproponi biss
għandu d-dritt għat-tweġiba finali.
Mozzjoni ta’ 
emenda.
19. Jekk emenda tiġi proposta, għandha tiġi deċiża qabel ma
titressaq xi emenda oħra.
Ħelsien ta’ 
mozzjonijiet 
emendati.
20. L-emenda għandha l-ewwel titqiegħed għall-voti u, jekk
ma tiġix approvata, tista’ titressaq emenda oħra u għandha tiġi
deċiża bl-istess mod bħal l-ewwel emenda u jibqa’ jsir hekk
BORD DWAR L-ISPIŻJARA ġ L.S.94.13 3
sakemm ma jkunux proposti emendi oħra.
Mozzjoni oriġinali.
għandha wara dan titqiegħed għall-voti.
Mozzjoni ta’ 
emenda ssir 
sostantiva.
22. Jekk xi emenda tgħaddi, għandha wara dan titqies bħala
mozzjoni sostantiva u trattata bħala mozzjoni oriġinali għal dak li
huwa emendi oħra u d-dritt ta’ diskussjoni u tweġiba, fl-aspetti l-
oħra kollha.
Proposti fuq 
mozzjoni taħt 
diskussjoni.
23. Meta mozzjoni tkun qed tiġi diskussa, ebda proposta oħra
ma għandha tiġi riċevuta jekk ma tkunx waħda minn dawn li ġejjin:
(i) emenda, jiġifieri: "Illi l-mozzjoni tiġi emendata
kif ġej ..........................";
(ii) il-posponiment tal-kwistjoni, jiġifieri: "Illi 1-
konsiderazzjoni fuq il-mozzjoni tiġi posposta";
(iii) l-aġġornament tad-diskussjoni, jiġifieri: "Illi d-
diskussjoni fuq il-mozzjoni tiġi aġġornata";
(iv) l-aġġornament tal-Bord, jiġifieri: "Illi l-Bord
jaġġorna";
(v) l-egħluq tad-diskussjoni, jiġifieri: "Illi l-Bord
jgħaddi għall-votazzjoni fuq il-mozzjoni";
(vi) il-preġudizzjali dwar il-mozzjoni, jiġifieri: "Illi
l-Bord, minflok ma jkompli jittratta l-mozzjoni,
jgħaddi għall-item li jmiss skond l-agenda".
Proposti fuq 
mozzjoni ta’ 
emenda taħt 
diskussjoni.
24. Meta emenda tkun qed tiġi diskussa, ebda proposta oħra
ma għandha tiġi riċevuta jekk ma tkunx waħda minn dawn li ġejjin:
(i) "Illi d-diskussjoni fuq l-emenda tiġi aġġornata";
(ii) l-aġġornament tal-Bord, jiġifieri: "Illi l-Bord
jaġġorna";
(iii) li tingħalaq id-diskussjoni fuq l-emenda,
jiġifieri: "Illi l-Bord jgħaddi għall-votazzjoni
fuq l-emenda";
(iv) il-mozzjoni oriġinali, jiġifieri: "Illi l-Bord,
minfiok ma jkompli jittratta l-emenda, jerġa’
jibda d-diskussjoni fuq il-mozzjoni proposta
oriġinarjament".
Proposta biex 
taġġorna 
diskussjoni.
25. Il-proposta għall-posponiment tal-kwistjoni tista’
tispeċifika d-data għall-konsiderazzjoni tal-kwistjoni jew tkun sine
die.
Xogħol 
sussegwenti u 
mozzjoni 
aġġornata.
26. Jekk il-proposta għall-posponiment tad-diskussjoni
tgħaddi, il-Bord għandu jgħaddi għall-item li jmiss fl-agenda u d-
diskussjoni għandha terġa’ tibda fil-laqgħa ordinarja tal-Bord li
taħbat wara. Min jipproponi l-aġġornament għandu, kif terġa’ tibda
d-diskussjoni, id-dritt li jitkellem l-ewwel.
Tmexxija ta’ 
xogħol mhux 
oppost.
27. Meta ssir u tiġi sekondata l-proposta għall-aġġornament
tal-Bord, il-President ikun jista’, qabel ma jitlob vot, jieħu l-
opinjoni tal-Bord jekk ikunx sejjer, qabel ma jieqaf, ikompli bl-
agenda li ma tkunx opposta.
Egħluq tal-laqgħa.
mingħajr diskussjoni, u għandha, kemm-il darba l-President ma
4 L.S.94.13 ħ BORD DWAR L-ISPIŻJARA
jordnax xort’oħra, tiġi deċiża minnufih. Jekk il-proposta tgħaddi,
il-mozzjoni jew l-emenda li tkun qed tiġi diskussa għandha tgħaddi
għall-vot mill-Bord minnufih.
Proposta għall-
mistoqsija ta’ 
qabel.
29. Il-proposta preġudizzjali għandha ssir u tiġi sekondata
mingħajr diskussjoni, u għandha tiġi deċiża minnufih. Jekk il-
proposta tgħaddi, il-mozzjoni jew l-emenda li għaliha tapplika
għandha titneħħa mill-agenda.
Votazzjoni.
Emendat:
A.L. 79 ta’ l-1981.
30. Kull kwistjoni għandha tiġi deċiża bil-wiri ta’ l-idejn jekk
ma tintalabx votazzjoni sigrieta minn xi membru jew minn xi
membru addizzjonali. Il-vot għandu jitniżżel fil-minuti.
Taħsir ta’ 
deċiżjonijiet tal-
Bord.
31. Mozzjoni biex tiġi rtirata xi deċiżjoni tal-Bord ma tistax
tiġi proposta qabel ma jgħaddu tliet xhur mid-data tad-deċiżjoni
relattiva jekk il-Bord ma jiddeċidix unanimament xort’oħra.
Minuti. 32. Il-proċeduri kollha tal-Bord għandhom jitniżżlu f’forma ta’
minuta u jiġu legati perjodikament u l-ismijiet tal-membri preżenti
f’kull laqgħa għandhom jitniżżlu fil-minuti.
Notament tal-
mozzjonijiet.
Emendat:
A.L. 79 ta’ l-1981.
33. Il-minuti ta’ kull laqgħa għandu jkollhom dawk il-
mozzjonijiet u emendi li jkunu ġew proposti u adottati jew miċħuda
bl-ismijiet ta’ min ikun ippropona u ta’ min ikun issekonda, iżda
mingħajr ebda kumment jew osservazzjoni tal-membri jew tal-
membri addizzjonali. Ir-raġuni tad-deċiżjoni għandha, b’danakollu,
tiġi notata.
Konferma tal-
minuti.
34. Il-President għandu jikkonferma bil-firma tiegħu l-minuti
li jsiru tax-xogħol tal-laqgħa.
Eżattezza tal-
minuti.
35. Ebda mozzjoni jew diskussjoni ma għandha ssir fuq il-
minuti ħlief dwar l-eżattezza tagħhom, u kull kwistjoni dwar l-
eżattezza tagħhom għandha titqanqal b’mozzjoni. Jekk ebda
kwistjoni bħal din ma titqanqal, jew jekk titqanqal, minnufih wara
li tkun ġiet deċiża, il-President għandu jiddikjara illi l-minuti huma
konfermati.
Kumitati. 36. Il-Bord jista’ jinnomina kif jidhirlu meħtieġ kumitati
speċjali u kumitati permanenti biex jissottomettu
rakkomandazzjonijiet lill-Bord dwar il-ħwejjeġ mibgħuta lilhom
mill-Bord. Dawk il-kumitati għandhom jissottomettu r-
rakkomandazzjonijiet bil-miktub lill-President tal-Bord u jagħtu r-
raġunijiet tar-rakkomandazzjonijiet tagħhom.
Il-proċeduri 
għandhom jitqiesu 
bħala siġrieti.
37. Il-proċeduri kollha tal-Bord u tal-kumitat tiegħu għandhom
jitqiesu bħala siġrieti. Iżda l-Bord jista’ joħroġ dikjarazzjonijiet u
direttivi kif jidhirlu xieraq minn żmien għal żmen.
TAQSIMA IV 
Reġistri u Reġistrazzjonijiet
Tiżmim ta’ reġistri 
separati.
38. Għandhom jinżammu reġistri separati għar-reġistrazzjoni
ta’ -
(a) spiżjara
(b) assistenti spiżjara:
BORD DWAR L-ISPIŻJARA ġ L.S.94.13 5
Kap. 31.
Iżda r-reġistru ta’ l-ispiżjara għandu jkollu taqsima
supplementari li fiha jintniżżel l-isem ta’ kull spiżjar li tkun
ingħatat lilu liċenza temporanja mill-Ministru responsabbli għas-
saħħa skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 19(2) ta’ l-Ordinanza
dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom
x’jaqsmu magħha.
Forma ta’ reġistri.
Skeda li tinsab ma’ dawn l-Ordnijiet Permanenti u għandu juri dwar
kull persuna l-partikolaritajiet imsemmija f’dik l-Iskeda.
Diviżjoni ta’ 
reġistri f’listi.
40. Kull reġistru għandu jikkonsisti fit-tliet taqsimiet li ġejjin:
(a) lista prinċipali,
(b) lista tal-Commonwealth, u 
(ċ) lista stranjiera.
Formula ta’ 
applikazzjoni.
41. (1) L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni f’xi wieħed
mir-reġistri għandha ssir lir-Reġistratur skond il-formula murija
fit-Tieni Skeda u, jekk il-Bord ma jordnax xort’oħra, għandha tkun
akkumpanjata mil-liċenza mogħtija lill-applikant mill-Ministru
responsabbli għas-Saħħa.
(2) Dik il-liċenza għandha tingħata lura lill-applikant mir-
Reġistratur minnufih malli l-Bord ikun iddeċieda dwar l-
applikazzjoni.
Il-Bord għandu 
jiddeċiedi dwar ir-
reġistrazzjoni.
42. (1) Ir-Reġistratur għandu jqiegħed quddiem il-Bord l-
applikazzjonijiet kollha għar-reġistrazzjoni.
(2) Ir-Reġistratur, meta jiġi ordnat biex jagħmel hekk mill-
Bord, għandu jniżżel il-partikolaritajiet ta’ persuna aċċettata għar-
reġistrazzjoni fit-taqsima relattiva tar-reġistru xieraq.
Ċertifikat ta’ 
reġistrazzjoni.
43. Meta xi persuna li jkollha dritt tiġi reġistrata f’xi wieħed
mir-reġistri jkollha isimha u l-partikolaritajiet tagħha mniżżlin fir-
reġistru, għandu jiġi mogħti lilha ċertifikat ta’ reġistrazzjoni skond
il-formula murija fit-Tielet Skeda.
Notamenti 
mniżżlin fir-
reġistri jkunu 
permanenti b’xi 
eċċezzjonijiet.
44. In-notamenti mniżżlin fir-reġistru ta’ l-ispiżjara u fir-
reġistru ta’ l-assistenti spiżjara, ħlief dawk imniżżlin fit-taqsima
supplementari msemmija fil-proviso li hemm għall-ordni
permanenti 38 għandhom, bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-
ordnijiet permanenti 45, 47 u 52, jibqgħu permanenti. Iżda, kull
eżerċitant reġistrat ikun marbut li jinnotifika lir-Reġistratur
mingħajr dewmien b’kull bidla li tolqot in-notament dwaru mniżżel
f’xi wieħed mir-reġistri.
Tibdil fir-reġistri.
meta eżerċitant reġistrat japplika għand ir-Reġistratur biex jagħmel
tibdil fl-isem reġistrat tiegħu jew fl-indirizz reġistrat tiegħu jew
biex xi kwalifika li tista’ tiġi reġistrata li huwa jkollu titniżżel fir-
reġistru minflok jew b’żieda għall-kwalifika li tkun ġa mniżżla, il-
Bord għandu, meta jkun soddisfatt illi l-kondizzjonijiet kollha ta’
dawn l-Ordnijiet Permanenti jkunu ġew osservati, jara li titniżżel
fir-reġistru xieraq il-bidla jew iż-żieda hekk notifikata.
Ħtiġiet għal bdil ta’ 
isem reġistrat.
46. L-eżerċitant reġistrat li japplika biex jibdel ismu kif
reġistrat għandu jipproduċi biex isostni l-applikazzjoni tiegħu dawk
iċ-ċertifikati jew prova oħra dokumentarji li l-Bord jidhirlu
6 L.S.94.13 ħ BORD DWAR L-ISPIŻJARA
meħtieġa.
Tiżmim ta’ isem ġa 
reġistrat.
47. Malli tidħol fir-reġistru xieraq xi bidla fl-isem ta’ l-
eżerċitant reġistrat, ir-Reġistratur għandu jżomm fir-reġistru ismu
kif kien ġa reġistrat:
Iżda jekk l-eżerċitant jitlob li l-isem tiegħu ta’ qabel
jitneħħa mir-reġistru, it-talba tiegħu tista’ tiġi milqugħa wara li dak
l-isem u l-isem ġdid ikunu dehru flimkien f’ħarġa waħda tar-
reġistru.
Ċertifikat ta’ bdil 
ta’ isem reġistrat.
48. Ċertifikat li juri l-bdil ta’ isem fir-reġistru, skond il-
formula murija fir-Raba’ Skeda, għandu jinħareġ meta jitniżżel fir-
reġistru xieraq notament tal-bidla fl-isem ta’ l-eżerċitant.
Reġistrazzjonijiet 
temporanji.
Kap. 31.
49. (1) Reġistrazzjoni temporanja għandha ssir dwar spiżjar li
lilu tkun ġiet mogħtija liċenża mill-Ministru responsabbli għas-
Saħħa skond l-artikolu 19(2) ta’ l-Ordinanza dwar il-Professjoni
Medika u l-Professjonijiet li għandhom x’jaqsmu magħha.
(2) L-applikazzjoni għal reġistrazzjoni temporanja għandha
ssir skond il-formula murija fil-Ħames Skeda, u, jekk il-Bord ma
jordnax xort’oħra, għandha tkun akkompanjata bil-liċenza mogħtija
lill-applikant mill-Ministru responsabbli għas-Saħħa.
(3) Dik il-liċenza għandha tingħata lura lill-applikant mir-
Reġistratur malli l-Bord ikun iddeċieda dwar l-applikazzjoni.
(4) Iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni temporanja għandu jkun
skond il-formula murija fis-Sitt Skeda.
(5) Reġistrazzjoni temporanja tkun valida għall-perijodu
stabbilit fil-liċenza mogħtija mill-Ministru responsabbli għas-
Saħħa kif intqal qabel.
Pubblikazzjoni tar-
reġistri.
Sostitwit:
A.L. 79 ta’ l-1981.
50. (1) Kull wieħed mir-reġistri miżmuma mill-Bord għandu
jiġi pubblikat kull tliet snin jew, jekk il-Bord hekk jiddeċiedi,
f’perijodu aktar qasir.
(2) Kull wieħed minn dawn ir-reġistri għandu juri l-ismijiet u
l-kunjomijiet, f’ordni alfabetiku tal-kunjomijiet, bl-indirizzi,
kwalifiki u partikolaritajiet oħra tal-persuni kollha li jidhru fihom
bħala eżistenti fl-ewwel ta’ Jannar tas-sena tal-pubblikazzjoni.
Ittri ta’ kull sena 
mir-Reġistratur.
51. Bla ħsara għal kull ordnijiet li jista’ jagħti l-Bord,
għandhom jintbagħtu ittri mir-Reġistratur, mill-anqas darba fis-
sena, lill-persuni kollha li isimhom jidher fir-reġistri sabiex ir-
reġistri jinżammu korretti.
Tneħħja ta’ isem 
fuq it-talba ta’ 
eżerċitant.
52. (1) Jekk eżerċitant reġistrat japplika lill-Bord biex
jitneħħa ismu minn xi wieħed mir-reġistri, l-applikazzjoni għandha
tkun fil-forma ta’ dikjarazzjoni ffirmata minnu li tispeċifika r-
raġuni jew raġunijiet li fuqhom l-applikazzjoni tkun magħmula u li
tgħid li l-applikant ma jaf b’ebda proċeduri jew b’ebda raġuni li
jistgħu jittieħdu xi proċeduri li jwasslu -
Kap. 31.
(a) li jkollu ismu mħassar minn dak ir-reġistru b’ordni tal-
Bord skond l-artikolu 106, l-artikolu 110 jew l-artikolu
112 ta’ l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-
Professjonijiet li għandhom x’jaqsmu magħha; jew
(b) li titneħħilu xi kwalifika reġistrata li huwa jkollu.
BORD DWAR L-ISPIŻJARA ġ L.S.94.13 7
(2) L-applikazzjoni għandha tiġi kunsidrata mill-Bord li jista’,
jekk jidhirlu xieraq, jaġġorna l-konsiderazzjoni għal data oħra, u
jista’ jeħtieġ lill-applikant li jagħti tagħrif jew spjegazzjoni oħra
sew bil-miktub jew verbalment u personalment quddiem il-Bord.
(3) Wara li tiġi kunsidrata l-applikazzjoni, il-Bord jista’, jekk
jidhirlu xieraq, b’riżoluzzjoni magħmula mis-Sedja, jordna lir-
Reġistratur li jneħħi l-isem ta’ l-applikant mir-reġistru.
(4) Jekk toħroġ dik l-ordni, d-deċiżjoni tal-Bord għandha
minnufih tiġi notifikata mir-Reġistratur lill-applikant b’ittra
indirizzata fl-indirizz tiegħu reġistrat jew l-aħħar magħruf.
Tqegħid mill-ġdid 
ta’ ismijiet 
imneħħija fuq talba 
ta’ eżerċitant.
Kap. 31.
53. Kemm-il darba l-Bord ma jordnax xort’oħra, ir-Reġistratur
ma għandux jerġa’ jniżżel fir-reġistru xi isem li jkun tneħħa skond
l-ordni permanenti 52, jekk il-persuna li fuq talba tagħha isimha
jkun ġie mneħħi ma tagħmilx applikazzjoni bil-miktub biex isimha
jerġa’ jiġi reġistrat, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
111 ta’ l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet
li għandhom x’jaqsmu magħha.
Siġill.
figura ta’ mehries u lida u serp imdawwar magħhom magħluqa bl-
iskrizzjoni PHARMACOPOLARUM CONSILIUM MELITENSE li
warajha jiġu l-kliem ANNO DOMINI u s-sena li fiha twaqqaf il-
Bord dwar l-Ispiżjara.
(2) Is-siġill għandu jinżamm taħt il-kustodja tar-Reġistratur.
Awtorizzazzjoni u 
skop ta’ twaħħil 
tas-siġill.
55. (1) Ir-Reġistratur, jew kull uffiċjal ieħor tal-Bord
awtorizzat bil-miktub mill-President tal-Bord, ikun awtorizzat li
jwaħħal is-siġill fuq iċ-ċertifikati kollha ta’ reġistrazzjoni u fuq il-
kummissjonijiet formali maħruġa mill-Bord.
(2) Salv dak li ntqal qabel, is-siġill għandu jitwaħħal biss
b’ordni jew taħt l-awtorità  tal-Bord.
(3) Kull ordni biex jintuża s-siġill għandu jkollu l-iskop ta’ l-
użu tiegħu u għandu jitniżżel fil-minuti tal-Bord.
8 L.S.94.13 ħ BORD DWAR L-ISPIŻJARA
L-EWWEL SKEDA
(Ordni permanenti 39)
FORMA TA’ REĠISTRI
BORD DWAR L-ISPIŻJARA - MALTA
Ir-Reġistru ...................................
Numru 
Oriġinali ta’ 
Reġistrazzjoni Isem Indirizz
Data ta’ 
reġistrazzjoni
Titolu għar-
Reġistrazzjoni
u Kwalifiki 
Addizzjonali
......................... ................... ................... ..................... .........................
...................... ................... ................... ..................... .........................
...................... ................... ................... ..................... .........................
...................... ................... ................... ..................... .........................
...................... ................... ................... ..................... .........................
...................... ................... ................... ..................... .........................
BORD DWAR L-ISPIŻJARA ġ L.S.94.13 9
IT-TIENI SKEDA
(Ordni permanenti 41)
FORMULA TA’ APPLIKAZZJONI GĦAR-
REĠISTRAZZJONI
BORD DWAR L-ISPIŻJARA - MALTA
Applikazzjoni għar-Reġistrazzjoni
Jiena napplika biex niġi reġistrat skond l-artikolu ............ta’ l-
Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li
għandhom x’jaqsmu magħha.
Ismi sħiħ huwa ........................................................................
(Agħti isem sħiħ b’ittri kbar, il-kunjom sottolineat)
Twilidt .................................... fil- .........................................
(jum, xahar, sena)
L-indirizz tiegħi tad-dar jew permanenti* biex jitniżżel fir-
Reġistru huwa ............................................................................
...................................................................................................
L-indirizz* li fih iċ-Ċertifikat tiegħi ta’ Reġistrazzjoni għandu
jintbgħat huwa ............................................................................
...................................................................................................
Deskrizzjoni ta’ kwalifika(i) ...................................................
Data li fiha ġiet / ġew mogħtija ...............................................
Università  jew Korp li minnhom ġiet/ġew mogħtija .................
................................................................................................
Jiena nissottometti b’sostenn ta’ l-applikazzjoni tiegħi l-liċenza
mogħtija lili mill-Ministru responsabbli għad-Dipartiment tas-
Saħħa biex neżerċita ..........................................
Firma ta’ l-applikant ...............................................................
Data ta’ l-applikazzjoni ...........................................................
*Agħti dawn l-indirizzi sħaħ.
10 L.S.94.13 ħ BORD DWAR L-ISPIŻJARA
IT-TIELET SKEDA
(Ordni permanenti 43)
FORMULA TA’ ĊERTIFIKAT TA’ REĠISTRAZZJONI
BORD DWAR L-ISPIŻJARA - MALTA
ĊERTIFIKAT TA’ REĠISTRAZZJONI 
FIR-REĠISTRU TA’ .................
(LISTA ........................... )
NUMRU ............................. Data .............................
JIENA HAWNHEKK NIĊĊERTIFIKA illi din li ġejja hija kopja vera tan-
notament imniżżel fil-Lista ...............................................
tar-Reġistru .................... dwar l-isem speċifikat hawn taħt:
Siġill
BORD DWAR L-ISPIŻJARA - MALTA
REĠISTRATUR
 NUMRU TA’ 
REĠISTRAZZJONI ISEM INDIRIZZ
DATA TAR- 
REĠISTRAZZJONI KWALIFIKI
BORD DWAR L-ISPIŻJARA ġ L.S.94.13 11
IR-RABA’ SKEDA
(Ordni permanenti 48)
FORMULA TA’ ĊERTIFIKAT TA’ BIDLA FL-ISEM 
REĠISTRAT
BORD DWAR L-ISPIŻJARA - MALTA
ĊERTIFIKAT TA’ BIDLA FL-ISEM 
FIR-REĠISTRU TA’ .................
NUMRU ............................. Data .............................
JIENA HAWNHEKK NIĊĊERTIFIKA illi l-isem li ġej inbidel kif muri
fir-Reġistru ....................
Siġill
BORD DWAR L-ISPIŻJARA - MALTA
REĠISTRATUR
ISEM KIF KIEN 
QABEL FIR-
REĠISTRU
ISEM KIF 
REĠISTRAT 
ISSA
INDIRIZZ DATA TAR- REĠISTRAZZJONI KWALIFIKI
12 L.S.94.13 ħ BORD DWAR L-ISPIŻJARA
IL-ĦAMES SKEDA
Ordni permanenti 49(2)
FORMULA TA’ APPLIKAZZJONI GĦAR-
REĠISTRAZZJONI TEMPORANJA
BORD DWAR L-ISPIŻJARA - MALTA
Applikazzjoni għar-Reġistrazzjoni Temporanja
Jiena napplika għar-reġistrazzjoni temporanja bħala ................
f’Malta skond l-artikolu ............ta’ l-Ordinanza dwar il-Professjoni
Medika u l-Professjonijiet li għandhom x’jaqsmu magħha.
Ismi sħiħ huwa ........................................................................
L-indirizz permanenti tiegħi huwa ...........................................
Jiena twilidt ............................ fil- .........................................
(jum, xahar, sena)
In-nazzjonalità  tiegħi preżenti hija ..........................................
Deskrizzjoni ta’ kwalifika(i) ...................................................
Data li fiha ġiet / ġew mogħtija ...............................................
Università  jew Korp li minnhom ġiet/ġew mogħtija .................
................................................................................................
għal reġistrazzjoni temporanja f’Malta.
Jiena nissottometti b’sostenn ta’ l-applikazzjoni tiegħi l-liċenza
temporanja mogħtija lili mill-Ministru responsabbli għad-
Dipartiment tas-Saħħa biex neżerċita .................................
Firma ta’ l-applikant ...............................................................
Data ta’ l-applikazzjoni ...........................................................
*Ħassar dak li ma japplikax.
Jiena
*qatt ma applikajt qabel
*applikajt qabel fil- ..................................
BORD DWAR L-ISPIŻJARA ġ L.S.94.13 13
IS-SITT SKEDA
Ordni permanenti 49(4)
FORMULA TA’ ĊERTIFIKAT TA’ REĠISTRAZZJONI 
TEMPORANJA
BORD DWAR L-ISPIŻJARA - MALTA
ĊERTIFIKAT TA’ REĠISTRAZZJONI (TEMPORANJA) 
FIR-REĠISTRU ....................................
(LISTA PRINĊIPALI)
NUMRU ............................. Data .............................
JIENA HAWNHEKK NIĊĊERTIFIKA illi din li ġejja hija kopja vera tan-
notament imniżżel fit-taqsima supplementari tal-Lista Prinċipali tar-
Reġistru ......................... dwar l-isem speċifikat hawn taħt:
Siġill
BORD DWAR L-ISPIŻJARA - MALTA
REĠISTRATUR
NUMRU TA’ 
REĠISTRAZZJONI ISEM INDIRIZZ
DATA TA’ 
REĠISTRAZZJONI
PERIJODU TA’ 
VALIDITÀ  TAR-
REĠISTRAZZJONI
KWALIFIKI
