ETIKA TAL-PROFESSJONI DENTALI ġ L.S.94.14 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 94.14
REGOLAMENTI DWAR L-ETIKA
TAL-PROFESSJONI DENTALI
14 ta’ Settembru, 1971
L-AVVIŻ ta’ l-14 ta’ Settembru, 1971.
Titolu.
Etika tal-Professjoni Dentali.
Dixxiplina 
ġudizzjarja.
2. Niġbdu l-attenzjoni tal-membri tal-professjoni dentali
għall-Avviż Ġenerali maħruġ mill-Kunsill Mediku fil-5 ta’ Marzu,
1971, biex jiggwida l-membri tal-professjonijiet li fuqhom teżerċita
poteri ta’ dixxiplina, dwar -
(a) l-abbuż fir-relazzjonijiet professjonali,
(b) il-kundanni,
(ċ) iċ-ċertifikati foloz,
(d) ir-reklami,
Kap. 101.
(e) il-kontravenzjonijiet ta’ l-Ordinanza u r-Regolamenti
dwar il-Mediċini Perikolużi,
(f) covering,
(g) il-kummissjonijiet,
(h) ftehim biex jaqsam ma’ ħaddieħor,
(i) it-tnaqqis fid-drittijiet professjonali, u
(j) is-segriet professjonali.
Tifsir ta’ l-
"eżerċenti".
3. Kull fejn "l-eżerċenti" hija wżata f’dawn ir-Regolamenti,
tfisser kirurgu dentali jew dentist.
L-eżerċenti ma 
għandux joqgħod 
jaħsibha biex 
jipproponi jew li 
jaċċetta 
konsultazzjonijiet.
4. (a) L-eżerċenti ma għandux joqgħod jaħsibha biex
jipproponi jew li jaċċetta konsultazzjonijiet ma’
kollega professjonali meta din tidher neċessarja fl-
interess tal-pazjent. L-attendenza ta’ l-eżerċenti
konsulenti għandha tieqaf meta l-konsultazzjoni
tispiċċa kemm-il darba ma jkunx sar arranġament ieħor
għall-appuntament mill-eżerċenti li jattendi.
(b) Meta l-eżerċenti jara pazjent fil-kamra tiegħu fuq talba
tat-tabib mediku tiegħu jew eżerċenti ieħor, huwa d-
dmir tiegħu li jikteb lil ta’ l-aħħar fejn igħid l-opinjoni
tiegħu dwar il-każ u l-mod ta’ kura li huwa jaħseb li
għandha tiġi adottata.
(ċ) Kull differenza fl-opinjonijiet ma għandhiex tissemma
jekk dan mhux neċessarju, iżda meta d-differenza ta’
opinjoni tiġi eliminata, il-fatti għandhom frankament u
imparzjalment jiġu spjegati lil dawk li jiġu mill-
pazjent li jfittxu pariri oħra, jew preferibbilment
f’konsultazzjoni ma dawk li diġà  atttendew jew mat-
tabib mediku jew ma’ l-eżerċenti biss.
2 L.S.94.14 ħ ETIKA TAL-PROFESSJONI DENTALI
(d) Meta jkun id-dmir ta’ l-eżerċenti li jkun qiegħed
jokkupa posizzjoni uffiċjali li jara u jirrapporta fuq każ
ta’ mard jew korriment, huwa għandu jikkomunika
mal-pazjent u jinfurmah li huwa d-dritt tiegħu li jitlob
lill-eżerċenti tiegħu biex ikun preżenti matul l-eżami.
L-eżerċenti li jara l-każ uffiċjalment skrupolożament
m’għandux jindaħal jew jirrimarka fuq il-kura jew
djanjosi li ġiet adottata.
Eżerċenti ma 
għandux jagħti 
informazzjoni.
5. L-eżerċenti ma għandux jagħti volontarjament, mingħajr il-
kunsens tal-pazjent, preferibilment bil-miktub, xi informazzjoni,
inkluż ċertifikat li huwa kiseb fil-kors tar-relazzjoni tiegħu
professjonali mal-pazjent. L-eċċezzjoni għar-regola tinstab biss
skond il-ħtiġiet tal-liġi.
Pazjent li diġà  
huwa taħt il-kura 
ta’ eżerċenti ieħor.
6. (a) Meta l-eżerċenti jiġi mitlub biex jattendi pazjent li diġà
huwa taħt il-kura ta’ eżerċenti ieħor, huwa għandu
jirrifjuta li jagħmel dan, ħlief f’konsultazzjoni ma’ l-
eżerċenti li jkun qiegħed jikkurah, jew f’każijiet li l-
konsultazzjoni ma ġietx miftiehma, sakemm l-
eżerċenti li jkun qiegħed jikkura jiġi nformat,
possibbilment bil-miktub, illi s-servizzi tiegħu
m’għadhomx meħtieġa. Dan ma jappliokax f’każ ta’
emerġenza.
(b) L-eżerċenti li jiġi mitlub li jara pazjent f’emerġenza, li
f’ċirkostanzi ordinarji kellu jattendi l-eżerċenti ieħor,
meta tispiċċa l-emerġenza, għandu jirtira favur l-
eżerċenti tas-soltu, iżda għandu d-dritt li jitlob ħlas
lill-pazjent għas-servizzi tiegħu.
(ċ) Meta l-eżerċenti huwa kkonsultat fl-uffiċċju tiegħu,
mhux neċessarju għalih li jistaqsi jekk il-pazjent
huwiex taħt il-kura ta’ eżerċenti ieħor, iżda jekk dak li
ġara jsir magħruf allura l-interess tal-pazjenti u anki l-
kortesija jitolbu illi l-eżerċenti jew it-tabib mediku
jkun informat bil-konsultazzjoni u r-riżultati tagħha.
L-ebda eżerċenti 
ma għandu jaċċetta 
kummissjoni.
7. (a) L-ebda eżerċenti ma għandu jaċċetta kummissjoni jew
flus biex jiġi introdott pazjent għall-konsultazzjoni,
għal sptar privat jew istituzzjoni oħra, jew għal
eżerċenti mediku, spiżjar, nurse, qabla jew persuna
oħra jew kumpannija, u huwa ma għandux iħallas flus
għall-introduzzjoni ta’ pazjenti għalih innifsu.
(b) L-eżerċenti ma għandux jipparteċipa jew jaqsam f’xi
ħlasijiet li l-pazjent ma jkunx jaf bihom barra mill-każ
ta’ studju dentali normali, u dan japplika għall-
konsultazzjonijiet bejn l-eżerċenti u l-eżerċenti mediċi.
Reklam. 8. L-eżerċenti ma għandux jagħmel minn jeddu u l-anqas
jippermetti li jsiru reklami dwar l-istatus professjonali jew xogħol
tiegħu.
Bdil ta’ indirizz. 9. Kull bidla fl-indirizz jew fil-ħinijiet tal-prattika tal-
kirurgija jistgħu jiġu mibgħuta b’ittra lill-pazjenti u ppubblikati
mhux aktar minn tliet darbiet fl-istampa kemm-il darba l-
pubblikazzjonijiet isiru f’tipi normali. Ma hemm ebda oġġezzjoni
għall-avviż adattat li jiġi mqiegħed fil-waiting room.
ETIKA TAL-PROFESSJONI DENTALI ġ L.S.94.14 3
Direttorji tat-
telefon.
10. L-eżerċenti ma għandux iħalli ismu li jidher b’tipa speċjali,
jew bħala daħla speċjali fid-direttorju tat-telefon. Ma hemm,
madankollu, l-ebda oġġezzjoni li jiġu nklużi gradi jew diplomi
speċjali ta’ wara l-lawrja.
Relazzjoni ma’ 
tobba.
11. Il-kondotta professjonali ta’ l-eżerċenti hija ggwidata
essenzjalment mill-prinċipji bħal dawk addottati mill-professjoni
medika u r-relazzjonijiet bejn tabib u dentist għandhom jkunu
soġġetti għall-istess konsiderazzjonijiet maħsuba għal dawk għar-
relazzjonijiet bejn eżerċenti ġenerali u konsulent.
Meta l-eżerċenti, fi kwalunkwe forma ta’ prattika, għandu
għaliex jaħseb illi l-pazjent li jitolbu biex jagħtih parir jew
jikkurah, qiegħed isofri minn kondizzjoni li nqalgħet minn, jew
konnessa ma’ kura medika, huwa d-dmir ta’ l-eżerċenti li jġiegħel
lill-pazjent biex jippermettilu li jikkomunika ma’ l-eżerċenti
mediku. Jekk il-pazjent jirrifjuta din il-proposta, l-eżerċenti huwa
liberu li jikkura kif huwa neċessarju biex jagħmel tajjeb għal xi
kondizzjoni ta’ emerġenza. L-eżerċenti kkonsultat ma għandux
jirreferi l-pazjent għat-tieni eżerċenti mediku jekk huma ma jiksbux
mingħand il-pazjent permess biex isemmi dan il-fatt lill-ewwel
eżerċenti mediku. 
Fejn pazjent ma jkollux tabib, huwa xieraq, iżda biss fuq
talba speċifika tal-pazjent, għall-eżerċenti biex jindika l-isem ta’
eżerċenti mediku magħruf għalih li jista’ jiġi kkonsultat, iżda huwa
ma għandux jindika lill-pazjent il-kura illi huwa jikkonsidra li
għandha tingħata mill-eżerċenti mediku. L-eżerċenti għandu, bil-
permess tal-pazjent, jikkomunika lit-tabib l-opinjoni tiegħu tal-każ.
Jekk l-eżerċenti jkollu bżonn opinjoni oħra medika jew dentali,
rapport patoloġiku jew radjoloġiku minn terza persuna, jew
referenza għal sptar, huwa għandu jinforma l-eżerċenti mediku
interessat għall-azzjoni proposta u għal dak li jista’ jinqala’ wara.
L-eżerċenti jista’ jagħżel anestetitiku għal pazjent iżda
jekk l-anestetista mhux it-tabib tal-pazjent stess l-ebda oġġezzjoni
ma għandha ssir lill-pazjent li jistieden lit-tabib tiegħu stess biex
ikun preżenti. Fejn il-pazjent huwa taħt kura medika, d-dentista
jkun mistenni li jinforma t-tabib tal-pazjent ta’ xi operazzjoni
proposta li tkun tinħtieġ l-anestetiku.
