BORD DWAR IL-PROFESSJONIJIET 
SUPPLIMENTARI GĦALL-MEDIĊINA ġ L.S.94.18 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 94.18
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-BORD 
DWAR IL-PROFESSJONIJIET SUPPLIMENTARI 
GĦALL-MEDIĊINA
1 ta’ Awissu, 1986
L-AVVIŻ LEGALI 46 ta’ l-1986, kif emendat bl-Avviż Legali 4 ta’ l-
2000.
TAQSIMA I
Titolu u Tifsir
Titolu.
Permanenti tal-Bord dwar il-Professjonijiet Supplimentari għall-
Mediċina.
Tifsir.
tal-kliem ma jurix xort’oħra -
"Bord" tfisser il-Bord dwar il-Professjonijiet Supplimentari
għall-Mediċina;
Kap. 94.
Dipartiment tas-Saħħa.
TAQSIMA II
Notamenti ta’ Nomina jew Elezzjoni ta’ Membri
Notamenti.
kull membru tal-Bord, id-data tan-nomina jew elezzjoni tiegħu, l-
awtorità  jew il-professjoni li minnha ġie nominat jew elett, id-
disposizzjoni tal-liġi skond liema huwa jkun ġie elett jew nominat,
iż-żmien ta’ kariga tiegħu u d-data li fiha rtira, rriżenza jew miet.
Vaganzi.
L.S. 94.17
4. Meta jkun hemm riżenja, mewt jew terminazzjoni biż-
żmien mill-kariga tal-membri nominati, il-President għandu jara li
avviż dwar hekk jintbagħat lill-awtorità  interessata. Fil-każ ta’
membri eletti, il-President għandu jara li ssir elezzjoni skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 35(5) ta’ l-Ordinanza u tar-
Regolamenti dwar l-Elezzjonijiet tal-Bord dwar il-Professjonijiet
Supplimentari għall-Mediċina.
TAQSIMA III
Proċeduri tal-Bord
Laqgħat.
fil-paragrafu 4 (3) tat-Tieni Skeda li tinsab ma’ l-Ordinanza.
Jistgħu jissejħu laqgħat tal-Bord f’kull żmien ieħor b’ordni tal-
President. Fuq talba bil-miktub iffirmata minn mhux anqas minn
ħamsa mill-membri u indirizzata lill-President, dan għandu jsejjaħ
laqgħa u din tissejjaħ egħluq sebat ijiem minn meta jirċievi dik it-
talba.
Avviż ta’ laqgħat.
Reġistratur b’avviż indirizzat lil kull membru u mibgħut bl-idejn
jew bil-posta reġistrata.
2 L.S.94.18 ħ
BORD DWAR IL-PROFESSJONIJIET 
SUPPLIMENTARI GĦALL-MEDIĊINA
Ħin u post tal-
laqgħat.
7. L-avviż għandu juri l-ħin u l-post tal-laqgħa u l-iskop
tagħha bid-dettalji u jekk huwiex għax-xogħol ġenerali jew għal xi
xogħol speċjali; għandha tintbagħat ma’ dak l-avviż kopja tal-
minuti tal-laqgħa ta’ qabel.
Aġenda. 8. Ir-Reġistratur għandu jibgħat kopja ta’ l-aġenda lil kull
membru mhux anqas minn ħamest ijiem qabel il-ġurnata tal-laqgħa,
ħlief f’xi każ ta’ urġenza speċjali, li jiġi deċiż mill-President, meta
avviż ta’ jumejn ikun biżżejjed.
Avviż ta’ 
mozzjonijiet.
9. Il-President għandu jirċievi kull avviż ta’ mozzjoni biex
tidħol fl-agenda tnax-il ġurnata qabel il-laqgħa.
Assenza tal-
President.
10. Fl-assenza tal-President minn xi laqgħa tal-Bord, għandu
jiġi elett chairman għal dik il-laqgħa mill-membri preżenti.
Deċiżjonijiet. 11. Id-deċiżjoni tal-Bord tkun b’maġġoranza tal-voti. Il-
President tal-Bord jew, meta l-President ikun assenti, iċ-chairman
elett għal dik il-laqgħa, jkollu vot oriġinali u, fil-każ ta’ voti ndaqs,
vot ieħor ukoll jew vot deċiżiv.
Quorum. 12. Ebda xogħol ma għandu jsir mill-Bord kemm-il darba ma
jkunx hemm preżenti quorum ta’ sebgħa.
Ordni tax-xogħol. 13. L-ordni tax-xogħol f’kull laqgħa regolari jkun dan li ġej:
(a) (i) il-qari u l-emendi tal-minuti, l-konferma u l-
firma tal-President jew, skond il-każ, taċ-
chairman elett mil-laqgħa, tal-minuti tal-laqgħa
ta’ qabel;
(ii) xogħol li joħroġ mill-minuti;
(b) korrispondenza;
(ċ) ħwejjeġ ta’ urġenza;
(d) xogħol aġġornat;
(e) rapporti ta’ kumitati;
(f) mozzjonijiet fuq in-notice paper.
Varjazzjoni ta’ 
ordni tax-xogħol.
14. L-ordni regolari tax-xogħol jista’ jiġi varjat jew sospiż
f’kull laqgħa fid-diskrezzjoni tal-President.
Sospensjoni ta’ l-
ordni tax-xogħol.
15. Ħlief bil-permess tal-membri kollha preżenti, ebda
membru ma għandu jintroduċi għad-diskussjoni tal-laqgħa suġġett
li ma jkunx imniżżel fl-agenda ta’ dik il-laqgħa.
Mozzjonijiet, eċċ. 16. Qabel ma tiġi diskussa xi mozzjoni jew emenda, din
għandha tiġi proposta u sekondata u għandha tiġi mniżżla bil-
miktub. L-emendi kollha għandhom jiġu formulati b’mod li jistgħu
jinqraw bħala mozzjonijiet indipendenti.
Irtir ta’ mozzjoni 
ta’ emenda.
17. Ebda mozzjoni ta’ emenda ma tista’ tiġi rtirata wara li tkun
ġiet moqrija jekk mhux bil-permess tal-Bord.
Diskussjoni fuq 
mozzjoni.
18. Min jissekonda mozzjoni jew emenda jista’ jirriżerva li
jitkellem f’kull żmien tad-diskussjoni; iżda min jipproponi biss
għandu d-dritt għal tweġiba finali.
Mozzjoni ta’ 
emenda.
19. Jekk emenda tiġi proposta, għandha tiġi deċiżaa qabel ma
titressaq xi emenda oħra.
BORD DWAR IL-PROFESSJONIJIET 
SUPPLIMENTARI GĦALL-MEDIĊINA ġ L.S.94.18 3
Ħelsien ta’ 
mozzjonijiet 
emendanti.
20. L-emenda għandha l-ewwel titqiegħed għall-voti u, jekk
ma tiġix approvata, tista’ titressaq emenda oħra u għandha tiġi
deċiża bl-istess mod bħal l-ewwel emenda u jista’ jsir hekk sakemm
ma jkunux proposti emendi oħra.
Mozzjoni oriġinali.
għandha wara dan titqiegħed għall-voti.
Mozzjoni ta’ 
emenda ssir 
sostantiva.
22. Jekk xi emenda tgħaddi, għandha wara dan titqies bħala
mozzjoni sostantiva u trattata bħala mozzjoni oriġinali għal dak li
huma emendi oħra u d-dritt ta’ diskussjoni u tweġiba, u fl-aspetti l-
oħra kollha.
Proposti fuq 
mozzjoni taħt 
diskussjoni.
23. Meta mozzjoni tkun qed tiġi diskussa, ebda proposta oħra
ma għandha tiġi riċevuta jekk ma tkunx waħda minn dawn li ġejjin:
(i) emenda, jiġifieri: "Illi l-mozzjoni tiġi emendata
kif ġej .................";
(ii) il-posponiment tal-kwistjoni, jiġifieri: "Illi l-
konsiderazzjoni fuq il-mozzjoni tiġi posposta";
(iii) l-aġġornament tad-diskussjoni, jiġifieri: "Illi d-
diskussjoni fuq il-mozzjoni tiġi aġġornata";
(iv) l-aġġornament tal-Bord, jiġifieri: "Illi l-Bord
jaġġorna";
(v) l-egħluq tad-diskussjoni, jiġifieri: "Illi l-Bord
jgħaddi għall-votazzjoni fuq il-mozzjoni";
(vi) il-preġudizzjali dwar il-mozzjoni, jiġifieri: "Illi
l-Bord, minflok ma jkompli jittratta l-mozzjoni,
jgħaddi għall-item li jmiss skond l-agenda".
Proposti fuq 
mozzjoni ta’ 
emenda taħt 
diskussjoni.
24. Meta emenda tkun qed tiġi diskussa, ebda proposta oħra
ma għandha tiġi riċevuta jekk ma tkunx waħda minn dawn li ġejjin:
(i) l-aġġornament tad-diskussjoni fuq l-emenda,
jiġifieri: "Illi d-diskussjoni fuq l-emenda tiġi
aġġornata";
(ii) l-aġġornament tal-Bord, jiġifieri: "Illi l-Bord
jaġġorna";
(iii) li tingħalaq id-diskussjoni fuq l-emenda,
jiġifieri: "Illi l-Bord jgħaddi għall-votazzjoni
fuq l-emenda";
(iv) il-mozzjoni oriġinali, jiġifieri: "Illi l-Bord,
minflok ma jkompli jittratta l-emenda, jerġa’
jibda d-diskussjoni fuq il-mozzjoni proposta
oriġinarjament".
Proposta biex 
taġġorna 
diskussjoni.
25. Il-proposta għall-posponiment tal-kwistjoni tista’
tispeċifika d-data għall-konsiderazzjoni tal-kwistjoni jew tkun sine
die.
Xogħol 
sussegwenti u 
mozzjoni 
aġġornata.
26. Jekk il-proposta għall-posponiment tad-diskussjoni
tgħaddi, il-Bord għandu jgħaddi għall-item li jmiss fl-agenda u d-
diskussjoni għandha terġa’ tibda fil-laqgħa ordinarja tal-Bord li
taħbat wara. Min jipproponi l-aġġornament għandu, kif terġa’ tibda
d-diskussjoni, id-dritt li jitkellem l-ewwel.
4 L.S.94.18 ħ
BORD DWAR IL-PROFESSJONIJIET 
SUPPLIMENTARI GĦALL-MEDIĊINA
Tmexxija ta’ 
xogħol mhux 
oppost.
27. Meta ssir u tiġi sekondata l-proposta għall-aġġornament
tal-Bord, il-President ikun jista’, qabel ma jitlob vot, jieħu l-
opinjoni tal-Bord jekk ikunx sejjer, qabel ma jieqaf, ikompli bl-
agenda li ma tkunx opposta.
Egħluq tal-laqgħa. 28. Il-proposta tal-closure għandha ssir u tiġi sekondata
mingħajr diskussjoni, u għandha, kemm-il darba l-President ma
jordnax xort’oħra, tiġi deċiża minnufih. Jekk il-proposta tgħaddi,
il-mozzjoni jew l-emenda li tkun qed tiġi diskussa għandha tgħaddi
għall-vot mill-Bord minnufih.
Proposta għall-
mistoqsija ta’ 
qabel.
29. Il-proposta preġudizzjali għandha ssir u tiġi sekondata
mingħajr diskussjoni, u għandha tiġi deċiża minnufih. Jekk il-
proposta tgħaddi, il-mozzjoni jew l-emenda li għaliha tapplika
għandha titneħħa mill-agenda.
Votazzjoni. 30. Kull kwistjoni għandha tiġi deċiża bil-wiri ta’ l-idejn jekk
ma tintalabx votazzjoni sigrieta minn xi membru. Il-vot għandu
jitniżżel fil-minuti.
Taħsir ta’ 
deċiżjonijet tal-
Bord.
31. Mozzjoni biex tiġi rtirata xi deċiżjoni tal-Bord ma tistax
tiġi proposta qabel ma jgħaddu tliet xhur mid-data tad-deċiżjoni
relattiva jekk il-Bord ma jiddeċidix unanimament xort’oħra.
Minuti. 32. Il-proċeduri kollha tal-Bord għandhom jitniżżlu f’forma ta’
minuta u jiġu legati perjodikament u l-ismijiet tal-membri preżenti
f’kull laqgħa għandhom jitniżżlu fil-minuti.
Notament tal-
mozzjonijiet.
33. Il-minuti ta’ kull laqgħa jkollhom dawk il-mozzjonijiet u
emendi li jkunu ġew proposti u adottati jew miċħuda bl-ismijiet ta’
min ikun ippropona u ta’ min ikun issekonda, iżda mingħajr ebda
kumment jew osservazzjoni tal-membri. Ir-raġuni tad-deċiżjoni
għandha, b’danakollu, tiġi notata.
Konferma tal-
minuti.
34. Il-President għandu jikkonferma bil-firma tiegħu l-minuti
li jsiru tax-xogħol tal-laqgħa.
Eżatezza tal-
minuti.
35. Ebda mozzjoni jew diskussjoni ma għandha ssir fuq il-
minuti ħlief dwar l-eżattezza tagħhom, u kull kwistjoni dwar l-
eżattezza tagħhom għandha titqanqal b’mozzjoni. Jekk ebda
kwistjoni bħal din ma titqanqal, jew, jekk titqanqal, minnufih wara
li tkun ġiet deċiża, il-President għandu jiddikjara illi l-minuti huma
konfermati.
Kumitati. 36. Il-Bord jista’ jinnomina kif jidhirlu meħtieġ kumitati
speċjali u kumitati permanenti biex jissottomettu
rakkomandazzjonijiet lill-Bord dwar il-ħwejjeġ mibgħuta lilhom
mill-Bord. Dawk il-kumitati għandhom jissottomettu r-
rakkomandazzjonijiet bil-miktub lill-President tal-Bord u jagħtu r-
raġunijiet tar-rakkomandazzjonijet tagħhom.
Il-proċeduri 
għandhom jitqiesu 
bħala sigrieti.
37. Il-proċeduri kollha tal-Bord u tal-kumitat tiegħu għandhom
jitqiesu bħala sigrieti. Iżda l-Bord jista’ joħroġ dikjarazzjonijiet u
direttivi kif jidhirlu xieraq minn żmien għal żmien.
BORD DWAR IL-PROFESSJONIJIET 
SUPPLIMENTARI GĦALL-MEDIĊINA ġ L.S.94.18 5
TAQSIMA IV
Reġistri u Reġistrazzjonijiet
Tiżmim ta’ reġistri 
separati.
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-2000.
38. Għandhom jinżammu reġistri separati għar-reġistrazzjoni
ta’ -
(a) l-ispetturi tas-saħħa;
(b) ix-xjenzati fil-laboratorju mediku;
(ċ) l-occupational therapists;
(d) il-fiżjoterapisti;
(e) il-podoloġisti;
(f) ir-radjografi;
(g) l-ispeech therapists; 
(h) l-iġjenisti dentali;
(i) it-tekniċi tal-laboratorju dentali;
(j) Imħassar bl-Avviż Legali 4 ta’ l-2000;
(k) l-ortoptisti.
Forma ta’ reġistri.
Skeda li tinsab ma’ dawn l-Ordnijiet Permanenti u għandu juri dwar
kull persuna l-partikolaritajiet imsemmija f’dik l-Iskeda.
Diviżjoni ta’ 
reġistri f’listi.
40. Kull reġistru għandu jikkonsisti fit-tliet taqsimiet li ġejjin:
(a) lista prinċipali,
(b) lista tal-Commonwealth, u
(ċ) lista stranjiera.
Formula ta’ 
applikazzjoni.
41. L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni f’xi wieħed mir-
reġistri għandhom isiru lir-Reġistratur skond il-formula murija fit-
Tieni Skeda.
Il-Bord għandu 
jiddeċidi dwar ir-
reġistrazzjoni.
42. (1) Ir-Reġistratur għandu jqiegħed quddiem il-Bord l-
applikazzjonijiet kollha għar-reġistrazzjoni.
(2) Ir-Reġistratur, meta jiġi ordnat biex jagħmel hekk mill-
Bord, għandu jniżżel il-partikolaritajiet ta’ persuna aċċettata għar-
reġistrazzjoni fit-taqsima relattiva tar-reġistru.
Ċertifikat ta’ 
reġistrazzjoni.
43. Meta xi persuna li jkollha dritt tiġi reġistrata f’xi wieħed
mir-reġistri jkollha isimha u l-partikolaritajiet mniżżlin fir-reġistru,
għandu jingħatalha ċertifikat ta’ reġistrazzjoni skond il-formula
murija fit-Tielet Skeda.
Notamenti 
mniżżlin fir-
reġistri jkunu 
permanenti b’xi 
eċċezzjonijiet.
44. In-notamenti mniżżlin fir-reġistri għandhom, bla ħsara tad-
disposizzjonijiet li jinsabu fl-ordnijiet permanenti 45, 47 u 51 ta’
dawn l-Ordnijiet Permanenti, jkunu permanenti. Iżda, kull persuna
reġistrata tkun marbuta li tinnotifika lir-Reġistratur mingħajr
dewmien b’kull tibdil li jolqot in-notament mniżżel f’xi wieħed
mir-reġistri.
Tibdil fir-reġistri.
meta persuna li isimha jkun imniżżel f’xi wieħed mir-reġistri
tapplika għand ir-Reġistratur biex tagħmel bidla fl-isem reġistrat
tagħha jew fl-indirizz reġistrat jew biex xi kwalifika li tista’ tiġi
reġistrata li jkollha titniżżel fir-reġistru minflok jew b’żieda għall-
6 L.S.94.18 ħ
BORD DWAR IL-PROFESSJONIJIET 
SUPPLIMENTARI GĦALL-MEDIĊINA
kwalifika li tkun ġa mniżżla, il-Bord għandu, meta jkun soddisfatt
illi l-ħtiġiet kollha ta’ dawn l-Ordnijiet Permanenti jkunu ġew
osservati, jara li titniżżel fir-reġistru il-bidla jew iż-żieda hekk
notifikata.
Ħtiġiet għal bdil ta’ 
isem reġistrat.
46. Meta persuna li isimha jkun imniżżel f’xi wieħed mir-
reġistri tapplika biex ikollha bidla fl-isem reġistrat tagħha, hija
ġħandha tipproduċi biex issostni l-applikazzjoni tagħha dawk iċ-
ċertifikati jew prova oħra dokumentarja li l-Bord jista’ jidhirlu
adegwati.
Tiżmim ta’ isem ġa 
reġistrat.
47. Malli tidħol fir-reġistru xieraq xi bidla fl-isem ta’ persuna
li tkun reġistrata f’xi reġistru, ir-Reġistratur għandu jżomm fir-
reġistru isimha kif kien ġa reġistrat:
Iżda jekk dik il-persuna titlob li l-isem tagħha ta’ qabel
jitneħħa mir-reġistru, it-talba tagħha tista’ tiġi milqugħa wara li
dak l-isem u l-isem ġdid ikunu dehru flimkien fi ħruġ wieħed tar-
reġistru.
Ċertifikat ta’ bdil 
ta’ isem reġistrat.
48. Ċertifikat li juri l-bdil ta’ isem fir-reġistru, skond il-
formula murija fir-Raba’ Skeda għandu jinħareġ meta jitniżżel fir-
reġistru xieraq notament ta’ bidla fl-isem ta’ dik il-persuna.
Pubblikazzjoni tar-
reġistri.
49. (1) Kull wieħed mir-reġistri miżmumin mill-Bord għandu
jiġi pubblikat kull tliet snin jew, jekk il-Bord hekk jaqtagħha, wara
perijodu iqsar.
(2) Kull wieħed minn dawn ir-reġistri għandu juri l-ismijiet u
kunjomijiet f’ordni alfabetiku tal-kunjomijiet, bl-indirizzi,
kwalifiki u partikolaritajiet oħra tal-persuni kollha li jidhru fihom
bħala eżistenti fi-ewwel jum ta’ Jannar tas-sena tal-ħruġ.
Ittri ta’ kull sena 
mir-Reġistratur.
50. Bla ħsara għal kull ordnijiet li jista’ jagħti l-Bord,
għandhom jintbagħtu ittri mir-Reġistratur, mill-anqas darba fis-
sena, lill-persuni kollha li isimhom jidher fir-reġistri sabiex ir-
reġistri jinżammu korretti.
Tneħħija ta’ isem 
fuq it-talba ta’ min 
ikollu ismu 
reġistrat.
51. (1) Jekk min ismu jkun imniżżel f’xi wieħed mir-reġistri
japplika lill-Bord għat-tneħħija ta’ ismu minn xi wieħed mir-
reġistri, l-applikazzjoni għandha tkun fil-forma ta’ dikjarazzjoni
ffirmata minnu li tispeċifika r-raġuni jew raġunijiet li fuqhom l-
applikazzjoni tkun magħmula u li tgħid li l-applikant ma jaf b’ebda
proċeduri jew b’ebda raġuni għat-teħid ta’ xi proċeduri li jistgħu
jġibu bħala riżultat -
Kap. 31.
(a) li jkollu ismu mħassar minn dak ir-reġistru b’ordni tal-
Bord skond l-artikolu 106, l-artikolu 110 jew l-artikolu
112 ta’ 1-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-
Professjonijiet li għandhom x’jaqsmu magħha; jew
(b) li titneħħilu xi kwalifika reġistrabbli li huwa jkollu.
(2) L-applikazzjoni għandha tiġi kunsidrata mill-Bord li jista’,
jekk jidhirlu xieraq, jaġġorna l-konsiderazzjoni għal data oħra, u
jista’ jeħtieġ lill-applikant li jagħti tagħrif jew spjegazzjoni oħra
sew bil-miktub jew verbalment u personalment quddiem il-Bord.
(3) Wara li tiġi kunsidrata l-applikazzjoni, il-Bord jista’, jekk
jidhirlu xieraq, b’riżoluzzjoni magħmula mis-Sedja, jordna lir-
Reġistratur li jneħħi, u r-Reġistratur għandu wara dan ineħħi, l-
BORD DWAR IL-PROFESSJONIJIET 
SUPPLIMENTARI GĦALL-MEDIĊINA ġ L.S.94.18 7
isem ta’ 1-applikant mir-reġistru.
(4) Jekk tkun ordnata t-tneħħija, id-deċiżjoni tal-Bord għandha
minnufih tiġi notifikata mir-Reġistratur lill-applikant b’ittra
indirizzata fl-indirizz tiegħu reġistrat jew l-aħħar magħruf.
Tqegħid mill-ġdid 
ta’ ismijiet 
imneħħija fuq talba 
ta’ min ikollu 
interess.
Kap. 31.
52. Kemm-il darba l-Bord ma jordnax xort’oħra, ir-Reġistratur
ma għandux jerġa’ jniżżel fir-reġistru xi isem li jkun ġie mneħħi
skond l-ordni permanenti 51, jekk il-persuna li isimha jkun ġie
mneħħi ma tagħmilx applikazzjoni bil-miktub għat-tqegħid mill-
ġdid ta’ isimha fir-reġistru, bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 111 ta’ l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-
Professjonijiet li għandhom x’jaqsmu magħha.
Siġill.
BORD DWAR IL-PROFESSJONIJIET SUPPLIMENTARI
GĦALL-MEDIĊINA.
(2) Is-siġill għandu jinżamm taħt il-kustodja tar-Reġistratur.
Awtorizzazzjoni u 
skop ta’ twaħħil 
tas-siġill.
54. (1) Ir-Reġistratur, jew kull uffiċjal ieħor tal-Bord
awtorizzat bil-miktub mill-President tal-Bord, ikun awtorizzat li
jwaħħal is-siġill fuq iċ-ċertifikati kollha ta’ reġistrazzjoni u fuq il-
kummissjonijiet formali maħruġa mill-Bord.
(2) Salv dak li ntqal qabel, is-siġill għandu jitwaħħal biss
b’ordni jew taħt l-awtorità  tal-Bord.
(3) Kull ordni biex jiġi użat is-siġill għandu jfisser l-iskop ta’
l-użu tiegħu u għandu jitniżżel fil-minuti tal-Bord.
8 L.S.94.18 ħ
BORD DWAR IL-PROFESSJONIJIET 
SUPPLIMENTARI GĦALL-MEDIĊINA
L-EWWEL SKEDA
(Ordni permanenti 39)
FORMA TA’ REĠISTRI
BORD DWAR IL-PROFESSJONIJIET SUPPLIMENTARI 
GĦALL-MEDIĊINA - MALTA
Ir-Reġistru ...................................
Numru 
Oriġinali ta’ 
Reġistrazzjoni Isem Indirizz
Data ta’ 
reġistrazzjoni
Titolu għar-
Reġistrazzjoni
u Kwalifiki 
Addizzjonali
......................... ...................
...................
... ..................... .........................
......................
...................
...
...................
... ..................... .........................
......................
...................
...
...................
... ..................... .........................
......................
...................
...
...................
... ..................... .........................
......................
...................
...
...................
... ..................... .........................
......................
...................
...
...................
... ..................... .........................
BORD DWAR IL-PROFESSJONIJIET 
SUPPLIMENTARI GĦALL-MEDIĊINA ġ L.S.94.18 9
IT-TIENI SKEDA
(Ordni permanenti 41)
FORMULA TA’ APPLIKAZZJONI GĦAR-
REĠISTRAZZJONI
BORD DWAR IL-PROFESSJONIJIET SUPPLIMENTARI 
GĦALL-MEDIĊINA - MALTA
Applikazzjoni għar-Reġistrazjoni
Jiena napplika biex niġi reġistrat skond l-artikolu ............ta’ l-
Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li
għandhom x’jaqsmu magħha.
Ismi sħiħ huwa ........................................................................
(Agħti isem sħiħ b’ittri kbar, il-kunjom sottolineat)
Twilidt .................................... fil- .........................................
(jum, xahar, sena)
L-indirizz tiegħi tad-dar jew permanenti* biex jitniżżel fir-
Reġistru huwa ............................................................................
...................................................................................................
L-indirizz* li fih iċ-Ċertifikat tiegħi ta’ Reġistrazzjoni għandu
jintbgħat huwa ............................................................................
...................................................................................................
Deskrizzjoni ta’ kwalifika(i) ...................................................
Data li fiha ġiet / ġew mogħtija ...............................................
Università  jew Korp li minnhom ġiet/ġew mogħtija .................
................................................................................................
Firma ta’ l-applikant ...............................................................
Data ta’ l-applikazzjoni ...........................................................
*Agħti dawn l-indirizzi sħaħ.
10 L.S.94.18 ħ
BORD DWAR IL-PROFESSJONIJIET 
SUPPLIMENTARI GĦALL-MEDIĊINA
IT-TIELET SKEDA
(Ordni permanenti 43)
FORMULA TA’ ĊERTIFIKAT TA’ REĠISTRAZZJONI
BORD DWAR IL-PROFESSJONIJIET SUPPLIMENTARI 
GĦALL-MEDIĊINA - MALTA
ĊERTIFIKAT TA’ REĠISTRAZZJONI 
FIR-REĠISTRU TA’ .................
(LISTA ........................... )
NUMRU ............................. Data .............................
JIENA HAWNHEKK NIĊĊERTIFIKA illi din li ġejja hija kopja vera tan-
notament imniżżel fil-Lista ...............................................
tar-Reġistru .................... dwar l-isem speċifikat hawn taħt:
Siġill
BORD DWAR IL-PROFESSJONIJIET SUPPLIMENTARI
GĦALL-MEDIĊINA - MALTA
REĠISTRATUR
 NUMRU TA’ 
REĠISTRAZZJONI ISEM INDIRIZZ
DATA TAR- 
REĠISTRAZZJONI KWALIFIKI
BORD DWAR IL-PROFESSJONIJIET 
SUPPLIMENTARI GĦALL-MEDIĊINA ġ L.S.94.18 11
IR-RABA’ SKEDA
(Ordni permanenti 48)
FORMULA TA’ ĊERTIFIKAT TA’ BIDLA FL-ISEM 
REĠISTRAT
BORD DWAR IL-PROFESSJONIJIET SUPPLIMENTARI 
GĦALL-MEDIĊINA - MALTA
ĊERTIFIKAT TA’ BIDLA FL-ISEM 
FIR-REĠISTRU TA’ .................
NUMRU ............................. Data .............................
NIĊĊERTIFIKA illi l-isem li ġej ġie mibdul kif muri fir-Reġistru ..............
Siġill
BORD DWAR IL-PROFESSJONIJIET SUPPLIMENTARI
GĦALL-MEDIĊINA - MALTA
REĠISTRATUR
ISEM KIF KIEN 
QABEL FIR-
REĠISTRU
ISEM KIF 
REĠISTRAT 
ISSA
INDIRIZZ DATA TAR- REĠISTRAZZJONI KWALIFIKI
