ETIKA TAL-PROFESSJONI MEDIKA ġ L.S.94.15 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 94.15
REGOLAMENTI DWAR L-ETIKA
TAL-PROFESSJONI MEDIKA
14 ta’ Settembru, 1971
L-AVVIŻ ta’ l-14 ta’ Settembru, 1971.
Titolu.
Etika tal-Professjoni Medika.
Professjoni 
medika.
2. (a) Il-professjoni medika għandha pożizzjoni ta’ fiduċja
fis-soċjetà  minħabba l-komprensjoni illi l-professjoni
ta’ tabib hija li jservi l-umanità  taħt il-kondizzjonijiet
kollha u minħabba illi fl-imgħoddi membri tal-
professjoni bnew tradizzjoni illi l-bżonnijiet tal-
pazjent jitqiegħdu ’l fuq minn kull ħaġ’oħra.
(b) Mad-dħul fil-professjoni tal-mediċina kull min isir
membru tagħha, mhux biss ikollu dritt għall-benefiċċju
tal-post speċjali tagħha fis-soċjetà , iżda jerfa’ wkoll id-
dmir li jżomm din il-pożizzjoni għolja. Il-
ġustifikazzjoni għal-libertà  tal-mediċina tinsab f’idejn
dawk li jipprattikawha.
Fidi jew morali.
morali l-membru kattoliku tal-professjoni għandu joqghod ghall-
prinċipji tal-Knisja Kattolika Rumana.
Ġurisdizzjoni 
dixxiplinarja.
4. Il-membri tal-professjoni medika għandhom jagħtu każ ta’
l-Avviż Ġenerali maħruġ mill-Kunsill Mediku biex jiggwida
membri tal-professjoniijet li fuqhom jeżerċita ġurisdizzjoni
dixxiplinarja.
Kodiċi ta’ 
kondotta.
5. Minbarra l-ħtiġiet tal-Kunsill Mediku u biex dawn jiġu
elaborati, hemm drawwiet u regoli etiċi li huma osservati mill-
professjoni bħala kodiċi ta’ kondotta. L-għadd bla qies ta’
sitwazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu, u li fil-fatt jinqalgħu, matul il-
ħajja professjonali ma jistghux jiġu koperti kollha speċifikament
f’xi sett ta’ regoli. Ir-regoli li ġejjin huma aċċettati li jkopru l-akbar
u l-aktar aspetti komuni tal-ħajja professjonali u jservu biex juru l-
prinċipji ta’ kondotta. Dawn il-prinċipji jistgħu u għandhom jiġu
applikati għall-problemi u sitwazzjonijiet oħra li jistgħu jinqalgħu.
Standards.
għolja. 
Motivi ta’ profitt.
m’għandux jiġi influwenzat minn motivi ta’ profitt.
Reklam.
jippermetti li jsiru xi reklami dwar l-istatus tal-professjoni tiegħu
jew ta’ xogħol.
Indipendenza tal-
professjoni.
9. It-tabib ma għandux jaċċetta kondizzjonijiet ta’ servizz li
ma jiżgurawx l-indipendenza tal-professjoni tiegħu.
Kura ta’ mard.
jew jippermetti, kull ħaġa li tista’ ddajjef ir-reżistenza fiżika jew
2 L.S.94.15 ħ ETIKA TAL-PROFESSJONI MEDIKA
mentali tal-bniedem, ħlief bħala prekawzjoni u kura tal-marda.
Priżervar tal-ħajja. 11. It-tabib għandu dejjem iżomm quddiem għajnejh l-
importanza li jippreżerva 1-ħajja tal-bniedem mill-konċepiment
sal-mewt.
Tabib ma għandux 
joqgħod jaħsibha 
biex jipproponi jew 
jaċċetta 
konsultazzjoni.
12. (a) It-tabib ma għandux joqgħod jaħsibha biex jipproponi
jew jaċċetta konsultazzjoni ma’ kollega professjonali
meta għal xi raġuni jew oħra din tidher meħtieġa fl-
interess tal-pazjent. L-attendenza ta’ l-eżerċenti
konsulenti għandha tieqaf meta l-konsultazzjoni
tispiċċa kemm-il darba ma jkunx sar arranġament ieħor
għall-appuntament mit-tabib li jkun qiegħed jikkurah.
(b) Meta konsulent jara lill-pazjent fil-kamra tiegħu fuq
talba tat-tabib li jkun qiegħed jikkurah, huwa dmir
tiegħu li jikteb lil dan ta’ l-aħħar u jagħti l-opinjoni
tiegħu fuq il-każ u l-mod ta’ kura li huwa jaħseb li
għandha tiġi adottata.
(ċ) Meta jkun hemm differenza ta’ opinjoni li fuqha ma
jkunx jista’ jsir ftehim bejn l-eżerċenti, ċ-ċirkostanzi
tal-każ għandhom frankament u imparzjalment jiġu
spjegati lill-pazjent jew lil min jiġi minnu jew mill-
konsulenti jew mit-tabib li jkun qiegħed jikkurah fil-
preżenza ta’ l-ieħor.
(d) Meta l-eżerċenti li jkun qiegħed jokkupa pożizzjoni
uffiċċjali jkollu l-obbligu li jara u jirrapporta fuq każ
ta’ mard jew korriment huwa għandu jikkomunika mal-
pazjent u jinformah li huwa d-dritt tiegħu li jitlob lill-
eżerċenti tiegħu biex ikun preżenti matul l-eżami. L-
eżerċenti li jara 1-każ uffiċjalment għandu
skrupolożament jiskarta l-indħil ma’, jew jirrimarka
fuq, il-kura jew dijanjosi li ġiet adottata.
Eżerċenti mediku 
ma għandux jagħti 
informazzjoni.
Kap. 9.
13. (1) L-eżerċenti mediku ma għandux jagħti volontarjament
mingħajr il-kunsens tal-pazjent, preferibilment bil-miktub, l-
informazzjoni, inkluż iċ-ċertifikat li huwa ħareġ fil-kors tar-
relazzjoni tiegħu professjonali mal-pazjent. Eċċezzjoni tar-regola
ssir biss skond il-ħtiġiet tal-liġi. L-eżerċenti mediċi għandhom
jiftakru fl-artikolu 257 tal-Kodiċi Kriminali.
(2) Kull kontravvenzjoni ta’ dan ir-regolament tista’ wkoll
tinvolvi azzjoni dixxiplinarja min-naħa tal-Kunsill Mediku.
Pazjent li diġà  jkun 
taħt il-kura ta’ 
eżerċenti ieħor.
14. (a) Meta l-eżerċenti mediku jiġi mitlub biex jattendi
pazjent li diġà  jkun taħt il-kura ta’ eżerċenti ieħor,
huwa għandu jirrifjuta li jagħmel dan, ħlief
b’konsultazzjoni ma’ l-eżerċenti li jkun qiegħed
jikkurah, jew f’każijiet fejn il-konsultazzjoni ma ġietx
miftehma, sakemm l-eżerċenti li jkun qiegħed jikkurah
jiġi nformat, bil-miktub, jekk huwa possibbli, illi s-
servizzi tiegħu ma humiex aktar mixtieqa. F’każijiet
ta’ emerġenza dan ma jgħoddx.
(b) L-eżerċenti mediku li jiġi mitlub jara pazjent
f’emerġenza, li taħt ċirkostanzi ordinarji kellu jattendi
eżerċenti ieħor, għandu, meta l-emerġenza tiġi
ETIKA TAL-PROFESSJONI MEDIKA ġ L.S.94.15 3
provduta, jirtira favur l-eżerċenti tas-soltu, iżda
għandu d-dritt li jitlob lill-pazjent li jitħallas għas-
servizzi tiegħu.
(ċ) Meta l-eżerċenti huwa konsultat fl-uffiċċju tiegħu,
m’għandux għalfejn jistaqsi jekk il-pazjent ħux taħt il-
kura ta’ tabib ieħor.
L-ebda tabib ma 
għandu jaċċetta 
kummissjoni.
15. (a) L-ebda tabib ma għandu jaċċetta kummissjoni jew
konsiderazzjoni talli daħħal pazjent għand xi
konsulenti, speċjalista jew tabib ieħor, għall-isptar
privat jew istituzzjoni oħra, jew għand dentist, spiżjar,
infermier, qabla jew persuna oħra jew kumpannija; u
ma għandux jħallas talli daħħlu bħala konsulenti.
(b) Tabib ma għandux jipparteċipa f’xi diviżjoni jew
jaqsam ħlasijiet li 1-pazjent ma jkunx jaf bihom, u dan
għandu japplika għal konsulti bejn it-tobba, ħlief meta
jkun qiegħed f’soċjetà .
(ċ) Huwa mixtieq illi t-tabib tal-familja jkun preżenti fl-
operazzjonijiet u f’dak il-każ għandu jitlob ħlas għall-
attendenza tiegħu. Jekk hu jassisti, il-ħlas ikun inkluż
fid-dritt għall-operazzjoni u l-pazjent jew il-familja
tiegħu għandhom ikunu informati f’dan is-sens.
(d) Huwa kontra l-liġi għal xi tabib li jitlob ħlas anqas
minn dak stabbilit uffiċjalment. Jekk it-tabib huwa
sodisfatt illi l-pazjent ma jkunx jista’ jħallas id-dritt,
ma għandu jintalab l-ebda ħlas.
Tabib ma għandux 
jiftieħem ma’ 
spiżjara jew tobba 
ta’ l-għajnejn, eċċ.
16. It-tabib ma għandux iqassam biljetti professjonali lill-
ispiżjara jew tobba ta’ l-għajnejn; l-anqas ma għandu jkollu xi
salarju jew kummissjoni jew xi arranġament ieħor ma xi spiżjar jew
tabib ta’ l-għajnejn; ma għandux ikollu interess finanzjarju kemm
direttament jew indirettament f’xi ħanut ta’ spiżerija.
Kondotta ħażina 
fil-professjoni.
17. Dwar -
(a) ċertifikat jew rapport falz, 
(b) meta jgħatti u jissieħeb ma’ persuni mhux kwalifikati
jew mhux liċenzjati, 
Kap. 101.
dwar Mediċini Perikolużi,
(d) jirriklama, jikkanvassja, jagħti lectures, ixandar, eċċ.,
japplika l-Avviż Ġenerali msemmi fil-paragrafu 3 mahruġ mill-
Kunsill Mediku u pubblikat fil-Gazzetta tal-5 ta’ Marzu, 1971.
Bdil ta’ indirizz.
jiġu komunikati b’ittra lill-pazjenti taħt il-kura tiegħu u mxandra
għal mhux aktar minn tliet darbiet permezz ta’ l-istampa kemm-il
darba li avviżi bħal dawn ikunu magħmula f’tipa normali. Ma
hemm l-ebda oġġezzjoni għall-avviż xieraq li jitwaħħal fil-waiting
room.
Direttorju tat-
telefon.
19. It-tabib ma għandux jippermetti li ismu jidher b’tipi
speċjali, jew b’mod speċjali fid-direttorju tat-telefon. Madankollu,
ma hemm l-ebda oġġezzjoni għall-indikazzjoni tal-gradi jew
4 L.S.94.15 ħ ETIKA TAL-PROFESSJONI MEDIKA
diplomi speċjali ta’ wara l-lawrja.
Relazzjoni ma’ 
dentisti.
20. (a) Il-kondotta professjonali ta’ xi dentist hija gwidata bi
prinċipji li essenzjalment jixbħu lil dawk adottati mill-
professjoni medika u r-relazzjonijiet bejn tabib u
dentist ikunu soġġetti għall-istess konsiderazzjonijiet li
japplikaw bejn tabib ġenerali u konsulent.
(b) Meta tabib, f’kull forma ta’ prattika, tkun xi tkun,
ikollu raġuni li jemmen li pazjent li jitlob biex jagħtih
parir jew kura, ikun qiegħed isofri minn kondizzjoni li
tiġi minn, jew li għandha x’taqsam ma’, kura dentali, t-
tabib għandu l-obbligu li jġiegħel lill-pazjent biex
jippermettilu biex jikkomunika mat-tabib dentali.
Kemm-il darba l-pazjent jirrifjuta din il-proposta, it-
tabib huwa liberu li jagħti l-kura neċessarja bħallikieku
kienet xi kondizzjoni ta’ emerġenza. It-tabib hekk
imsejjaħ ma għandux jirriferi l-pazjent għat-tieni tabib
dentali kemm-il darba jingħata permess mill-pazjent
biex jinforma lill-ewwel tabib dentali.
(ċ) Meta pazjent ma jkollu l-ebda dentist, huwa xieraq,
iżda fuq talba speċifika biss tal-pazjent, għat-tabib
biex jindika l-isem ta’ dentist magħruf minnu li jkun
jista’ jiġi konsultat, iżda ma għandux jindika lill-
pazjent il-kura li hu jaħseb li għandha tingħata mid-
dentist. It-tabib għandu, bil-permess tal-pazjent,
jikkomunika mad-dentist l-opinjoni tal-każ.
Jekk it-tabib ikun jinħtieġ xi opinjoni addizzjonali
medika jew dentali, rapport patoloġiku jew radjoloġiku
minn terza persuna, jew riferenza għal xi sptar, huwa
għandu jinforma lid-dentist konċernat ta’ l-azzjoni
proposta u ta’ dak kollu li jsir wara.
(d) Dentist li jkun qieghed jikkura pazjent jista’ jagħżel
anestista biex igħinu, iżda jekk l-anestista ma hux it-
tabib tal-pazjent stess ma għandha ssir l-ebda
oġġezzjoni lill-pazjent li jistieden lit-tabib tiegħu biex
ikun preżenti. Fejn pazjent huwa taħt il-kura medika
id-dentist jista’ jkun mistenni li jinforma lit-tabib tal-
pazjent dwar xi operazzjoni proposta li tinħtieġ l-
anestetiku.
