REVIŻJONITAL-LIĠIJIETSTATUTARJI       1
ATT TA’ L-1980 DWAR IR-REVIŻJONI
 TAL-LIĠIJIET STATUTARJI
Biex jipprovdi għat-tħejjija, stampar u pubblikazzjoni ta’ edizzjonijiet
riveduti tal-liġijiet ta’ Malta, u għal kull ħaġa li għandha x’taqsam
magħhom jew anċillari għalihom.
22 ta’ Frar, 1980
L-Att IX ta’ l-1980, kif emendat bl-Atti: XLIX ta’ l-1981, VIII ta’ l-1985,
XXX ta’ l-1990, XXIV ta’ l-1995,  XVII ta’ l-1999 u XIII ta’ l-2000.
Titolu. 
tal-Liġijiet Statutarji.
Tifsir.
Emendat:
XVII.1999.2.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba l-kuntest tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra - 
"edizzjoni riveduta" tfisser edizzjoni tal-Liġijiet ta’ Malta
mħejjija skond dan l-Att;
"il-Kummissjoni" tfisser il-Kummissjoni tal-Liġijiet mwaqqfa
skond l-artikolu 3 ta’ dan l-Att;
"liġi statutarja" tinkludi kull dokument li għandu s-saħħa ta’ liġi;
"il-Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Kummissjoni
tal-Liġijiet.
Il-Kummissjoni 
tal-Liġijiet. 
3. (1) Sabiex titħejja, minn żmien għal żmien f’intervalli ta’
mhux inqas minn għaxar snin, edizzjoni riveduta tal-liġijiet
statutarji ta’ Malta, u sabiex jitħejja test Malti tal-liġijiet statutarji
kollha magħmula jew ippubblikati mingħajr test Malti, il-Ministru
jista’ jaħtar Kummissarju, jew korp ta’ Kummissarji magħmul
minn dak in-numru ta’ Kummissarji li jistgħu jkunu f’dik il-kariga
għal dak iż-żmien, li jkunu magħrufa f’kull każ bħala l-
Kummissjoni tal-Liġijiet:
Iżda meta l-Parlament ikun ipprovda li liġi tista’ ssir jew
bil-Malti jew bl-Ingliż biss, u jkun sar hekk, il-Kummissjoni tista’
tħejji l-edizzjoni riveduta ta’ dik il-liġi b’dak l-ilsien biss.
(2) Meta jkun hemm fil-kariga korp ta’ Kummissarji, il-
Ministru għandu jaħtar wieħed minnhom sabiex ikun il-President
tal-Kummissjoni.
(3) Persuna maħtura bħala Kummissarju tista’ tinħatar għal dak
iż-żmien u skond dawk il-kondizzjonijiet li jiġu stabbiliti mill-
Ministru; iżda Kummissarju jista’, f’kull żmien, jirriżenja mill-
kariga tiegħu u jista’ wkoll, għal raġuni tajba, jitneħħa mill-kariga;
u persuna li ma tibqax Kummissarju tkun tista’ tinħatar mill-ġdid.
Kap. 12.
(4) Persuna li tokkupa kariga ġudizzjarja tista’ tinħatar bħala
Kummissarju minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 16 tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili iżda ma tkunx
meħtieġa, kemm-il darba ma jkunx provdut xort’oħra skond il-
kondizzjonijiet tal-ħatra tagħha, li taqdi d-dmirijiet tagħha bħala
Mħallef jew Maġistrat fil-waqt li tkun membru tal-Kummissjoni.
2 REVIŻJONITAL-LIĠIJIETSTATUTARJI
(5) Għandha titħallas lill-Kummissarji dik ir-rimunerazzjoni,
jekk ikun hemm, li l-Ministru jista’ jistabbilixxi bl-approvazzjoni
tal-Ministru responsabbli għall-Finanzi; u tista’ titħallas
rimunerazzjoni differenti lill-Kummissarji skond iċ-ċirkostanzi.
(6) Tkun ukoll funzjoni tal-Kummissjoni li taqdi dawk id-
dmirijiet l-oħra li jistgħu, wara konsultazzjoni magħha,
jingħatawlha mill-Ministru.
Setgħat tal-
Kummissjoni.
Emendat: 
XLIX. 1981.2.
XVII.1999.3.
4. (1) Fil-qadi tal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att, il-
Kummissjoni jkollha s-setgħa - 
(a) li tħalli barra - 
(i) il-liġijiet statutarji kollha jew partijiet mil-
liġijiet statutarji li jkunu ġew espressament
revokati, jew li jkun għalaq iż-żmien tagħhom,
jew li jkun spiċċa l-iskop tagħhom jew li
kellhom l-effett tagħhom;
(ii) id-disposizzjonijiet kollha li jħassru liġijiet oħra
u li jinsabu f’xi liġi statutarja;
(iii) il-preamboli kollha ta’ liġijiet statutarji, meta,
fil-fehma tal-Kummissjoni, ikunu jistgħu
jitħallew barra mingħajr tfixkil;
(iv) il-kliem kollu ta’ introduzzjoni tad-disposizzjoni
f’xi artikolu, regolament jew paragrafu ta’ liġi
statutarja li jkun fiha iżjed minn artikolu,
regolament jew paragrafu wieħed;
(v) il-liġijiet kollha li jistabbilixxu d-data li fiha liġi
statutarja għandha tibda sseħħ, kemm-il darba
dawn, fil-fehma tal-Kummissjoni, jistgħu
jitħallew barra mingħajr tfixkil;
(vi) id-disposizzjonijiet kollha li jemendaw li jkun
hemm f’liġi statutarja meta l-emendi li jsiru
b’dawk id-disposizzjonijiet u li għadhom iseħħu
jkunu ġew imdaħħlin mill-Kummissjoni fil-liġi
statutarja li għaliha jirriferixxu;
(vii) il-leġislazzjoni sussidjarja kollha li tkun, jew hi
intiża li tkun, ta’ xorta temporanja jew li tkun
suġġetta għal bidliet relattivi jew frekwenti jew
li tkun xort’oħra hekk li, fil-fehma tal-
Kummissjoni, tista’ sewsew titħalla barra:
Iżda dak kollu li jitħalla barra ma għandux
jolqot l-operat ta’ xi leġislaz-zjoni sussidjarja
sakemm dik tibqa’ xort’oħra fis-seħħ;
(b) li tikkonsolida f’liġi statutarja waħda żewġ liġijiet
statutarji jew iżjed f’pari materia,  u tagħmel dak it-
tibdil tal-kliem fil-liġi kkonsolidata li minħabba
f’hekk ikun meħtieġ;
(ċ) li tibdel l-ordni ta’ l-artikoli jew ta’ sotto-diviżjonijiet
oħra ta’ liġi statutarja u, kull meta jkun meħtieġ, li
tenumera mill-ġdid dawk l-artikoli jew dawk is-sotto-
diviżjonijiet l-oħra;
REVIŻJONITAL-LIĠIJIETSTATUTARJI       3
(d) li tibdel il-forma jew it-taqsim ta’ xi artikolu jew ta’
sotto-diviżjoni oħra ta’ liġi statutarja, sew billi
tgħaqqdu, kollu jew biċċa minnu, ma’ artikolu ieħor
jew sotto-diviżjoni oħra, jew ma’ artikoli jew sotto-
diviżjonijiet oħra, jew billi taqsmu f’żewġ partijiet jew
sotto-diviżjonijiet jew f’iżjed;
(e) li taqsam kull liġi statutarja, kemm jekk hija
konsolidata u kemm jekk le, f’partijiet jew f’taqsimiet
oħra;
(f) li żżid titolu fil-qosor f’xi liġi statutarja, li, fil-fehma
tal-Kummissjoni, ikun meħtieġ u, jekk hekk meħtieġ,
li tibdel it-titolu fil-qosor ta’ xi liġi statutarja;
(g) li tipprovdi jew tibdel in-noti marġinali;
(ħ) li tqassar jew tagħmel aktar sempliċi l-frażjoloġija ta’
xi liġi statutarja;
(i) li ssewwi żbalji tal-grammatika, ta’ l-istampar u żbalji
oħra fil-kopji eżistenti tal-liġijiet statutarji, u għal dak
il-għan li żżid, tħalli barra jew tagħmel dak it-tibdil li
ma jolqotx is-sens ta’ xi disposizzjoni;
(j) li taqleb kull użin jew kejl f’użin jew f’kejl metriku li
jikkorrispondi għalih viċin kemm jista’ jkun, u għal
dak l-iskop il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li ġġib
għad-dritt kull deċimali kif jidhrilha xieraq;
(k) li tagħmel kull żieda, ommissjoni jew tibdil li jkun
konsegwenzjali għal xi emenda ta’ xi liġi statutarja
jew disposizzjoni tagħha;
(l) li tagħmel kull ħaġ’oħra li għandha x’taqsam mal-
forma u mal-metodu biex l-edizzjoni riveduta tkun
aħjar.
(2) Meta xi liġi statutarja għandha jkollha effett jew għandha
tinqara jew tiftiehem, kif provdut f’liġi statutarja oħra, il-
Kummissjoni tista’ tqis dik id-disposizzjoni bl-istess mod bħal ma
tqis emenda ta’ l-ewwel liġi mit-tieni liġi.
(3) Is-setgħat mogħtija b’dan l-artikolu ma għandhomx
jiftehmu li jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni li tagħmel xi tibdil jew
emenda fil-materja jew sustanza ta’ xi liġi statutarja; iżda l-
Kummissjoni jkollha s-setgħa li tagħmel kull tibdil jew emenda li
jistgħu jkunu meħtieġa sabiex l-edizzjoni riveduta tkun iktar taqbel
mat-test oriġinali jew biex tneħħi xi konflitt bejn it-test Malti u t-
test Ingliż f’xi liġi, u għal dawn l-għanijiet il-Kummissjoni jkollha
s-setgħa li tibdel jew temenda kull wieħed miż-żewġ testi jew it-
tnejn, inkluż it-test li jipprevali.
Setgħa biex 
jitħallew barra xi 
liġijiet.
5. Il-Kummissjoni tista’ ma ddaħħalx f’edizzjoni riveduta xi
liġi statutarja li tkun tħalliet barra taħt l-Ordinanza ta’ l-1936 dwar
ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji ta’ Malta; il-Kummissjoni tista’
wkoll ma ddaħħalx f’edizzjoni riveduta xi liġi li, għalkemm fis-
seħħ f’Malta minnufih qabel il-2l ta’ Settembru, 1964, kienet hekk
fis-seħħ bis-saħħa ta’ jew taħt xi Att tal-Parlament tar-Renju Unit
tal-Gran Brittanja u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq; iżda dan in-nuqqas ma
4 REVIŻJONITAL-LIĠIJIETSTATUTARJI
jolqotx il-validità  jew l-operat ta’ dawk il-liġijiet.
Stampar ta’ l-
edizzjoni riveduta. 
Emendat:
XXX. 1990.2;
XVII.1999.4.
6. (1) Edizzjoni riveduta għandha titħejja f’dik l-ordni, f’dik
il-forma u b’dak il-mod, u għandu jkun fiha dawk it-tabelli,
indiċijiet u tagħrif ieħor li l-Kummissjoni jidhrilha xierqa jew
spedjenti.
(2) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tad-disposizzjonijiet
ta’ qabel ta’ dan l-artikolu l-Kummissjoni tista’ - 
(a) iżżid ma’ edizzjoni riveduta iktar partijiet li jkun
fihom il-liġijiet fis-seħħ f’data jew f’dati li jiġu wara
d-data msemmija fl-edizzjoni riveduta, jew f’parti
oħra tagħha, kif ikunu fis-seħħ f’dik id-data jew dati li
huma msemmija fil-parti l-oħra jew partijiet oħrajn, u
kull parti oħra bħal dik għandha titqies bħala parti li
tkun tagħmel ħaġa waħda ma’ l-edizzjoni riveduta;
(b) iżżomm il-liġijiet li jinsabu f’xi parti ta’ edizzjoni
riveduta aġġornati sa data jew dati indikati mill-
Kummissjoni, u għal dak il-għan il-Kummissjoni tista’
tippubblika edizzjoni riveduta jew parti minnha
f’għamla mhux illegata u żżommha aġġornata f’dak il-
mod u skond dawk il-kondizzjonijiet li l-Kummissjoni
tqis li jkunu xierqa,
u d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, inklużi b’mod partikolari, iżda
mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tal-frażi, l-artikolu 4 u l-
artikolu 8 ta’ dan l-Att, għandhom japplikaw għal kull parti oħra, u
għal kull edizzjoni riveduta jew parti minnha pubblikata f’għamla
mhux illegata, kif japplikaw għal kull edizzjoni riveduta oħra jew
parti minnha.
(3) Edizzjoni riveduta għandha tiġi stampata taħt dawk l-
arranġamenti li l-Kummissjoni tista’, bl-approvazzjoni tal-
Ministru, tistabbilixxi.
Tifsir ta’ riferenzi 
għal liġijiet. 
Emendat: 
VIII.1985.2; 
XXX.1990.3.
7. (1) Meta f’xi liġi jew f’xi dokument ta’ kull xorta, ikun
hemm riferenza għal xi liġi milquta minn dan l-Att jew mill-operat
tiegħu, jew għal xi disposizzjoni ta’ xi liġi, dik ir-riferenza
għandha, meta meħtieġ u jista’ jsir, tgħodd u tiswa għal-liġi, jew
disposizzjoni tagħha, li taqbel magħha fl-edizzjoni riveduta li tkun
fis-seħħ għal dak iż-żmien.
(2) Meta taqsimiet ta’ edizzjoni riveduta jinġiebu fis-seħħ
f’dati differenti, u f’parti li tkun fis-seħħ ikun hemm riferenza għal
leġislazzjoni, jew għal disposizzjoni tagħha, kif dik il-leġislazzjoni
jew disposizzjoni tkun ser tiġi mqiegħda f’xi parti ta’ l-istess
edizzjoni li tkun għadha mhux fis-seħħ, dik ir-riferenza għandha,
sakemm il-parti l-aħħar imsemmija tiġi fis-seħħ, tinqara bħala
riferenza għal-leġislazzjoni jew disposizzjoni tagħha
korrispondenti kif tkun dak iż-żmien fis-seħħ.
(3) Meta l-Kummissjoni tintebaħ li xi parti ta’ edizzjoni
riveduta pubblikata minnha, sew jekk dik il-parti tkun jew ma
tkunx daħlet fis-seħħ, ikun fiha żball jew ommissjoni, nklużi żball
jew ommissjoni li messhom ġew rettifikati f’edizzjoni riveduta, il-
Kummissjoni tista’ tippubblika, u tara li tiġi siġillata u firmata kif
REVIŻJONITAL-LIĠIJIETSTATUTARJI       5
provdut fl-artikolu 9 ta’ dan l-Att, korrezzjoni f’dik l-għamla li tqis
li tkun xierqa; u, b’seħħ minn dik id-data li l-Ministru jista’ b’avviż
fil-Gazzetta jistabbilixxi, li tkun data mhux iktar kmieni mid-dħul
fis-seħħ ta’ dik il-parti ta’ l-edizzjoni riveduta li għaliha tirreferi l-
korrezzjoni, dik il-parti msemmija ta’ l-edizzjoni riveduta għandha,
minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, ikollha seħħ kif
suġġetta għal dik il-korrezzjoni.
(4) Meta liġi li tkun tinsab f’xi parti ta’ edizzjoni riveduta tiġi
emendata b’seħħ minn data li tiġi wara l-pubblikazzjoni ta’ dik il-
parti ta’ l-edizzjoni iżda qabel id-dħul fis-seħħ tagħha, u l-
Kummissjoni tirrakkomanda lill-Ministru li jsiru tibdiliet fil-liġi ta’
emenda sabiex din l-emenda tkun tista’ tinqara u tiftiehem b’mod
iktar xieraq bħala ħaġa waħda mal-liġi prinċipali li tkun qegħda tiġi
emendata minnha u li tkun tinsab fl-edizzjoni riveduta, il-Ministru
jista’ b’ordni fil-Gazzetta jagħmel dawk it-tibdiliet li jiġu hekk
rakkomandati lilu; u wara li jsir dan, jew minn dik id-data li l-
Ministru jista’ jistabbilixxi fl-ordni, il-liġi emendata għandu
jkollha seħħ kif tkun ġiet emendata.
Meta tibda sseħħ 
edizzjoni riveduta 
u validità  tagħha.
Emendat: 
XLIX. 1981.3;
XVII.1999.5. 
8. (1) Edizzjoni riveduta għandha tibda sseħħ f’dik id-data li
l-Ministru jista’ jistabbilixxi b’avviż fil-Gazzetta.
(2) Mid-data tal-bidu fis-seħħ ta’ edizzjoni riveduta, dik l-
edizzjoni titqies li hija u tkun, bla ma jista’ jkun hemm kwistjoni
fuq daqshekk fil-Qrati kollha tal-Ġustizzja u għall-finijiet kollha,
it-test waħdieni, tajjeb u awtentiku tal-liġijiet statutarji mdaħħlin
fl-edizzjoni kif ikunu jseħħu f’dik id-data li l-Ministru jispeċifika
fil-Gazzetta, iżda bla ħsara għal kull emendi li jkunu saru għalihom
jew xi tħassir tagħhom li jkun sar wara dik id-data:
Iżda meta tiġi pubblikata edizzjoni riveduta f’format
elettroniku, dik l-edizzjoni għandha tkun it-test uniku u biss idoneu
u awtentiku tal-liġijiet statutarji inklużi fiha, b’dan illi kopja ta’ dik
l-edizzjoni jew ta’ xi parti minnha, stampata fuq il-karta jew f’xi
għamla oħra u maħruġa mill-Kummissjoni, għandha, sakemm din
tkun tikkonforma ma’ l-edizzjoni riveduta stampata f’format
elettroniku, ukoll tkun test awtentiku tal-liġijiet inklużi f’dik il-
kopja.
(3) Jekk ikun hemm xi konflitt bejn it-test Malti u t-test Ingliż
ta’ xi edizzjoni riveduta, it-test Malti għandu jipprevali.
(4) Minkejja kull ħaġa li tinsab fid-disposizzjonijiet ta’ qabel
ta’ dan l-artikolu, il-Ministru jista’, f’kull avviż mogħti taħthom,
jistabbilixxi jew jispeċifika dati differenti għal taqsimiet differenti
ta’ xi edizzjoni riveduta, u f’kull każ l-imsemmija disposizzjonijiet
għandhom japplikaw.
Kopji li għandhom 
jiġu iffirmati, 
issiġillati u 
iddepożitati.
Emendat: 
XXIV. 1995.362. 
9. Kopja waħda ta’ kull volum ta’ edizzjoni riveduta għandha
tkun iffirmata mill-President tal-Kummissjoni jew, jekk ikun hemm
Kummissarju wieħed biss, minn dak il-Kummissjarju, u għandha
tkun issiġillata bis-Siġill Pubbliku ta’ Malta. Dawk il-kopji
għandhom imbagħad jintbagħtu lir-Reġistratur tal-Qrati sabiex jiġu
rreġistrati u jinżammu fl-uffiċċju tiegħu.
6 REVIŻJONITAL-LIĠIJIETSTATUTARJI
Post ta’ dan l-Att 
fl-edizzjoni 
riveduta.
10. Dan l-Att għandu jiġi stampat fil-bidu ta’ edizzjoni
riveduta.
Pubblikazzjoni ta’ 
edizzjoni riveduta 
f’format 
elettroniku.
Miżjud:
XVII.1999.6.
11. (1) Il-Kummissjoni tista’, bi ftehim mal-Ministru,
tistabbilixxi li għandha ssir edizzjoni riveduta f’format elettroniku
fuq CD-ROM;  u meta ssir edizzjoni riveduta f’format elettroniku
kif imsemmi qabel, id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Att
għandu jkollhom seħħ bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’
dan l-artikolu.
(2) Żewġ kopji stampati ta’ l-Edizzjoni Riveduta għandhom
isiru f’format elettroniku u għandhom jiġu llegati f’dak l-għadd ta’
volumi li l-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi.  Dawk iż-żewġ kopji
stampati hekk magħmulin għandhom jiġu ffirmati u ssiġillati kif
provdut fl-artikolu 9 ta’ dan l-Att.
(3) Waħda minn dawk il-kopji stampati hekk magħmula
għandha tiġi mibgħuta flimkien ma’ kopja ta’ l-Edizzjoni Riveduta
f’format elettroniku, lir-Reġistratur tal-Qrati sabiex din tiġi
reġistrata u tinżamm fl-uffiċċju tiegħu kif provdut fl-artikolu 9, u
kopja stampata oħra għandha tinżamm fl-uffiċċju tal-Kummissjoni
u tkun disponibbli għal kull spezzjon mill-pubbliku wara li jsir kull
ħlas dovut hekk kif il-Kummissjoni, bi ftehim mal-Ministru, tista’
tistabbilixxi.
(4) Fuq talba ta’ xi persuna, il-Kummissjoni tista’ toħroġ kopji
stampati ta’ liġijiet partikolari f’edizzjoni riveduta, wara li jsir il-
ħlas ta’ dawk id-drittjiet hekk kif tista’, bi ftehim mal-Ministru,
tistabbilixxi, u għandha tara li dawk il-kopji jiġu awtentikati minn
dak l-uffiċjal tal-Kummissjoni hekk kif il-Kummissjoni tista’
b’avviż fil-Gazzetta minn żmien għal żmien tistabbilixxi.  Dawk il-
kopji awtentikati għandhom, kemm-il darba ma tinġiebx prova
xort’oħra, jiġu aċċettati bi prova quddiem Qorti tal-Ġustizzja bħala
vera kopja ta’ dik il-liġi hekk kif tidher fl-edizzjoni riveduta.
(5) Edizzjoni riveduta li ssir f’format elettroniku ma għandhiex
tibda sseħħ qabel ma l-kopji tagħha jkunu ġew mibgħuta lir-
Reġistratur tal-Qrati kif hemm provdut fis-subartikolu (3) ta’ dan l-
artikolu.
Applikazzjoni ta’ l-
Att dwar id-
Drittijiet ta’ l-
Awtur. 
Miżjud:
XVII.1999.6.
Emendat:
XIII. 2000.61.
12. (1) Ħadd ma jista’ jagħmel, mingħajr il-permess tal-
Gvern, jew jordna li jsiru kopji jew riproduzzjonijiet f’xi format
materjali li jkun, ta’ xi edizzjoni riveduta jew xi parti minnha kif
pubblikata mill-Kummissjoni.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
ma għandhomx japplikaw għall-istampar jew il-pubblikazzjoni ta’
xi liġi li tkun tinsab f’edizzjoni riveduta, b’kull mezz li jkun,
sakemm ebda parti minnha ma tkun ġiet fotokopjata, scanned,
maħruġa bi print out elettroniku jew xort’oħra prodotta bl-użu ta’ l-
edizzjoni riveduta jew xi parti minnha bħala bażi fiżika għar-
riproduzzjoni, u sakemm ukoll li pubblikazzjoni bħal dik ikun fiha
dikjarazzjoni li fiha jingħad li dik mhijiex pubblikazzjoni uffiċjali
ta’ xi liġi partikolari.
Kap. 415. (3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 9 ta’ l-Att dwar id-
Drittijiet ta’ l-Awtur għandhom japplikaw mutatis mutandis għas-
REVIŻJONITAL-LIĠIJIETSTATUTARJI       7
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu.
(4) Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ikun
ħati ta’ reat u jista’, meta jinsab ħati, jeħel piena ta’ priġunerija
għal żmien sena jew multa ta’ mhux iżjed minn ħamest elef lira jew
dik il-multa u priġunerija flimkien.
(5) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu
huma bla ebda preġudizzju għal kull jedd ta’ azzjoni għad-danni li
l-Gvern ikollu kontra kull min jagħmel dak ir-reat.
