KOSTITUZZJONITA’MALTA    1
KOSTITUZZJONI TA’ MALTA 
ARRANĠAMENT TA’ L-ARTIKOLI
KAPITOLU I 
Ir-Repubblika ta’ Malta 
Artikolu
l. Ir-Repubblika u t-territorji tagħha. 
2. Reliġjon.
3. Bandiera Nazzjonali. 
4. Innu Nazzjonali.
5. Ilsien.
6. Il-Kostituzzjoni tkun il-liġi suprema. 
KAPITOLU II 
Dikjarazzjoni ta’ Prinċipji 
7. Dritt għal xogħol.
8. Tmexxija ’l quddiem ta’ kultura, eċċ.
9. Salvagwardar ta’ paesaġġ u patrimonju storiku u artistiku. 
10. Edukazzjoni primarja tkun obbligatorja u bla ħlas.
11. Interessi edukattivi. 
12. Protezzjoni ta’ xogħol. 
13. Ħinijiet ta’ xogħol.
14. Drittijiet ta’ ħaddiema nisa. 
15. L-anqas età għal xogħol bi ħlas.
16. Salvagwardar ta’ xogħol ta’ minuri. 
17. Għajnuna soċjali u sigurtà.
18. Inkoraġġiment ta’ intrapriża ekonomika privata. 
19. Protezzjoni ta’ snajja artiġjani.
20. Inkoraġġiment ta’ ko-operattivi.
21. Applikazzjoni tal-prinċipji li hemm f’dan il-Kapitolu.
KAPITOLU III 
Ċittadinanza
22. Persuni li jsiru ċittadini fil-ġurnata stabbilita.
23. Persuni li jkollhom dritt li jkunu reġistrati bħala ċittadini. 
24. Persuni naturalizzati jew reġistrati bħala residenti qabel il-ġurnata
stabbilita.
25. Ksib ta’ ċittadinanza bi twelid jew dixxendenza minn persuni imwielda
fi jew wara l-ġurnata stabbilita.
 2 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
26. Żwieġ ma’ ċittadin ta’ Malta. 
27. Doppja ċittadinanza.
28. Ċittadini tal-Commonwealth.
29. Responsabbiltà kriminali ta’ ċittadini tal-Commonwealth. 
30. Setgħat tal-Parlament.
31. Tifsir.
KAPITOLU IV
Drittijiet u Libertajiet Fundamentali ta’ l-Individwu 
32. Drittijiet u libertajiet fundamentali ta’ l-individwu.
33. Protezzjoni tad-dritt għall-ħajja.
34. Protezzjoni minn arrest jew detenzjoni arbitrarja. 
35. Protezzjoni minn xogħol furzat.
36. Protezzjoni minn trattament inuman.
37. Protezzjoni minn privazzjoni ta’ proprjetà bla kumpens. 
38. Protezzjoni għall-intimità tad-dar jew proprjetà oħra. 
39. Disposizzjonijiet biex tiġi żgurata protezzjoni tal-liġi. 
40. Protezzjoni ta’ libertà ta’ kuxjenza u qima.
41. Protezzjoni ta’ libertà ta’ espressjoni.
42. Protezzjoni ta’ libertà ta’ għaqda u assoċjazzjoni. 
43. Projbizzjoni ta’ deportazzjoni.
44. Protezzjoni ta’ libertà ta’ moviment.
45. Protezzjoni minn diskriminazzjoni minħabba razza, eċċ. 
46. Twettiq ta’ disposizzjonijiet protettivi.
47. Tifsir tal-Kapitolu IV.
KAPITOLU V 
Il-President 
48. Twaqqif tal-kariga ta’ President.
49. Qadi tal-funzjonijiet tal-President matul vakanza, eċċ. 
50. Ġurament li għandu jittieħed mill-President. 
KAPITOLU VI 
Il-Parlament
TAQSIMA 1
Għamla tal-Parlament 
51. Twaqqif ta’ Parlament.
52. Għamla tal-Kamra tad-Deputati.
KOSTITUZZJONITA’MALTA    3
53. Kwalifiki ta’ membru tal-Kamra tad-Deputati. 
54. Skwalifiki ta’ membru tal-Kamra tad-Deputati. 
55. Tiżmim ta’ kariga ta’ membri.
56. Votazzjoni f’Elezzjonijiet.
57. Kwalifika ta’ eletturi.
58. Skwalifika ta’ eletturi.
59. Speaker u Deputy Speaker.
60. Twaqqif ta’ Kummissjoni Elettorali. 
61. Distretti elettorali.
62. Mili ta’ vakanzi.
63. Deċiżjoni ta’ kwistjonijiet dwar membru.
64. Skrivan tal-Kamra tad-Deputati u persunal tiegħu. 
TAQSIMA 2
Setgħat u Proċedura tal-Parlament 
65. Setgħat ta’ għemil ta’ liġijiet.
66. Tibdil ta’ din il-Kostituzzjoni.
67. Regolar tal-proċedura fil-Kamra tad-Deputati.
68. Ġurament li għandu jittieħed mill-membri tal-Kamra tad-Deputati.
69. Min jippresjedi fil-Kamra tad-Deputati.
70. Quorum fil-Kamra tad-Deputati. 
71. Votazzjoni.
72. Mod ta’ eżerċizzju tas-setgħat leġislativi. 
73. Restrizzjoni ta’ ċerti miżuri finanzjarji. 
74. Ilsien tal-Liġijiet.
TAQSIMA 3
Sejħa, proroga u xoljiment 
75. Sessjonijiet tal-Parlament.
76. Proroga u xoljiment tal-Parlament. 
77. Elezzjonijiet ġenerali.
KAPITOLU VII 
L-Esekuttiv 
78. Awtorità esekuttiva ta’ Malta.
79. Il-Kabinett.
80. Ħatra ta’ Ministri.
81. Tiżmim ta’ kariga ta’ Ministri.
82. Assenjazzjoni ta’ portafolji lill-Ministri. 
 4 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
83. Aġent Prim Ministru.
84. Ministri temporanji.
85. Eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-President.
86. Eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-Prim Ministru.
87. Il-President għandu jkun informat dwar ħwejjeġ ta’ gvern. 
88. Segretarji Parlamentari.
89. Ġurament li għandu jittieħed mill-Ministri. 
90. Kap ta’ l-Oppożizzjoni.
91. Avukat Ġenerali.
92. Segretarji Permanenti u kapijiet ta’ dipartimenti tal-gvern. 
93. Prerogattiva ta’ maħfra.
94. Segretarju tal-Kabinett.
KAPITOLU VIII 
Il-Ġudizzjarju 
95. Qrati Superjuri.
96. Ħatra ta’ mħallfin.
97. Tiżmim ta’ kariga ta’ mħallfin.
98. Aġent Prim Imħallef u aġenti mħallfin. 
99. Qrati Inferjuri.
100. Maġistrati.
101. Ġuramenti li għandhom jittieħdu minn imħallfin u maġistrati.
101A. Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja. 
KAPITOLU IX 
Finanzi 
102. Fond Konsolidat.
103. Awtorizzazzjoni ta’ nefqa mill-Fond Konsolidat.
104. Awtorizzazzjoni ta’ nefqa qabel approprjazzjoni. 
105. Fond ta’ Kontinġenzi.
106. Dejn pubbliku.
107. Rimunerazzjoni dwar ċerti karigi. 
108. Awditur Ġenerali.
KAPITOLU X 
Is-Servizz Pubbliku 
109. Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
110. Ħatra, eċċ., ta’ uffiċjali pubbliċi.
111. Rappreżentanti prinċipali ta’ Malta fl-esteru. 
KOSTITUZZJONITA’MALTA    5
112. Ħatra bi trasferiment dwar xi karigi.
113. Protezzjoni ta’ drittijiet ta’ pensjoni. 
114. Għoti u tiżmim ta’ pensjonijiet, eċċ.
115. Protezzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku minn proċeduri
legali.
KAPITOLU XI 
Mixxellanji 
116. Azzjonijiet dwar validità ta’ liġijiet.
117. Projbizzjoni ta’ ċerti assoċjazzjonijiet. 
118. Awtorità dwar ix-Xandir.
119. Funzjoni ta’ l-Awtorità dwar ix-Xandir. 
120. Kummissjoni dwar l-Impiegi.
121. Setgħat u proċedura ta’ Kummissjonijiet. 
122. Riżenji.
123. Ħatriet mill-ġdid, eċċ. 
124. Tifsir.
SKEDI LI JINSABU MAL-KOSTITUZZJONI 
L-EWWEL SKEDA
IT-TIENI SKEDA:  Ġuramenti ta’ Kariga 
IT-TIELET SKEDA: Ġurament ta’ Lealtà
IR-RABA’ SKEDA: Elenku ta’ Pajjiżi tal-Commonwealth minbarra Malta
 6 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
KOSTITUZZJONI TA’ MALTA
L-Ordni ta’ l-1964 dwar l-Indipendenza ta’ Malta, kif emendata bl-Atti:
XLI ta’ l-1965, XXXVII ta’ l-1966, IX ta' l-1967, XXV1 ta’ l-1970, XLVII
ta’ l-1972, LVII, LVIII ta’ l-1974, XXXVIII ta’ l-1976, X ta’ l-1977,
XXIX ta’ l-1979, 1V ta’ l-1987, XXIII ta’ l-1989; bil-Prok1ami: Nri. II u
VI ta’ l-1990; bl-Atti XIX ta’ l-1991 u IX ta’ l-1994; bil-Prok1ami Nri.IV
ta' l-1995 u III ta’ l-1996, u bl-Atti: XI ta’ l-1996, XVII ta’ l-1997, III ta’ l-
2000, u XIII ta’ l-2001.
21 ta’ Settembru 1964*
KAPITOLU I
Sostitwit: 
LVIII. 1974.2. 
Ir-Repubblika ta’ Malta
Ir-Repubblika u t-
territorji tagħha.
Sostitwit: 
LVIII. 1974.3. 
Emendat:
IV. 1987.2.
1. (1) Malta hija repubblika demokratika bbażata fuq ix-
xogħol u fuq ir-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’
l-individwu.
(2) It-territorji ta’ Malta jikkonsistu f’dawk it-territorji
kompriżi f’Malta minnufih qabel il-ġurnata stabbilita, magħduda l-
ibħra territorjali tagħhom, jew dawk it-territorji u ibħra li l-
Parlament jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi b’liġi.
(3) Malta hija stat newtrali li jrid attivament jilħaq il-paċi, is-
siġurtà u l-progress soċjali fost in-nazzjonijiet kollha billi jħaddan
politika ta’ non-allineament u jirrofta li jipparteċipa f’kull alleanza
militari. Dan l-istatus jimplika b’mod partikolari, illi:
(a) l-ebda bażi militari barranija ma titħalla fuq territorju
Malti;
(b) l-ebda faċilitajiet militari f’Malta ma jitħallew jiġu
wżati minn xi forzi barranin ħlief fuq talba tal-Gvern
ta’ Malta, u biss fil-każi li ġejjin:
(i) fl-eżerċizzju tal-jedd naturali ta’ difiża leġittima
f’każ ta’ vjolazzjoni armata ta’ l-area li fuqha r-
Repubblika ta’ Malta għandha sovranità, jew
biex tieħu miżuri jew azzjonijiet deċiżi mill-
Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda; jew
(ii) kull meta jkun hemm theddida għas-sovranità,
indipendenza, in-newtralità, l-unità jew l-
integrità territorjali tar-Repubblika ta’ Malta;
(ċ) minbarra fil-każi msemmija hawn fuq, l-ebda
faċilitajiet oħra f’Malta ma jitħallew jintużaw b’tali
mod u b’tali miżura li jwasslu għall-preżenza f’Malta
ta’ konċentrazzjoni ta’ forzi barranin;
(d) minbarra fil-każi msemmija hawn fuq, l-ebda persunal
militari barrani ma jitħalla fuq territorju Malti, ħlief
dak il-persunal militari li jkun qed jagħmel, jew jgħin
biex jitwettqu, xogħlijiet jew attivitajiet ċivili, u ħlief
għadd reġonevoli ta’ persunal tekniku militari li jgħin
*Ara L-Ordni tat-2 ta’ Settembru, 1964 dwar l-Indipendenza ta’ Malta.
KOSTITUZZJONITA’MALTA    7
fid-difiża tar-Repubblika ta’ Malta;
(e) it-tarznari tar-Repubblika ta’ Malta jintużaw għal
skopijiet kummerċjali ċivili, iżda jistgħu wkoll
jintużaw, f’limiti raġonevoli ta’ żmien u għadd, għat-
tiswija ta’ bastimenti militari li jkunu tpoġġew
f’qagħda li ma jistgħux jiġġieldu jew għall-bini ta’
vapuri; u skond il-prinċipji ta’ non-allineament l-
imsemmija tarznari jiġu mċaħħda lill-bastimenti
militari taż-żewġ superpotenzi.
Reliġjon. 
Sostitwit: 
LVIII. 1974.4 
2. (1) Ir-reliġjon ta’ Malta hija r-Reliġjon Kattolika
Apostolika Rumana.
(2) L-awtoritajiet tal-Knisja Kattolika Apostolika Rumana
għandhom id-dmir u l-jedd li jgħallmu liema prinċipji huma tajbin
u liema huma ħżiena.
(3) It-tagħlim reliġjuż tal-fidi Kattolika Apostolika Rumana
għandu jkun provdut fl-iskejjel kollha ta’ l-Istat bħala parti mill-
edukazzjoni obbligatorja.
Bandiera 
Nazzjonali. 
Sostitwit: 
LVIII. 1974.5.
3. (1) Il-Bandiera Nazzjonali ta’ Malta tikkonsisti f’żewġ
strixxi vertikali ndaqs, bajda ma’ l-arblu u ħamra n-naħa ta’ barra. 
(2) Rappreżentazzjoni tal-George Cross mogħti lil Malta mill-
Maestà Tiegħu r-Re Ġorġ Sitta fil-15 ta’ April, 1942 tkun qiegħda,
imberfla bl-aħmar, fir-rokna ta’ l-istrixxa l-bajda.
Innu Nazzjonali. 
bil-kliem "Lil din l-Art Ħelwa l-Omm li tatna isimha".
Ilsien. 
(2) L-ilsien Malti u l-ilsien Ingliż u dawk l-ilsna l-oħra li
jistgħu jiġu preskritti mill-Parlament (b’liġi mgħoddija b’mhux
anqas minn żewġ terzi tal-membri kollha tal-Kamra tad-Deputati)
ikunu l-ilsna uffiċjali ta’ Malta u l-Amministrazzjoni tista’ għall-
finijiet kollha uffiċjali tuża kull wieħed minn dawk l-ilsna:
Iżda kull persuna tista’ tindirizza ruħha lejn l-
Amministrazzjoni f’kull wieħed mill-ilsna uffiċjali u t-tweġiba ta’
l-Amministrazzjoni għal hekk tkun b’dak l-ilsien.
(3) L-ilsien tal-Qrati jkun l-ilsien Malti:
Iżda l-Parlament jista’ jagħmel dak il-provvediment għall-
użu ta’ l-ilsien Ingliż f’dawk il-każijiet u taħt dawk il-
kondizzjonijiet li jista’ jippreskrivi.
(4) Il-Kamra tad-Deputati tista’, meta tirregola l-proċedura
tagħha, tistabbilixxi l-ilsien jew l-ilsna li għandhom ikunu wżati fi
proċeduri u annotazzjonijiet parlamentari.
Il-Kostituzzjoni 
tkun il-liġi 
suprema. 
Sostitwit:
LVII. 1974.2; 
LVIII. 1974.69.
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’
l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi
oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-
Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn
tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
 8 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
KAPITOLU II
Dikjarazzjoni ta’ Prinċipji
Dritt għal xogħol.  7. L-Istat jirrikonoxxi d-dritt taċ-ċittadini kollha għal xogħol
u għandu jġib ’il quddiem dawk il-kondizzjonijiet li jagħmlu dan
id-dritt effettiv.
Tmexxija ’l 
quddiem ta’ 
kultura, eċċ. 
8. L-Istat għandu jġib ’il quddiem l-iżvilupp tal-kultura u tat-
tfittix xjentifiku u tekniku.
Salvagwardar ta’ 
paesaġġ u 
patrimonju storiku 
u artistiku. 
9. L-Istat għandu jissalvagwardja l-paesaġġ u l-patrimonju
storiku u artistiku tan-Nazzjon.
Edukazzjoni 
primarja tkun 
obbligatorja u bla 
ħlas. 
10. L-edukazzjoni primarja għandha tkun obbligatorja u fl-
iskejjel ta’ l-Istat għandha tkun bla ħlas.
Interessi 
edukattivi. 
11. (1) L-istudenti kapaċi u meritevoli, ukoll jekk mingħajr
risorsi finanzjarji, għandhom dritt li jilħqu l-ogħla gradi ta’
edukazzjoni.
(2) L-Istat għandu jagħti effett għal dan il-prinċipju permezz
ta’ boroż ta’ studju, ta’ kontribuzzjonijiet lill-familji ta’ l-istudenti
u provvedimenti oħra fuq il-bażi ta’ eżamijiet kompetittivi.
Protezzjoni ta’ 
xogħol.
12. (1) L-Istat għandu jipproteġġi x-xogħol.
(2) Huwa għandu jipprovdi għat-tħarriġ professjonali jew ta’
vokazzjoni u miljorament tal-ħaddiema.
Ħinijiet ta’ xogħol.  13. (1) L-akbar numru ta’ siegħat tax-xogħol kull jum għandu
jkun stabbilit mil-liġi.
(2) Il-ħaddiem għandu dritt għal ġurnata mistrieħ fil-ġimgħa u
għal btajjel annwali bi ħlas; huwa ma jistax jirrinunzja għal dan id-
dritt.
Drittijiet ugwali ta’ 
rġiel u nisa. 
Sostitwit: 
XIX. 1991.2. 
14. L-Istat għandu jippromwovi dritt ugwali ta’ rġiel u nisa li
jgawdu d-drittijiet ekonomiċi, soċjali, kulturali, ċivili u politiċi
kollha u għal dan il-għan għandu jieħu dawk il-miżuri li jkunu
ndikati biex jelimina kull forma ta’ diskriminazzjoni bejn is-sessi,
minn kull persuna, organizzazzjoni jew azjenda; l-Istat għandu
b’mod partikolari jimmira li jiżgura li l-ħaddiema nisa jgawdu
drittijiet indaqs u l-istess pagi għall-istess xogħol bħal irġiel.
L-anqas età għal 
xogħol bi ħlas.
15. L-anqas età għal xogħol bi ħlas għandha tkun preskritta
b’liġi.
Salvagwardar ta’ 
xogħol ta’ minuri.
16. L-Istat għandu jipprovdi biex jiġi salvagwardat ix-xogħol
ta’ minuri u jiżguralhom id-dritt ta’ l-istess paga għall-istess
xogħol. 
Għajnuna soċjali u 
sigurtà.
17. (1) Kull ċittadin li ma jkunx kapaċi għal xogħol u li ma
jkunx provdut bir-risorsi meħtieġa għall-għixien għandu dritt għal
manteniment u għajnuna soċjali.
KOSTITUZZJONITA’MALTA    9
(2) Il-ħaddiema għandhom dritt għal assigurazzjoni xierqa fuq
bażi kontributorja għall-ħtiġiet tagħhom f’każ ta’ disgrazzja, mard,
inkapaċità, xjuħija u disimpieg involontarju.
(3) Persuni inkapaċitati u persuni li ma jkunux kapaċi għal
xogħol għandhom dritt għal edukazzjoni u tħarriġ ta’ vokazzjoni. 
Inkoraġġiment ta’ 
intrapriża 
ekonomika privata. 
18. L-Istat għandu jinkoraġġixxi l-intrapriża ekonomika
privata.
Protezzjoni ta’ 
snajja artiġjani. 
19. L-Istat għandu jipprovdi għall-protezzjoni u l-iżvilupp tas-
snajja artiġjani.
Inkoraġġiment ta’ 
ko-operattivi. 
20. L-Istat jirrikonoxxi l-funzjoni soċjali ta’ ko-operattivi u
għandu jinkoraġġixxi l-iżvilupp tagħhom.
Applikazzjoni tal-
prinċipji li hemm 
f’dan il-Kapitolu.
21. Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu ma jkunux
esegwibbli f’xi qorti, iżda l-prinċipji li hemm fihom huma b’dan
kollu fondamentali għall-iggvernar tal-pajjiż u jkun l-iskop ta’ l-
Istat li japplika dawn il-prinċipji fl-egħmil ta’ liġijiet.
KAPITOLU III 
Ċittadinanza 
Ċittadinanza 
mitluba bil-liġi.
Sostitwit:
III.2000.2. 
22. (1) Il-ksib, il-pussess, ir-rinunzja u t-telfien taċ-
ċittadinanza Maltija għandhom jiġu regolati bil-liġi.
(2) Iċ-ċittadinanza doppja jew multipla hija permessa skond
liġi li f’dak iż-żmien tkun fis-seħħ f’Malta.
Ċittadini tal-
Commonwealth. 
Emendat: 
XLI. 1965.3;
IX. 1967;
XXIII. 1989.6.
Rinumerat:
III.2000.4.
23. (1) Kull min skond din il-Kostituzzjoni jew xi Att tal-
Parlament huwa ċittadin ta’ Malta jew skond xi liġi li għal dak iż-
żmien tkun isseħħ f’xi pajjiż li għalih dan l-artikolu jgħodd huwa
ċittadin ta’ dak il-pajjiż ikollu, bis-saħħa ta’ dik iċ-ċittadinanza,
status ta’ ċittadin tal-Commonwealth.
(2) Kull min huwa sudditu Ingliż mingħajr ċittadinanza skond
il-British Nationality Act, 1948* jew ikompli jkun sudditu Ingliż
skond l-artikolu 2 ta’ dak l-Att ikollu, bis-saħħa ta’ dak l-istatus, l-
istatus ta’ ċittadin tal-Commonwealth.
(3) Il-pajjiżi li għalihom jgħodd dan l-artikolu huma dawk
elenkati fir-Raba’ Skeda li tinsab ma’ din il-Kostituzzjoni.
(4) Il-President jista’ bi Proklama jemenda, iżid ma’, jirrevoka
jew jissostitwixxi l-elenku ta’ pajjiżi li hemm fir-Raba’ Skeda li
tinsab ma’ din il-Kostituzzjoni.
Responsabbiltà 
kriminali ta’ 
ċittadini tal-
Commonwealth. 
Rinumerat u 
emendat:
III.2000.5.
24. (1) Ċittadin tal-Commonwealth li ma jkunx ċittadin ta’
Malta jew ċittadin tar-Repubblika ta’ l-Irlanda li ma jkunx ċittadin
ta’ Malta ma jkunx ħati ta’ reat kontra xi liġi li sseħħ f’Malta
minħabba f’xi ħaġa magħmula jew omessa f’xi parti tal-
Commonwealth li ma tkunx Malta jew fir-Repubblika ta’ l-Irlanda
jew f’xi pajjiż stranġier kemm-il darba -
(a) l-att jew ommissjoni ma kienx ikun reat kieku kien
*11 & 12 Geo. 6.c.56.
 10 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
frustier; u
(b) fil-każ ta’ att jew ommissjoni f’xi parti tal-
Commonwealth  jew fir-Repubblika ta’ l-Irlanda, ma
kienx ikun reat jekk il-pajjiż li fih l-att ikun magħmul
jew l-ommissjoni tkun saret kien pajjiż stranġier.
(2) F’dan l-artikolu -
"frustier" tfisser persuna li ma tkunx ċittadin tal-Commonwealth,
persuna protetta Ingliża jew ċittadin tar-Republika ta’ l-Irlanda;
"pajjiż barrani" tfisser kull pajjiż (minbarra r-Repubblika ta’ l-
Irlanda) li ma jkunx parti mill-Commonwealth;
"Persuna Protetta Ingliża" tfisser persuna li tkun persuna protetta
Ingliża għall-finijiet tal-British Nationality Act, 1948 jew ta’ kull
liġi oħra tar-Renju Unit li tieħu post dak l-Att.
Ksib ta’ 
ċittadinanza bi 
twelid jew 
dixxendenza minn 
persuni mwielda fi 
jew wara l-ġurnata 
stabbilita. 
Sostitwit: 
XXIII. 1989.3
25. Imħassar bl-Att III ta’ l-2000.
Żwieġ ma ċittadin 
ta’ Malta. 
Emendat: 
LVIII. 1974.8.
Sostitwit:
XXIII. 1989.4. 
26. Imħassar bl-Att III ta’ l-2000.
Doppja 
ċittadinanza. 
Emendat: 
XXXVII. 1966.2;
LVIII. 1974.9;
XXIII. 1989.5.
27. Imħassar bl-Att III ta’ l-2000.
28. u 29. ġew rinumerati bl-Att III taa’ l-2000. 
Setgħat tal-
Parlament.
30. Imħassar bl-Att III ta’ l-2000.
Tifsir. 
Emendat: 
LVIII. 1974. 10; 
X. 1977.2; 
XXIII. 1989.7.
31. Imħassar bl-Att III ta’ l-2000.
KAPITOLU IV
Drittijiet u Libertajiet Fundamentali ta’ l-Individwu 
Drittijiet u 
libertajiet 
fundamentali ta’ l-
individwu. 
32. Billi kull persuna f’Malta hija intitolata għad-drittijiet u
libertajiet fundamentali ta’ l-individwu, jiġifieri, id-dritt, tkun xi
tkun ir-razza, post ta’ oriġini, fehmiet politiċi, kulur, twemmin jew
sess tagħha, iżda suġġett għar-rispett tad-drittijiet u l-libertajiet ta’
oħrajn u ta’ l-interess pubbliku, għal kull waħda u kollha kemm
huma dawn li ġejjin, jiġifieri-
(a) il-ħajja, libertà, sigurtà tal-persuna, it-tgawdija ta’
proprjetà u l-protezzjoni tal-liġi;
(b) il-libertà ta’ kuxjenza, ta’ espressjoni u ta’ għaqda u
assoċjazzjoni paċifika; u
(ċ) ir-rispett għall-ħajja privata u familjari tiegħu, 
KOSTITUZZJONITA’MALTA
id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan il-Kapitolu jkollhom effett
sabiex jagħtu protezzjoni għad-drittijiet u libertajiet imsemmija
qabel, salvi dawk il-limitazzjonijiet ta’ dik il-protezzjoni kif
jinsabu f’dawk id-disposizzjonijiet li huma limitazzjonijiet
maħsuba biex jiżguraw illi t-tgawdija ta’ l-imsemmija drittijiet u
libertajiet minn xi individwu ma tippreġudikax id-drittijiet u
libertajiet ta’ oħrajn jew l-interess pubbliku.
Protezzjoni tad-
dritt għall-ħajja.
33. (1) Ħadd ma jista’ jiġi pprivat mill-ħajja tiegħu
intenzjonalment ħlief fl-esekuzzjoni tas-sentenza ta’ qorti dwar reat
kriminali skond il-liġi ta’ Malta li tiegħu jkun ġie misjub ħati.
(2) Mingħajr ħsara għal xi responsabbiltà għal ksur ta’ xi liġi
oħra dwar l-użu ta’ forza f’dawk il-każijiet li huma hawnhekk iżjed
’il quddiem imsemmija, persuna ma għandhiex titqies li tkun ġiet
ipprivata mill-ħajja tagħha bi ksur ta’ dan l-artikolu jekk tmut
b’riżultat ta’ l-użu ta’ forza daqs kemm tkun raġonevolment
ġustifikabbli fiċ-ċirkostanzi tal-każ - 
(a) fid-difiża ta’ xi persuna minn vjolenza jew fid-difiża
ta’ proprjetà;
(b) sabiex jiġi effetwat arrest skond il-liġi jew tiġi evitata
l-ħarba ta’ persuna detenuta skond il-liġi;
(ċ) sabiex tiġi megħluba rewwixta, insurrezzjoni jew
ammutinament; jew
(d) sabiex jiġi evitat l-egħmil minn dik il-persuna ta’ reat
kriminali,
jew jekk tmut minħabba att leġittimu ta’ gwerra.
Protezzjoni minn 
arrest jew 
detenzjoni 
arbitrarja.
34. (1) Ħadd ma għandu jiġi pprivat mill-libertà personali
tiegħu ħlief kif jista’ jkun awtorizzat b’liġi fil-każijiet li ġejjin,
jiġifieri -
(a) bħala konsegwenza ta’ l-inkapaċità tiegħu li jwieġeb
għal akkuża kriminali;
(b) fl-esekuzzjoni tas-sentenza jew ordni ta’ qorti, sew
Malta sew band’oħra dwar reat kriminali li tiegħu ikun
ġie misjub ħati; 
(ċ) fl-esekuzzjoni ta’ l-ordni ta’ qorti li tikkundannah għal
disprezz lejn dik il-qorti jew lejn qorti jew tribunal
ieħor jew fl-esekuzzjoni ta’ l-ordni tal-Kamra tad-
Deputati li tikkundannah għal disprezz lejha stess jew
lejn il-membri tagħha jew għal ksur ta’ privileġġ;
(d) fl-esekuzzjoni ta’ l-ordni ta’ qorti magħmul biex
jiżgura twettiq ta’ xi obbligu impost lilu b’liġi;
(e) sabiex jinġieb quddiem qorti fl-esekuzzjoni ta’ l-ordni
ta’ qorti jew quddiem il-Kamra tad-Deputati fl-
esekuzzjoni ta’ l-ordni ta’ dik il-Kamra;
(f) fuq suspett raġonevoli li huwa jkun ikkommetta, jew
ikun sejjer jikkommetti, reat kriminali;
(g) fil-każ ta’ persuna li ma tkunx għalqet l-età ta’
tmintax-il sena, għall-iskop ta’ l-edukazzjoni u ġid
tagħha;
 12 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
(h) sabiex jiġi evitat it-tixrid ta’ marda infettiva jew
kontaġġuża;
(i) fil-każ ta’ persuna li tkun, jew tkun raġonevolment
suspetta li tkun, ta’ moħħ marid, mogħtija għan-
narkotiċi jew xorb, jew vagabonda, għall-iskop tal-
kura jew trattament tagħha jew protezzjoni tal-
komunità; jew
(j) sabiex jiġi evitat id-dħul illeġittimu ta’ dik il-persuna
f’Malta, jew sabiex tiġi effettwata l-espulsjoni, l-
estradizzjoni jew it-tneħħija leġittima oħra ta’ dik il-
persuna minn Malta jew it-teħid ta’ proċeduri dwar
hekk jew sabiex tiġi mrażżna dik il-persuna waqt li
tkun qed tiġi mgħoddija minn Malta fil-kors ta’ l-
estradizzjoni jew tneħħija tagħha bħala priġunier
misjub ħati minn pajjiż għal ieħor.
(2) Kull min ikun arrestat jew detenut għandu jiġi nformat, fil-
ħin ta’ l-arrest jew detenzjoni tiegħu, f’ilsien li huwa jifhem, bir-
raġunijiet ta’ l-arrest jew detenzjoni tiegħu:
Iżda jekk interpretu jkun meħtieġ u ma jkunx disponibbli
malajr jew jekk ikun xort’oħra imprattikabbli li jiġu mħarsa d-
disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu fil-ħin ta’ l-arrest jew
detenzjoni tiegħu, dawn id-disposizzjonijiet għandhom jiġu mħarsa
kemm jista’ jkun malajr.
(3) Kull min jiġi arrestat jew detenut - 
(a) sabiex jinġieb quddiem qorti fl-esekuzzjoni ta’ l-ordni
ta’ qorti; jew
(b) fuq suspett raġonevoli li jkun ikkommetta, jew li jkun
sejjer jikkommetti, reat kriminali,
u li ma jiġix meħlus, għandu jinġieb quddiem qorti mhux aktar tard
minn tmienja u erbgħin siegħa wara; u jekk xi ħadd arrestat jew
detenut f’xi każ bħal dak li huwa msemmi fil-paragrafu (b) ta’ dan
is-subartikolu ma jiġix iġġudikat fi żmien raġonevoli, f’dak il-każ,
bla ħsara għal kull proċeduri oħra li jistgħu jinġiebu kontra tiegħu,
huwa għandu jiġi meħlus jew bla kondizzjoni jew b’kondizzjonijiet
raġonevoli, magħduda b’mod partikolari dawk il-kondizzjonijiet li
jkunu meħtieġa raġonevolment biex jiġi żgurat li huwa jidher f’data
aktar tard għall-kawża jew għall-proċeduri preliminari għall-
kawża.
(4) Kull min ikun arrestat jew detenut illegalment minn xi
persuna oħra jkollu dritt għal kumpens għal hekk minn dik il-
persuna.
(5) Ebda ħaġa li hemm fi jew li tkun magħmula bl-awtorità ta’
xi liġi ma għandha titqies li tkun inkonsistenti ma’ jew bi ksur ta’
dan l-artikolu safejn il-liġi in kwistjoni tawtorizza t-teħid matul dak
il-perijodu ta’ emerġenza pubblika skond ma hu msemmi fil-
paragrafu (a) jew (ċ) tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 47 ta’ din il-
Kostituzzjoni ta’ miżuri li jkunu raġonevolment ġustifikabbli
sabiex tiġi affrontata s-sitwazzjoni li teżisti matul dak il-perijodu
ta’ emerġenza pubblika.
KOSTITUZZJONITA’MALTA
(6) Jekk xi ħadd li jkun detenut legalment bis-saħħa biss ta’ liġi
bħal dik imsemmija fis-subartikolu li jaħbat l-aħħar qabel dan hekk
jitlob f’xi żmien matul il-perijodu ta’ dik id-detenzjoni mhux qabel
sitt xhur wara li jkun għamel l-aħħar talba bħal dik matul dak il-
perijodu, il-każ tiegħu jiġi rivedut minn tribunal indipendenti u
imparzjali mwaqqaf b’liġi u magħmul minn persuna jew persuni li
kull waħda minnhom ikollha jew kellha kariga ġudizzjarja jew tkun
kwalifikata biex tiġi maħtura għal kariga bħal dik f’Malta.
(7) Wara xi reviżjoni minn tribunal skond is-subartikolu li
jaħbat l-aħħar qabel dan tal-każ ta’ xi persuna detenuta, it-tribunal
jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar il-ħtieġa jew espedjenza
tat-tkomplija tad-detenzjoni tagħha lill-awtorità li minnha -kienet
ġiet ordnata. iżda. kemm-il darba ma jkunx provdut xort,oħra
b’liġi, dik l-awtorità ma tkunx obbligata taġixxi skond xi rak
komandazzjonijiet bħal dawk.
Protezzjoni minn 
xogħol furzat.
35. (1) Ħadd ma għandu jkun meħtieġ jagħmel xogħol furzat. 
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, il-frażi "xogħol furzat" ma
tinkludix - 
(a) xi xogħol meħtieġ b’konsegwenza tas-sentenza jew
ordni ta’ qorti;
(b) xogħol meħtieġ mingħand xi ħadd waqt li jkun
legalment detenut b’sentenza jew ordni ta’ qorti li,
għalkemm ma jkunx meħtieġ b’konsegwenza ta’ dik
is- sentenza jew ordni, ikun meħtieġ raġonevolment fl-
interessi ta’ l-iġjene jew għat-tiżmim tal-post li fih
ikun detenut jew, jekk ikun detenut għall-iskop tal-
kura, trattament, edukazzjoni jew ġid tiegħu, ikun
raġonevolment meħtieġ għal dak l-iskop;
(ċ) xi xogħol meħtieġ mingħand membru ta’ korp
dixxiplinat minħabba d-dmirijiet tiegħu bħala tali jew,
fil-każ ta’ persuna li jkollha oġġezzjonijiet ta’
kuxjenza għal servizz bħala membru ta’ forza navali,
militari jew ta’ l-ajru, xi xogħol li dik il-persuna hija
meħtieġa b’liġi li taqdi minflok dak is-servizz;
(d) xi xogħol meħtieġ matul perijodu ta’ emerġenza
pubblika jew fil-każ ta’ xi emerġenza oħra jew
kalamità li thedded il-ħajja jew il-ġid tal-komunità.
Protezzjoni minn 
trattament inuman.
36. (1) Ħadd ma għandu jkun assoġġettat għal piena jew
trattament inuman jew degradanti.
(2) Ebda ħaġa li hemm fi jew magħmula skond l-awtorità ta’ xi
liġi ma titqies li tkun inkonsistenti ma’ jew bi ksur ta’ dan l-
artikolu safejn il-liġi in kwistjoni tawtorizza l-għoti ta’ xi
deskrizzjoni ta’ piena li kienet legali f’Malta minnufih qabel il-
ġurnata stabbilita.
(3) (a) Ebda liġi ma għandha tipprovdi għall-impożizzjoni ta’
pieni kollettivi.
(b) Ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma tipprekludi l-
impożizzjoni ta’ pieni kollettivi fuq il-membri ta’ korp
 14 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
dixxiplinat skond il-liġi li tirregola d-dixxiplina ta’
dak il-korp.
Protezzjoni minn 
privazzjoni ta’ 
proprjetà bla 
kumpens.
Emendat: 
LVIII. 1974.11.
37. (1) Ebda proprjetà ta’ kull xorta li tkun ma għandu
jittieħed pussess tagħha b’mod obbligatorju, u ebda nteress fi jew
dritt fuq proprjetà ta’ kull xorta li tkun ma għandu jiġi miksub
b’mod obbligatorju, ħlief meta hemm disposizzjoni ta’ liġi
applikabbli għal dak it-teħid ta’ pussess jew akkwist -
(a) għall-ħlas ta’ kumpens xieraq;
(b) li tiżgura lil kull persuna li tippretendi dak il-kumpens
dritt ta’ aċċess lil qorti jew tribunal indipendenti u
imparzjali mwaqqaf b’liġi sabiex jiġi deċiż l-interess
tagħha fi jew dritt fuq il-proprjetà u l-ammont ta’ kull
kumpens li għalih tista’ tkun intitolata, u sabiex tikseb
ħlas ta’ dak il-kumpens; u
(ċ) li tiżgura lil kull parti fi proċeduri f’dik il-qorti jew
tribunal dwar pretensjoni bħal dik dritt ta’ appell mid-
deċiżjoni tagħha lill-Qorti ta’ l-Appell f’Malta:
Iżda f’każijiet speċjali l-Parlament jista’, jekk hekk jidhirlu
xieraq li jagħmel fl-interess nazzjonali, b’liġi jistabbilixxi l-kriterji
li għandhom jitħarsu, magħduda l-fatturi u ċ-ċirkostanzi l-oħra li
għandhom jitqiesu, biex jiġi stabbilit il-kumpens li għandu jitħallas
dwar proprjetà li jittieħed pussess tagħha jew li tiġi akkwistata
b’mod obbligatorju; u f’kull każ bħal dak il-kumpens għandu jiġi
iffissat u għandu jitħallas skond hekk.
(2) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tiftiehem li tolqot l-
egħmil jew ħdim ta’ xi liġi safejn tipprovdi għat-teħid ta’ pussess
jew akkwist ta’ proprjetà -
(a) bi ħlas ta’ xi taxxa, rata jew drittijiet;
(b) bħala penali għal, jew bħala konsegwenza ta’, ksur tal-
liġi, sew jekk bi proċeduri ċivili jew wara
dikjarazzjoni ta’ ħtija ta’ reat kriminali;
(ċ) wara l-attentat ta’ tneħħija tal-proprjetà barra minn
jew ġewwa Malta bi ksur ta’ xi liġi;
(d) bħala teħid ta’ kampjun għall-finijiet ta’ xi liġi;
(e) meta l-proprjetà tikkonsisti f’annimal meta jiġi misjub
f’art ħaddieħor jew mitluf;
(f) bħala inċidentali għal kirja, liċenza, privileġġ jew
ipoteka, mortgage, dritt, bill of sale, pleġġ jew kuntratt
ieħor;
(g) bħala l-għoti jew l-amministrazzjoni ta’ proprjetà
għan-nom u għab-benefiċċju tal-persuna ntitolata
għall-interess benefiċjarju fiha, proprjetà fi  trust,
proprjetà ta’ l-għadu jew il-proprjetà ta’ persuni
dikjarati falluti b’sentenza jew xort’oħra dikjarati
falluti jew insolventi, persuni ta’ moħħ marid, persuni
mejta, jew għaqdiet korporati jew mhux korporati fil-
kors ta’ stralċ jew likwidazzjoni;
(h) fl-esekuzzjoni ta’ sentenzi jew ordnijiet ta’ qrati;
KOSTITUZZJONITA’MALTA
(i) minħabba li tkun fi stat perikoluż jew ta’ ħsara għas-
saħħa tan-nies, annimali jew pjanti;
(j) bħala konsegwenza ta’ xi liġi dwar il-preskrizzjoni ta’
azzjonijiet, preskrizzjoni akkwiżittiva, art
abbandunata, teżor misjub, manumorta jew id-drittijiet
ta’ suċċessjoni kompetenti lill-Gvern ta’ Malta; jew
(k) għal dak iż-żmien biss sakemm ikun meħtieġ għall-
finijiet ta’ xi eżami, investigazzjoni, kawża jew
inkjesta jew, fil-każ ta’ art, l-egħmil fuqha -
(i) ta’ xogħol ta’ konservazzjoni ta’ ħamrija jew il-
konservazzjoni ta’ risorsi naturali oħra ta’ kull
xorta jew ta’ rikostruzzjoni ta’ ħsara tal-gwerra;
jew
(ii) ta’ żvilupp jew titjib agrikolu li s-sid jew
okkupant ta’ l-art ikun ġie mitlub, u jkun
mingħajr skuża raġonevoli u legali rrofta jew
naqas li jagħmel.
(3) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tiftiehem li tolqot l-
egħmil jew ħdim ta’ xi liġi safejn tipprovdi għall-għoti lill-Gvern
tal-proprjetà ta’ xi minerali, ilma jew antikitajiet ta’ taħt l-art.
(4) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tiftiehem li tolqot l-
egħmil jew ħdim ta’ xi liġi għat-teħid ta’ pussess obbligatorju fl-
interess pubbliku ta’ xi proprjetà, jew l-akkwist obbligatorju fl-
interess pubbliku u ta’ xi interess fi jew dritt fuq proprjetà, meta
dik il-proprjetà, interess jew dritt huwa miżmum minn għaqda
korporata li hija mwaqqfa għal skopijiet pubbliċi minn xi liġi u li
fiha ebda flejjes ma ġew investiti barra minn flejjes provduti minn
xi leġislatura f’Malta.
Protezzjoni għall-
intimità tad-dar 
jew proprjetà oħra.
38. (1) Ħief bil-kunsens tiegħu stess jew b’dixxiplina tal-
ġenituri, ħadd ma għandu jiġi assoġġettat għat-tfittix fuq il-persuna
tiegħu jew proprjetà tiegħu jew għad-dħul minn oħrajn fil-post
tiegħu.
(2) Ebda ħaġa li hemm fi jew li hija magħmula skond l-awtorità
ta’ xi liġi ma għandha titqies li tkun inkonsistenti ma’ jew bi ksur
ta’ dan l-artikolu safejn dik il-liġi tagħmel provvediment - 
(a) li jkun raġonevolment meħtieġ fl-interess tad-difiża,
sigurtà pubblika, ordni pubbliku, moralità jew deċenza
pubblika, saħħa pubblika, pjani regolaturi ta’ bliet u
rħula, l-iżvilupp u utilizzazzjoni ta’ risorsi minerali,
jew l-iżvilupp u utilizzazzjoni ta’ xi proprjetà b’dak il-
mod biex jinġieb ’il quddiem il-benefiċċju pubbliku;
(b) li jkun raġonevolment meħtieġ sabiex jinġiebu ’l
quddiem id-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni oħra;
(ċ) li jawtorizza dipartiment tal-Gvern ta’ Malta, jew
awtorità tal-gvern lokali, jew għaqda korporata
mwaqqfa b’liġi għal skop pubbliku, li jidħol fil-post
ta’ xi persuna sabiex jispezzjona dak il-post jew xi
ħaġa li jkun hemm fih għall-fini ta’ xi taxxa, rata jew
drittijiet jew sabiex jagħmel xogħol li għandu
 16 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
x’jaqsam ma’ xi proprjetà jew xi installazzjoni li tkun
legalment f’dak il-post u li tkun ta’ dak il-Gvern, dik l-
awtorità, jew dik l-għaqda korporata, skond il-każ; jew
(d) li jawtorizza, għall-fini ta’ esekuzzjoni ta’ sentenza
jew ordni ta’ qorti, it-tfittix ta’ xi persuna jew
proprjetà b’ordni ta’ qorti jew dħul f’xi post b’ordni
bħal dak, jew li jkun meħtieġ sabiex jiġu evitati jew
mikxufa reati kriminali,
u ħlief safejn dak il-provvediment jew, skond il-każ, il-ħaġa
magħmula skond l-awtorità tiegħu, hija murija li ma tkunx
ġustifikabbli raġonevolment f’soċjetà demokratika.
Disposizzjonijiet 
biex tiġi żgurata 
protezzjoni tal-liġi.
39. (1) Kull meta xi ħadd ikun akkużat b’reat kriminali huwa
għandu, kemm-il darba l-akkuża ma tiġix irtirata, jiġi mogħti smigħ
xieraq għeluq żmien raġonevoli minn qorti indipendenti u
imparzjali mwaqqfa b’liġi.
(2) Kull qorti jew awtorità oħra ġudikanti mwaqqfa b’liġi
għad-deċiżjoni dwar l-eżistenza jew l-estensjoni ta’ drittijiet jew
obbligi ċivili għandha tkun indipendenti u imparzjali; u meta l-
proċeduri għal deċiżjoni bħal dik huma mibdija minn xi persuna
quddiem qorti jew awtorità oħra ġudikanti bħal dik, il-każ għandu
jiġi mogħti smigħ xieraq għeluq żmien raġonevoli.
(3) Ħlief bil-ftehim tal-partijiet kollha, il-proċeduri kollha ta’
kull qorti u l-proċeduri dwar id-deċiżjoni ta’ l-eżistenza jew l-
estensjoni tad-drittijiet jew obbligi ċivili ta’ persuna quddiem xi
awtorità ġudikanti oħra, magħdud il-pronunzjament tad-deċiżjoni
tal-qorti jew awtorità oħra, għandhom jinżammu fil-pubbliku.
(4) Ebda ħaġa fis-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu ma għandha
timpedixxi lil xi qorti jew xi awtorità bħalma hija msemmija f’dak
is-subartikolu milli teskludi mill-proċeduri persuni li ma jkunux il-
partijiet tal-proċeduri u r-rappreżentanti legali tagħhom -
(a) fi proċeduri quddiem qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja
u proċeduri oħra li, fil-prattika tal-Qrati f’Malta jiġu,
jew huma ta’ l-istess xorta bħal dawk li jiġu, deċiżi in
camera;
(b) fi proċeduri skond xi liġi dwar it-taxxa fuq l-income;
jew
(ċ) safejn il-qorti jew awtorità oħra - 
(i) tista’ tqis meħtieġ jew espedjenti f’ċirkostanzi li
fihom il-pubbliċità tista’ tippreġudika l-interessi
tal-ġustizzja; jew
(ii) jista’ jkollha setgħa jew tkun meħtieġa b’liġi li
tagħmel hekk fl-interess tad-difiża, sigurtà
pubblika, ordni pubbliku, moralità jew deċenza
pubblika, il-ġid ta’ persuni taħt l-età ta’ tmintax-
il sena jew il-protezzjoni tal-ħajja privata ta’
persuni li jkollhom x’jaqsmu mal-proċeduri.
(5) Kull min jiġi akkużat b’reat kriminali għandu jiġi meqjus li
jkun innoċenti sakemm jiġi pruvat jew ikun wieġeb li huwa ħati: 
KOSTITUZZJONITA’MALTA
Iżda ebda ħaġa li hemm fi jew magħmula skond l-awtorità
ta’ xi liġi ma titqies li tkun inkonsistenti ma’ jew bi ksur ta’ dan is-
subartikolu safejn dik il-liġi timponi fuq xi persuna akkużata kif
intqal qabel il-piż tal-prova ta’ fatti partikolari.
(6) Kull min ikun akkużat b’reat kriminali -
(a) għandu jiġi nformat bil-miktub, b’ilsien li huwa jifhem
u bid-dettalji, dwar ix-xorta tar-reat li bih ikun
akkużat;
(b) għandu jiġi mogħti żmien u faċilitajiet xierqa għall-
preparazzjoni tad-difiża tiegħu;
(ċ) għandu jitħalla jiddefendi ruħu personalment jew
permezz ta’ rappreżentant legali u min ma jkunx jista’
jħallas għal rappreżentanza legali hekk kif tkun
meħtieġa raġonevolment miċ-ċirkostanzi tal-każ
tiegħu jkollu dritt li jkollu dik ir-rappreżentanza bi
spejjeż pubbliċi;
(d) għandu jiġi mogħti faċilitajiet biex jeżamina
personalment jew permezz tar-rappreżentant legali
tiegħu x-xhieda msejħa mill-prosekuzzjoni quddiem
kull qorti u li jikseb l-attendenza ta’ xhieda suġġett
għall-ħlas ta’ l-ispejjeż raġonevoli tagħhom, u jagħmel
l-eżami tax-xhieda li jkunu ser jixhdu għalih quddiem
il-qorti bl-istess kondizzjonijiet bħal dawk li jgħoddu
għal xhieda msejħa mill-prosekuzzjoni; u
(e) għandu jitħalla li jkollu bla ħlas l-għajnuna ta’
interpretu jekk ma jkunx jista’ jifhem l-ilsien użat fil-
proċeduri dwar l-akkuża,
u ħlief bil-kunsens tiegħu stess il-proċeduri ma jistgħux jinżammu
fl-assenza tiegħu ħlief jekk huwa jġib ruħu hekk li jagħmel it-
tkomplija tal-proċeduri fil-preżenza tiegħu imprattikabbli u l-qorti
tkun ordnat li jiġi mwarrab u li l-proċeduri jitkomplew fl-assenza
tiegħu.
(7) Meta xi ħadd jgħaddi proċeduri dwar reat kriminali, il-
persuna akkużata jew xi persuna awtorizzata minnha għal hekk
għandha, jekk hekk teħtieġ u bi ħlas ta’ dak id-dritt raġonevoli li
jista’ jkun preskritt b’liġi, tiġi mogħtija fi żmien raġonevoli wara s-
sentenza kopja għall-użu tal-persuna akkużata ta’ kull inkartament
tal-proċeduri magħmula minn jew għan-nom tal-qorti.
(8) Ħadd ma għandu jitqies li jkun ħati ta’ reat kriminali
minħabba f’xi att jew omissjoni li, fil-ħin meta jkun sar, ma jkunx
jikkostitwixxi reat bħal dak, u ebda piena ma għandha tiġi mposta
għal xi reat kriminali li tkun aktar severa fi grad jew xorta mill-
ogħla piena li setgħet tiġi mposta għal dak ir-reat fiż-żmien meta
jkun ġie magħmul.
(9) Ebda persuna li turi li tkun għaddiet proċeduri quddiem xi
qorti kompetenti għal reat kriminali u jew tkun ġiet misjuba ħatja
jew liberata ma għandha terġa’ tgħaddi proċeduri għal dak ir-reat
jew għal xi reat kriminali ieħor li għalih setgħat tiġi misjuba ħatja
fil-proċeduri għal dak ir-reat ħlief wara ordni ta’ qorti superjuri
mogħti matul il-kors ta’ appell jew proċeduri ta’ reviżjoni dwar id-
 18 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
dikjarazzjoni ta’ ħtija jew liberazzjoni; u ebda persuna ma għandha
tgħaddi proċeduri għal reat kriminali jekk turi li tkun ħadet il-
maħfra għal dak ir-reat:
Iżda ebda ħaġa f’xi liġi ma għandha titqies li tkun
inkonsistenti ma’ jew bi ksur ta’ dan is-subartikolu minħabba biss
li tawtorizza xi qorti li tagħmel proċeduri kontra membru ta’ korp
dixxiplinat għal reat kriminali nonostanti kull proċeduri u
dikjarazzjoni ta’ ħtija jew liberazzjoni ta’ dak il-membru skond il-
liġi dixxiplinarja ta’ dak il-korp, imma hekk illi kull qorti li tkun
hekk tiġġudika dak il-membru u li hekk issibu ħati għandha meta
tikkundannah għal xi piena tieħu kont ta’ kull piena mogħtija lilu
skond dik il-liġi dixxiplinarja.
(10) Ebda persuna li tgħaddi proċeduri għal reat kriminali ma
għandha tkun obbligata li tixhed fil-proċeduri kontra tagħha. 
(11) F’dan l-artikolu "rappreżentant legali" tfisser persuna
intitolata li teżerċita f’Malta bħala avukat jew, ħlief dwar proċeduri
quddiem qorti fejn prokuratur legali ma għandux dritt ta’ smigħ,
prokuratur legali.
Protezzjoni ta’ 
libertà ta’ kuxjenza 
u qima. 
Emendat: 
LVIII. 1974. 12. 
40. (1) Il-persuni kollha f’Malta għandu jkollhom libertà
sħiħa ta’ kuxjenza u jgawdu l-eżerċizzju liberu tal-mod rispettiv
tagħhom ta’ qima reliġjuża.
(2) Ebda persuna ma tkun meħtieġa li tirċievi tagħlim fir-
reliġjon jew li turi tagħrif jew profiċjenza fir-reliġjon jekk, fil-każ
ta’ persuna li ma tkunx laħqet l-età ta’ sittax-il sena, issir
oġġezzjoni għal din il-ħtieġa mill-persuna li skond il-liġi jkollha
awtorità fuqha u, f’kull każ ieħor, jekk il-persuna hekk meħtieġa
toġġezzjona:
Iżda ebda ħtieġa bħal dik ma għandha titqies li tkun
inkonsistenti ma’, jew bi ksur ta’, dan l-artikolu safejn it-tagħrif
ta’, jew il-profiċjenza jew istruzzjoni fi, ir-reliġjon ikunu meħtieġa
għat-tagħlim ta’ dik ir-reliġjon, jew għal ammissjoni għas-
saċerdozju jew għal ordni reliġjuż, jew għal għanijiet oħra relijjużi,
u ħlief safejn dik il-ħtieġa tiġi murija li ma tkunx raġonevolment
ġustifikabbli f’soċjetà demokratika.
(3) Ebda ħaġa li hemm fi jew magħmula skond l-awtorità ta’ xi
liġi ma għandha titqies li tkun inkonsistenti ma’ jew bi ksur tas-
subartikolu (1), safejn dik il-liġi tagħmel provvediment li jkun
meħtieġ raġonevolment fl-interess tas-sigurtà pubblika, ordni
pubbliku, moralità jew deċenza pubblika, saħħa pubblika, jew il-
protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet ta’ oħrajn, u ħlief safejn dak
il-provvediment jew, skond il-każ, il-ħaġa magħmula skond l-
awtorità  tiegħu, hija murija li ma tkunx ġustifikabbli
raġonevolment f’soċjetà demokratika.
Protezzjoni ta’ 
libertà ta’ 
espressjoni.
41. (1) Ħlief bil-kunsens tiegħu stess jew bħala dixxiplina tal-
ġenituri, ħadd ma għandu jiġi mfixkel fit-tgawdija tal-libertà tiegħu
ta’ espressjoni, magħduda libertà li jkollu fehmiet mingħajr indħil,
libertà li jirċievi idejiet u tagħrif mingħajr indħil, libertà li
jikkomunika idejiet u tagħrif mingħajr indħil (kemm jekk il-
komunikazzjoni tkun lill-pubbliku in ġenerali jew lil xi persuna jew
KOSTITUZZJONITA’MALTA
klassi ta’ persuni) u libertà minn indħil dwar il-korrispondenza
tiegħu.
(2) Ebda ħaġa li hemm fi jew magħmula skond l-awtorità ta’ xi
liġi ma għandha titqies li tkun inkonsistenti ma’ jew bi ksur tas-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu safejn dik il-liġi tagħmel
provvediment - 
(a) li jkun meħtieġ raġonevolment -
(i) fl-interess tad-difiża, sigurtà pubblika, ordni
pubbliku, moralità jew deċenza pubblika, jew
saħħa pubblika; jew
(ii) sabiex jiġu protetti r-reputazzjonijiet, drittijiet u
libertajiet ta’ persuni oħra, jew il-ħajja privata
ta’ persuni li jkollhom x’jaqsmu ma’ proċeduri
legali, jiġi evitat il-kxif ta’ tagħrif riċevut
sigriet, tiġi miżmuma l-awtorità u l-
indipendenza tal-qrati, jiġu protetti l-privileġġi
tal-Parlament, jew jiġu regolati t-telefonu, it-
telegrafu, il-posta, ix-xandir bil-wireless, it-
televiżjoni jew mezzi oħra ta’ komunikazzjoni,
esibizzjonijiet pubbliċi jew divertimenti
pubbliċi; jew
(b) li jimponi restrizzjonijiet fuq uffiċjali pubbliċi,
u ħlief safejn dak il-provvediment jew, skond il-każ, il-ħaġa
magħmula skond l-awtorità tiegħu tiġi murija li ma tkunx
raġonevolment ġustifikabbli f’soċjetà demokratika.
(3) Kull min ikun residenti f’Malta jista’ joħroġ jew jistampa
gazzetta jew ġurnal pubblikat kull jum jew perjodikament:
Iżda jista’ jsir provvediment b’liġi - 
(a) li jipprojbixxi jew jillimita l-ħruġ jew stampar ta’ xi
gazzetta jew ġurnal bħal dak minn persuni taħt il-
wieħed u għoxrin sena ta’ età; u
(b) li jeħtieġ kull persuna li tkun l-editur jew stampatur ta’
xi gazzetta jew ġurnal bħal dak li tinforma l-awtorità
preskritta b’hekk u dwar l-età tagħha u li żżomm lill-
awtorità preskritta informata dwar il-post tar-residenza
tagħha.
(4) Meta l-pulizija taqbad xi edizzjoni ta’ gazzetta bħala li tkun
il-mezz li bih reat kriminali jkun ġie magħmul il-pulizija għandha
fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa mill-qbid iġġib il-qbid għak-
konjizzjoni tal-qorti kompetenti u jekk il-qorti ma tkunx sodisfatta
li jkun hemm prova prima facie ta’ dak ir-reat, dik l-edizzjoni
għandha tiġi mogħtija lura lill-persuna li minn għandha tkun ġiet
maqbuda.
(5) Ħadd ma jkun ipprivat miċ-ċittadinanza tiegħu skond xi
disposizzjonijiet magħmula taħt l-artikolu 30 (1) (b) ta’ din il-
Kostituzzjoni jew mill-kapaċità ġuridika tiegħu minħabba biss l-
opinjoni politika tiegħu.
 20 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
Protezzjoni ta’ 
libertà ta’ għaqda u 
assoċjazzjoni. 
Emendat: 
LVIII.1l974.13.
42. (1) Ħlief bil-kunsens tiegħu stess jew bħala dixxiplina tal-
ġenituri ħadd ma għandu jiġi mfixkel fit-tgawdija tal-libertà tiegħu
ta’ għaqda u assoċjazzjoni paċifika, jiġifieri, id-dritt tiegħu li
jingħaqad paċifikament u liberament u jassoċja ma’ persuni oħra u
b’mod partikolari li jifforma jew jappartjeni lil trade union jew
unions jew assoċjazzjonijiet oħra għall-protezzjoni ta’ l-interessi
tiegħu.
(2) Ebda ħaġa li hemm fi jew magħmula skond l-awtorità ta’ xi
liġi ma għandha titqies li tkun inkonsistenti ma’ jew bi ksur ta’ dan
l-artikolu safejn dik il-liġi tagħmel provvediment- 
(a) li jkun meħtieg raġonevolment - 
(i) fl-interess tad-difiża, sigurtà pubblika, ordni
pubbliku, moralità jew deċenza pubblika, jew
saħħa pubblika; jew
(ii) sabiex jiġu protetti d-drittijiet jew libertajiet ta’
persuni oħra; jew
(b) li jimponi restrizzjonijiet fuq uffiċjali pubbliċi,
u ħlief safejn dak il-provvediment jew, skond il-każ, il-ħaġa
magħmula skond l-awtorità tiegħu hija murija li ma tkunx
ġustifikabbli raġonevolment f’soċjetà demokratika.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, kull disposizzjoni f’xi liġi li
tipprojbixxi li jsiru meetings jew dimostrazzjonijiet pubbliċi f’xi
belt jew raħal partikolari jew f’aktar minn belt waħda jew raħal
wieħed partikolari għandha titqies li hi disposizzjoni li m’hijiex
raġonevolment ġustifikabbli f’soċjetà demokratika.
Projbizzjoni ta’ 
deportazzjoni. 
Emendat: 
LVIII.1974.14. 
43. (1) L-estradizzjoni hija permessa biss in esekuzzjoni ta’
arranġamenti magħmula bi trattat u skond l-awtorità ta’ liġi.
(2) Ħadd ma għandu jiġi estradett għal reat ta’ karattru
politiku.
(3) Ebda ċittadin ta’ Malta ma għandu jiġi mwarrab minn Malta
ħlief bħala konsegwenza ta’ proċeduri ta’ estradizzjoni jew skond
xi liġi bħalma hija msemmija fl-artikolu 44(3)(b) ta’ din il-
Kostituzzjoni.
Kap. 276. 
(4) Id-disposizzjonijiet magħmula bi jew skond l-Att dwar l-
Estradizzjoni* li jkunu għal dak iż-żmien fis-seħħ, għat-tneħħija ta’
persuni minn Malta għal pajjiż ieħor tal-Commonwealth biex
jgħaddu proċeduri jew jiskuntaw piena f’dak il-pajjiż dwar reat
magħmul f’dak il-pajjiż u kull arranġamenti ġenerali għall-
estradizzjoni ta’ persuni bejn pajjiżi tal-Commonwealth li
għalihom Malta għal dak iż-żmien taderixxi għandhom jitqiesu,
għall-finijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, li jkunu
arranġamenti magħmula bi trattat, u s-subartikolu (2) ma jgħoddx
dwar it-tneħħija jew estradizzjoni ta’ persuna skond dawk id-
disposizzjonijiet jew arranġamenti.
*Dan l-Att issostitwixxa l-Att ta’ l-1970 dwar l-Estradizzjoni  (Pajjiżi tal-
Commonwealth).
KOSTITUZZJONITA’MALTA
Protezzjoni ta’ 
libertà ta’ 
moviment.
Emendat:
XIII. 2001.2.
44. (1) Ebda ċittadin ta’ Malta ma għandu jiġi pprivat mil-
libertà tiegħu ta’ moviment, u għall-fini ta’ dan l-artikolu din il-
libertà tfisser id-dritt ta’ moviment liberu ġewwa Malta, id-dritt li
jirrisjedi f’kull parti ta’ Malta, id-dritt li joħroġ minn Malta u d-
dritt li jidħol Malta.
(2) Kull restrizzjoni tal-libertà ta’ moviment ta’ ċittadin, li tkun
involuta fid-detenzjoni tiegħu legali ma għandhiex titqies li tkun
inkonsistenti ma’ jew bi ksur ta’ dan l-artikolu.
(3) Ebda ħaġa li hemm fi jew magħmula skond l-awtorità ta’ xi
liġi ma għandha titqies li tkun inkonsistenti ma’ jew bi ksur ta’ dan
l-artikolu safejn dik il-liġi tagħmel provvediment-
(a) għall-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet li jkunu
raġonevolment meħtieġa fl-interess tad-difiża, sigurtà
pubblika, ordni pubbliku, moralità jew deċenza
pubblika, jew saħħa pubblika u ħlief safejn dak il-
provvediment jew, skond il-każ, il-ħaġa magħmula
skond l-awtorità tiegħu hija murija li ma tkunx
ġustifikabbli raġonevolment f’soċjetà demokratika;
(b) għall-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’
moviment ta’ xi ċittadin ta’ Malta li ma jkunx ċittadin
bis-saħħa ta’ l-artikolu 3(1) jew ta’ l-artikolu 5(1) ta’
l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija kif ikun fis-seħħ
mal-bidu fis-seħħ ta’ l-Att ta’ l-2000 li jemenda l-Att
dwar iċ-Ċittadinanza Maltija;
(ċ) għall-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq il-moviment
jew residenza ġewwa Malta ta’ uffiċjali pubbliċi; jew 
(d) għall-imposizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq id-dritt ta’ xi
persuna li toħroġ minn Malta li jkunu raġonevolment
meħtieġa sabiex jiġi żgurat it-twettiq ta’ xi obbligu
impost fuq dik il-persuna b’liġi u ħlief safejn dak il-
provvediment jew, skond il-każ, il-ħaġa magħmula
skond l-awtorità tiegħu hija murija li ma tkunx
raġonevolment ġustifikabbli f’soċjetà demokratika.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu kull persuna - 
(a) li tkun emigrat minn Malta (kemm jekk qabel, fi jew
wara l-ġurnata stabbilita) u, billi kienet ċittadin ta’
Malta bis-saħħa ta’ l-artikolu 3(1) jew ta’ l-artikolu
5(1) ta’ l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija kif ikun fis-
seħħ mal-bidu fis-seħħ ta’ l-Att ta’ l-2000 li jemenda l-
Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, tkun temmet milli
tkun ċittadin bħal dak; jew
(b) li emigrat minn Malta qabel il-ġurnata stabbilita u, li
ma kienx għaliex tkun temmet milli tkun ċittadin tar-
Renju Unit u Kolonji qabel dik il-ġurnata, kienet issir
ċittadin ta’ Malta bis-saħħa ta’ l-artikolu 3(1) l-Att
dwar iċ-Ċittadinanza Maltija kif ikun fis-seħħ mal-
bidu fis-seħħ ta’ l-Att ta’ l-2000 li jemenda l-Att dwar
iċ-Ċittadinanza Maltija; jew
 22 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
(ċ)* li jkun il-konjuġi ta’ persuna msemmija fil-paragrafu
(a) jew (b) ta’ dan is-subartikolu jew ta’ persuna li
tkun ċittadin ta’ Malta bis-saħħa ta’ l-artikolu 3(1) jew
ta’ l-artikolu 5(1) ta’ l-Att dwar iċ-Ċittadinanza
Maltija kif ikun fis-seħħ mal-bidu fis-seħħ ta’ l-Att ta’
l-2000 li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija u
li tkun miżżewġa lil dik il-persuna għal mill-inqas
ħames snin u li tkun tgħix ma’ dik il-persuna, jw tkun
l-iben jew il-bint taħt il-wieħed u għoxrin sena ta’ età
ta’ dik il-persuna; jew,
(d) li tkun l-armla jew l-armel ta’ persuna msemmija fil-
paragrafu (a) jew fil-paragrafu (b) ta’ dan is-
subartikolu jew ta’ persuna li fil-waqt tal-mewt tiegħu
jew tagħha kienet ċittadin ta’ Malta bis-saħħa ta’ l-
artikolu 3(1) jew ta’ l-artikolu 5(1) ta’ l-Att dwar iċ-
Ċittadinanza Maltija kif ikun fis-seħħ mal-bidu fis-
seħħ ta’ l-Att ta’ l-2000 li jemenda l-Att dwar iċ-
Ċittadinanza Maltija, u li kienet għadha tgħix miegħu
jew jgħix magħha fil-waqt tal-mewt tiegħu jew tagħha
u li kienet ilha miżżewġa lil dik il-persuna  għal mill-
inqas ħames snin, jew li kieku kienet, li ma kienx
għall-mewt ta’ dik il-persuna, tkun ilha hekk
miżżewġa għal mill-inqas ħames snin, jew tkun l-iben
jew il-bint taħt l-età ta’ wieħed u għoxrin sena ta’ dik
il-persuna,
għandha titqies li tkun ċittadin ta’ Malta bis-saħħa ta’ l-artikolu
3(1) jew ta’ l-artikolu 5(1) ta’ l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija
kif ikun fis-seħħ mal-bidu fis-seħħ ta’ l-Att ta’ l-2000 li jemenda l-
Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija:
Iżda jekk il-Ministru responsabbli għall-ħwejjeġ li
għandhom x’jaqsmu maċ-ċittadinanza Maltija f’xi żmien b’ordni
jiddikjara li jkun kontra l-interess pubbliku li konjuġi kif hemm
imsemmi fil-paragrafu (ċ), jew armla jew armel kif hemm imsemmi
fil-paragrafu (d), jew iben jew bint li jkollhom ’il fuq minn tmintax
il-sena ta’ età kif  hemm imsemmi fil-paragrafu (ċ) jew (d)
għandhom hekk jitqiesu, jew ikomplu hekk jitqiesu, dawk il-
konjuġi, armla, armel, iben jew bint, skond il-każ, għandhom ma’
dan itemmu milli jitqiesu bħala ċittadini ta’ Malta kif imsemmi
qabel:
Iżda wkoll, il-Ministru responsabbli għall-ħwejjeġ li
għandhom x’jaqsmu maċ-ċittadinanza Maltija ma għandux ikun
meħtieġ li jagħti ebda raġuni għall-ħruġ ta’ xi ordni msemmi fil-
proviso li jiġi minnufih qabel, u d-deċiżjoni tal-Ministru dwar xi
ordni bħal dan ma għandha tkun suġġetta għal appell jew stħarriġ
f’ebda qorti.
(5) Jekk xi ħadd li l-libertà ta’ moviment tiegħu tkun ġiet
ristretta bis-saħħa ta’ provvediment skond ma hu maħsub fis-
subartikolu (3)(a) ta’ dan l-artikolu hekk jitlob f’xi żmien matul il-
perijodu ta’ dik ir-restrizzjoni mhux qabel sitt xhur wara li jkun sar
*Ara l-artikolu 5 ta’ l-Att XIII ta’ l-2001.
KOSTITUZZJONITA’MALTA
l-ordni jew sitt xhur wara li jkun għamel l-aħħar talba bħal dik,
skond il-każ, il-każ tiegħu jiġi rivedut minn tribunal indipendenti u
imparzjali mwaqqaf b’liġi magħmul minn persuna jew persuni li
kull waħda minnhom ikollha jew kellha kariga ġudizzjarja jew tkun
kwalifikata biex tkun maħtura għal kariga bħal dik f’Malta:
Iżda persuna li l-libertà ta’ moviment tagħha tkun ġiet
ristretta bis-saħħa ta’ restrizzjoni li tkun applikabbli lil persuni
b’mod ġenerali jew lil gruppi ġenerali ta’ persuni ma għandhiex
tagħmel talba skond dan is-subartikolu jekk ma tkunx kisbet qabel
il-kunsens tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili.
(6) Wara reviżjoni minn tribunal skond dan l-artikolu tal-każ
ta’ persuna li l-libertà ta’ moviment tagħha tkun ġiet ristretta t-
tribunal jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar il-ħtieġa jew
espedjenza li titkompla r-restrizzjoni lill-awtorità li minnha tkun
ġiet ordnata iżda, jekk ma jkunx provdut xort’oħra b’liġi, dik l-
awtorit à  ma tkunx obbligata li taġixxi skond xi
rakkomandazzjonijiet bħal dawk.
Protezzjoni minn 
diskriminazzjoni 
minħabba razza, 
eċċ.
Emendat: 
LVIII. 1974.15; 
XIX. 1991.3.
45. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (4), (5)
u (7) ta’ dan l-artikolu, ebda liġi ma għandha tagħmel xi
disposizzjoni li tkun diskriminatorja sew fiha nnifisha jew fl-effett
tagħha.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (6), (7) u
(8) ta’ dan l-artikolu, ħadd ma għandu jiġi trattat b’mod
diskriminatorju minn xi persuna li taġixxi bis-saħħa ta’ xi liġi
miktuba jew fil-qadi tal-funzjonijiet ta’ xi kariga pubblika jew xi
awtorità pubblika.
(3) F’dan l-artikolu, il-kelma "diskriminatorju" tfisser għoti ta’
trattament differenti lil persuni differenti attribwibbli għal kollox
jew prinċipalment għad-deskrizzjoni tagħhom rispettiva skond ir-
razza, post ta’ oriġini, opinjonijiet politiċi, kulur, fidi jew sess li
minħabba fihom persuni ta’ deskrizzjoni waħda bħal dawn ikunu
suġġetti għal inkapaċitajiet jew restrizzjonijiet li persuni ta’
deskrizzjoni oħra bħal dawn ma jkunux suġġetti għalihom jew
ikunu mogħtija privileġġi jew vantaġġi li ma jkunux mogħtija lil
persuni ta’ deskrizzjoni oħra bħal dawn.
(4) Is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu ma għandux jgħodd
għal xi liġi safejn dik il-liġi tipprovdi - 
(a) għall-approprjazzjoni ta’ dħul pubbliku jew fondi
pubbliċi oħra; jew
(b) dwar persuni li ma jkunux ċittadini ta’ Malta; jew
(ċ) dwar adozzjoni, żwieġ, xoljiment ta’ żwieġ, dfin,
devoluzzjoni ta’ proprjetà mal-mewt jew xi ħwejjeġ ta’
liġi personali mhux hawn qabel speċifikati; jew
(d) li biha persuni ta’ xi deskrizzjoni bħal dik kif hija
msemmija fis-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu jistgħu
jiġu assoġġettati għal xi inkapaċità jew restrizzjoni
jew jistgħu jiġu mogħtija xi privileġġ jew vantaġġ li,
meta jittieħed kont tax-xorta ta’ dawn u ta’ ċirkostanzi
speċjali li jappartjenu lil dawk il-persuni jew lil
 24 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
persuni ta’ xi deskrizzjoni oħra bħal dik u ta’ kull
disposizzjoni oħra ta’ din il-Kostituzzjoni, ikun
raġonevolment ġustifi-kabbli f’soċjetà demokratika;
jew
(e) għall-awtorizzazzjoni tat-teħid matul perijodu ta’
emerġenza pubblika ta’ miżuri li jkunu raġonevolment
ġustifikabbli sabiex tiġi milqugħa s-sitwazzjoni li tkun
teżisti matul dak il-perijodu ta’ emerġenza pubblika:
Iżda l-paragrafu (ċ) ta’ dan is-subartikolu ma għandux
japplika għal xi liġi li tagħmel xi disposizzjoni li tkun
diskriminatorja sew fiha nnifisha jew fl-effett tagħha, billi tagħti
trattament differenti lil persuni differenti attribwibbli għal kollox
jew prinċipalment għad-deskrizzjoni tagħhom skond is-sess.
(5) Ebda ħaġa li jkun hemm f’xi liġi ma għandha titqies li tkun
inkonsistenti ma’ jew bi ksur tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
sa fejn tipprovdi:
(a) dwar kwalifiki għal servizz u kundizzjonijiet ta’
servizz f’xi korp dixxiplinat; jew
(b) dwar kwalifiki (li ma jkunux kwalifiki li jirrigwardaw
is-sess speċifikament) għal servizz bħala uffiċjal
pubbliku jew għas-servizz ta’ awtorità ta’ gvern lokali
jew għaqda korporata mwaqqfa għal skopijiet pubbliċi
b’xi liġi.
(6) Is-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu ma għandux jgħodd
għal xi ħaġa li tkun espressament jew b’implikazzjoni meħtieġa
awtorizzata li ssir minn xi disposizzjoni bħal dik ta’ liġi kif huwa
msemmi fis-subartikolu (4) jew (5) ta’ dan l-artikolu.
(7) Ebda ħaġa li tkun hemm jew li tkun magħmula bl-awtorità
ta’ xi liġi ma għandha titqies li tkun inkonsistenti ma jew bi ksur ta’
dan l-artikolu safejn il-liġi in kwistjoni tagħmel provvediment (li
ma jkunux provvedimenti li jirrigwardaw is-sess speċifikatament)
li li bih persuni ta’ xi deskrizzjoni bħal dik kif hija msemmija fis-
subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu jistgħu jiġu assoġġettati għal xi
restrizzjoni fuq drittijiet u libertajiet garantiti bl-artikoli 38, 40, 41,
42 u 44 ta’ din il-Kostituzzjoni, li tkun restrizzjoni bħal dik kif
awtorizzata bl-artikolu 38(2), 40(2), 41(2), 42(2) jew 44(3).
(8) Ebda ħaġa fis-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu ma għandha
tolqot xi diskrezzjoni dwar l-egħmil, tmexxija jew nuqqas ta’
tkomplija ta’ proċeduri ċivili jew kriminali f’xi qorti li jkollha xi
persuna bi jew skond din il-Kostituzzjoni jew xi liġi oħra.
(9) Ħtieġa, tkun magħmula kif tkun, li r-Reliġjon Kattolika
Apostolika Rumana għandha tiġi mgħallma minn persuna li tkun
tipprofessa dik ir-reliġjon ma titqiesx li hi inkonsistenti ma’, jew bi
ksur ta’, dan l-artikolu.
(10) Sa tmiem ta’ perjodu ta’ sentejn li jibda fl-1 ta’ Lulju, 1991,
ebda ħaġa li hemm f’xi liġi magħmula qabel l-1 ta’ Lulju, 1991, ma
titqies li tkun inkonsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
billi dik il-liġi tkun tipprovdi għal trattament differenti lil persuni
differenti attribwibbli għal kollox jew prinċipalment għad-
KOSTITUZZJONITA’MALTA
deskrizzjoni tagħhom rispettiva skond is-sess.
(11) Ebda ħaġa fid-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma
għandha tgħodd għal xi liġi, jew għal xi ħaġa magħmula taħt l-
awtorità ta’ xi liġi, jew għal xi proċedura jew arranġament, sa fejn
dik il-liġi, ħaġa magħmula, proċedura jew arranġament jipprovdu
għat-tehid ta’ miżuri speċjali bil-għan li tiġi aċċellerata l-
ugwaljanza de facto bejn irġiel u nisa, u sa fejn biss dawk il-miżuri,
meħud kont tat-tessut soċjali ta’ Malta, ikunu murija li huma
raġjonevolment ġustifikati f’soċjetà demokratika.
Twettiq ta’ 
disposizzjonijiet 
protettivi. 
Emendat: 
LVIII. 1974.16.
46. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (6) u
(7) ta’ dan l-artikolu, kull persuna li tallega li xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 33 sa 45 (magħdudin) ta’ din il-
Kostituzzjoni tkun ġiet, tkun qed tiġi jew tkun x’aktarx ser tiġi
miksura dwarha, jew kull persuna oħra li l-Prim’Awla tal-Qorti
Ċivili f’Malta tista’ taħtar ad istanza ta’ xi persuna li hekk tallega,
tista’, bla ħsara għal kull azzjoni oħra dwar l-istess ħaġa li tkun
tista’ ssir legalment, titlob lill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili għal
rimedju.
(2) Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili għandu jkollha ġurisdizzjoni
oriġinali li tisma’ u tiddeċidi kull talba magħmula minn xi persuna
skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, u tista’ tagħmel dawk l-
ordnijiet, toħroġ dawk l-atti u tagħti dawk id-direttivi li tqis xierqa
sabiex twettaq, jew tiżgura t-twettiq ta’ kull waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ l-imsemmija artikoli 33 sa 45 (magħdudin) li
għall-protezzjoni tagħhom tkun intitolata dik il-persuna:
Iżda l-Qorti tista’, jekk tqis li jkun desiderabbli li hekk
tagħmel, tirrifjuta li teżerċita s-setgħat tagħha skond dan is-
subartikolu f’kull każ meta tkun sodisfatta li mezzi xierqa ta’
rimedju għall-ksur allegat huma jew kienu disponibbli favur dik il-
persuna skond xi liġi oħra.
(3) Jekk f’xi proċeduri f’xi qorti li ma tkunx il-Prim’Awla tal-
Qorti Ċivili jew il-Qorti Kostituzzjonali tqum xi kwistjoni dwar il-
ksur ta’ xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-imsemmija artikoli 33
sa 45 (magħdudin), dik il-qorti għandha tibgħat il-kwistjoni
quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili kemm-il darba fil-fehma
tagħha t-tqanqil tal-kwistjoni ma tkunx sempliċement frivola jew
vessatorja; u dik il-qorti għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha fuq kull
kwistjoni mibgħuta quddiemha skond dan is-subartikolu u, bla
ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu,
il-qorti li quddiemha tkun qamet il-kwistjoni għandha tiddisponi
mill-kwistjoni skond dik id-deċiżjoni.
(4) Kull parti fi proċeduri miġjuba quddiem il-Prim’Awla tal-
Qorti Ċivili skond dan l-artikolu jkollha dritt ta’ appell quddiem il-
Qorti Kostituzzjonali.
(5) Ma jkunx hemm appell minn xi deċiżjoni skond dan l-
artikolu li xi talba jew it-tqanqil ta’ xi kwistjoni tkun sempliċement
frivola jew vessatorja.
(6) Jista’ jsir provvediment bi jew skond Att tal-Parlament biex
jiġu mogħtija lill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili dawk is-setgħat
b’żieda għal dawk mogħtija b’dan l-artikolu li jkunu meħtieġa jew
 26 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
mixtieqa sabiex il-Qorti tkun tista’ aktar effettivament teżerċita l-
ġurisdizzjoni mogħtija lilha b’dan l-artikolu.
(7) Regolamenti tal-qorti li jipprovdu dwar il-prattika u
proċedura tal-Qrati ta’ Malta għall-finijiet ta’ dan l-artikolu jistgħu
jiġu magħmula mill-persuna jew awtorità li għal dak iż-żmien
ikollha setgħa li tagħmel regolamenti tal-qorti dwar il-prattika u
proċedura ta’ dawk il-Qrati, u għandhom ikunu maħsuba biex jiġi
żgurat li l-proċedura għandha tkun b’rikors u illi s-smigħ għandu
jkun b’kull ħeffa possibbli.
Tifsir tal-Kapitolu 
IV. 
Emendat: 
LVIII. 1974.17; 
XIX. 1991.4.
47. (1) F’dan il-Kapitolu, ħlief fejn ir-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra, il-kliem li ġejjin ikollhom it-tifsiriet li ġejjin
rispettivament, jiġifieri - 
"korp dixxiplinat" tfisser - 
(a) korp navali, militari jew ta’ l-ajru tal-Gvern ta’ Malta; 
(b) il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta;
(ċ) kull korp ieħor ta’ pulizija mwaqqaf b’liġi f’Malta; 
(d) is-servizz tal-ħabs ta’ Malta;
"ksur", dwar xi ħtieġa, tinkludi nuqqas ta’ tħaris ta’ dik il-ħtieġa,
u kliem simili għandhom jiftehmu skond hekk;
"liġi dixxiplinarja" tfisser liġi li tirregola d-dixxiplina -
(a) ta’ xi korp dixxiplinat;
(b) ta’ persuni li jkunu qed jiskontaw kundanni ta’ ħabs; 
"membru", dwar korp dixxiplinat, tinkludi kull persuna li, skond
il-liġi li tirregola d-dixxiplina ta’ dak il-korp, tkun suġġetta għal
dik id-dixxiplina;
"qorti" tfisser kull qorti f’Malta li ma tkunx qorti mwaqqfa bi
jew skond liġi dixxiplinarja u fl-artikoli 33 u 35 ta’ din il-
Kostituzzjoni tinkludi, dwar reat kontra liġi dixxiplinarja qorti
hekk imwaqqfa.
(2) F’dan il-Kapitolu "perijodu ta’ emerġenza pubblika" tfisser
kull perijodu li matulu - 
(a) Malta tkun qegħda f’xi gwerra; jew
(b) tkun isseħħ proklama mill-President li tiddikjara li
jeżisti stat ta’ emerġenza pubblika; jew
(ċ) tkun isseħħ riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati li jkun
hemm jaqblu magħha l-voti ta’ mħux anqas minn żewġ
terzi tal-Membri kollha tal-Kamra li tiddikjara li l-
istituzzjonijiet demokratiċi f’Malta huma mhedda
b’sovversjoni.
(3) (a)Meta tkun saret xi proklama ta’ emergenza, ir-raġuni li
għaliha tkun saret għandha tiġi komunikata minnufih lill-Kamra
tad-Deputati u, jekk il-Kamra ma tkunx f’dak iż-żmien ser tiltaqa’
b’dak l-aġġornament jew proroga li ma jtemmux għeluq għaxart
ijiem il-President għandu bi proklama jsejħilha biex tiltaqa’ fi
żmien ħamest ijiem u għandha hekk tiltaqa’ u żżomm seduta fil-
ġurnata stabbilita bil-proklama u tkompli tiltaqa’ u taġixxi
KOSTITUZZJONITA’MALTA
bħallikieku kienet aġġornata jew prorogata għal dik il-ġurnata.
(b) Proklama ta’ emerġenza għandha, kemm-il darba ma tiġix
imħassra qabel mill-President, tispiċċa mis-seħħ fit-tmiem ta’
perijodu ta’ erbatax-il ġurnata li jibda fid-data li fiha tkun saret jew
dak il-perijodu itwal kif jista’ jkun provdut skond il-paragrafu li ġej
minnufih wara dan, iżda bla ħsara għall-egħmil ta’ proklama oħra
ta’ emerġenza fil jew qabel it-tmiem ta’ dak il-perijodu.
(ċ) Jekk f’xi żmien waqt li proklama ta’ emerġenza tkun isseħħ
(magħdud kull żmien waqt li tkun isseħħ bis-saħħa ta’ dan il-
paragrafu) riżoluzzjoni tiġi mgħoddija mill-Kamra tad-Deputati li
tapprova t-tkomplija fis-seħħ tagħha għal perijodu ieħor, ta’ mhux
iżjed minn tliet xhur, li jibda fid-data li fiha kieku kienet ittemm, il-
proklama għandha, jekk ma tiġix imħassra qabel, tkompli sseħħ
għal dak il-perijodu l-ieħor.
(4) Riżoluzzjoni bħal dik imsemmija fil-paragrafu (ċ) tas-
subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu għandha, kemm-il darba ma tkunx
imħassra qabel mill-Kamra tad-Deputati, tispiċċa mis-seħħ fit-
tmiem ta’ tnax-il xahar li jibdew fid-data li fiha tkun ġiet
mgħoddija jew f’dak il-perijodu aqsar kif jista’ jkun speċifikat fiha,
iżda mingħajr ħsara għall-mogħdija ta’ riżoluzzjoni oħra mill-
Kamra tad-Deputati bil-mod preskritt f’dak il-paragrafu fil jew
qabel it-tmiem ta’ dak il-perijodu.
(5) Dwar kull persuna li tkun membru ta’ korp dixxiplinat
imwaqqaf skond xi liġi li tkun isseħħ f’Malta, ebda ħaġa li hemm fi
jew magħmula skond l-awtorità tal-liġi dixxiplinarja ta’ dak il-korp
ma għandha titqies li tkun inkonsistenti ma’ jew bi ksur ta’ xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu li ma jkunux l-
artikoli 33, 35 u 36.
(6) Dwar kull persuna li tkun membru ta’ korp dixxiplinat
imwaqqaf xort’oħra milli kif intqal qabel u preżenti legalment
f’Malta, ebda ħaġa li hemm fi jew magħmula skond l-awtorità tal-
liġi dixxiplinarja ta’ dak il-korp ma għandha titqies li tkun
inkonsistenti ma’ jew bi ksur ta’ xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
dan il-Kapitolu.
(7) Sa tmiem ta’ perijodu li jagħlaq fit-30 ta’ Ġunju, l993, ebda
ħaġa li hemm f’xi liġi speċifikata fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ din
il-Kostituzzjoni u, sat-tmiem ta’ perijodu ta’ tliet snin li jibda bil-
ġurnata stabbilita, ebda ħaġa li hemm f’xi liġi oħra magħmula qabel
il-ġurnata stabbilita ma titqies li tkun inkonsistenti mad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 33 sa 45 (magħdudin) ta’ dan il-
Kapitolu u, salv kif intqal qabel, ebda ħaġa magħmula skond l-
awtorità ta’ xi liġi bħal dik ma titqies li tkun saret bi ksur ta’ dawk
l-artikoli.
(8) Meta xi disposizzjoni ta’ liġi maħruġa qabel il-ġurnata
stabbilita titqies li tkun inkonsistenti ma’ xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 33 sa 45 (magħdudin) ta’ dan il-
Kapitolu, ebda persuna ma jkollha dritt għal kumpens dwar xi ħaġa
magħmula skond l-awtorità ta’ dik id-disposizzjoni qabel ma kienet
hekk meqjusa bħala inkonsistenti.
(9) Ebda ħaġa fl-artikolu 37 ta’ din il-Kostituzzjoni ma
 28 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
għandha tolqot il-ħdim ta’ xi liġi fis-seħħ minnufih qabel it-3 ta’
Marzu 1962 jew xi liġi magħmula fi jew wara dik id-data li
temenda jew tissostitwixxi xi liġi fis-seħħ minnufih qabel dik id-
data (jew xi liġi li minn żmien għal żmien tkun emendata jew
sostitwita bil-mod deskritt f’dan is-subartikolu) u li ma - 
(a) iżżidx max-xorta ta’ proprjetà li jista’ jittieħed pussess
tagħha jew id-drittijiet fuq u interess fi proprjetà li
jistgħu jiġu miksuba;
(b) iżżidx mal-finijiet li għalihom jew ċirkostanzi li fihom
dik il-proprjetà jista’ jittieħed pussess tagħha jew tiġi
miksuba;
(ċ) tagħmilx il-kondizzjonijiet li jirregolaw id-dritt għal
kumpens jew l-ammont tiegħu anqas favorevoli lil xi
persuna li jkollha jew li tkun interessata fil-proprjetà;
jew
(d) tipprivax xi persuna minn xi dritt bħal dak li huwa
msemmi fil-paragrafu (b) jew paragrafu (ċ) ta’ l-
artikolu 37(1) ta’ din il-Kostituzzjoni.
Sostitwit:
LVIII. 1974.18. 
KAPITOLU V 
Il-President 
Twaqqif ta’ kariga 
ta’ President. 
Sostitwit: 
LVIII. 1974.18.
*48. (1) Għandu jkun hemm President ta’ Malta li jiġi maħtur
b’Riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati.
(2) Persuna ma tistax tiġi maħtura fil-kariga ta’ President
jekk-
(a) ma tkunx ċittadin ta’ Malta; jew
(b) ikollha jew kellha l-kariga ta’ Prim Imħallef jew
imħallef ieħor tal-Qorti Superjuri; jew
(ċ) ma tkunx eliġibbli għal ħatra jew biex taġixxi f’xi
kariga pubblika skond l-artikoli 109, 118 u 120 ta’ din
il-Kostituzzjoni.
(3) Il-kariga ta’ President issir vakanti:
(a) fit-tmiem ta’ ħames snin mid-data tal-ħatra f’dik il-
kariga; jew
(b) jekk id-detentur tal-kariga jitneħħa mill-kariga
b’Riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati minħabba
inkapaċità li jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu
(kemm jekk minħabba mard mentali jew korporali jew
għal xi raġuni oħra) jew għal imġieba ħażina.
Qadi tal-
funzjonijiet tal-
President matul 
vakanza, eċċ.
Sostitwit: 
LVIII. 1974.18. 
49. Kull meta l-kariga ta’ President tkun temporanjament
vakanti, u sakemm jiġi maħtur President ġdid, u kull meta d-
detentur tal-kariga jkun assenti minn Malta jew ikun bil-vakanzi
jew għal xi raġuni ma jkunx jista’ jaqdi l-funzjonijiet mogħtija lilu
b’din il-Kostituzzjoni, dawk il-funzjonijiet għandhom jiġu moqdija
*Nota: Is-subartikolu  (4) ta’ dan l-artikolu ġie ommess għaliex kellu l-effett
tiegħu.
KOSTITUZZJONITA’MALTA
minn dik il-persuna li l-Prim Ministru, wara konsultazzjoni mal-
Kap ta’ l-Oppożizzjoni, jista’ jaħtar jew, jekk ma jkun hemm ebda
persuna f’Malta hekk maħtura u li tkun tista’ taqdi dawk il-
funzjonijiet, mill-Prim Imħallef.
Ġurament li 
għandu jittieħed 
mill-President. 
Sostitwit:
LVIII. 1974.18. 
*50. Persuna maħtura għal jew li tassumi l-funzjonijiet tal-
kariga ta’ President għandha, qabel ma tidħol f’dik il-kariga, tieħu
u tiffirma l-ġurament tal-kariga muri fit-Tieni Skeda li tinsab ma’
din il-Kostituzzjoni. Kull persuna maħtura fil-kariga ta’ President
skond is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 48 ta’ din il-Kostituzzjoni
għandha tieħu l-ġurament tal-kariga quddiem il-Kamra.
KAPITOLU VI
Il-Parlament 
TAQSIMA I
Għamla tal-Parlament
Twaqqif ta’ 
Parlament. 
Emendat: 
LVIII. 1974.19. 
51. Għandu jkun hemm Parlament ta’ Malta li jkun magħmul
mill-President u minn Kamra tad-Deputati.
Għamla tal-Kamra 
tad-Deputati. 
Emendat: 
XXVI. 1970.2. 
Sostitwit: 
LVIII. 1974.20. 
Emendat: 
IV. 1987. 3;
XI. 1996.2.
52. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-
Kamra tad-Deputati tkun magħmula minn dak in-numru ta’
membri, li jkun numru fard u li jkun diviżibbli bin-numru tad-
distretti elettorali, li l-Parlament jista’ minn żmien għal żmien
b’liġi jistabbilixxi. Dawk il-membri jiġu eletti bil-mod provdut
minn jew skond xi liġi li għal dak iż-żmien tkun isseħħ f’Malta bi
proporzjonijiet indaqs mid-distretti elettorali msemmija fl-artikolu
56 ta’ din il-Kostituzzjoni, billi kull distrett jeleġġi dak in-numru
ta’ membri, li ma jkunx inqas minn ħamsa u mhux iktar minn
sebgħa kif il-Parlament għandu minn żmien għal żmien
jistabbilixxi; u dawk il-membri jkunu magħrufa bħala "Membri tal-
Parlament":
Iżda meta -
(i) f’xi elezzjoni ġenerali, partit politiku wieħed
jikseb fit-total kollu aktar minn ħamsin fil-mija
tal-voti validi kollha mitfugħin f’dik l-elezzjoni,
kif akkreditati lill-kandidati tiegħu mill-
Kummissjoni Elettorali fl-ewwel għadd tal-voti
kollha, iżda n-numru tal-kandidati tiegħu eletti
f’dik l-elezzjoni jkun anqas mit-total tal-
kandidati l-oħra li jiġu eletti; jew
(ii) f’elezzjoni ġenerali li tkun kontestata minn aktar
minn żewġ partiti politiċi u li fiha kandidati
minn tnejn biss minn dawn il-partiti jiġu eletti,
partit politiku jġib perċentwali tal-voti validi
kollha mitfugħin f’dik l-eleżzjoni, kif akkreditati
*Ir-riferenza għas-subartikolu  (4) ta’ l-artikolu 48 ġiet imħollija barra billi dak
is-subartikolu ġie ommess.
 30 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
lill-kandidati ta’ dak il-partit mill-Kummissjoni
Elettorali fl-ewwel għadd tal-voti kollha, li tkun
aktar minn dik il-perċentwali li jġib xi partit
wieħed ieħor, iżda n-numru tal-kandidati eletti
għall-istess partit f’dik l-elezzjoni jkun anqas
min-numru tal-kandidati l-oħra hekk eletti,
in-numru tal-membri tal-Kamra tad-Deputati għandu jiżdied bin-
numru ta’ membri li jkun meħtieġ biex il-partit li jġib aktar minn
ħamsin fil-mija, jew il-perċentwali ogħla, tal-voti validi kollha, kif
ikun il-każ, ikollu membru wieħed aktar mit-total tal-kandidati l-
oħra eletti f’dik l-elezzjoni; u f’kull każ bħal dan, dawk il-kandidati
għandhom jiġu dikjarati mill-Kummissjoni Elettorali bħala eletti
biex jimlew il-postijiet addizzjonali miżjuda b’dan il-proviso illi,
billi jkunu kandidati tal-partit l-aħħar imsemmi f’dik l-elezzjoni,
kienu ġew akkreditati mill-Kummissjoni Elettorali fl-aħħar għadd
bl-ogħla jew l-eqreb ogħla numru ta’ voti mingħajr ma jkunu ġew
eletti rrispettivament minn liema jkun id-distrett elettorali li fih
jirrikorri dak l-ogħla jew l-eqreb ogħla numru ta’ voti.
(2) Jekk xi persuna li ma tkunx membru tal-Kamra tad-
Deputati tiġi eletta biex tkun Speaker tal-Kamra hija għandha, bis-
saħħa li tkun tiddetjeni l-kariga ta’ Speaker, tkun membru tal-
Kamra b’żieda mal-membri l-oħra:
Iżda f’kull każ bħal dak l-iSpeaker  ma jitqiesx bħala
membru tal-Kamra sabiex jiġi stabbilit in-numru ta’ voti meħtieġa
li jkunu favur abbozz għal xi wieħed mill-finijiet ta’ l-artikolu 66
ta’ din il-Kostituzzjoni.
Kwalifiki ta’ 
Membru tal-Kamra 
tad-Deputati. 
53. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 54 ta’ din il-
Kostituzzjoni, persuna tkun kwalifikata biex tkun eletta bħala
membru tal-Kamra tad-Deputati jekk ikollha, u ma tkunx
kwalifikata biex tkun hekk eletta kemm-il darba ma jkollhiex, il-
kwalifiki għar-reġistrazzjoni bħala elettur għall-elezzjoni ta’
membri tal-Kamra tad-Deputati msemmija fl-artikolu 57 ta’ din il-
Kostituzzjoni.
Skwalifiki ta’ 
membru tal-Kamra 
tad-Deputati. 
Emendat: 
LVIII. 1974.21;
XXXVIII. 1976.2.
54. (1) Ħadd ma jkun kwalifikat biex ikun elett bħala membru
tal-Kamra tad-Deputati - 
(a) jekk ikun ċittadin ta’ pajjiż li ma jkunx Malta billi jkun
sar hekk ċittadin volontarjament jew ikun taħt
dikjarazzjoni ta’ lealtà lejn pajjiż bħal dak;
(b) ħlief kif ikun provdut xort’oħra mill-Parlament, jekk
ikun jiddetjeni jew ikun qed jaġixxi f’xi kariga
pubblika jew ikun membru tal-forzi armati tal-Gvern
ta’ Malta;
(ċ) jekk ikun parti fi, jew ikun soċju b’responsabbiltà
illimitata f’soċjetà jew direttur jew  manager ta’
kumpannija li tkun parti fi, kuntratt mal-Gvern ta’
Malta li jkun kuntratt ta’ appalt għal xi xogħol jew
kuntratt għall-provvista ta’ merkanzija biex tiġi wżata
fil-qadi tal-pubbliku u ma jkunx, għeluq xahar qabel
id-data ta’ l-elezzjoni, ippubblika fil-Gazzetta avviż li
juri x-xorta ta’ xi kuntratt bħal dak, u l-interess tiegħu,
KOSTITUZZJONITA’MALTA
jew l-interess ta’ xi soċjetà jew kumpannija bħal dik,
fih;
(d) ikun fallut mhux rijabilitat, billi jkun ġie dikjarat fallut
b’sentenza jew xort’oħra dikjarat fallut skond xi liġi li
tkun isseħħ f’Malta;
(e) jekk ikun interdett jew inabilitat minħabba xi mard
mentali jew minħabba prodigalità minn qorti f’Malta,
jew ikun xort’oħra deċiż f’Malta li jkun ta’ moħħ
marid;
(f) ikun taħt kundanna tal-mewt imposta fuqu minn xi
qorti f’Malta jew ikun qed jiskonta kundanna ta’
priġunerija (tkun kif tkun imsejħa) ta’ aktar minn tnax
il-xahar imposta fuqu minn qorti bħal dik jew
sostitwita minn awtorità kompetenti għal xi kundanna
oħra imposta fuqu minn qorti bħal dik, jew ikun taħt
kundanna bħal dik ta’ priġunerija li l-esekuzzjoni
tagħha tkun ġiet sospiża;
(g) jekk ikun jiddetjeni jew ikun jaġixxi f’xi kariga li l-
funzjonijiet tagħha jinvolvu xi responsabbiltà għal,
jew dwar, it-tmexxija ta’ xi elezzjoni ta’ membri tal-
Kamra tad-Deputati jew il-kompilazzjoni jew reviżjoni
ta’ xi reġistru elettorali;
(h) jekk ikun skwalifikat milli jkun membru tal-Kamra
tad-Deputati bi jew skond xi liġi li għal dak iż-żmien
tkun isseħħ f’Malta minħabba li jkun ġie misjub ħati
ta’ xi reat dwar l-elezzjoni ta’ membri tal-Kamra tad-
Deputati.
(2) Għall-finijiet tal-paragrafu (f) tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu - 
(a) żewġ kundanni jew aktar li jkunu meħtieġa li jiġu
skuntati konsekuttivament għandhom jitqiesu bħala
kundanni separati jekk ebda waħda minnhom ma tkun
għal iżjed minn tnax-il xahar, iżda jekk waħda
minnhom tkun iżjed minn dak it-terminu għandhom
jitqiesu bħala kundanna waħda; u
(b) ebda kont ma għandu jittieħed ta’ xi kundanna ta’
priġunerija imposta bħala alternattiva għal, jew
minħabba nuqqas ta’, il-ħlas ta’ multa.
(3) Persuna ma għandhiex tiġi meqjusa bħala li tiddetjeni, jew
li taġixxi fi, kariga pubblika għall-fini tal-paragrafu (b) tas-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu - 
(a) jekk tkun bil-permess ta’ assenza qabel it-tluq minn
kariga pubblika;
(b) jekk tkun surmast fl-Università ta’ Malta li ma tkunx
skond il-kondizzjonijiet ta’ l-impieg tagħha impeduta
mill-prattika privata tal-professjoni tagħha jew mitluba
li tagħti l-ħin kollu tagħha għad-disposizzjoni tal-
Gvern ta’ Malta.
 32 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
Tiżmim ta’ kariga 
ta’ membri. 
Emendat: 
XXXVIII. 1976.3.
55. (1) Il-post ta’ membru tal-Parlament isir vakanti - 
(a) max-xoljiment sussegwenti tal-Parlament wara l-
elezzjoni tiegħu;
(b) jekk jirriżenja mill-post tiegħu b’kitba minn idejh
indirizzata lill-iSpeaker jew, jekk il-kariga ta’ Speaker
tkun vakanti jew l-iSpeaker  ikun assenti minn Malta,
lid-Deputy Speaker;
(ċ) jekk huwa jsir parti f’xi kuntratt mal-Gvern ta’ Malta
li jkun kuntratt ta’ appalt għal xi xogħol jew kuntratt
għall-provvista ta’ merkanzija biex tiġi wżata fil-qadi
tal-pubbliku, jew jekk xi soċjetà li fiha huwa jkun
soċju b’responsabbiltà illimitata jew kumpannija li
tagħha huwa jkun direttur jew manager issir parti f’xi
kuntratt bħal dak, jew jekk isir soċju b’responsabbiltà
illimitata f’soċjetà jew direttur jew  manager  ta’
kumpannija li tkun parti f’xi kuntratt bħal dak:
Iżda huwa ma jivvakax il-post tiegħu skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu jekk qabel ma jsir
parti fil-kuntratt jew qabel ma, jew kemm jista’ jkun
prattikabbli wara li, isir xort’oħra nteressat fil-kuntratt
(kemm bħala soċju b’responsabbiltà illimitata
f’soċjetà jew bħala direttur jew  manager  ta’
kumpannija) huwa jikxef lill-iSpeaker ix-xorta tal-
kuntratt u l-interess tiegħu jew l-interess tas-soċjetà
jew kumpannija fih u l-Kamra tad-Deputati
b’riżoluzzjoni teżentah mid- disposizzjonijiet ta’ dan
il-paragrafu;
(d) jekk ikun assenti mis-seduti tal-Kamra tad-Deputati
għal dak il-perijodu u f’dawk iċ-ċirkostanzi li jistgħu
jkunu preskritti mill-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra;
(e) jekk itemm milli jkun ċittadin ta’ Malta;
(f) jekk itemm milli jkun kwalifikat għar-reġistrazzjoni
bħala elettur għall-elezzjoni ta’ membri tal-Kamra tad-
Deputati;
(g) bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’
dan l-artikolu, jekk jinqalgħu xi ċirkostanzi li, kieku
ma kienx membru tal-Kamra tad-Deputati, kienu
jġegħluh ikun skwalifikat għal elezzjoni għaliha.
(2) (a)Jekk ċirkostanzi bħal dawk li huma msemmija fil-
paragrafu (g) tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu jinħolqu billi xi
membru tal-Kamra tad-Deputati jkun taħt kundanna tal-mewt jew
priġunerija, interdett jew inabilitat jew dikjarat b’sentenza li jkun
moħħu marid, dikjarat b’sentenza jew dikjarat xort’oħra fallut jew
misjub ħati ta’ reat dwar elezzjonijiet u jekk il-membru jkun jista’
jappella kontra d-deċiżjoni (sew bil-permess ta’ qorti jew awtorità
oħra jew mingħajr dak il-permess), huwa jtemm minnufih milli
jaqdi l-funzjonijiet tiegħu bħala Membru tal-Kamra iżda, bla ħsara
għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, huwa ma jivvakax il-post
tiegħu sat-tmiem ta’ perijodu ta’ tletin ġurnata wara dakinhar:
Iżda l-iSpeaker jista’, minn żmien għal żmien, jestendi dak
KOSTITUZZJONITA’MALTA
il-perijodu għal perijodi oħra ta’ tletin ġurnata biex il-membru jkun
jista’ jkompli appell kontra d-deċiżjoni, hekk illi estensjonijiet ta’
żmien li jeċċedu fit-total globali mija u ħamsin ġurnata ma
għandhomx jingħataw mingħajr l-approvazzjoni, murija
b’riżoluzzjoni, tal-Kamra.
(b) Jekk, mad-deċiżjoni ta’ xi appell, dawk iċ-ċirkostanzi
jkomplu jeżistu u ebda appell ieħor ma jkun jista’ jsir mill-membru,
jew jekk, minħabba t-temm ta’ xi perijodu għall-egħmil ta’ appell
jew avviż dwaru jew iċ-ċaħda ta’ permess għal appell jew għal xi
raġuni oħra, jispiċċa milli l-membru jkun jista’ jappella, huwa
għandu minnufih jivvaka l-post tiegħu.
(ċ) Jekk f’xi żmien qabel ma l-membru jivvaka l-post tiegħu
dawk iċ-ċirkostanzi bħalma ntqal qabel itemmu milli jeżistu, il-post
tiegħu ma jsirx vakanti mat-tmiem tal-perijodu msemmi fil-
paragrafu (a) ta’ dan is-subartikolu u huwa jkun jista’ jirreżumi l-
qadi tal-funzjonijiet tiegħu bħala membru tal-Kamra tad-Deputati.
(d) Għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu "appell" tfisser, fil-każ
ta’ ordni minn qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja għall-interdizzjoni
jew inabilitazzjoni ta’ membru tal-Kamra tad-Deputati, it-teħid ta’
xi azzjoni għar-reviżjoni ta’ dak l-ordni quddiem il-Prim’Awla tal-
Qorti Ċivili.
Votazzjoni 
f’elezzjonijiet. 
Sostitwit: 
LVIII. 1974.22. 
Emendat: 
IV. 1987.4.
56. (1) Il-membri tal-Kamra tad-Deputati għandhom jiġu
eletti fuq il-prinċipju tar-rappreżentanza proporzjonali permezz ta’
vot singlu trasferibbli minn dak in-numru ta’ distretti elettorali, li
jkun numru fard u li ma jkunx inqas minn disgħa u mhux iżjed
minn ħmistax, kif il-Parlament għandu minn żmien għal żmien
jistabbilixxi.
(2) L-elezzjoni tal-membri tal-Kamra tad-Deputati għandha
tkun ħielsa minn attijiet illegali jew ta’ korruzzjoni u indħil barrani. 
(3) Ikun id-dmir tal-Kummissjoni Elettorali li tissospendi l-
elezzjoni, jew fid-distretti elettorali kollha jew f’xi wieħed jew
iktar minn dawk id-distretti, jekk ikollha raġuni xierqa li temmen li
jkunu saru attijiet illegali jew ta’ korruzzjoni jew reati oħra li
għandhom x’jaqsmu ma’ l-elezzjonijiet jew kien hemm indħil
barrani u dawk l-attijiet, reati jew indħil ikunu pprevalew b’mod
hekk estensiv jew ikunu ta’ dik ix-xorta li raġonevo1ment ikunu
mistennija li jkollhom effett fuq ir-riżultat ta’ l-elezzjoni, fid-
distretti elettorali kollha jew f’xi wieħed jew iktar minnhom.
(4) F’kull każ meta elezzjoni tiġi sospiża taħt is-subartikolu (3)
ta’ dan l-artikolu, il-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali għandu
minnufih jirriferi l-kwistjoni lill-Qorti Kostituzzjonali għad-
deċiżjoni tagħha.
(5) Meta tkun teżisti xi waħda mir-raġunijiet li fuqha tista’ tiġi
sospiża elezzjoni taħt is-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu u l-
elezzjoni ma tkunx ġiet sospiża, jew jekk attijiet illegali jew ta’
korruzzjoni jew reati oħra jew indħil barrani kif imsemmija f’dak
is-subartikolu jistgħu raġonevolment jitqiesu li kellhom effett fuq
ir-riżultat ta’ elezzjoni, fid-distretti elettorali kollha jew f’wieħed
jew aktar minnhom, kull persuna li għandha l-jedd għall-vot f’dik l-
elezzjoni tista’, mhux aktar tard minn tlett ijiem wara l-
 34 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
pubblikazzjoni tar-riżultat uffiċjali ta’ l-elezzjoni, tirreferi l-
kwistjoni lill-Qorti Kostituzzjonali għad-deċiżjoni tagħha.
(6) Kull riferenza lill-Qorti Kostituzzjonali taħt jew is-
subartikolu (4) jew is-subartikolu (5) ta’ dan l-artikolu għandha ssir
u għandha tiġi deċiża minn dik il-Qorti skond kull liġi li f’dak iż-
żmien tkun isseħħ f’Malta. Fuq kull riferenza bħal dik il-Qorti
jkollha, bla ħsara għal kull setgħat oħra, is-setgħa li tannulla l-
elezzjoni, fid-distretti elettorali kollha jew f’wieħed jew aktar
minnhom, għal kull waħda mir-raġunijiet imsemmija f’dawk is-
subartikoli, u li tagħti dawk id-direttivi u ordnijiet u li tagħti dawk
ir-rimedji jew provvedimenti oħra li jidhrilha xierqa fiċ-ċirkostanzi
u b’mod partikolari biex tiżgura li elezzjoni ħielsa, minflok dik li
tkun ġiet annullata, issir mill-aktar fis possibbli.
(7) Meta tkun ġiet annullata elezzjoni taħt is-subartikolu (6) ta’
dan l-artikolu, ir-riżultat ta’ l-elezzjoni ma jkunx komplet qabel il-
pubblikazzjoni tar-riżultat uffiċjali ta’ elezzjoni valida fid-distretti
elettorali kollha.
(8) Ħlief b’abbozz għal-Att tal-Parlament mgħoddi bil-mod
speċifikat fis-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-
Kostituzzjoni, ma għandu jsir ebda tibdil f’xi liġi -
(a) li bih xi egħmil jew nuqqas ma jibqax att illegali jew
ta’ korruzzjoni jew reat ieħor dwar l-elezzjoni ta’
membri tal-Kamra tad-Deputati jew indħil barrani; jew
(b) li jibdel jew iżid iċ-ċirkostanzi jew il-kondizzjonijiet li
fihom jew taħthom l-egħmil jew in-nuqqas ikunu att
illegali jew ta’ korruzzjoni jew reat ieħor jew indħil
barrani; jew
(ċ) li jnaqqas il-piena li ħati jista’ minn żmien għal żmien
jeħel għal xi att jew reat ieħor jew indħil bħal dawk;
u għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu d-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (7) ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni għandhom
japplikaw bħallikieku riferenzi għat-tibdil f’xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ din il-Kostituzzjoni kienu riferenzi għat-tibdil
f’xi liġi.
(9) Ħadd ma jivvota fl-elezzjoni ta’ membri tal-Kamra tad-
Deputati għal xi distrett elettorali jekk ma jkunx reġistrat skond xi
liġi li għal dak iż-żmien tkun isseħħ f’Malta bħala elettur f’dak id-
distrett.
(10) Fl-elezzjoni ta’ membri tal-Kamra tad-Deputati -
(a) il-votazzjoni tkun bil-vot u għandha ssir b’dak il-mod
li ma jikxifx kif il-vot ta’ xi elettur partikolari jkun
ingħata; u
(b) ħadd ma jitħalla jivvota għan-nom ta’ ħaddieħor:
Iżda jista’ jsir provvediment b’liġi li bih, jekk
persuna ma tkunx tista’, minħabba għama, kawża
fiżika oħra jew analfabetiżmu timmarka l-karta tal-vot
tagħha, il-karta tal-vot tagħha tista’ tiġi immarkata
għan-nom tagħha u fuq direttivi tagħha minn xi
persuna oħra li tkun qiegħda tissorvelja uffiċjalment
KOSTITUZZJONITA’MALTA
il-votazzjoni fil-post tal-votazzjoni.
(11) Il-karti tal-vot għandhom ikunu hekk magħmula sabiex
illitterati jkunu jistgħu jiddistingwu bejn il-partiti politiċi li
għalihom jappartjenu l-kandidati.
(12) Il-kandidati u l-aġenti tagħhom jiġu mogħtija faċilitajiet
biex jaraw it-trasport tal-kaxxi tal-voti u s-siġillar u t-tneħħija tas-
siġill tagħhom.
(13) Il-kliem "att illegali jew ta’ korruzzjoni", "reati li
għandhom x’jaqsmu ma’ l-elezzjoni ta’ membri tal-Kamra tad-
Deputati" u "indħil barrani" għandhom it-tifsir mogħti lilhom b’liġi
li f’dak iż-żmien tkun fis-seħħ u li tkun tirregola t-tmexxija ta’
elezzjonijiet jew indħil barrani dwar elezzjonijiet, u xi liġi bħal dik
għandha titqies għall-finijiet ta’ dan l-artikolu u ta’ l-artikoli 32 sa
47 (magħdudin) ta’ din il-Kostituzzjoni li tkun meħtieġa
raġonevolment fl-interess ta’ l-ordni pubbliku u raġonevolment
ġustifikabbli f’soċjetà demokratika.
Kwalifika ta’ 
eletturi.
Emendat: 
LVIII. 1974.23. 
57. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 58 ta’ din il-
Kostituzzjoni, persuna tkun kwalifikata biex tkun reġistrata bħala
elettur għall-elezzjoni ta’ membri tal-Kamra tad-Deputati jekk
tkun, u ma tkunx kwalifikata biex tkun hekk reġistrata jekk ma
tkunx - 
(a) ċittadin ta’ Malta;
(b) għalqet l-età ta’ tmintax-il sena; u
(ċ) residenti f’Malta u matul it-tmintax-il xahar minnufih
qabel ir-reġistrazzjoni tagħha hekk residenti għal
perijodu kontinwu ta’ sitt xhur jew għal perijodi li
jammontaw fit-total globali għal sitt xhur:
Iżda dan il-paragrafu ma japplikax għal persuna li
tkun ordinarjament tirrisjedi f’Malta iżda ma tkunx
tirrisjedi f’Malta kif meħtieġ b’dan il-paragrafu
minħabba servizz barra minn Malta fis-servizz
pubbliku, magħdud servizz fil-karigi msemmija fis-
subartikolu (3) ta’ l-artikolu 124 ta’ din il-
Kostituzzjoni, jew minħabba servizz barra minn Malta
f’korp, jew bħala membru ta’ korp, dixxiplinat kif
imfisser fl-artikolu 47 ta’ din il-Kostituzzjoni.
Skwafifika ta’ 
eletturi.
58. Ħadd ma jkun kwalifikat li jkun reġistrat bħala elettur
għall-elezzjoni ta’ membri tal-Kamra tad-Deputati jekk - 
(a) ikun interdett jew inabilitat minħabba xi mard mentali
minn qorti f’Malta jew ikun xort’oħra deċiż f’Malta li
jkun ta’ moħħ marid;
(b) ikun taħt kundanna ta’ mewt imposta fuqu minn xi
qorti f’Malta jew ikun qed jiskonta kundanna ta’
priġunerija (tkun kif tkun imsejħa) ta’ iżjed minn tnax
il-xahar imposta fuqu minn qorti bħal dik jew
sostitwita minn awtorità kompetenti għal xi kundanna
oħra imposta fuqu minn qorti bħal dik, jew ikun taħt
kundanna bħal dik ta’ priġunerija li l-esekuzzjoni
 36 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
tagħha tkun ġiet sospiża; jew
(ċ) ikun skwalifikat minn reġistrazzjoni bħala elettur minn
jew skond xi liġi li għal dak iż-żmien tkun isseħħ
f’Malta minħabba li jkun ġie misjub ħati ta’ xi reat
dwar l-elezzjoni ta’ membri tal-Kamra tad-Deputati.
Speaker u Deputy 
Speaker.
59. (1) Meta l-Kamra tad-Deputati tiltaqa’ għall-ewwel darba
wara xi elezzjoni ġenerali u qabel ma tipproċedi għat-tmexxija ta’
xi xogħol ieħor, għandha teleġġi persuna biex tkun l-iSpeaker tal-
Kamra; u jekk il-kariga ta’ Speaker issir vakanti f’xi żmien qabel
ix-xoljiment sussegwenti tal-Parlament, il-Kamra għandha, kemm
jista’ jkun malajr, teleġġi persuna oħra għal dik il-kariga.
(2) L-iSpeaker jista’ jiġi elett jew - 
(a) minn fost persuni li jkunu membri tal-Kamra tad-
Deputati, imma li ma jkunux Ministri jew Segretarji
Parlamentari; jew
(b) minn fost persuni li ma jkunux membri tal-Kamra tad-
Deputati u jkunu kwalifikati għal elezzjoni bħala
membri tagħha.
(3) Meta l-Kamra tad-Deputati tiltaqa’ l-ewwel darba wara xi
elezzjoni ġenerali u qabel ma tipproċedi għat-tmexxija ta’ xi
xogħol ieħor ħlief l-elezzjoni ta’ l-iSpeaker, il-Kamra għandha
teleġġi membru tal-Kamra, li ma jkunx Ministru jew Segretarju
Parlamentari, biex ikun Deputy Speaker tal-Kamra; u jekk il-kariga
ta’ Deputy Speaker issir vakanti f’xi żmien qabel ix-xoljiment
sussegwenti tal-Parlament, il-Kamra għandha, malli jkun
konvenjenti, teleġġi membru ieħor bħal dak għal dik il-kariga.
(4) Persuna għandha tivvaka l-kariga ta’ Speaker  jew  Deputy
Speaker - 
(a) fil-każ ta’ Speaker elett minn fost il-membri tal-Kamra
tad-Deputati jew fil-każ tad-Deputy Speaker -
(i) jekk itemm milli jkun membru tal-Kamra:
Iżda l-iSpeaker ma għandux jivvaka l-
kariga minħabba biss li jkun temm milli jkun
membru tal-Kamra max-xoljiment tal-
Parlament, sakemm il-Kamra tiltaqa’ għall-
ewwel darba wara dak ix-xoljiment;
(ii) jekk jiġi maħtur biex ikun Ministru jew
Segretarju Parlamentari;
(b) fil-każ ta’ Speaker elett minn fost persuni li ma jkunux
membri tal-Kamra tad-Deputati -
(i) meta l-Kamra tiltaqa’ l-ewwel darba wara xi
xoljiment tal-Parlament;
(ii) jekk jinqalgħu xi ċirkostanzi li kienu jġegħluh li
jkun skwalifikat għal elezzjoni bħala membru
tal-Kamra tad-Deputati;
(ċ) jekk javża r-riżenja tiegħu tal-kariga tiegħu lill-Kamra
tad-Deputati jew jekk b’kitba taħt idejh indirizzata, fil-
każ ta’ l-iSpeaker lill-Iskrivan tal-Kamra u fil-każ tad-
KOSTITUZZJONITA’MALTA
Deputy Speaker  lill-iSpeaker (jew, jekk il-kariga ta’
Speaker tkun vakanti jew l-iSpeaker ikun assenti minn
Malta, lill-Iskrivan tal-Kamra) jirriżenja dik il-kariga;
jew
(d) fil-każ tad-Deputy Speaker,  jekk jiġi elett biex ikun
Speaker.
(5) (a) Jekk, bis-saħħa tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 55 ta’
din il-Kostituzzjoni, l-iSpeaker jew id-Deputy Speaker
ikun meħtieġ li jtemm milli jaqdi l-funzjonijiet tiegħu
bħala membru tal-Kamra tad-Deputati huwa għandu
jtemm ukoll milli jaqdi l-funzjonijiet tiegħu bħala
Speaker jew Deputy Speaker, skond il-każ, u dawk il-
funzjonijiet għandhom sakemm huwa jivvaka l-post
tiegħu fil-Kamra jew jirriżumi l-qadi tal-funzjonijiet
tal-kariga tiegħu, jiġu moqdija -
(i) fil-każ ta’ l-iSpeaker, mid-Deputy Speaker  jew,
jekk il-kariga ta’ Deputy Speaker  tkun vakanti
jew id-Deputy  Speaker  ikun meħtieġ li jtemm
milli jaqdi l-funzjonijiet tiegħu bħala membru
tal-Kamra tad-Deputati bis-saħħa tas-
subartikolu (2) ta’ l-artikolu 55 ta’ din il-
Kostituzzjoni, minn dak il-membru tal-Kamra (li
ma jkunx Ministru jew Segretarju Parlamentari)
kif il-Kamra tista’ teleġġi għal dan l-iskop;
(ii) fil-każ tad-Deputy Speaker, minn dak il-membru
tal-Kamra (li ma jkunx Ministru jew Segretarju
Parlamentari) kif il-Kamra tista’ teleġġi għal dan
l-iskop.
(b) Jekk l-iSpeaker  jew  Deputy Speaker  jirreżumi l-qadi tal-
funzjonijiet tiegħu bħala membru tal-Kamra, skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 55 ta’ din il-
Kostituzzjoni, huwa għandu jirreżumi wkoll il-qadi tal-funzjonijiet
tiegħu ta’ Speaker jew Deputy Speaker, skond il-każ.
Twaqqif ta’ 
Kummissjoni 
Elettorali. 
Emendat: 
LVIII. 1974.24.
60. (1) Għandu jkun hemm Kummissjoni Elettorali għal
Malta.
(2) Il-Kummissjoni Elettorali tkun magħmula minn Chairman,
li jkun il-persuna li għal dak iż-żmien ikollha l-kariga ta’
Kummissjonarju Elettorali Prinċipali u li tkun maħtura għal dik il-
kariga mis-servizz pubbliku, u dak in-numru ta’ membri li ma
jkunx anqas minn erbgħa li jista’ jkun preskritt b’xi liġi li għal dak
iż-żmien tkun isseħħ f’Malta.
(3) Il-membri tal-Kummissjoni Elettorali għandhom jiġu
maħtura mill-President, li jaġixxi skond il-parir tal-Prim Ministru,
mogħti wara li jikkonsulta l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni.
(4) Ħadd ma jkun kwalifikat li jżomm kariga bħala membru tal-
Kummissjoni Elettorali jekk ikun Ministru, Segretarju
Parlamentari, membru ta’, jew kandidat għall-elezzjoni għal, il-
Kamra tad-Deputati jew uffiċjal pubbliku.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, membru
 38 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
tal-Kummissjoni Elettorali għandu jivvaka l-kariga tiegħu - 
(a) fit-tmiem ta’ tliet snin mid-data tal-ħatra tiegħu jew
f’dak iż-żmien qabel li jista’ jkun speċifikat fid-
dokument li bih ikun ġie maħtur; jew
(b) jekk jinqalgħu xi ċirkostanzi li, kieku ma kienx
membru tal-Kummissjoni, kienu jġegħluh ikun
skwalifikat għall-ħatra bħala tali.
(6) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (7) ta’ dan
l-artikolu, membru tal-Kummissjoni Elettorali jista’ jitneħħa mill-
kariga mill-President li jaġixxi skond il-parir tal-Prim Ministru.
(7) Membru tal-Kummissjoni Elettorali ma għandux jitneħħa
mill-kariga ħlief għal inkapaċità li jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga
tiegħu (sew jekk minħabba mard mentali jew korporali jew għal xi
raġuni oħra) jew għal imġieba ħażina.
(8) Jekk il-kariga ta’ membru tal-Kummissjoni Elettorali tkun
vakanti jew jekk membru ma jkunx jista’ għal xi raġuni jaqdi l-
funzjonijiet tal-kariga tiegħu, il-President, li jaġixxi skond il-parir
tal-Prim Ministru, mogħti wara li jkun ikkonsulta l-Kap ta’ l-
Oppożizzjoni, jista’ jaħtar persuna li tkun kwalifikata biex tkun
maħtura bħala membru biex tkun membru temporanju tal-
Kummissjoni; u kull persuna hekk maħtura għandha, bla ħsara
għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (5), (6) u (7) ta’ dan l-
artikolu, ittemm milli tkun membru bħal dak meta persuna tiġi
maħtura biex timla l-vakanza jew, skond il-każ, meta l-membru li
ma kienx jista’ jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu jirreżumi dawk
il-funzjonijiet.
(9) Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha skond din il-
Kostituzzjoni l-Kummissjoni Elettorali ma tkunx suġġetta għad-
direzzjoni jew kontroll ta’ xi persuna jew awtorità oħra.
Distretti elettorali. 
Emendat: 
LVIII. 1974.25.
61. (1) Il-Kummissjoni Elettorali għandha tirrivedi l-konfini
tad-distretti elettorali msemmija fl-artikolu 56(1) ta’ din il-
Kostituzzjoni b’intervalli ta’ mhux anqas minn sentejn u mhux
iżjed minn ħames snin u tista’, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu, tbiddel dawk il-konfini safejn tqis mixtieq skond ir-
riżultat tar-reviżjoni:
Iżda l-Kummissjoni għandha tagħmel reviżjoni bħal dik u,
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, tbiddel l-imsemmija
konfini kull meta l-Parlament ikun għamel provvediment li jibdel
in-numru ta’ distretti elettorali; u b’żieda l-Kummissjoni tista’
f’kull żmien tagħmel reviżjoni bħal dik u, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, tibdel l-imsemmija konfini
safejn tqis desiderabbli bħala konsegwenza tat-tiżmim ta’
ċensiment tal-popolazzjoni bis-saħħa ta’ xi liġi.
(2) Kull provvediment tal-Parlament li jibdel in-numru tad-
distretti elettorali għandu jibda jseħħ meta t-tibdil tal-konfini tad-
distretti elettorali li, skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu, huwa konsegwenzjali għalih jiġi fis-seħħ.
(3) Kull meta jsir tibdil tal-konfini mill-Kummissjoni skond
dan l-artikolu għandu jkollhom effett id-disposizzjonijiet li ġejjin: 
KOSTITUZZJONITA’MALTA
(a) il-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali għandu
jgħarraf bit-tibdil, malajr kemm jista’ jkun wara li jsir,
lill-Prim Ministru u lill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni;
(b) mhux aktar tard minn xahrejn wara li jirċievi dak it-
tagħrif, il-Prim Ministru għandu jara li t-tibdil
jitqiegħed quddiem il-Kamra tad-Deputati biex jiġi
kunsidrat minnha;
(ċ) mhux aktar tard minn ħames xhur wara li l-Prim
Ministru jirċievi dak it-tagħrif, il-Kamra tista’,
b’riżoluzzjoni, jew tapprova t-tibdil jew tibagħtu lura
lill-Kummissjoni biex terġa’ tikkunsidrah mill-ġdid;
(d) wara li jgħaddu sitt xhur mid-data li fiha t-tibdil ikun
ġie mgħarraf lill-Prim Ministru, jew, jekk it-tibdil ikun
ġie approvat mill-Kamra, malli jiġi hekk approvat,
jew, jekk it-tibdil jintbagħat lura lill-Kummissjoni,
wara li jgħaddu xahrejn minn meta hekk jintbagħat
lura, il-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali għandu
jieħu ħsieb li t-tibdil jiġi pubblikat fil-Gazzetta jew fil-
forma oriġinali tiegħu jew, jekk ikun ġie modifikat
mill-Kummissjoni, kif hekk modifikat; u
(e) kull tibdil bħal dak għandu jibda jseħħ ma’ l-ewwel
xoljiment tal-Parlament wara li t-tibdil ikun ġie
pubblikat fil-Gazzetta skond il-paragrafu (d) ta’ dan
is- subartikolu:
Iżda ebda ħaġa f’dan il-paragrafu ma għandha
tiftiehem li timpedixxi l-pubblikazzjoni ta’ xi reġistru
elettorali jew xi ħtieġa oħra li għandha x’taqsam mar-
reġistrazzjoni ta’ eletturi milli jiġu esegwiti skond it-
tibdil, taħt xi liġi li għal dak iż-żmien tkun isseħħ
f’Malta, qabel dak ix-xoljiment.
(4) Kull tibdil tal-konfini ta’ xi distrett elettorali skond dan l-
artikolu għandu jsir b’dak il-mod li jiżgura li, fiż-żmien meta l-
Kummissjoni tagħmel ir-reviżjoni tagħha, in-numru miksub bid-
diviżjoni ta’ l-elettorat totali fid-distrett (kif żgurat b’riferenza
għar-reġistru elettorali fis-seħħ dak iż-żmien) bin-numru ta’
membri li għandhom jiġu eletti għall-Kamra tad-Deputati minn dak
id-distrett ikun kemm jista’ jkun daqs il-kwota elettorali kemm
ikun raġonevolment prattikabbli:
Iżda kull tibdil bħal dak jista’ jsir b’dak il-mod li n-numru
ta’ eletturi f’dak id-distrett ikun, fiż-żmien meta l-Kummissjoni
tagħmel ir-reviżjoni tagħha, akbar jew anqas mill-kwota elettorali
moltiplikata bin-numru ta’ membri li għandhom ikunu hekk eletti,
iżda f’ebda każ b’aktar minn ħamsa fil-mija, sabiex jittieħed kont
tal-viċinanza ġeografika, differenzi fid-densità ta’ popolazzjoni u
fatturi oħra rilevanti.
(5) Għall-finijiet ta’ kull reviżjoni magħmula skond dan l-
artikolu, "kwota elettorali" tfisser in-numru miksub bid-diviżjoni
ta’ l-elettorat totali ta’ Malta (kif żgurat mir-reġistru elettorali fis-
seħħ fiż-żmien meta l-Kummissjoni tagħmel dik ir-reviżjoni) bin-
numru totali ta’ membri li għandhom ikunu eletti għall-Kamra tad-
Deputati fl-elezzjoni ġenerali li ssir wara x-xoljiment sussegwenti
 40 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
tal-Parlament.
(6) It-tmexxija ta’ elezzjonijiet f’kull distrett elettorali u ta’
kull votazzjoni meħuda skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
66(3) ta’ din il-Kostituzzjoni tkun suġġetta għad-direzzjoni u
sorveljanza tal-Kummissjoni Elettorali.
Mili ta’ vakanzi.  62. Kull meta l-post ta’ xi membru tal-Kamra tad-Deputati jsir
vakanti l-vakanza għandha timtela bil-mod provdut bi jew skond xi
liġi li għal dak iż-żmien tkun isseħħ f’Malta.
Deċiżjoni ta’ 
kwistjonijiet dwar 
membru. 
Emendat: 
XLVII. 1972.2. 
63. Kull kwistjoni jekk - 
(a) xi persuna tkunx ġiet eletta validament bħala membru
tal-Kamra tad-Deputati;
(b) xi membru tal-Kamra jkunx ivvaka l-post tiegħu fiha
jew ikunx meħtieġ, skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (2) ta’ l-artikolu 55 ta’ din il-
Kostituzzjoni, li jtemm milli jaqdi l-funzjonijiet tiegħu
bħala membru; jew
(ċ) xi persuna tkunx ġiet eletta validament bħala Speaker
minn fost persuni li ma jkunux membri tal-Kamra u,
wara li tkun ġiet hekk eletta, tkunx ivvakat il-kariga
ta’ Speaker,
għandha tiġi mressqa quddiem u deċiża mill-Qorti Kostituzzjonali
skond id-disposizzjonijiet ta’ xi liġi li għal dak iż-żmien tkun
isseħħ f’Malta.
Skrivan tal-Kamra 
tad-Deputati u 
persunal tiegħu.
64. (1) Għandu jkun hemm Skrivan tal-Kamra tad-Deputati.
(2) Il-kariga ta’ l-Iskrivan tal-Kamra tad-Deputati u l-karigi
tal-membri tal-persunal tiegħu jkunu karigi pubbliċi.
TAQSIMA 2
Setgħat u Proċedura tal-Parlament
Setgħa ta’ għemil 
ta’ liġijiet. 
65. (1) Bla ħsara għad-disposizzjoriijiet ta’ din il-
Kostituzzjoni, il-Parlament jista’ jagħmel liġijiet għall-paċi, ordni
u gvernar tajjeb ta’ Malta.
(2) Bla ħsara għall-ġeneralità tas-subartikolu (1) u suġġetti
għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (3), (4) u (5) ta’ dan l-
artikolu, il-Parlament jista’ b’liġi jistabbilixxi l-privileġġi,
immunitajiet u setgħat tal-Kamra tad-Deputati u l-membri tagħha.
(3) Ma jistgħu jittieħdu ebda proċeduri ċivili jew kriminali
kontra xi membru tal-Kamra tad-Deputati għal kliem li jkunu
ntqalu quddiem, jew miktuba f’rapport lil, il-Kamra jew kumitat
tagħha jew minħabba xi kwistjoni jew ħaġa miġjuba hemm minnu
b’petizzjoni, abbozz, riżoluzzjoni, mozzjoni jew xort’oħra.
(4) Matul kull sessjoni l-membri tal-Kamra tad-Deputati
għandhom igawdu libertà minn arrest għal kull dejn ċivili ħlief dejn
li l-egħmil tiegħu jikkostitwixxi reat kriminali.
(5) Ebda proċediment maħruġ minn xi qorti fl-eżerċizzju ċivili
tagħha ma għandu jiġi notifikat jew esegwit ġewwa r-reċinti tal-
KOSTITUZZJONITA’MALTA
Kamra tad-Deputati waqt li l-Kamra tkun f’seduta jew permezz ta’
l-iSpeaker, l-Iskrivan jew xi uffiċjal tal-Kamra.
Tibdil ta’ din il-
Kostituzzjoni. 
Sostitwit: 
LVIII. 1974.26. 
Emendat:
IV. 1987.5;
XIII. 2001.3.
66. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-
Parlament jista’ jibdel kull waħda mid-disposizzjonijiet ta’ din il-
Kostituzzjoni u (safejn tagħmel parti mil-liġi ta’ Malta) kull waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ l-Att ta’ l-1964 dwar l-Indipendenza ta’
Malta.
(2) Safejn jibdel - 
(a) dan l-artikolu; jew
(b) l-artikolu 1, is-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 2, is-
subartikolu (1) ta’ l-artikolu 3, is-subartikolu (1) ta’ l-
artikolu 5, l-artikolu 6, l-artikoli minn 32 sa 48 (it-
tnejn inklużi), l-artikoli 51, 52, 56, 57, 60 u 61, is-
subartikolu (3) ta’ l-artikolu 65, is-subartikolu (2) ta’
l-artikolu 75, l-artikolu 76 (barra mis-subartikolu (2)
tiegħu), l-artikoli 77 u 78, l-artikolu 80, l-artikolu 91,
l-artikoli minn 95 sa 100 (it-tnejn inklużi), l-artikoli
minn 102 sa 110 (it-tnejn inklużi), l-artikoli 113, 114,
115A, 118, 119 jew 120 ta’ din il-Kostituzzjoni; jew
(ċ) l-artikolu 124 ta’ din il-Kostituzzjoni fl-applikazzjoni
tiegħu għal xi waħda mid-disposizzjonijiet speċifikati
fil-paragrafu (a) jew (b) ta’ dan is-subartikolu,
abbozz għal Att tal-Parlament skond dan l-artikolu ma għandux jiġi
mgħoddi mill-Kamra tad-Deputati kemm-il darba fil-votazzjoni
finali dwaru f’dik il-Kamra ma jkollux favur tiegħu l-voti ta’ mhux
anqas minn żewġ terzi tal-membri kollha tal-Kamra.
(3) Safejn jibdel - 
(a) dan is-subartikolu jew is-subartikolu (4) ta’ dan l-
artikolu; jew
(b) is-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 76 ta’ din il-
Kostituzzjoni,
abbozz għal Att tal-Parlament skond dan l-artikolu ma għandux jiġi
ppreżentat lill-President għall-kunsens tiegħu kemm-il darba mhux
inqas minn tliet xhur u mhux iktar minn sitt xhur wara li jkun
għadda mill-Kamra hekk kif speċifikat fis-subartikolu (2) ta’ dan l-
artikolu ma jkunx ġie mqiegħed quddiem l-eletturi kwalifikati li
jivvotaw għall-elezzjoni tal-membri tal-Kamra tad-Deputati u l-
maġġoranza ta’ l-eletturi li jivvotaw ma jkunux approvaw l-abbozz.
(4) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (10) ta’ l-artikolu 56 ta’
din il-Kostituzzjoni għandhom japplikaw għall-votazzjoni fuq
abbozz imqiegħed quddiem l-eletturi skond is-subartikolu (3) ta’
dan l-artikolu kif japplikaw għall-votazzjoni fl-elezzjoni ta’
membri tal-Kamra tad-Deputati, u bla ħsara għal dak li ntqal qabel
il-vot fuq dak l-abbozz għandu jittieħed b’dak il-mod kif
jippreskrivi l-Parlament.
(5) Safejn jibdel xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ din il-
Kostituzzjoni barra minn dawk speċifikati fis-subartikoli (2) u (3)
ta’ dan l-artikolu, abbozz għal Att tal-Parlament skond dan l-
 42 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
artikolu ma għandux jiġi mgħoddi mill-Kamra tad-Deputati kemm-
il darba fil-votazzjoni finali dwaru f’dik il-Kamra ma jkollux favur
tiegħu l-voti ta’ maġġoranza tal-membri kollha tal-Kamra.
(6) Att tal-Parlament li jibdel in-numru tal-membri tal-Kamra
tad-Deputati ma għandux jolqot in-numru tal-membri tal-Kamra
qabel ix-xoljiment tal-Parlament li jaħbat wara l-ħruġ tiegħu b’liġi.
(7) F’dan l-artikolu -
(a) riferenzi għal xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ din il-
Kostituzzjoni jew ta’ l-Att ta’ l-1964 dwar l-
Indipendenza ta’ Malta jinkludu riferenzi għal kull liġi
li tiġi emendata jew tissostitwixxi dik id-disposizzjoni;
u
(b) riferenzi għat-tibdil ta’ xi waħda mid-disposizzjonijiet
ta’ din il-Kostituzzjoni jew ta’ l-Att ta’ l-1964 dwar l-
Indipendenza ta’ Malta jinkludu riferenzi għall-
emendar, modifika jew ħruġ b’liġi mill-ġdid b’emenda
jew modifika jew mingħajrhom, ta’ dik id-
disposizzjoni, is-sospensjoni jew tħassir ta’ dik id-
disposizzjoni u l-egħmil ta’ disposizzjoni differenti
minflok dik id-disposizzjoni.
Regolar tal-
proċedura fil-
Kamra tad-
Deputati.
67. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din il-
Kostituzzjoni, il-Kamra tad-Deputati tista’ tirregola l-proċedura
tagħha stess.
(2) Il-Kamra tad-Deputati tista’ taġixxi nonostanti xi vakanzi
fost il-membri tagħha (magħduda kull vakanza mhux mimlija meta
l-Kamra tiltaqa’ għall-ewwel darba fil jew wara l-ġurnata stabbilita
jew wara xi xoljiment tal-Parlament) u l-preżenza jew
parteċipazzjoni ta’ xi persuna mhux intitolata li tkun preżenti jew li
tipparteċipa fil-proċeduri tal-Kamra ma tneħħix il-validità ta’ dawk
il-proċeduri.
(3) Kull disposizzjoni magħmula bis-saħħa tas-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu għat-twaqqif ta’ Kumitati tal-Kamra biex
jinvestigaw ħwejjeġ ta’ importanza pubblika ġenerali għandha tkun
hekk magħmula biex tiżgura illi, safejn ikun jidher prattikabbli lill-
Kamra, kull Kumitat bħal dak ikun hekk magħmul li jkun
jirrappreżenta b’mod xieraq lill-Kamra.
Ġurament li 
għandu jittieħed 
mill-membri tal-
Kamra tad-
Deputati. 
68. Ebda membru tal-Kamra tad-Deputati ma jitħalla jieħu
parti fil-proċeduri tal-Kamra (barra minn proċeduri meħtieġa għall-
finijiet ta’ dan l-artikolu) sakemm ma jkunx ħa u ffirma quddiem il-
Kamra l-ġurament ta’ lealtà:
Iżda l-elezzjoni ta’ l-iSpeaker u Deputy Speaker tista’ ssir
qabel ma l-membri tal-Kamra jkunu ħadu u ffirmaw dak il-
ġurament.
Min jippresjedi fil-
Kamra tad-
Deputati.
69. (1) Għandu jippresjedi f’kull seduta tal-Kamra tad-
Deputati -
(a) l-iSpeaker; jew
(b) fl-assenza ta’ l-iSpeaker, id-Deputy Speaker; jew
KOSTITUZZJONITA’MALTA
(ċ) fl-assenza ta’ l-iSpeaker u tad-Deputy Speaker, dak il-
membru tal-Kamra (li ma jkunx Ministru jew
Segretarju Parlamentari) li l-Kamra tista’ teleġġi għal
dak l-iskop.
(2) Riferenzi f’dan l-artikolu għal ċirkostanzi li fihom l-
iSpeaker jew id-Deputy Speaker ikun assenti jinkludu riferenzi
għal ċirkostanzi li fihom il-kariga ta’ Speaker jew Deputy Speaker
tkun vakanti.
Quorum fil-Kamra 
tad-Deputati. 
70. (1) Jekk f’xi seduta tal-Kamra tad-Deputati xi membru li
jkun preżenti jiġbed l-attenzjoni tal-persuna li tkun qed tippresjedi
fis-seduta għall-assenza ta’ quorum u, wara dak l-intervall li jista’
jkun preskritt fl-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, il-persuna li tkun
qed tippresjedi f’dik is-seduta tiżgura li quorum tal-Kamra jkun
għadu mhux preżenti, il-Kamra għandha tiġi aġġornata.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu - 
(a) quorum  tal-Kamra tad-Deputati jkun magħmul minn
ħmistax-il membru; u
(b) il-persuna li tkun tippresjedi fis-seduta tal-Kamra ma
tkunx magħduda fil-kalkolu jekk hemmx  quorum
preżenti.
Votazzjoni.
Kostituzzjoni, kull kwistjoni proposta għal deċiżjoni fil-Kamra tad-
Deputati għandha tiġi deċiża b’maġġoranza tal-voti tal-membri
tagħha preżenti u li jivvotaw.
(2) L-iSpeaker  ma għandux jivvota dwar xi kwistjoni jekk
mhux meta l-voti jkunu ndaqs, f’liema każ huwa jkollu u jeżerċita
vot deċiżiv.
(3) Kull persuna oħra għandha, meta tippresjedi fil-Kamra tad-
Deputati, iżżomm il-vot tagħha oriġinali bħala membru u, jekk
dwar xi kwistjoni, il-voti jkunu ndaqs, ikollha wkoll u teżerċita vot
deċiżiv.
Mod ta’ eżerċizzju 
tas-setgħat 
leġislativi.
Emendat: 
LVIII.1974.27. 
72. (1) Is-setgħa tal-Parlament li jagħmel liġijiet għandha tiġi
eżerċitata b’abbozzi mgħoddija mill-Kamra tad-Deputati, u bil-
kunsens mogħti għalihom mill-President.
(2) Meta abbozz jiġi preżentat lill-President għall-kunsens,
huwa għandu mingħajr dewmien juri li jagħti l-kunsens.
(3) Abbozz ma għandux isir liġi kemm-il darba ma jkunx ġie
mgħoddi kif imiss u ma jkunx ġie mogħti l-kunsens għalih skond
din il-Kostituzzjoni.
(4) Meta liġi jkun ġie mogħti l-kunsens għaliha mill-President
din għandha bla dewmien tiġi pubblikata fil-Gazzetta u ma
għandhiex tibda sseħħ sakemm ma tkunx hekk pubblikata, iżda l-
Parlament jista’ jipposponi l-bidu fis-seħħ ta’ xi liġi bħal dik u
jista’ jagħmel liġijiet b’effett retroattiv.
 44 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
Restrizzjoni dwar 
ċerti miżuri 
finanzjarji. 
Emendat: 
LVIII. 1974.28. 
73. Ħlief wara rakkomandazzjoni tal-President murija minn
Ministru, il-Kamra tad-Deputati ma għandhiex -
(a) tipproċedi dwar xi abbozz (magħduda kull emenda
għal abbozz) li, fil-fehma tal-persuna li tkun
tippresjedi, jipprovdi għal xi wieħed mill-iskopijiet li
ġejjin, jiġifieri, biex jimponi jew iżid xi taxxa, biex
jimponi jew iżid xi piż fuq id-dħul jew fondi oħra ta’
Malta jew biex jibdel xi piż bħal dak xort’oħra milli
billi jnaqqsu, jew biex isir ftehim jew maħfra dwar xi
dejn dovut lil Malta;
(b) tipproċedi dwar xi mozzjoni (magħduda kull emenda
għal mozzjoni) li l-effett tagħha, fil-fehma tal-persuna
li tkun tippresjedi, ikun li tipprovdi għal xi wieħed
mill-iskopijiet imsemmija qabel; jew
(ċ) tirċievi xi petizzjoni li, fil-fehma tal-persuna li tkun
tippresjedi, teħtieġ li jsir provvediment għal xi wieħed
mill-iskopijiet imsemmija qabel.
Ilsien tal-Liġijiet. 74. Ħlief kif provdut xort’oħra mill-Parlament, kull liġi
għandha ssir kemm bl-ilsien Malti kif ukoll bl-ilsien Ingliż u, jekk
ikun hemm xi konflitt bejn it-test Malti u t-test Ingliż ta’ xi liġi, it-
test Malti għandu jipprevali.
TAQSIMA 3
Sejħa, Proroga u Xoljiment
Sessjonijiet tal-
Parlament.
Emendat: 
LVIII. 1974.29. 
75. (1) Kull sessjoni tal-Parlament għandha tibda f’dak iż-
żmien li l-President jista’ bi proklama jistabbilixxi u għandha
tinżamm f’dak il-post jew f’dawk il-postijiet li l-President bi
proklama, jew li l-Kamra tad-Deputati b’kull mod li jidhrilha
xieraq, jistgħu minn żmien għal żmien jistabbilixxu.
(2) Għandu jkun hemm sessjoni tal-Parlament għall-inqas
darba kull sena, hekk illi perijodu ta’ tnax-il xahar ma jgħaddix
bejn l-aħħar seduta tal-Parlament f’sessjoni waħda u l-ewwel
seduta tiegħu fis-sessjoni sussegwenti.
(3) Il-Kamra tad-Deputati għandha tiltaqa’ mhux aktar tard
minn xahrejn wara l-pubblikazzjoni tar-riżultat uffiċjali ta’ xi
elezzjoni ġenerali mill-Kummissjoni Elettorali f’ġurnata stabbilita
mill-President.
Proroga u 
xoljiment tal-
Parlament. 
Emendat: 
LVIII. 1974.30.
76. (1) Il-President jista’ f’kull żmien bi proklama jipproroga
jew ixolji l-Parlament.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta’ dan
l-artikolu, il-Parlament, jekk ma jkunx xolt aktar kmieni, għandu
jkompli għal ħames snin mid-data ta’ l-ewwel seduta tiegħu wara xi
xoljiment u għandu wara dan ixolji.
(3) F’kull żmien meta Malta tkun fi gwerra, il-Parlament jista’
minn żmien għal żmien jestendi l-perijodu ta’ ħames snin speċifikat
fis-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu għal mhux iżjed minn tnax-il
xahar kull darba:
KOSTITUZZJONITA’MALTA
Iżda l-ħajja tal-Parlament ma għandhiex tiġi estiża skond
dan is-subartikolu għal aktar minn ħames snin.
(4) Jekk bejn xoljiment tal-Parlament u l-elezzjoni ġenerali
sussegwenti ta’ membri tal-Kamra tad-Deputati tinħoloq
emerġenza ta’ dik ix-xorta li, fil-fehma tal-Prim Ministru jkun
jeħtieġ li jerġa’ jissejjaħ il-Parlament, il-President jista’ bi
proklama jsejjaħ il-Parlament li jkun ġie xolt biex jiltaqa’, u dak il-
Parlament għandu wara dan jitqies (ħlief għall-fini ta’ l-artikolu 77
u, dwar l-elezzjoni ġenerali sussegwenti, l-artikoli 61(3) u 66(6) ta’
din il-Kostituzzjoni) li ma jkunx ġie xolt iżda għandu jitqies (ħlief
kif ingħad qabel) li jiġi xolt fid-data li fiha l-votazzjoni tkun
konkluża fl-elezzjoni ġenerali sussegwenti.
(5) Fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu skond dan l-artikolu l-
President għandu jaġixxi skond il-parir tal-Prim Ministru:
Iżda - 
(a) jekk il-Kamra tad-Deputati tgħaddi riżoluzzjoni, li
jkollha voti favur tagħha ta’ maġġoranza tal-membri
kollha tagħha, li ma għandhiex fiduċja fil-Gvern, u l-
Prim Ministru fi żmien tliet ijiem la ma jirriżenja mill-
kariga tiegħu u l-anqas jagħti parir għal xoljiment, il-
President jista’ jxolji l-Parlament;
(b) jekk il-kariga ta’ Prim Ministru tkun vakanti u l-
President iqis li x’aktarx ma jkunx jista’ fi żmien
raġonevoli jaħtar għal dik il-kariga persuna li jista’
jkollha l-appoġġ ta’ maġġoranza tal-membri tal-Kamra
tad-Deputati, il-President jista’ jxolji l-Parlament; u
(ċ) jekk il-Prim Ministru jirrakkomanda xoljiment u l-
President iqis li l-Gvern ta’ Malta jista’ jitkompla
mingħajr xoljiment u illi xoljiment ma jkunx fl-
interess ta’ Malta, il-President jista’ jirrifjuta li jxolji
l-Parlament.
Elezzjonijiet 
ġenerali.
Emendat: 
LVIII. 1974.31. 
77. Elezzjoni ġenerali tal-membri tal-Kamra tad-Deputati
għandha tinżamm f’dak iż-żmien għeluq tliet xhur wara kull
xoljiment tal-Parlament kif il-President, li jaġixxi skond il-parir
tal-Prim Ministru, għandu jistabbilixxi bi proklama.
KAPITOLU VII 
L-Esekuttiv 
Awtorità 
esekuttiva ta’ 
Malta.
Sostitwit: 
LVIII. 1974.32. 
78. (1) L-awtorità esekuttiva ta’ Malta hija fil-President.
(2) L-awtorità esekuttiva ta’ Malta għandha tiġi eżerċitata mill-
President, jew direttament jew permezz ta’ uffiċjali subordinati
għalih, skond id-disposizzjonijiet ta’ din il-Kostituzzjoni.
(3) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma timpedixxi lill-Parlament
milli jikkonferixxi funzjonijiet fuq persuni jew awtoritajiet li ma
jkunux il-President.
Il-Kabinett.
magħmul mill-Prim Ministru u dak in-numru ta’ Ministri oħra li
 46 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
jistgħu jiġu maħtura skond l-artikolu 80 ta’ din il-Kostituzzjoni.
(2) Il-Kabinett ikollu d-direzzjoni ġenerali u l-kontroll tal-
Gvern ta’ Malta u jkun responsabbli kollettivament dwar hekk lejn
il-Parlament.
Ħatra ta’ Ministri. 
Emendat: 
LVIII. 1974.33.
80. Kull meta jkun hemm lok għall-ħatra ta’ Prim Ministru, il-
President għandu jaħtar bħala Prim Ministru l-membru tal-Kamra
tad-Deputati li, fil-ġudizzju tiegħu, ikun l-aħjar li jkun jista’ jgawdi
l-appoġġ tal-maġġoranza tal-membri tal-Kamra u għandu, waqt li
jaġixxi skond il-parir tal-Prim Ministru, jaħtar lill-Ministri l-oħra
minn fost il-membri tal-Kamra tad-Deputati:
Iżda jekk ikun hemm lok għall-egħmil ta’ ħatra għall-kariga
ta’ Prim Ministru jew xi Ministru ieħor waqt li l-Parlament ikun
xolt, persuna li kienet membru tal-Kamra tad-Deputati minnufih
qabel ix-xoljiment tista’ tiġi maħtura bħala Prim Ministru jew xi
Ministru ieħor bħallikieku, f’kull każ, dik il-persuna kienet għadha
membru tal-Kamra tad-Deputati, iżda kull persuna hekk maħtura
għandha tivvaka l-kariga fil-bidu tas-sessjoni sussegwenti tal-
Parlament jekk ma tkunx f’dak iż-żmien membru tagħha.
Tiżmim ta’ kariga 
ta’ Ministri. 
Emendat: 
LVIII. 1974.34. 
81. (1) Jekk il-Kamra tad-Deputati tgħaddi riżoluzzjoni, li
jkollha favur tagħha l-voti ta’ maġġoranza tal-membri kollha
tagħha, li ma jkollhiex fiduċja fil-Gvern, il-President jista’ jneħħi l-
Prim Ministru mill-kariga:
Iżda l-President ma għandux jagħmel hekk jekk ma jkunux
għaddew tliet ijiem u jkun iddeċida li ma jxoljix il-Parlament skond
l-artikolu 76 ta’ din il-Kostituzzjoni.
(2) Il-kariga ta’ Prim Ministru ssir ukoll vakanti -
(a) meta, wara xi xoljiment tal-Parlament, il-Prim
Ministru jkun informat mill-President li l-President
ikun sejjer jaħtru mill-ġdid bħala Prim Ministru jew
sejjer jaħtar persuna oħra bħala Prim Ministru;
(b) jekk itemm milli jkun membru tal-Kamra tad-Deputati
xort’oħra milli b’xoljiment tal-Parlament; jew 
(ċ) jekk, skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’
l-artikolu 55 ta’ din il-Kostituzzjoni, huwa jkun
meħtieġ li jtemm milli jaqdi l-funzjonijiet tiegħu bħala
membru tal-Kamra tad-Deputati.
(3) Il-kariga ta’ Ministru, minbarra dik ta’ Prim Ministru,
għandha ssir vakanti-
(a) mal-ħatra jew ħatra mill-ġdid ta’ xi persuna għall-
kariga ta’ Prim Ministru;
(b) jekk il-ħatra tiegħu għall-kariga tiegħu tiġi mħassra
mill-President, li jaġixxi skond il-parir tal-Prim
Ministru;
(ċ) jekk itemm milli jkun membru tal-Kamra tad-Deputati
xort’oħra milli b’xoljiment tal-Parlament; jew 
(d) jekk, skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’
l-artikolu 55 ta’ din il-Kostituzzjoni, huwa jkun
KOSTITUZZJONITA’MALTA
meħtieġ li jtemm milli jaqdi l-funzjonijiet tiegħu bħala
membru tal-Kamra tad-Deputati.
Assenjazzjoni ta’ 
portafolji lill-
Ministri. 
Emendat: 
LVIII.1974.35. 
82. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din il-
Kostituzzjoni, il-President, li jaġixxi skond il-parir tal-Prim
Ministru, jista’, b’direttivi bil-miktub, jassenja lill-Prim Ministru
jew kull Ministru ieħor responsabbiltà ta’ kull xogħol tal-Gvern ta’
Malta magħduda l-amministrazzjoni ta’ xi dipartiment tal-gvern.
(2) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma tagħti setgħa lill-President li
jagħti lil xi Ministru awtorità biex jeżerċità xi setgħa jew jaqdi xi
dmir li hija mogħtija jew huwa impost minn din il-Kostituzzjoni
jew xi liġi oħra fuq xi persuna jew awtorità li ma tkunx dak il-
Ministru.
Aġent Prim 
Ministru. 
Sostitwit: 
LVIII. 1974.36.
83. (1) Kull meta l-Prim Ministru jkun assenti minn Malta jew
bil-vaganzi, jew ma jkunx jista’ minħabba mard jaqdi l-funzjonijiet
tal-kariga tiegħu, il-President jista’ jawtorizza xi membru ieħor tal-
Kabinett biex jaqdi dawk il-funzjonijiet (li ma jkunux dawk il-
funzjonijiet mogħtija b’dan l-artikolu) u dak il-membru jkun jista’
jaqdi dawk il-funzjonijiet sakemm l-awtorità tiegħu tiġi revokata
mill-President.
(2) Is-setgħat tal-President skond dan l-artikolu għandhom jiġu
eżerċitati minnu skond il-parir tal-Prim Ministru:
Iżda jekk il-President iqis li ma jkunx prattikabbli li jikseb
il-parir tal-Prim Ministru minħabba l-assenza jew mard tiegħu
huwa jkun jista’ jeżerċità dawk is-setgħat mingħajr dak il-parir.
Ministri 
temporanji. 
Emendat: 
LVIII. 1974.37. 
84. (1) Kull meta Ministru li ma jkunx il-Prim Ministru ma
jkunx jista’, minħabba mard jew assenza tiegħu minn Malta, jaqdi
l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu, il-President jkun jista’ jaħtar
membru ieħor tal-Kamra tad-Deputati biex ikun Ministru
temporanju:
Iżda jekk ikun hemm lok għall-egħmil ta’ ħatra waqt li l-
Parlament ikun xolt, persuna li, minnufih qabel ix-xoljiment, kienet
membru tal-Kamra tad-Deputati tista’ tiġi maħtura bħala Ministru
temporanju bħallikieku kienet għadha membru ta’ dik il-Kamra,
iżda kull persuna hekk maħtura għandha tivvaka l-kariga fil-bidu
tas-sessjoni sussegwenti tal-Parlament jekk ma tkunx f’dak iż-
żmien membru tagħha.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 81 ta’ din il-
Kostituzzjoni, Ministru temporanju għandu jżomm il-kariga
sakemm jiġi notifikat mill-President li l-Ministru, li minħabba l-
inkapaċità tiegħu li jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu huwa ġie
maħtur, reġa’ sar kapaċi li jaqdi l-funzjonijiet tiegħu jew sakemm
dak il-Ministru jivvaka l-kariga tiegħu.
(3) Is-setgħat tal-President skond dan l-artikolu għandhom jiġu
eżerċitati minnu skond il-parir tal-Prim Ministru.
Eżerċizzju tal-
funzjonijiet tal-
President. 
Emendat: 
LVIII. 1974.38.
85. (1) Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu l-President għandu
jaġixxi skond il-parir tal-Kabinett jew ta’ Ministru li jaġixxi skond
l-awtorità ġenerali tal-Kabinett ħlief fil-każijiet meta huwa meħtieġ
 48 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
b’din il-Kostituzzjoni jew b’xi liġi oħra li jaġixxi skond il-parir ta’
xi persuna jew awtorità li ma tkunx il-Kabinett:
Iżda l-President għandu jaġixxi skond il-ġudizzju deliberat
tiegħu stess fl-esekuzzjoni tal-funzjonijiet li ġejjin -
(a) fl-eżerċizzju tas-setgħat dwar ix-xoljiment tal-
Parlament mogħtija lilu skond il-proviso li hemm mas-
subartikolu (5) ta’ l-artikolu 76 ta’ din il-
Kostituzzjoni;
(b) fl-eżerċizzju tas-setgħa li jaħtar il-Prim Ministru jew
ineħħi l-Prim Ministru mill-kariga mogħtija lilu bl-
artikolu 80 u bis-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 81 ta’
din il-Kostituzzjoni;
(ċ) fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilu bl-artikolu 83 ta’
din il-Kostituzzjoni (li jirriferixxi għall-qadi tal-
funzjonijiet tal-Prim Ministru matul assenza, vaganzi
jew mard) fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-proviso li
hemm mas-subartikolu (2) ta’ dak l-artikolu;
(d) fl-eżerċizzju tas-setgħa li jaħtar il-Kap ta’ l-
Oppożizzjoni u li jħassar kull ħatra bħal dik mogħtija
lilu bl-artikolu 90 ta’ din il-Kostituzzjoni; u
(e) meta juri l-approvazzjoni tiegħu għall-finijiet tas-
subartikolu (4) ta’ l-artikolu 110 ta’ din il-
Kostituzzjoni dwar ħatra għal kariga fil-persunal
tiegħu.
(2) Meta skond din il-Kostituzzjoni l-President huwa meħtieġ li
jaġixxi skond il-parir ta’ xi persuna jew awtorità, il-kwistjoni jekk
ikunx f’xi każ irċieva, jew ikunx aġixxa skond, dak il-parir ma
għandhiex tiġi eżaminata minn ebda qorti.
(3) Ir-riferenza fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu għall-
funzjonijiet tal-President għandha tiftiehem bħala riferenza għas-
setgħat u dmirijiet tiegħu fl-eżerċizzju ta’ l-awtorità esekuttiva ta’
Malta u għal kull setgħat u dmirijiet oħra mogħtija lilu jew imposti
fuqu bħala President bi jew skond din il-Kostituzzjoni jew xi liġi
oħra.
Eżerċizzju tal-
funzjonijiet tal-
Prim Ministru. 
86. (1) Meta skond din il-Kostituzzjoni l-Prim Ministru huwa
meħtieġ li jeżerċita xi funzjoni skond ir-rakkomandazzjoni ta’ xi
persuna jew awtorità huwa għandu jeżerċita dik il-funzjoni skond
dik ir-rakkomandazzjoni:
Iżda - 
(a) qabel ma jaġixxi skond hekk huwa jista’ jirriferixxi
lura għal darba waħda dik ir-rakkomandazzjoni għal
konsiderazzjoni mill-ġdid minn dik il-persuna jew
awtorità; u
(b) jekk dik il-persuna jew awtorità, wara li tkun
ikkunsidrat mill-ġdid ir-rakkomandazzjoni oriġinali
skond il-paragrafu ta’ qabel dan, tissostitwixxi
rakkomandazzjoni differenti, id-disposizzjonijiet ta’
dan is-subartikolu għandhom jgħoddu għal dik ir-
KOSTITUZZJONITA’MALTA
rakkomandazzjoni differenti bħalma jgħoddu għar-
rakkomandazzjoni oriġinali.
(2) Meta skond din il-Kostituzzjoni l-Prim Ministru huwa
meħtieġ li jaqdi xi funzjoni wara konsultazzjoni ma’ xi persuna jew
awtorità, huwa ma jkunx obbligat li jaqdi dik il-funzjoni skond il-
parir ta’ dik il-persuna jew awtorità.
(3) Meta skond din il-Kostituzzjoni l-Prim Ministru huwa
meħtieġ li jaqdi xi funzjoni skond ir-rakkomandazzjoni ta’, jew
wara konsultazzjoni ma’, xi persuna jew awtorità, il-kwistjoni jekk
huwa jkunx f’xi każ irċieva, jew ikunx aġixxa skond dik ir-
rakkomandazzjoni jew jekk ikunx ikkonsulta ma’ dik il-persuna
jew awtorità ma għandhiex tiġi eżaminata minn ebda qorti.
Il-President 
għandu jkun 
informat dwar 
ħwejjeġ ta’ gvern.
Sostitwit: 
LVIII. 1974.39.
87. Il-Prim Ministru għandu jżomm lill-President informat
għal kollox dwar it-tmexxija ġenerali tal-Gvern ta’ Malta u għandu
jagħti lill-President dak it-tagħrif li huwa jista’ jitlob dwar xi ħaġa
partikolari li għandha x’taqsam mal-Gvern ta’ Malta.
Segretarji 
Parlamentari. 
Emendat: 
LVIII. 1974.40. 
88. (1) Il-President, li għandu jaġixxi skond il-parir tal-Prim
Ministru, jista’ jaħtar Segretarji Parlamentari minn fost il-membri
tal-Kamra tad-Deputati biex jgħinu lill-Ministri fil-qadi tad-
dmirijiet tagħhom:
Iżda jekk jinqala’ lok għall-egħmil ta’ ħatra waqt li l-
Parlament ikun xolt, persuna li minnufih qabel ix-xoljiment kienet
membru tal-Kamra tad-Deputati tista’ tiġi maħtura bħala Segretarju
Parlamentari bħallikieku kienet għadha membru ta’ dik il-Kamra,
imma kull persuna hekk maħtura għandha tivvaka l-kariga fil-bidu
tas-sessjoni sussegwenti tal-Parlament jekk ma tkunx dak iż-żmien
membru tagħha.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 81 ta’
din il-Kostituzzjoni għandhom jgħoddu għas-Segretarji
Parlamentari bħalma jgħoddu għall-Ministri.
Ġurament li 
għandu jittieħed 
mill-Ministri. 
Sostitwit: 
LVIII. 1974.41. 
89. Ministru jew Segretarju Parlamentari ma għandux jidħol
għad-dmirijiet tal-kariga tiegħu jekk ma jkunx ħa u ffirma l-
ġurament ta’ lealtà u l-ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga tiegħu
murija fit-Tielet u fit-Tieni Skeda li jinsabu ma’ din il-
Kostituzzjoni.
Kap ta’ l-
Oppożizzjoni.
Emendat: 
LVIII. 1974.42.
90. (1) Għandu jkun hemm Kap ta’ l-Oppożizzjoni li jkun
maħtur mill-President.
(2) Kull meta jkun hemm lok għall-ħatra ta’ Kap ta’ l-
Oppożizzjoni, il-President għandu jaħtar -
(a) jekk ikun hemm partit ta’ oppożizzjoni wieħed li l-
forza numerika tiegħu fil-Kamra tad-Deputati tkun
akbar mill-forza ta’ kull partit ieħor ta’ oppożizzjoni,
il-membru tal-Kamra tad-Deputati li jkun il-Kap ta’
dak il-partit; jew
(b) jekk, minħabba egwaljanza fil-forza numerika tal-
partiti ta’ oppożizzjoni fil-Kamra jew minħabba li ma
jkunx hemm partit ta’ oppożizzjoni, ebda persuna ma
 50 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
tkun kwalifikata għall-ħatra skond il-paragrafu (a) ta’
dan is-subartikolu, il-membru tal-Kamra li, fil-
ġudizzju tal-President, ikollu l-appoġġ ta’ l-akbar
grupp singlu ta’ membri tal-Kamra f’oppożizzjoni
għall-Gvern li jkunu lesti biex jappoġġaw kap wieħed.
(3) Il-kariga ta’ Kap ta’ l-Oppożizzjoni għandha ssir vakanti -
(a) jekk wara xi xoljiment tal-Parlament, huwa jiġi
nformat mill-President illi l-President ikun sejjer
jaħtar persuna oħra bħala Kap ta’ l-Oppożizzjoni;
(b) jekk itemm milli jkun membru tal-Kamra tad-Deputati
xort’oħra milli b’xoljiment tal-Parlament; 
(ċ) jekk, skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’
l-artikolu 55 ta’ din il-Kostituzzjoni, huwa jkun
meħtieġ li jtemm milli jaqdi l-funzjonijiet tiegħu bħala
membru tal-Kamra tad-Deputati; jew
(d) jekk il-ħatra tiegħu tiġi mħassra skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu.
(4) Jekk, fil-ġudizzju tal-President, membru tal-Kamra tad-
Deputati li ma jkunx il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, ikun sar il-Kap fil-
Kamra tal-partit fl-oppożizzjoni li jkollu l-akbar forza numerika fil-
Kamra jew, skond il-każ, il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni jkun temm milli
jkollu l-appoġġ ta’ l-akbar grupp singlu ta’ membri f’oppożizzjoni
għall-Gvern, il-President għandu jħassar il-ħatra tal-Kap ta’ l-
Oppożizzjoni.
(5) Is-subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu ma jkollux seħħ waqt li
l-Parlament ikun xolt.
Avukat Ġenerali.
Emendat: 
LVIII. 1974.43. 
91. (1) Għandu jkun hemm Avukat Ġenerali li l-kariga tiegħu
tkun kariga pubblika u li jkun maħtur mill-President li għandu
jaġixxi skond il-parir tal-Prim Ministru.
(2) Ħadd ma jkun kwalifikat li jkollu l-kariga ta’ Avukat
Ġenerali jekk ma jkunx kwalifikat għal ħatra bħala mħallef tal-
Qrati Superjuri.
(3) Fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu biex jistitwixxi, jagħmel u
jwaqqaf proċeduri kriminali u ta’ kull setgħat oħra mogħtija lilu
b’xi liġi f’termini li jawtorizzawh li jeżerċita dik is-setgħa fil-
ġudizzju individwali tiegħu l-Avukat Ġenerali ma jkunx suġġett
għad-direzzjoni jew kontroll ta’ ebda persuna jew awtorità oħra.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (5) ta’ dan
l-artikolu, l-Avukat Ġenerali għandu jivvaka l-kariga tiegħu meta
jagħlaq l-età ta’ sittin sena.
(5) Is-subartikoli (2) u (3) ta’ l-artikolu 97 ta’ din il-
Kostituzzjoni għandhom jgħoddu għall-Avukat Ġenerali.
Segretarji 
Permanenti u 
kapijiet ta’ 
dipartimenti tal-
gvern.
Emendat: 
LVIII. 1974.44.
92. (1) Meta lil xi Ministru tkun ġiet mogħtija r-
responsabbiltà għal xi dipartiment tal-gvern, huwa għandu jeżerċita
direzzjoni ġenerali u kontroll fuq dak id-dipartiment; u, bla ħsara
għal dik id-direzzjoni u kontroll, id-dipartiment jista’ jkun taħt is-
sorveljanza ta’ Segretarju Permanenti:
KOSTITUZZJONITA’MALTA
Iżda żewġ dipartimenti tal-gvern jew iżjed jistgħu jitqegħdu
taħt is-sorveljanza ta’ Segretarju Permanenti wieħed.
(2) Il-Prim Ministru jkun responsabbli għall-assennjazzjoni ta’
dipartimenti tal-gvern lil Segretarji Permanenti.
(3) Is-setgħa ta’ ħatra ta’ uffiċjali pubbliċi biex iżommu jew
jaġixxu fil-kariga ta’ Segretarju Permanenti u ta’ tneħħija mill-
kariga ta’ persuni li jkunu jżommu jew ikunu qed jaġixxu f’dik il-
kariga tkun fil-President li jaġixxi skond il-parir tal-Prim Ministru
mogħti wara li l-Prim Ministru jkun ikkonsulta mal-Kummissjoni
dwar is-Servizz Pubbliku.
(4) Il-kapijiet ta’ dipartimenti tal-gvern li ma jkunux dawk li l-
mod ta’ ħatra tagħhom huwa speċifikatament provdut f’din il-
Kostituzzjoni għandhom ikunu maħtura minn fost l-uffiċjali
pubbliċi anzjani mill-Prim Ministru wara konsultazzjoni mal-
Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Prerogattiva ta’ 
maħfra.
Emendat: 
LVIII. 1974.45. 
93. (1) Il-President ikollu s-setgħa li - 
(a) jagħti lil xi persuna li jkollha x’taqsam fi jew tkun ġiet
misjuba ħatja ta’ xi reat maħfra, sew ħielsa jew
suġġetta għal kondizzjonijiet skond il-liġi;
(b) jagħti lil xi persuna sospensjoni, sew indefinita jew
għal perijodu speċifikat, dwar l-esekuzzjoni ta’ xi
kundanna mogħtija lil dik il-persuna għal xi reat;
(ċ) jissostitwixxi forma ta’ piena anqas ħarxa minflok xi
piena imposta fuq xi persuna għal xi reat; jew
(d) jaħfer fl-intier tagħha jew f’parti minnha kull
kundanna mogħtija lil xi persuna għal reat jew għal xi
penali jew konfiska li xort’oħra tkun dovuta lill-Istat
minħabba f’xi reat.
(2) (a) Meta xi persuna tkun ġiet kundannata għal mewt minn
xi qorti f’Malta, il-President għandu jara li rapport bil-
miktub tal-każ mill-imħallef ġudikant, jew, fil-każ ta’
qorti marzjali mill-persuna li tkun ippresjediet, u dak
it-tagħrif l-ieħor miksub mill-inkartament tal-każ jew
minn band’oħra kif il-President jista’ jeħtieġ, jiġi
mibgħut lill-Ministru responsabbli għall-ġustizzja.
(b) L-imsemmi Ministru għandu jibgħat dak ir-rapport
miktub u tagħrif (jekk ikun hemm) lill-Kabinett, u l-
Kabinett għandu jagħti parir lill-President jekk
għandux jagħti lill-ħati maħfra jew sospensjoni fl-
eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilu b’dan l-artikolu.
Segretarju tal-
Kabinett. 
94. (1) Għandu jkun hemm Segretarju tal-Kabinett li għandu
jkun uffiċjal pubbliku hekk nominat mill-Prim Ministru.
(2) Is-Segretarju tal-Kabinett ikun responsabbli, skond dawk l-
istruzzjonijiet li jistgħu jiġu mogħtija lilu mill-Prim Ministru, biex
jipprepara x-xogħol għal, u biex iżomm il-minuti ta’, il-laqgħat tal-
Kabinett u biex iwassal id-deċiżjonijiet tal-Kabinett lill-persuna
jew awtorità xierqa, u jkollu dawk il-funzjonijiet l-oħra li l-Prim
Ministru jista’ minn żmien għal żmien jordna.
 52 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
KAPITOLU VIII
Il-Ġudizzjarju 
Qrati Superjuri.
Sostitwit: 
LVIII. 1974.46.
95. (1) Għandu jkun hemm f’MaIta u għal Malta dawk il-Qrati
Superjuri li jkollhom dawk is-setgħat u ġurisdizzjoni kif ikun
provdut b’xi liġi li għal dak iż-żmien tkun isseħħ f’Malta.
(2) Waħda mill-Qrati Superjuri, magħmula minn tlieta mill-
imħallfin li jkunu jistgħu, skond xi liġi li għal dak iż-żmien tkun
isseħħ f’Malta, joqgħodu fil-Qorti ta’ l-Appell, għandha tkun
magħrufa bħala l-Qorti Kostituzzjonali u jkollha ġurisdizzjoni li
tisma’ u tiddeċidi - 
(a) dawk il-kwistjonijiet li huma msemmija fl-artikolu 63
tal-Kostituzzjoni;
(b) kull ħaġa riferita lilha skond l-artikolu 56 ta’ din il-
Kostituzzjoni u kull ħaġa riferita lilha skond kull liġi
dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Kamra tad-Deputati;
(ċ) appelli minn deċiżjonijiet tal-Prim’Awla tal-Qorti
Ċivili skond l-artikolu 46 ta’ din il-Kostituzzjoni;
(d) appelli minn deċiżjonijiet ta’ xi qorti ta’ ġurisdizzjoni
oriġinali f’Malta fuq kwistjonijiet dwar
interpretazzjoni ta’ din il-Kostituzzjoni li ma jkunux
dawk li jistgħu jaqgħu taħt l-artikolu 46 ta’ din il-
Kostituzzjoni;
(e) appelli minn deċiżjonijiet ta’ xi qorti ta’ ġurisdizzjoni
oriġinali f’Malta fuq kwistjonijiet dwar il-validità ta’
liġijiet li ma jkunux dawk li jistgħu jaqgħu taħt l-
artikolu 46 ta’ din il-Kostituzzjoni; u
(f) kull kwistjoni deċiża minn qorti ta’ ġurisdizzjoni
oriġinali f’Malta flimkien ma’ xi waħda mill-
kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafi ta’ qabel ta’ dan
is-subartikolu li minnha jkun sar appell lill-Qorti
Kostituzzjonali:
Iżda ebda ħaġa li tinsab f’dan il-paragrafu ma
ttellef li appell jinġieb separatament quddiem il-Qorti
ta’ l-Appell skond xi liġi li għal dak iż-żmien ikun
hemm isseħħ f’Malta.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ dan l-
artikolu, jekk xi kwistjoni bħalma hija msemmija fil-paragrafu (d)
jew (e) ta’ dak is-subartikolu tqum għall-ewwel darba fi proċeduri
f’qorti ta’ ġurisdizzjoni ta’ appell, dik il-qorti għandha tibgħat il-
kwistjoni quddiem il-qorti li tkun tat id-deċiżjoni oriġinali, kemm-
il darba fil-fehma tagħha t-tqanqil tal-kwistjoni ma tkunx
sempliċement frivola jew vessatorja, u dik il-qorti għandha tagħti
d-deċiżjoni tagħha fuq kull kwistjoni bħal dik u, bla ħsara għal kull
appell skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ dan l-
artikolu, il-qorti li quddiemha tkun qamet il-kwistjoni għandha
tiddisponi mill-kwistjoni skond dik id-deċiżjoni.
(4) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (6) u (7) ta’ l-artikolu 46
ta’ din il-Kostituzzjoni għandhom jgħoddu għall-Qorti
KOSTITUZZJONITA’MALTA
Kostituzzjonali u għal dak l-iskop riferenzi għal dak l-artikolu fl-
imsemmija subartikoli għandhom jiftehmu bħala riferenzi għal dan
l-artikolu.
(5) Jekk f’xi żmien matul l-elezzjoni ta’ membri tal-Kamra tad-
Deputati u matul it-tletin ġurnata li jiġu wara dik l-elezzjoni, il-
Qorti Kostituzzjonali ma tkunx kostitwita kif provdut f’dan l-
artikolu, dik il-Qorti għandha minnufih u sakemm tkun xort’oħra
kostitwita skond il-liġi, tkun kostitwita bis-saħħa ta’ dan is-
subartikolu u tkun magħmula mit-tliet imħallfin l-aktar anzjani li
jkunu fil-kariga f’dak iż-żmien, magħdud, jekk ikun hemm f’dik il-
kariga, il-Prim Imħallef jew imħallef ieħor li jkun qed jaqdi l-
funzjonijiet ta’ Prim Imħallef; u jekk f’xi żmien ieħor l-imsemmija
Qorti ma tkunx kostitwita kif provdut f’dan l-artikolu għal iktar
minn ħmistax-il ġurnata, dik il-Qorti għandha, malli jgħaddi l-
imsemmi żmien ta’ ħmistax-il ġurnata u sakemm tkun xort’oħra
kostitwita skond il-liġi, tkun kostitwita bis-saħħa ta’ dan is-
subartikolu u tkun magħmula mit-tliet imħallfin l-aktar anzjani kif
imsemmi qabel.
(6) L-imħallfin tal-Qrati Superjuri għandhom ikunu Prim
Imħallef u dak in-numru ta’ imħallfin oħra kif jista’ jkun preskritt
b’xi liġi li għal dak iż-żmien tkun isseħħ f’Malta:
Iżda l-kariga ta’ imħallef tal-Qrati Superjuri ma għandhiex,
mingħajr il-kunsens tiegħu, tiġi abolita waqt li huwa jkun fil-
kariga.
Ħatra ta’ imħallfin.
Emendat: 
LVIII. 1974.47. 
96. (1) L-Imħallfin tal-Qrati Superjuri għandhom jiġu
maħtura mill-President li jaġixxi skond il-parir tal-Prim Ministru.
(2) Ħadd ma jkun kwalifikat biex ikun maħtur imħallef tal-
Qrati Superjuri kemm-il darba għal perijodu ta’, jew perijodi li
jammontaw b’kollox għal, mhux anqas minn tnax-il sena ma jkunx
jew eżerċita bħala avukat f’Malta jew serva bħala maġistrat
f’Malta, jew f’parti hekk eżerċita u f’parti hekk serva.
Tiżmim ta’ kariga 
ta’ imħallfin. 
Emendat: 
LVIII.1974.48. 
97. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
imħallef tal-Qrati Superjuri għandu jivvaka l-kariga tiegħu meta
jagħlaq l-età ta’ ħamsa u sittin sena.
(2) Imħallef tal-Qrati Superjuri ma għandux jitneħħa mill-
kariga tiegħu ħlief mill-President wara indirizz mill-Kamra tad-
Deputati li jkollu favur tiegħu l-vot ta’ mhux anqas minn żewġ terzi
tal-membri tagħha u li jitlob għal dik it-tneħħija minħabba
inkapaċità ippruvata li jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu (kemm
jekk għal mard korporali jew mentali jew għal xi raġuni oħra) jew
imġieba ħażina ippruvata.
(3) Il-Parlament jista’ b’liġi jirregola l-proċedura għall-
preżentata ta’ indirizz u għall-investigazzjoni u prova dwar l-
inkapaċità jew imġieba ħażina ta’ mħallef tal-Qrati Superjuri skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar subartikolu qabel dan.
 54 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
Aġent Prim 
Imħallef u aġenti 
imħallfin. 
Emendat:
LVIII. 1974.49
98. (1) Jekk il-kariga ta’ Prim Imħallef tkun vakanti jew jekk
il-Prim Imħallef għal xi raġuni ma jkunx jista’ jaqdi l-funzjonijiet
tal-kariga tiegħu, f’dak il-każ, sakemm persuna tkun maħtura għal
u tkun assumiet il-funzjonijiet ta’ dik il-kariga jew sakemm il-Prim
Imħallef ikun irreżuma dawk il-funzjonijiet, skond il-każ, dawk il-
funzjonijiet għandhom (ħlief safejn, u fil-każ, isir provvediment
ieħor b’liġi) jiġu moqdija minn dak il-wieħed mill-imħallfin l-oħra
tal-Qrati Superjuri li jista’ jkun nominat għal hekk mill-President,
li jaġixxi skond il-parir tal-Prim Ministru.
(2) Jekk il-kariga ta xi mħallef tal-Qrati Superjuri (li ma jkunx
il-Prim Imħallef) tkun vakanti jew jekk xi mħallef bħal dak ikun
maħtur biex jaġixxi bħala Prim Imħallef jew ikun għal xi raġuni
inkapaċi li jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu, il-President, li
jaġixxi skond il-parir tal-Prim Ministru, jista’ jaħtar persuna
kwalifikata għal ħatra bħala mħallef tal-Qrati Superjuri biex taġixxi
bħala mħallef ta’ dawk il-Qrati:
Iżda persuna tista’ tiġi hekk maħtura għalkemm tkun
għalqet l-età ta’ ħamsa u sittin sena.
(3) Kull persuna maħtura skond is-subartikolu (2) ta’ dan l-
artikolu biex taġixxi bħala mħallef tal-Qrati Superjuri għandha
tkompli hekk taġixxi għal perijodu tal-ħatra tagħha jew, jekk ebda
perijodu bħal dak ma jkun speċifikat, sakemm il-ħatra tagħha tiġi
mħassra mill-President li jaġixxi skond il-parir tal-Prim Ministru.
Qrati Inferjuri.  99. Għandu jkun hemm f’Malta u għal Malta dawk il-qrati
inferjuri li jkollhom dawk is-setgħat u ġurisdizzjoni kif jista’ jkun
provdut b’xi liġi li għal dak iż-żmien tkun isseħħ f’Malta.
Maġistrati. 
Emendat: 
LVIII. 1974.50. 
100. (1) Il-maġistrati tal-qrati inferjuri għandhom jiġu
maħtura mill-President li jaġixxi skond il-parir tal-Prim Ministru.
(2) Ħadd ma jkun kwalifikat biex ikun maħtur għal jew biex
jaġixxi fil-kariga ta’ maġistrat tal-qrati inferjuri kemm-il darba ma
jkunx eżerċita bħala avukat f’Malta għal perijodu ta’, jew perijodi
li jammontaw b’kollox għal, mhux anqas minn seba’ snin.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) ta’ dan
l-artikolu, maġistrat tal-qrati inferjuri għandu jivvaka l-kariga
tiegħu meta jagħlaq l-età ta’ sittin sena.
(4) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (2) u (3) ta’ l-artikolu 97
ta’ din il-Kostituzzjoni għandhom jgħoddu għall-maġistrati tal-
qrati inferjuri.
Ġuramenti li 
għandhom jittieħdu 
minn imħallfin u 
maġistrati. 
101. Imħallef tal-Qrati Superjuri jew maġistrat tal-qrati inferjuri
ma għandux jidħol għad-dmirijiet tal-kariga tiegħu sakemm ma
jkunx ħa u iffirma l-ġurament ta’ lealtà u dak il-ġurament għall-
qadi xieraq tal-kariga tiegħu kif jista’ jkun preskritt b’xi liġi li għal
dak iż-żmien tkun isseħħ f’Malta.
Kummissjoni 
għall-
Amministrazzjoni 
tal-Ġustizzja.
Miżjud: 
IX. 1994.2.
101A. (1) Għandu jkun hemm Kummissjoni għall-
Amministrazzjoni tal-Ġustizzja li tkun magħmula mill-President, li
jkun Chairman, u minn disa’ membri oħra kif ġej:
(a) il-Prim Imħallef li jkun Deputy Chairman u jippresjedi
l-Kummissjoni fin-nuqqas taċ-Chairman;
KOSTITUZZJONITA’MALTA
(b) l-Avukat Ġenerali, ex officio;
(ċ) żewġ membri eletti għal żmien erba’ snin mill-
imħallfin tal-Qrati Superjuri minn fosthom stess;
(d) żewġ membri eletti għal żmien erba’ snin mill-
maġistrati tal-Qrati Inferjuri minn fosthom stess;
(e) żewġ membri maħturin għal żmien erba’ snin, wieħed
mill-Prim Ministru u l-ieħor mill-Kap ta’ l-
Oppożizzjoni li f’kull każ ikunu persuna li mill-inqas
ikollha l-età ta’ ħamsa u erbgħin sena, u li tkun tgawdi
r-rispett ġenerali tal-pubbliku u tkun magħrufa għall-
integrità u onestà tagħha;
(f) il-President tal-Kamra ta’ l-Avukati, ex officio.
(2) Il-President għandu jkollu biss il-vot deċiżiv; meta d-
Deputy Chairman jippresiedi fuq xi laqgħa tal-Kummissjoni,
għandu jżomm il-vot oriġinali flimkien mal-vot deċiżiv.
(3) Il-membri eletti fil-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni
tal-Ġustizzja għandhom jiġu eletti skond dawk ir-Regoli li jistgħu
jiġu stabbiliti mill-persuna jew awtorità kif imsemmi fis-
subartikolu (7) ta’ l-artikolu 46 ta’ din il-Kostituzzjoni.
(4) (a) Persuna ma tkunx kwalifikata li tinħatar jew tkompli
żżomm il-kariga ta’ membru tal-Kummissjoni għall-
Amministrazzjoni tal-Ġustizzja:
(i) jekk tkun Ministru, Segretarju Parlamentari,
Membru tal-Kamra tad-Deputati jew membru ta’
awtorità ta’ gvern lokali; jew
(ii) jekk ikun instab ħati ta’ reat punibbli bi
priġunerija għal kull żmien li jkun; jew
(iii) jekk ikun skwalifikat milli jiġi elett bħala
membru tal-Kamra tad-Deputati għal xi waħda
mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafi (a), (ċ),
(d), (e), (f), (g) jew (h) tas-subartikolu (1) ta’ l-
artikolu 54 ta’ din il-Kostituzzjoni.
(b) Il-kariga ta’ membru tal-Kummissjoni għall-Amministraz-
zjoni tal-Ġustizzja ssir vakanti jekk jinħolqu ċirkostanzi li, kieku
dik il-persuna ma kenitx membru tal-Kummissjoni, hi ma kenitx
tikkwalifika biex issir membru, u membru tal-Kummissjoni għandu
jastjeni u jista’ jiġi rikużat fl-istess ċirkostanzi bħal imħallef tal-
Qrati Superjuri.
(5) (a)Meta persuna timla’ vakanza maħluqa minn membru tal-
Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja li ma jibqax
membru għal xi raġuni, ħlief dik ta’ l-iskadenza tal-perjodu tal-
kariga tiegħu, dik il-persuna għandha tokkupa l-kariga għaż-żmien
mhux skadut tal-kariga ta’ dak il-membru li jkun issostitwixxa.
(b) Meta membru jkun ġie rikużat jew ikun astjena, il-President
li jaġixxi skond il-ġudizzju tiegħu innifsu biss, jaħtar bħala
membru sostitwit biex joqgħod fil-Kummissjoni għall-
Amministrazzjoni tal-Ġustizzja kull fejn hu possibbli, persuna li
fil-fehma tiegħu jkollha kemm jista’ jkun l-istess kwalitajiet u
kwalifiki daqs il-membru li jkun qiegħed jiġi sostitwit.
 56 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
(ċ) Meta l-membri li għandhom jiġu eletti taħt il-paragrafi (ċ) u
(d) tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, jew maħtura taħt il-
paragrafu (e) ta’ l-istess subartikolu, ma jiġux hekk eletti jew
maħtura fi żmien ġimgħatejn minn meta ssir sejħa għalhekk mill-
President, il-President li fl-għemil ta’ dik il-ħatra jaġixxi skond il-
ġudizzju tiegħu biss għandu hu stess jaħtar membri minflokhom li
kull fejn hu possibbli fil-fehma tiegħu jkollhom l-istess kwalitajiet
u kwalifiki li għandu jkollhom dawk il-membri.
(6) (a)  Il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja
għandha f’kull żmien ikollha Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi
Legali li jkollu dik il-kompożizzjoni, u dawk il-funzjonijiet, dawk
is-setgħat u dmirijiet li jistgħu jiġu assenjati lilu b’liġi. Il-
Kummissjoni għandha fl-eżerċizzju ta’ kull funzjoni tagħha
relattiva għal professjonijiet ta’ Avukati u Prokuraturi Legali,
taġixxi permezz ta’ l-imsemmi kumitat b’dak il-mod, u suġġett għal
dik ir-reviżjoni kif dik il-liġi tista’ tipprovdi.
(b) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a) ta’ dan is-
subartikolu, il-Kummissjoni għandha tirreferi lill-Kumitat għall-
Avukati u Prokuraturi Legali (hawn aktar ’il quddiem f’dan is-
subparagrafu msejjaħ "il-Kumitat") kull kwistjoni li tirrigwarda l-
imġieba ħażina ta’ avukat jew prokuratur legali fl-eżerċizzju tal-
professjoni tagħhom, u, ħlief f’każ ta’ appell, il-Kummissjoni ma
għandhiex taġixxi xort’oħra fuq dik il-kwistjoni ħlief wara li tkun
irċeviet u skond il-konklużjonijiet tal-Kumitat f’dik il-materja.
B’dana illi meta rapport tal-konklużjonijiet tal-Kumitat ma jkunx
għadu ġie ppreżentat lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mill-jum
meta l-kwistjoni tkun tressqet l-ewwel darba quddiem il-Kumitat,
jew f’dak il-perjodu ieħor jew perjodi oħrajn li l-Kummissjoni
tista’ tippermetti, li fl-ebda każ, ħlief għal raġunijiet eċċezzjonali
ħafna, ma għandhom jissuperaw l-erba’ xhur, il-Kummissjoni
għandha minnufih tinvestiga l-kwistjoni u taqtagħha hi nnifisha.
(ċ) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu ta’ qabel dan,
il-Kummissjoni tista’ taħtar dawk il-kumitati l-oħra biex jgħinuha
fuq kull ħaġa li tiġi fil-funzjonijiet tagħha, kif jidhrilha xieraq.
(7) Fit-twettiq ta’ dmirijiethom il-membri tal-Kummissjoni u
ta’ xi wieħed mill-kumitati tagħha għandhom jaġixxu skond il-
ġudizzju individwali tagħhom u ma jkunux suġġetti għad-
direzzjoni jew kontroll ta’ xi persuna jew awtorità oħra.
(8) Is-subartikoli (2) u (3) ta’ l-artikolu 121 ta’ din il-
Kostituzzjoni għandhom japplikaw għal kull kumitat tal-
Kummissjoni.
(9) Għandu jkun hemm Segretarju tal-Kummissjoni għall-
Amministrazzjoni tal-Ġustizzja li għandu jaġixxi wkoll bħala
Segretarju għal kull kumitat tal-Kummissjoni. Is-Segretarju tal-
Kummissjoni għandu jinħatar mill-istess Kummissjoni minn fost l-
uffiċjali pubbliċi li jkunu assenjati fil-Qrati jew minn fost membri
tal-professjonijiet legali. Is-Segretarju għandu jibqa’ fil-kariga sa
dak iż-żmien li l-Kummissjoni ttemmlu l-ħatra tiegħu.
(10) Min jinħatar membru tal-Kummissjoni għall-
Amministrazzjoni tal-Ġustizzja jew ta’ xi wieħed mill-kumitati
tagħha jista’ jitneħħa mill-kariga tiegħu mill-President, li jaġixxi
KOSTITUZZJONITA’MALTA
skond il-parir tal-korp jew persuna li taħtar dak il-membru, iżda
dak il-membru jista’ biss jitneħħa minħabba f’inkapaċità li jwettaq
id-dmirijiet tal-kariga tiegħu (kemm jekk għal mard korporali jew
mentali jew għal xi raġuni oħra) jew imġieba ħażina.
(11) Il-funzjonijiet tal-Kummissjoni għall-Amministraz-zjoni
tal-Ġustizzja huma:
(a) li tissorvelja l-ħidma tal-qrati superjuri u inferjuri
kollha u li tagħmel dawk ir-rakkomandazzjonijiet
meħtieġa lill-Ministru responsabbli għall-ġustizzja
dwar ir-rimedji li fil-fehma tagħha jistgħu jwasslu għal
ħidma aktar effiċjenti ta’ dawk il-qrati;
(b) li tagħti parir lill-Ministru responsabbli għall-ġustizzja
dwar kull ħaġa li għandha x’taqsam ma’ l-
organizzazzjoni ta’ l-amministrazzjoni tal-ġustizzja;
(ċ) meta hekk mitluba mill-Prim Ministru li tagħti parir
fuq kull ħatra li għandha ssir skond l-artikoli 96, 98 u
100 ta’ din il-Kostituzzjoni;
(d) li tifformula kodiċi jew kodiċijiet ta’ etika li
jirregolaw l-imġieba tal-membri tal-ġudikatura;
(e) fuq il-parir tal-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi
Legali, li tifformula kodiċi jew kodiċijiet ta’ etika li
jirregolaw l-imġieba professjonali ta’ membri ta’ dawk
il-professjonijiet:
Iżda meta dak il-parir ma jingħatax f’dak iż-
żmien li l-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi, il-
Kummissjoni tista’ tifformula dak il-kodiċi jew dawk
il-kodiċijiet mingħajr il-ħtieġa ta’ dak il-parir;
(f) li tiġbed l-attenzjoni ta’ kull imħallef jew maġistrat
fuq kull ħaġa, fil-qorti li fiha hu jkun ipoġġi, li ma
tkunx konduċenti għal funzjonament effiċjenti u xieraq
ta’ dik il-Qorti, u li tiġbed l-attenzjoni ta’ kull imħallef
jew maġistrat għal xi aġir li jista’ jolqot il-fiduċja li
għandu minħabba l-kariga tiegħu, jew għal xi nuqqas
minn naħa tiegħu li jimxi skond xi kodiċi jew
kodiċijiet ta’ etika li jkun japplika għaliha;
(g) li teżerċita, skond kull liġi, dixxiplina fuq avukati u
prokuraturi legali fit-twettiq tal-professjoni tagħhom;
u
(h) dawk il-funzjonijiet l-oħra li jistgħu jingħatawlha
b’kull liġi.
(12) Il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja
għandha ta’ kull sena tagħmel rapport lill-Ministru responsabbli
għall-ġustizzja dwar l-attivitajiet tagħha matul is-sena kalendarja
ta’ qabel, u għandha f’kull żmien meta hekk jidhrilha xieraq jew kif
jista’ jitlob l-istess Ministru, tagħmel rapport lill-imsemmi
Ministru fuq xi materja partikolari.
(13) Is-setgħat tal-President taħt kull liġi, dwar is-surroga ta’ l-
imħallfin u l-magistrati u dwar tqassim ta’ dmirijet ta’ l-imħallfin u
l-maġistrati, għandhom jitwettqu fuq il-parir tal-Ministru
 58 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
responsabbli għall-ġustizzja, b’dan illi l-Ministru għandu, fl-għoti
ta’ dak il-parir lill-President, jaġixxi skond ir-rakkomandazzjoni li
tkun saritlu mill-Prim Imħallef:
Iżda meta l-Prim Imħallef jonqos milli jagħmel
rakkomandazzjoni lill-Ministru, u f’kull każ, meta l-Ministru jqis li
jkun hekk xieraq, il-Ministru jista’ jagħti parir lill-President, b’dak
il-mod li, fiċ-ċirkostanzi, hu jidhirlu xieraq:
Iżda wkoll, f’dak il-każ il-Ministru għandu jippubblika
minnufih fil-Gazzetta avviż dwar dak il-fatt li fih jagħti r-raġunijiet
tiegħu għal dik l-azzjoni, u għandu jagħmel stqarrija dwar dak il-
fatt fil-Kamra tad-Deputati mhux aktar tard mit-tieni seduta li tiġi
minnufih wara li jkun ta dak il-parir lill-President.
(14) Il-kwistjoni jekk il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni
tal-Ġustizzja tkunx qdiet validament xi funzjoni mogħtija lilha bi
jew skond din il-Kostituzzjoni ma għandhiex tiġi eżaminata minn
ebda qorti.
KAPITOLU IX 
Finanzi 
Fond Konsolidat. 102. (1) Id-dħul kollu u l-flejjes l-oħra kollha miġbura jew
imdaħħla minn Malta (li ma jkunux dħul jew flejjes oħra li jitħallsu
f’xi fond ieħor, li jkun fond imwaqqaf minn jew skond xi liġi li
għal dak iż-żmien tkun isseħħ f’Malta għal skop speċifiku)
għandhom, kemm-il darba l-Parlament ma jipprovdix xort’oħra,
jitħallsu fi u jifformaw Fond Konsolidat wieħed.
(2) Ebda flejjes ma għandhom jiġu rtirati mill-Fond Konsolidat
ħlief biex titħallas l-ispiża li hija addebitata lill-Fond b’din il-
Kostituzzjoni jew xi liġi oħra li għal dak iż-żmien tkun isseħħ
f’Malta jew meta l-ħruġ ta’ dawk il-flejjes ikun ġie awtorizzat
b’Att ta’ Approprjazzjoni jew skond l-artikolu 104 ta’ din il-
Kostituzzjoni.
(3) Ebda flejjes ma għandhom jiġu rtirati minn xi fond
pubbliku li ma jkunx il-Fond Konsolidat kemm-il darba l-ħruġ ta’
dawk il-flejjes ma jkunx ġie awtorizzat bi jew skond xi liġi li għal
dak iż-żmien tkun isseħħ f’Malta.
(4) Ebda flejjes ma għandhom jiġu rtirati mill-Fond Konsolidat
jew minn xi fond pubbliku ieħor ħlief bil-mod preskritt bi jew
skond xi liġi.
(5) In-nefqat, piżijiet u spejjeż inċidentali għall-ġbir u
amministrazzjoni tal-Fond Konsolidat għandhom jiġu addebitati
lill-Fond.
Awtorizzazzjoni 
ta’ nefqa mill-Fond 
Konsolidat.
103. (1) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi għandu jara li
tiġi preparata u mqegħda quddiem il-Kamra tad-Deputati qabel, jew
mhux aktar tard minn tletin ġurnata wara, il-bidu ta’ kull sena
finanzjarja estimi tad-dħul u ħruġ ta’ Malta għal dik is-sena.
(2) Il-kapi tan-nefqa li jkun hemm fl-estimi (li ma tkunx nefqa
addebitata lill-Fond Konsolidat b’din il-Kostituzzjoni jew b’xi liġi
KOSTITUZZJONITA’MALTA
oħra li għal dak iż-żmien tkun isseħħ f’Malta) għandhom jiġu
mdaħħla f’abbozz ta’ liġi, li jkun imsejjaħ bħala abbozz ta’ liġi ta’
approprjazzjoni, li jipprovdi għall-ħruġ mill-Fond Konsolidat tas-
somom meħtieġa biex titħallas dik l-ispiża u l-approprjazzjoni ta’
dawk is-somom għall-iskopijiet speċifikati fih.
(3) Jekk dwar xi sena finanzjarja jinsab - 
(a) li l-ammont approprjat bl-Att ta’ Approprjazzjoni għal
xi skop ikun insuffiċjenti, jew li tkun qamet ħtieġa ta’
spiża għal skop li għalih ebda ammont ma jkun ġie
approprjat b’dak l-Att; jew
(b) li xi flejjes ikunu ġew minfuqa għal xi skop b’eċċess
ta’ l-ammont (jekk ikun hemm) approprjat għal dak l-
iskop b’dak l-Att,
estimu supplementari li juri s-somom meħtieġa jew minfuqa
għandu jitqiegħed quddiem il-Kamra tad-Deputati u l-kapi ta’ kull
nefqa bħal dik għandhom jiġu mdaħħla f’abbozz ta’ liġi ta’
approprjazzjoni supplementari.
Awtorizzazzjoni 
ta’ nefqa qabel 
approprjazzjoni.
104. Il-Parlament jista’ jagħmel provvediment li bis-saħħa
tiegħu, jekk l-Att ta’ Approprjazzjoni dwar xi sena finanzjarja ma
jkunx beda jseħħ mal-bidu ta’ dik is-sena finanzjarja, il-Ministru
responsabbli għall-finanzi jista’ jawtorizza l-irtir ta’ flejjes mill-
Fond Konsolidat sabiex titħallas dik l-ispiża li jista’ jqis meħtieġa
biex jitmexxa l-Gvern ta’ Malta sat-tmiem ta’ erba’ xhur mill-bidu
ta’ dik is-sena finanzjarja jew sa meta jibda jseħħ dak l-Att, liema
jkun l-ewwel.
Fond ta’ 
Kontinġenzi.
105. (1) Il-Parlament jista’ jipprovdi għat-twaqqif ta’ Fond ta’
Kontinġenzi u biex jawtorizza lill-Ministru responsabbli għall-
finanzi, jekk ikun sodisfatt li tkun qamet ħtieġa urġenti u
mprevvista għal nefqa li għaliha ma jkunx hemm provvediment
ieħor, biex jagħmel avvanzi minn dak il-Fond biex jilqa’ dik il-
ħtieġa.
(2) Meta jsir xi avvanz skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu għandu jiġi preżentat estimu supplementari u għandu jiġi
mressaq kemm jista’ jkun malajr abbozz ta’ liġi ta’ approprjazzjoni
supplementari sabiex jiġi mqiegħed lura l-ammont hekk avvanzat.
Dejn pubbliku. 
Fond Konsolidat u fondi oħra pubbliċi ta’ Malta.
(2) F’dan l-artikolu riferenzi għad-dejn pubbliku ta’ Malta
jinkludu riferenzi għall-imgħax fuq dak id-dejn, ħlasijiet ta’ fond
ta’ ammortizzament u flejjes ta’ fidwa dwar dak id-dejn u n-nefqat,
piżijiet u spejjeż inċidentali għall-amministrazzjoni ta’ dak id-dejn.
Rimunerazzjoni 
dwar ċerti karigi.
Emendat: 
LVIII. 1974.52;
XVII. 1997.2.
107. (1) Għandu jiġi mħallas lid-detenturi tal-karigi li
għalihom jgħodd dan l-artikolu dawk is-salarji li jistgħu jkunu
preskritti bi jew skond xi liġi.
(2) Is-salarji u kull allowance li jitħallsu lid-detenturi tal-karigi
li għalihom jgħodd dan l-artikolu għandhom jiġu addebitati lill-
Fond Konsolidat.
(3) Is-salarju li jitħallas lid-detentur ta’ xi kariga li għalih
 60 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
jgħodd dan l-artikolu u l-kondizzjonijiet tiegħu ta’ kariga, ħlief
allowances, ma għandhomx jiġu mibdula bi żvantaġġ tiegħu wara l-
ħatra tiegħu, u, għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu, safejn is-salarju
jew il-kondizzjonijiet ta’ servizz ta’ xi persuna jiddependu fuq l-
għażla minn dik il-persuna, is-salarju jew il-kondizzjonijiet li
għalihom tagħmel l-għażla għandhom jitqiesu li jkunu aktar
vantaġġużi għaliha minn kull oħrajn li għalihom setgħat tagħmel l-
għażla.
(4) Dan l-artikolu jgħodd għall-karigi msemmija fl-artikoli 48,
91, 95(6), 100, 109, 118 u 120 ta’ din il-Kostituzzjoni.
Awditur Ġenerali. 
Emendat: 
LVIII. 1974.53.
Sostitwit:
XVII. 1997.3.
108. (1) Għandu jkun hemm Awditur Ġenerali li 1-kariga
tiegħu tkun kariga pubblika u li jkollu dawk il-funzjonijiet skond
ma hemm provdut fid-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu.
(2) L-Awditur Ġenerali jkun uffiċjal tal-Kamra tad-Deputati u
jinħatar mill-President li jaġixxi skond riżoluzzjoni tal-Kamra tad-
Deputati li tgħaddi bis-saħħa tal-voti ta’ mhux anqas minn żewġ-
terzi tal-membri kollha tal-Kamra:
Iżda meta persuna li ma tkunx membru tal-Kamra tad-
Deputati tiġi eletta bħala Speaker tal-Kamra tad-Deputati, dik il-
persuna ma għandhiex titqies li tkun membru tal-Kamra għall-għan
li tiġi stabbilita l-maġġoranza meħtieġa b’dan is-subartikolu.
(3) (a) Bla hsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) ta’
dan l-artikolu l-Awditur Ġenerali għandu jibqa’ fil-
kariga għal perijodu ta’ ħames snin mid-data tal-ħatra
tiegħu u jkun eliġibbli li jerġa’ jinħatar għal perijodu
wieħed ieħor ta’ ħames snin.
(b) Meta l-Awditur Ġenerali jkun inħatar minn fost
uffiċjali pubbliċi u meta tintemm il-ħatra jkun ta’ età
iżgħar mill-età ta’ irtirar fis-servizz pubbliku, il-
persuna li tkun ġiet hekk maħtura għandha terġa’ lura
fis-servizz pubbliku u tkompli tgawdi l-istess salarju u
allowances imsemmija fis-subartikolu (6).
(ċ) L-Awditur Ġenerali ma jkunx jista’, filwaqt li huwa
jkun qed jokkupa dik il-kariga, ikollu xi kariga bi qligħ
oħra, jew mod ieħor mal-Gvern ta’ Malta jew ma’ xi
intrapriża kummerċjali jew professjonali, tkun xi tkun.
(4) (a) L-Awditur Ġenerali jista’ f’kull żmien jitneħħa jew jiġi
sospiż mill-kariga tiegħu mill-President, meta jsirlu
indirizz mill-Kamra tad-Deputati li jsir bis-saħħa tal-
voti ta’ mhux anqas minn żewġ-terzi tal-membri kollha
tal-Kamra, li fih jintalab biex ineħħih mill-kariga
minħabba f’inkapaċità  ppruvata li jwettaq il-
funzjonijiet tal-kariga tiegħu (sew jekk din tkun
minħabba nuqqas ta’ saħħa fiżika jew mentali jew
minħabba xi raġuni oħra) jew minħabba f’imġieba
hażina ppruvata, u d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a)
tal-proviso li hemm mas-subartikolu (2) ta’ dan l-
artikolu għandhom japplikaw ukoll għall-għan li tiġi
stabbilita l-maġġoranza meħtieġa b’dan is-subartikolu.
(b) F’kull żmien meta ma jkunx hemm sessjoni tal-
KOSTITUZZJONITA’MALTA
Parlament, l-Awditur Ġenerali jkun jista’ jiġi sospiż
mill-kariga tiegħu mill-President, li jaġixxi skond il-
ġudizzju deliberat tiegħu stess, dwar l-inkapaċità li
jwettaq id-dmirijiet tal-kariga tiegħu jew imġieba
ħażina li dwarha tinġieb prova li tissodisfa lill-
President; iżda kull sospensjoni bhal dik ma għandhiex
tkompli sseħħ għal aktar minn xahrejn wara li tibda s-
sessjoni tal-Parlament li jkun imiss minnufih wara.
(5) Il-kontijiet:
(a) tad-dipartimenti u uffiċċji tal-Gvern ta’ Malta,
magħdud l-Uffiċċju tal-Kummissjoni dwar is-Servizz
Pubbliku, u l-uffiċċju ta’ l-Iskrivan tal-Kamra tad-
Deputati, u tal-qrati kollha Superjuri u Inferjuri
f’Malta, u
(b) ta’ dawk l-awtoritajiet pubbliċi l-oħra jew korpi oħra li
jamministraw, ikollhom f’idejhom, jew jużaw fondi li
jappartjenu direttament jew indirettament lill-Gvern
ta’ Malta kif jista’ jiġi preskritt minn xi liġi jew bis-
saħħa tagħha li f’dak iż-żmien tkun fis-seħħ f’Malta, 
għandhom jiġu verifikati u jsir rapport dwarhom kull sena mill-
Awditur Ġenerali lill-Kamra tad-Deputati u għal dak l-iskop l-
Awditur Ġenerali jew kull persuna awtorizzata minnu għal hekk
ikollu aċċess għall-kotba, notamenti, reżokonti u dokumenti oħra
kollha li jirriferixxu għal dawk il-kontijiet.
(6) (a) L-Awditur Ġenerali għandu jingħata dak is-salarju u
dawk l-allowances li jistgħu minn żmien għal żmien
jiġu preskritti jew permessi għal Imħallef tal-Qrati
Superjuri.
(b) Dak is-salarju u  allowances jinħarġu mill-Fond
Konsolidat u d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta’
l-artikolu 107 tal-Kostituzzjoni ikunu japplikaw għal
dak is-salarju.
(7) L-Awditur Ġenerali ma jibdiex iwettaq id-dmirijiet tal-
kariga tiegħu qabel ma jieħu u jiffirma quddiem il-President il-
ġurament ta’ lealtà u dak il-ġurament li jirrigwarda l-eżekuzzjoni
sew tal-kariga tiegħu hekk kif jista’ jiġi preskritt b’liġi li f’dak iż-
żmien tkun isseħħ f’Malta.
(8) Il-Parlament jista’ minn żmien għal żmien jipprovdi
permezz ta’ liġi dwar il-mod kif ir-rapporti li jsiru mill-Awditur
Ġenerali għandħom jintgħamlu.
Deputat Awditur 
Ġenerali.
(9) (a) Għandu jkun hemm ukoll Deputat Awditur Ġenerali li
l-kariga tiegħu tkun kariga pubblika u li jkollu dawk il-
funzjonijiet li l-Awditur Ġenerali jista’ minn żmien
għal żmien lilu jiddelega u li, kull meta l-kariga ta’
Awditur Ġenerali tkun temporanjament vakanti, u
sakemm jiġi maħtur Awditur Ġenerali ġdid, u kull
meta d-detentur tal-kariga jkun assenti minn Malta jew
ikun bil-vaganza jew għal xi raġuni ma jkunx jista’
jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu, iwettaq il-
funzjonijiet ta’ Awditur Ġenerali.
 62 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
(b) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2), tal-paragrafi
(a) u (ċ) tas-subartikolu (3), tas-subartikolu (4), tal-
paragrafu (b) tas-subartikolu (6) u tas-subartikolu (7)
ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu japplikaw għad-
Deputat Awditur Ġenerali.
(ċ) Id-Deputat Awditur Ġenerali għandu jingħata dak is-
salarju u dawk l-allowances li jistgħu minn żmien għal
żmien jiġu preskritti għal jew jingħataw lil Maġistrat
tal-Qrati Inferjuri.
(d) Meta d-Deputat Awditur Ġenerali jkun maħtur min
fost uffiċjali pubbliċi u meta tintemm il-ħatra jkun ta’
età iżgħar mill-età ta’ irtirar fis-servizz pubbliku, il-
persuna li tkun ġiet hekk maħtura għandha terġa’ lura
fis-servizz pubbliku u tkompli tgawdi l-istess salarju u
allowances imsemmija f’dan is-subartikolu.
Uffiċċju 
Nazzjonali tal-
Verifika.
(10) (a) Għandu jkun hemm Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika li
jkun magħmul mill-Awditur Ġenerali, li jkun imexxi
dak l-uffiċċju, id-Deputat Awditur Ġenerali u dawk il-
funzjonarji l-oħra, li jinħatru mill-Awditur Ġenerali,
hekk kif l-Awditur Ġenerali jista’ jqis li jkun meħtieġ
sabiex jassistuh fit-twettiq sew tal-kariga tiegħu, u d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 110 tal-Kostituzzjoni ma
għandhomx ikunu japplikaw għall-uffiċjali li jinħatru
fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.
(b) Il-Parlament jista’ minn żmien għal żmien jipprovdi
permezz ta’ liġi dwar il-mod kif jiġu allokati flejjes
lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u dwar il-mod kif
il-kontijiet ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika jiġu
verifikati u jsir rapport dwarhom.
(11) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tiftiehem bħala li
tipprekludi lill-Awditur Ġenerali jew lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-
Verifika milli jingħataw xi funzjonijiet jew setgħat oħra taħt jew
skond xi liġi li tkun fis-seħħ.
(12) Fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom taħt il-Kostituzzjoni, l-
Awditur Ġenerali u d-Deputat Awditur Ġenerali ma jkunux suġġetti
għall-awtorità jew kontroll ta’ ebda persuna oħra.
KAPITOLU X 
Is-Servizz Pubbliku
Kummissjoni dwar 
is-Servizz 
Pubbliku. 
Emendat: 
LVIII. 1974.54.
109. (1) Għandu jkun hemm Kummissjoni dwar is-Servizz
Pubbliku għal Malta li tkun magħmula minn chairman, deputy
chairman u minn membru wieħed sa tliet membri oħra.
(2) Il-membri tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku
għandhom ikunu maħtura mill-President, li jaġixxi skond il-parir
KOSTITUZZJONITA’MALTA
tal-Prim Ministru mogħti wara li jkun ikkonsulta l-Kap ta’ l-
Oppożizzjoni.
(3) Ħadd ma jkun kwalifikat biex iżomm kariga bħala membru
tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku jekk ikun Ministru,
Segretarju Parlamentari, membru ta’, jew kandidat għal elezzjoni
ta’, il-Kamra tad-Deputati, membru ta’ awtorità ta’ gvern lokali jew
jekk ikun uffiċjal pubbliku.
(4) Membru tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ma
għandux, għeluq perijodu ta’ tliet snin li jibda mill-ġurnata li fiha
kellu kariga l-aħħar bħala membru, ikun eliġibbli għal ħatra jew
biex jaġixxi f’xi kariga pubblika.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-kariga
ta’ membru tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku għandha
ssir vakanti - 
(a) fit-tmiem ta’ ħames snin mid-data tal-ħatra tiegħu jew
f’dik id-data qabel kif jista’ jkun speċifikat fid-
dokument li bih huwa jkun ġie maħtur; jew
(b) jekk jinħolqu xi ċirkostanzi li, kieku ma kienx membru
tal-Kummissjoni, kienu jġagħluh ikun skwalifikat għal
ħatra bħala hekk.
(6) Membru tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku jista’
jitneħħa mill-kariga mill-President, li jaġixxi skond il-parir tal-
Prim Ministru, iżda jista’ jiġi mneħħi biss minħabba inkapaċità li
jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu (kemm jekk minħabba mard
mentali jew korporali jew għal xi raġuni oħra) jew għal imġieba
ħażina.
(7) Jekk il-kariga ta’ membru tal-Kummissjoni dwar is-Servizz
Pubbliku tkun vakanti jew jekk xi membru għal xi raġuni ma jkunx
jista’ jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu, il-President, li jaġixxi
skond il-parir tal-Prim Ministru, mogħti wara li jkun ikkonsulta
lill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, jista’ jaħtar persuna li tkun kwalifikata
biex tkun maħtura bħala membru biex tkun membru temporanju tal-
Kummissjoni; u kull persuna hekk maħtura għandha, bla ħsara
għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (5) u (6) ta’ dan l-artikolu,
tispiċċa milli tkun membru bħal dak meta persuna tkun ġiet
maħtura biex timla l-vakanza jew, skond il-każ, meta l-membru li
ma setgħax jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu jirreżumi dawk il-
funzjonijiet.
Ħatra eċċ., ta’ 
uffiċjali pubbliċi. 
Emendat: 
LVIII. 1974.55.
110. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din il-
Kostituzzjoni, is-setgħa li jagħmel ħatriet għall-karigi uffiċjali u li
jneħħi, u li jeżerċita kontroll dixxiplinari fuq, persuni li jkollhom
jew ikunu jaġixxu f’xi karigi bħal dawk tkun fil-Prim Ministru, li
jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz
Pubbliku:
Iżda l-Prim Ministru jista’, billi jaġixxi fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku,
jiddelega bil-miktub, salvi dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu jkunu
speċifikati fid-dokument ta’ delega, kull waħda mis-setgħat
imsemmija f’dan is-subartikolu lil dak l-uffiċjal pubbliku jew
 64 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
awtorità oħra kif jista’ jkun speċifikat fid-dokument.
(2) Delega ta’ setgħa skond dan l-artikolu - 
(a) tkun mingħajr ħsara għall-eżerċizzju ta’ dik is-setgħa
mill-Prim Ministru li jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni
tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku;
(b) tista’ tawtorizza lill-uffiċjal pubbliku jew awtorità
oħra konċernata li jeżerċita dik is-setgħa sew
b’riferenza lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku
jew mingħajrha; u
(ċ) dwar l-impieg ta’ uffiċjali pubbliċi minn barra s-
servizz pubbliku, għandha, kemm-il darba dak l-
impieg ma jsirx wara eżami pubbliku li jiġi avżat fil-
Gazzetta, tiġi eżerċitata biss permezz ta’ servizz għall-
impjegar provdut minn fondi pubbliċi li jiżgura li ebda
distinzjoni, esklużjoni jew preferenza ma jsiru jew
jingħataw favur jew kontra xi persuna minħahba l-
fehma politika tagħha u liema servizz jipprovdi
opportunità għall-impiegi biss fl-aħjar interessi tas-
servizz pubbliku u tan-nazzjon in ġenerali.
(3) (a) Għandu jkun hemm appell lill-Prim Ministru, li jaġixxi
skond ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-
Servizz Pubbliku, minn kull deċiżjoni ta’ uffiċjal
pubbliku jew awtorità għat-tneħħija ta’ xi persuna
minn kariga uffiċjali b’eżerċizzju ta’ setgħa delegata
skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu:
Iżda dak id-dritt ta’ appell ikun mingħajr ħsara
għal kull dritt ieħor ta’ appell li jista’ jkun provdut
skond l-artikolu 121(1) ta’ din il-Kostituzzjoni dwar l-
eżerċizzju ta’ kull setgħa oħra delegata skond is-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu.
(b) Dritt ta’ appell skond dan l-artikolu għandu jiġi
eżerċitat skond dak il-provvediment dwar proċedura
kif jista’ jkun preskritt mill-Kummissjoni dwar is-
Servizz Pubbliku skond l-artikolu 121(1) ta’ din il-
Kostituzzjoni:
Iżda kull proċedura hekk preskritta tkun l-istess
għal kull klassi ta’ uffiċjali pubbliċi.
(ċ) Meta jinġieb appell skond il-paragrafu (b) ta’ dan is-
subartikolu minn xi uffiċjal pubbliku huwa għandu,
meta jiġi kunsidrat l-appell mill-Kummissjoni dwar is-
Servizz Pubbliku, ikollu dritt li jiġi mismugħ
personalment mill-Kummissjoni u li jkun mgħejjun
minn rappreżentant ta’ xi trade union li lilha jkun
jappartjeni.
(4) Ebda persuna ma tkun maħtura skond dan l-artikolu għal
jew biex taġixxi f’xi kariga tal-persunal tal-President ħlief bl-
approvazzjoni tal-President.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma għandhomx
jgħoddu relattivament għal - 
KOSTITUZZJONITA’MALTA
(a) il-karigi msemmija fl-artikoli 91, 92 (barra mis-
subartikolu (4) tiegħu), 94, 95(6), 100, 108 u 111 ta’
din il-Kostituzzjoni; jew
(b) ħatriet biex jaġixxi f’xi kariga uffiċjali għal xahrejn
jew anqas safejn ir-rakkomandazzjoni tal-
Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku hija meħtieġa
għal xi ħatra bħal dik; jew
(ċ) ħatriet għall-karigi msemmija fl-artikolu 92(4), u
ħatriet bi trasferiment għall-karigi jew mill-karigi
msemmija fl-artikolu 112 ta’ din il-Kostituzzjoni.
(6) Dħul f’impiegi ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew
b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li
fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem
biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv,
għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami
pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-
impjegar kif provdut fis-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu.
Rappreżentanti 
prinċipali ta’ Malta 
fl-esteru. 
Emendat: 
LVIII. 1974.56.
111. (1) Is-setgħa ta’ ħatra ta’ persuni biex iżommu jew
jaġixxu fil-karigi li għalihom dan l-artikolu jgħodd u għat-tneħħija
ta’ persuni hekk maħtura minn xi kariga bħal dik tkun fil-President,
li jaġixxi skond il-parir tal-Prim Ministru:
Iżda dwar kull persuna magħżula għall-ħatra mis-servizz
pubbliku l-Prim Ministru għandu, qabel ma jagħti l-parir tiegħu
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, jikkonsulta mal-
Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u, meta tiġi mneħħija mill-
kariga li fiha tkun ġiet maħtura skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu, il-persuna hekk maħtura għandha tirritorna fil-grad li
kellha fis-servizz pubbliku minnufih qabel dik il-ħatra.
(2) Il-karigi li għalihom jgħodd dan l-artikolu huma l-karigi ta’
kull Ambaxxatur, Kummissarju Għoli jew rappreżentant ieħor
prinċipali ta’ Malta f’xi pajjiż ieħor.
Ħatra bi 
trasferiment dwar 
xi karigi.
112. (1) Is-setgħa li jagħmel ħatriet bi trasferiment lil u mill-
karigi li għalihom dan l-artikolu jgħodd tkun fil-Prim Ministru li
jaġixxi wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni dwar is-Servizz
Pubbliku:
Iżda l-persuna maħtura għal xi kariga bħal dik skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandha, meta tiġi trasferita
minn dik il-kariga, tirritorna fil-grad li kellha fis-servizz pubbliku
minnufih qabel il-ħatra tagħha f’dik il-kariga.
(2) Il-karigi li għalihom dan l-artikolu jgħodd huma - 
(a) karigi li d-detenturi tagħhom ikunu meħtieġa jirrisjedu
barra minn Malta għall-qadi xieraq tal-funzjonijiet
tagħhom; u
(b) dawk il-karigi fil-Ministeru responsabbli għall-
affarijiet barranin ta’ Malta kif jistgħu, minn żmien
għal żmien, jiġu speċifikati mill-Prim Ministru.
 66 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
Protezzjoni ta’ 
drittijiet ta’ 
pensjoni. 
Emendat: 
LVIII. 1974. 57.
113. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 114 ta’
din il-Kostituzzjoni, il-liġi applikabbli għal kull benefiċċju li
għalih dan l-artikolu jgħodd għandha, dwar kull persuna li tkun ġiet
mogħtija, jew li tkun eliġibbli għall-għoti ta’ xi benefiċċji bħal
dawk, tkun dik li tkun fis-seħħ fid-data relattiva jew xi liġi oħra
sussegwenti u li ma tkunx anqas favorevoli għal dik il-persuna.
(2) F’dan l-artikolu "id-data relattiva" tfisser - 
(a) dwar kull benefiċċju mogħti qabel il-ġurnata
stabbilita, id-data li fiha dawk il-benefiċċji kienu
mogħtija;
(b) dwar kull benefiċċju mogħti jew li għandu jingħata fi
jew wara l-ġurnata stabbilita lil jew dwar xi persuna li
kienet uffiċjal pubbliku qabel dik id-data, il-ġurnata
qabel il-ġurnata stabbilita; u
(ċ) dwar kull benefiċċju mogħti jew li għandu jingħata lil
jew dwar xi persuna li ssir uffiċjal pubbliku fi jew
wara l-ġurnata stabbilita, id-data li fiha hija ssir
uffiċjal pubbliku.
(3) Meta persuna jkollha dritt teżerċita għażla dwar liema minn
żewġ liġijiet jew iżjed għandha tapplika għall-każ tagħha, il-liġi li
hija tagħżel għandha, għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, titqies li tkun
aktar favorevoli għaliha mil-liġi jew liġijiet l-oħra.
(4) Kull benefiċċju li għalih jgħodd dan l-artikolu (li ma jkunx
benefiċċju li għandu jiġi addebitat lil xi fond pubbliku ieħor ta’
Malta) għandu jkun addebitat lill-Fond Konsolidat.
(5) Dan l-artikolu jgħodd għal kull benefiċċju li jitħallas skond
xi liġi li tipprovdi għall-għoti ta’ pensjonijiet, gratifikazzjonijiet
jew kumpens lil persuni li jkunu jew li kienu uffiċjali pubbliċi dwar
is-servizz tagħhom fis-servizz pubbliku jew lir-romol, ulied,
dipendenti jew rappreżentanti personali ta’ dawk il-persuni dwar
dak is-servizz.
(6) Riferenzi għal-liġi applikabbli għal xi benefiċċji li
għalihom dan l-artikolu jgħodd jinkludu (mingħajr ħsara għall-
ġeneralità tagħhom) riferenzi għal kull liġi dwar iż-żmien li fih u l-
mod li bih xi persuna tista’ tirtira sabiex tkun eliġibbli għal dawk
il-benefiċċji.
(7) Ebda ħaġa li tinsab fi, jew magħmula taħt l-awtorità ta’, xi
liġi ma għandha titqies li tkun inkonsistenti ma’, jew bi ksur ta’,
dan l-artikolu safejn dik il-liġi tagħmel provvediment li bih xi
benefiċċji li għalihom igħodd dan l-artikolu jistgħu jitnaqqsu jew
jinżammu - 
(a) sakemm il-persuna li tkun eliġibbli għalihom tilħaq is-
sittin sena, jew dik l-età aktar baxxa li tista’ tiġi
stabbilita minn jew taħt liġi, jekk dik il-persuna tkun
qed tirċievi xi income  li għalih japplika dan is-
subartikolu u dik id-disposizzjoni ssir sabiex kull
income bħal dak flimkien ma’ kull benefiċċji kif intqal
mhux imnaqqsa ma jkunux iktar fit-total minn dak l-
ammont li jista’ jiġi stabbilit minn, jew taħt jew skond
KOSTITUZZJONITA’MALTA
xi liġi, li jkun ammont li ma jkunx inqas mis-salarju li
minn żmien għal żmien jitħallas dwar il-kariga
miżmuma minn dik il-persuna meta tirtira, billi
jitqiesu biss, jekk dak is-salarju jkun b’żidiet
inkrimentali, dawk iż-żidiet korrispondenti li jkunu
ttieħdu qabel l-irtir; jew
(b) sabiex jiġi żgurat it-tħaris ta’ xi ħtieġa legali dwar xi
wieħed mill-għanijiet tal-paragrafu (a) ta’ dan is-
subartikolu; jew
(ċ) jekk il-persuna li tkun eliġibbli għalihom ma tibqax
ċittadin ta’ Malta.
(8) L-income li għalih japplika s-subartikolu (7) ta’ dan l-
artikolu hu kull remunerazzjoni dwar, jew income ieħor li jinkiseb
minn, xi mpieg, xogħol, servizz, kariga, kummerċ, negozju,
professjoni jew vokazzjoni, jew minn xi pensjoni, allowance,
gratifikazzjoni jew ħlas ieħor bħal dan dwar xi mpieg bħal dak jew
xi għajn oħra ta’ income.
Għoti u tiżmim ta’ 
pensjonijiet, eċċ.
Emendat: 
LVIII. 1974.58.
114. (1) Meta xi benefiċċji li għalihom dan l-artikolu jgħodd
jistgħu jiġu miżmuma, imnaqqsa fl-ammont jew sospiżi minn xi
persuna jew awtorità skond xi liġi dawk il-benefiċċji ma
għandhomx jiġu hekk miżmuma, imnaqqsa fl-ammont jew sospiżi
mingħajr ma tkun taqbel il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku,
kemm-il darba dawk il-benefiċċji ma jitnaqqsux jew ma jinżammux
skond xi liġi msemmija fis-subartikolu (7) ta’ l-artikolu 113 ta’ din
il-Kostituzzjoni.
(2) Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ma għandhiex
taqbel skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu f’azzjoni meħuda
għar-raġuni li xi persuna li għandha jew kellha xi waħda mill-karigi
msemmija fl-artikoli 91, 95(6), 100 u 108 ta’ din il-Kostituzzjoni
kienet ħatja ta’ mġieba ħażina kemm-il darba ma tkunx ġiet
imneħħija mill-kariga minħabba dik l-imġieba ħażina.
(3) Dan l-artikolu jgħodd għal kull benefiċċju li jitħallas skond
xi liġi li tipprovdi għall-għoti ta’ pensjonijiet, gratifikazzjonijiet
jew kumpens lil persuni li jkunu jew kienu uffiċjali pubbliċi dwar
is-servizz tagħhom fis-servizz pubbliku jew lir-romol, ulied,
dipendenti jew rappreżentanti personali ta’ dawk il-persuni dwar
dak is-servizz.
Protezzjoni tal-
Kummissjoni dwar 
is-Servizz 
Pubbliku minn 
proċeduri legali.
115. Il-kwistjoni jekk - 
(a) il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku tkunx qdiet
validament xi funzjoni mogħtija lilha bi jew skond din
il-Kostituzzjoni;
(b) xi membru tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku
jew xi uffiċjal pubbliku jew awtorità oħra tkunx qdiet
validament xi funzjoni delegata lil dak il-membru,
uffiċjal pubbliku jew awtorità bis-saħħa tad-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 110
ta’ din il-Kostituzzjoni; jew
(ċ) xi membru tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku
jew xi uffiċjal pubbliku jew awtorità oħra tkunx qdiet
 68 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
validament xi funzjoni oħra dwar ix-xogħol tal-
Kummissjoni jew dwar xi funzjoni bħal dik kif hija
msemmija fil-paragrafu ta’ qabel dan,
ma għandhiex tiġi eżaminata minn ebda qorti. 
Miżjud:
XIII. 2001.4.
KAPITOLU  XA
Kunsilli Lokali
Kunsilli Lokali. 115A. L-Istat, għandu jadotta sistema ta’ gvern lokali li biha t-
territorju ta’ Malta jinqasam f’dak l-għadd ta’ lokalitajiet hekk kif
jista’ minn żmien għal żmien jiġi stabbilit b’liġi, b’dan li kull
lokalità tkun amministrata minn Kunsill Lokali elett mir-residenti
tal-lokalità u li jitwaqqaf u jitħaddem skond dik il-liġi li tista’ minn
żmien għal żmien tkun fis-seħħ.
KAPITOLU XI 
Mixxellanji
Azzjonijiet dwar 
validità ta’ liġijiet.
116. Dritt ta’ azzjoni għal dikjarazzjoni li xi liġi tkun invalida
għal xi raġunijiet ħlief inkonsistenza mad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikoli 33 sa 45 ta’ din il-Kostituzzjoni tkun tappartjeni lill-
persuni kollha mingħajr distinzjoni u persuna li ġġib azzjoni bħal
dik ma tkunx meħtieġa turi xi interess persunali b’appoġġ għall-
azzjoni tagħha.
Projbizzjoni ta’ 
ċerti 
assoċjazzjonijiet. 
117. (1) Ikun illegali li twaqqaf, iżżomm jew tagħmel parti
minn xi assoċjazzjoni ta’ persuni li jkunu organizzati u mħarrġa
jew organizzati u mgħammra sabiex ikunu jistgħu jiġu wżati għall-
użu jew wiri ta’ forza fiżika fit-tmexxija ’l quddiem ta’ xi skop
politiku.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom jiġu
mwettqa b’dak il-mod kif jista’ jkun provdut mill-Parlament.
Awtorità dwar ix-
Xandir. 
Emendat:
LVIII. 1974.59.
118. (1) Għandu jkun hemm Awtorità dwar ix-Xandir għal
Malta li tkun magħmula minn chairman u dak in-numru ta’ membri
oħra li ma jkunx anqas minn erbgħa kif jista’ jkun preskritt minn xi
liġi li tkun dak iż-żmien isseħħ f’Malta.
(2) Il-membri ta’ l-Awtorità dwar ix-Xandir għandhom jiġu
maħtura mill-President, li jaġixxi skond il-parir tal-Prim Ministru
mogħti wara li jkun ikkonsulta l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni.
(3) Ħadd ma jkun kwalifikat li jkollu l-kariga ta’ membru ta’ l-
Awtorità  dwar ix-Xandir jekk ikun Ministru, Segretarju
Parlamentari, membru ta’, jew kandidat għall-elezzjoni ta’, il-
Kamra tad-Deputati, membru ta’ awtorità ta’ gvern lokali jew jekk
ikun uffiċjal pubbliku.
(4) Membru ta’ l-Awtorità dwar ix-Xandir ma għandux, għeluq
perijodu ta’ tliet snin li jibda mill-ġurnata li fiha l-aħħar kellu
kariga jew aġixxa bħala membru, ikun eliġibbli għal ħatra jew biex
jaġixxi f’xi kariga pubblika.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-kariga
ta’ membru ta’ l-Awtorità dwar ix-Xandir issir vakanti- 
KOSTITUZZJONITA’MALTA
(a) fit-tmiem ta’ ħames snin mid-data tal-ħatra tiegħu jew
f’dak iż-żmien qabel kif jista’ jkun speċifikat fid-
dokument li bih kien maħtur; jew
(b) jekk jinħolqu xi ċirkostanzi li, kieku ma kienx membru
ta’ l-Awtorità, kienu jġegħluh ikun skwalifikat għal
ħatra bħala hekk.
(6) Membru ta’ l-Awtorità dwar ix-Xandir jista’ jitneħħa mill-
kariga mill-President, li jaġixxi skond il-parir tal-Prim Ministru,
iżda jista’ jitneħħa biss għal inkapaċità li jaqdi d-dmirijiet tal-
kariga tiegħu (sew minħabba mard mentali jew korporali jew għal
xi raġuni oħra) jew għal imġieba ħażina.
(7) Jekk il-kariga ta’ membru ta’ l-Awtorità dwar ix-Xandir
tkun vakanti jew jekk membru għal xi raġuni ma jkunx jista’ jaqdi
l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu, il-President, li jaġixxi skond il-parir
tal-Prim Ministru, mogħti wara li jkun ikkonsulta lill-Kap ta’ l-
Oppożizzjoni, jista’ jaħtar persuna li tkun kwalifikata biex tkun
maħtura bħala membru biex tkun membru temporanju ta’ l-
Awtorità; u kull persuna hekk maħtura għandha, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet tas-subartikoli (5) u (6) ta’ dan l-artikolu, tispiċċa
milli tkun membru bħal dak meta persuna tkun ġiet maħtura biex
timla l-vakanza jew, skond il-każ, meta l-membru li ma setgħax
jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu jirreżumi dawk il-funzjonijiet.
(8) Fl-eżerċizzju tal-kariga tagħha skond l-artikolu 119(1) ta’
din il-Kostituzzjoni l-Awtorità dwar ix-Xandir ma għandhiex tkun
suġġetta għad-direzzjoni jew kontroll ta’ xi persuna jew awtorità
oħra.
Funzjoni ta’ l-
Awtorità dwar ix-
Xandir.
119. (1) Tkun funzjoni ta’ l-Awtorità dwar ix-Xandir li tiżgura
illi, safejn ikun possibbli, f’dawk is-servizzi ta’ xandir ta’ smigħ u
televiżjoni li jistgħu jkunu provduti f’Malta, tiġi miżmuma
imparzjalità xierqa dwar ħwejjeġ ta’ kontroversja politika jew
industrjali jew li jirriferixxu għal policy pubblika korrenti u illi l-
faċilitajiet u l-ħin ta’ xandir huma mqassma b’mod xieraq bejn
persuni li jkunu ta’ partiti politiċi differenti.
(2) Il-funzjoni ta’ l-Awtorità dwar ix-Xandir imsemmija fis-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu tkun bla ħsara għal dawk il-
funzjonijiet u dmirijiet l-oħra li jistgħu jiġu mogħtija lilha b’xi liġi
li tkun dak iż-żmien isseħħ f’Malta.
Kummissjoni dwar 
l-Impiegi.
Miżjud: 
LVIII. 1974.60.
120. (1) Għandu jkun hemm Kummissjoni dwar l-Impiegi għal
Malta li tkun magħmula minn chairman u minn erba’ membri oħra.
(2) Il-membri tal-Kummissjoni dwar l-Impiegi jkunu maħtura
mill-President li, fil-ħatra taċ-chairman għandu jaġixxi skond il-
parir tal-Prim Ministru mogħti wara li dan ikun ikkonsulta l-Kap ta’
l-Oppożizzjoni, fil-ħatra ta’ tnejn mill-erba’ membri oħra għandu
jaġixxi skond il-parir tal-Prim Ministru, u fil-ħatra taż-żewġ
membri l-oħra għandu jaġixxi skond il-parir tal-Kap ta’ l-
Oppożizzjoni.
(3) Ħadd ma jkun kwalifikat biex iżomm kariga bħala membru
tal-Kummissjoni dwar l-Impiegi jekk ikun Ministru, Segretarju
Parlamentari, membru ta’, jew kandidat għal elezzjoni ta’, il-Kamra
 70 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
tad-Deputati, membru ta’ awtorità ta’ gvern lokali, jew ikun
uffiċjal pubbliku.
(4) Membru tal-Kummissjoni dwar l-Impiegi ma għandux,
għeluq perijodu ta’ tliet snin li jibda mill-ġurnata li fiha kellu
kariga jew aġixxa l-aħħar bħala membru, ikun eliġibbli għal ħatra
jew biex jaġixxi f’xi kariga pubblika.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-kariga
ta’ membru tal-Kummissjoni dwar l-Impiegi għandha ssir vakanti -
(a) fit-tmiem ta’ tliet snin mid-data tal-ħatra tiegħu; jew 
(b) jekk jinħolqu ċirkostanzi li, kieku ma kienx membru
tal-Kummissjoni, kienu jġagħluh ikun skwalifikat għal
ħatra bħala hekk.
(6) Membru tal-Kummissjoni dwar l-Impiegi jista’ jitneħħa
mill-kariga mill-President, li jaġixxi skond il-parir tad-detentur tal-
kariga li fuq il-parir tiegħu jkun ġie maħtur dak il-membru, mogħti,
meta jkun il-każ, kif provdut fis-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu,
iżda dak il-membru jista’ jiġi mneħħi biss minħabba inkapaċità li
jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu (kemm jekk minħabba mard
mentali jew korporali jew għal xi raġuni oħra) jew għal imġieba
ħażina.
(7) Jekk il-kariga ta’ membru tal-Kummissjoni dwar l-Impiegi
tkun vakanti jew jekk xi membru għal xi raġuni ma jkunx jista’
jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu, il-President, li jaġixxi skond
il-parir tad-detentur tal-kariga li fuq il-parir tiegħu dak il-membru
jkun ġie maħtur, mogħti, meta jkun il-każ, kif provdut fis-
subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu, jista’ jaħtar persuna li tkun
kwalifikata biex tkun maħtura bħala membru biex tkun membru
temporanju tal-Kummissjoni; u kull persuna hekk maħtura
għandha, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (5) u (6)
ta’ dan l-artikolu, tispiċċa milli tkun membru bħal dak malli
persuna tkun ġiet maħtura biex timla l-vakanza jew, skond il-każ,
malli l-membru li ma setax jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu
jirreżumi dawk il-funzjonijiet.
(8) Tkun il-funzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Impiegi li tiżgura
li, dwar l-impiegi, ebda distinzjoni, esklużjoni jew preferenza li ma
tkunx ġustifikabbli f’soċjetà demokratika ma għandha ssir jew
tingħata favur jew kontra xi persuna minħabba l-opinjoni politika
tagħha.
(9) Kull persuna li tallega li tkun saret jew ingħatat bi ħsara
għaliha xi distinzjoni, esklużjoni jew preferenza kif intqal qabel
tista’ titlob lill-Kummissjoni dwar l-Impiegi, b’dak il-mod u f’dak
iż-żmien li jista’ jiġi preskritt, għar-rimedju.
(10) Il-Parlament għandu jipprovdi biex jingħataw lill-
Kummissjoni dwar l-Impiegi dawk is-setgħat li jkunu meħtieġa jew
mixtieqa sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ effikaċement tagħti
rimedju xieraq u b’mod ġenerali biex taqdi l-funzjonijiet tagħha
taħt din il-Kostituzzjoni.
KOSTITUZZJONITA’MALTA
Setgħat u 
proċedura ta’ 
Kummissjonijiet.
121. (1) Kull Kummissjoni mwaqqfa b’din il-Kostituzzjoni
tista’, bil-kunsens tal-Prim Ministru jew ta’ dak il-Ministru l-ieħor
li jista’ jkun awtorizzat għal hekk mill-Prim Ministru, b’regolament
jew xort’oħra tirregola l-proċedura tagħha stess u tagħti setgħat u
timponi dmirijiet fuq kull uffiċjal pubbliku jew awtorità tal-Gvern
ta’ Malta għall-fini tal-qadi tal-funzjonijiet tagħha.
(2) Kull Kummissjoni mwaqqfa b’din il-Kostituzzjoni tista’
taġixxi nonostanti kull vakanza fost il-membri tagħha jew l-assenza
ta’ xi membru u kull proċedura tagħha tkun valida għalkemm xi
persuna li ma kellhiex dritt tagħmel hekk tkun ħadet parti fiha.
(3) Kull kwistjoni mressqa għal deċiżjoni f’xi laqgħa ta’ xi
Kummissjoni mwaqqfa b’din il-Kostituzzjoni għandha tiġi deċiża
b’maġġoranza tal-voti tal-membri kollha tagħha, u jekk fuq xi
kwistjoni bħal dik il-voti jkunu maqsuma ndaqs il-membru li jkun
jippresjedi għandu jkollu u għandu jeżerċita vot deċiżiv.
(4) Għall-finijiet tas-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu, ir-
riferenzi għal membru tal-Kummissjoni Elettorali għandhom
jiftehmu bħala li jinkludu riferenza għaċ-Chairman ta’ dik il-
Kummissjoni.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom jgħoddu
għall-Awtorità dwar ix-Xandir imwaqqfa b’din il-Kostituzzjoni. 
Riżenji.
għal xi kariga mwaqqfa b’din il-Kostituzzjoni (magħduda l-kariga
ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari)
jista’ jirriżenja minn dik il-kariga b’kitba minn taħt idejh
indirizzata lill-persuna jew awtorità li minnha kien maħtur, elett
jew magħżul.
(2) Ir-riżenja ta’ xi persuna minn xi kariga bħal dik kif intqal
qabel tibda sseħħ meta l-kitba li turi r-riżenja tiġi riċevuta mill-
persuna jew awtorità li lilha tkun indirizzata jew minn xi persuna
awtorizzata minn dik il-persuna jew awtorità biex tirċeviha.
Ħatriet mill-ġdid, 
eċċ. 
Emendat: 
LVIII. 1974.61;
XXIII. 1989.8;
XVII. 1997.4.
123. (1) Salv kif mod ieħor provdut f’din il-Kostituzzjoni,
meta xi persuna tkun ivvakat xi kariga mwaqqfa b’din il-
Kostituzzjoni magħduda l-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru
ieħor jew Segretarju Parlamentari, hija tista’, jekk kwalifikata,
terġa tiġi maħtura, eletta jew xort’oħra magħżula biex iżżomm dik
il-kariga skond id-disposizzjonijiet ta’ din il-Kostituzzjoni.
(2) Is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu ma għandux japplika
għall-kariga ta’ President, iżda għandu japplika għal persuna li tkun
inħatret sabiex taqdi l-funzjonijiet ta’ President skond l-artikolu 49
tal-Kostituzzjoni.
(3) Meta b’din il-Kostituzzjoni hija mogħtija setgħa lil xi
persuna jew awtorità li tagħmel xi ħatra għal xi kariga pubblika,
persuna tista’ tiġi maħtura għal dik il-kariga għalkemm xi persuna
oħra jista’ jkollha dik il-kariga, meta dik il-persuna l-oħra tkun bil-
permess ta’ assenza qabel tluq mill-kariga; u meta żewġ persuni
jew iżjed ikollhom l-istess kariga minħabba f’ħatra magħmula bis-
saħħa ta’ dan is-subartikolu, f’dak il-każ għall-finijiet ta’ xi
funzjoni mogħtija lid-detentur ta’ dik il-kariga l-persuna li tkun
 72 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
maħtura l-aħħar għandha titqies li tkun l-unika detentriċi tal-kariga.
Tifsir.
Emendat: 
LVIII. 1974.62;
XXIX. 1979.2;
XVII. 1997.5.
124. (1) F’din il-Kostituzzjoni, kemm-il darba r-rabta tal-
kliem ma teħtiegx xort’oħra -
"Att tal-Parlament" tfisser liġi magħmula mill-Parlament;
"il-Commonwealth" tfisser Malta, kull pajjiż li għalih l-artikolu
23 ta’ din il-Kostituzzjoni jgħodd u kull dipendenza ta’ xi pajjiż
bħal dak;
"il-Fond Konsolidat" tfisser il-Fond Konsolidat imwaqqaf bl-
artikolu 102 ta’ din il-Kostituzzjoni;
"Gazzetta" tfisser il-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta jew kull ġurnal
uffiċjali ieħor sostitwit għaliha pubblikat b’ordni tal-Gvern ta’
Malta;
"ġurament ta’ lealtà" tfisser il-ġurament ta’ lealtà muri fit-Tielet
Skeda li tinsab ma’ din il-Kostituzzjoni jew dak il-ġurament l-ieħor
li jista’ jkun preskritt mill-Parlament;
"il-ġurnata stabbilita" tfisser il-21 ta’ Settembru 1964; 
"il-Kabinett" tfisser il-Kabinett imwaqqaf bl-artikolu 79 ta’ din
il-Kostituzzjoni;
"Kamra" tfisser il-Kamra tad-Deputati mwaqqfa bl-artikolu 5l ta’
din il-Kostituzzjoni;
"kariga pubblika" tfisser kariga bi ħlas fis-servizz pubbliku;
"liġi" tinkludi kull dokument li jkollu l-forza ta’ liġi u kull regola
ta’ liġi mhux miktuba u "skond il-liġi" u "legalment" għandhom
jiftehmu skond hekk;
"Malta" tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’ Għawdex u l-
gżejjer l-oħra ta’ l-Arċipelagu Malti, magħduda l-ibħra territorjali
tagħhom;
"Parlament" tfisser il-Parlament ta’ Malta;
"Qorti Kostituzzjonali" tfisser il-Qorti Kostituzzjonali mwaqqfa
bl-artikolu 95 ta’ din il-Kostituzzjoni;
"seduta" tfisser perijodu li matulu l-Kamra tad-Deputati tkun
f’seduta kontinwa mingħajr aġġornament u tinkludi kull perijodu li
matulu l-Kamra tkun f’kumitat;
"sena finanzjarja" tfisser il-perijodu ta’ tnax-il xahar li jtemmu
fil-wieħed u tletin ġurnata ta’ Diċembru ta’ xi sena jew f’dik id-
data l-oħra kif jista’ jkun preskritt mill-Parlament;
"is-servizz pubbliku" tfisser, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-
subartikoli (2) u (3) ta’ dan l-artikolu, is-servizz tal-Gvern ta’
Malta f’kariga ċivili;
"sessjoni" tfisser is-seduti tal-Kamra tad-Deputati li jibdew meta
tiltaqa’ l-ewwel darba wara li tibda sseħħ din il-Kostituzzjoni jew
wara l-proroga jew xoljiment tal-Parlament f’kull żmien u
jispiċċaw meta l-Parlament jiġi prorogat jew xolt mingħajr ma jkun
ġie prorogat;
"l-iSpeaker" u "id-Deputy Speaker" ifissru rispettivament l-
KOSTITUZZJONITA’MALTA
iSpeaker u d-Deputy Speaker eletti skond l-artikolu 59 ta’ din il-
Kostituzzjoni;
"uffiċjal pubbliku" tfisser id-detentur ta’ xi kariga pubblika jew
persuna maħtura biex taġixxi f’xi kariga bħal dik.
(2) F’din il-Kostituzzjoni, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tfissirx xort’oħra, "is-servizz pubbliku" tinkludi servizz fil-kariga
ta’ mħallef tal-Qrati Superjuri, servizz fil-kariga ta’ Awditur
Ġenerali u Deputat Awditur Ġenerali, servizz fil-kariga ta’
maġistrat tal-Qrati Inferjuri u servizz fil-kariga ta’ membru fil-
Korp tal-Pulizija ta’ Malta.
(3) F’din il-Kostituzzjoni "is-servizz pubbliku" ma tinkludix
servizz fil-kariga ta’ -
(i) Prim Ministru jew Ministru ieħor, Segretarju
Parlamentari, Speaker, Deputy Speaker, membru
tal-Kamra tad-Deputati, membru ta’
Kummissjoni mwaqqfa b’din il-Kostituzzjoni;
(ii) ħlief meta d-detentur tal-kariga jkun magħżul
mis-servizz pubbliku, Ambaxxatur,
Kummissarju Għoli jew rappreżentant ieħor
prinċipali ta’ Malta f’xi pajjiż ieħor; jew
(iii) ħlief safejn jista’ jkun preskritt mill-Parlament,
membru ta’ xi kunsill, bord, lista, kumitat jew
korp ieħor simili mwaqqaf bi jew skond xi liġi.
(4) Għall-finijiet ta’ din il-Kostituzzjoni persuna ma għandhiex
titqies li jkollha kariga pubblika minħabba biss il-fatt li tkun qed
tirċievi pensjoni jew allowance ieħor bħalha dwar servizz pubbliku.
(5) F’din il-Kostituzzjoni, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra - 
(a) riferenza għal ħatra f’xi kariga għandha tiftiehem
bħala li tinkludi riferenza għal ħatra bi promozzjoni
jew trasferiment għal dik il-kariga u għall-ħatra ta’
persuna biex taqdi funzjonijiet ta’ dik il-kariga matul
xi perijodu li tkun vakanti jew li matulu d-detentur
tagħha ikun bil-vaganzi jew ma jkunx jista’ (sew
minħabba assenza jew mard korporali jew mentali jew
għal xi raġuni oħra) jaqdi dawk il-funzjonijiet; u
(b) riferenza għad-detentur ta’ kariga bl-isem li jispeċifika
l-kariga tiegħu jew b’riferenza għad-disposizzjoni ta’
din il-Kostituzzjoni li twaqqaf dik il-kariga għandha
tiftiehem li tinkludi riferenza għal kull persuna li għal
dak iż-żmien tkun taqdi skond il-liġi l-funzjonijiet ta’
dik il-kariga.
(6) Meta hija mogħtija setgħa b’din il-Kostituzzjoni lil xi
persuna jew awtorità li taħtar xi persuna biex taġixxi fi jew taqdi l-
funzjonijiet ta’ xi kariga jekk id-detentur tagħha jkun huwa stess
inkapaċi li jaqdi dawk il-funzjonijiet, ebda ħatra bħal dik ma
għandha tiġi attakkata għar-raġuni li d-detentur tal-kariga ma kienx
inkapaċi li jaqdi dawk il-funzjonijiet.
(7) Riferenzi f’din il-Kostituzzjoni għas-setgħa ta’ tneħħija ta’
 74 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
uffiċjal pubbliku mill-kariga tiegħu għandhom jiftehmu bħala li
jinkludu riferenzi għal kull setgħa mogħtija b’xi liġi li teħtieġ jew
tippermetti lil dak l-uffiċjal li jirtira mis-servizz pubbliku:
Iżda - 
(a) ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma għandha tiftiehem
bħala li tagħti lil xi persuna jew awtorità setgħa li
teħtieġ xi persuna li jkollha xi waħda mill-karigi
msemmija fl-artikoli 91, 95(6), 100 jew 108(1) jew (9)
ta’ din il-Kostituzzjoni li tirtira mis-servizz pubbliku;
u
(b) id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma
għandhomx jgħoddu għal xi setgħa mogħtija b’xi liġi li
tippermetti persuna li tirtira mis-servizz pubbliku meta
dik il-persuna tkun talbet permess biex tirtira mis-
servizz pubbliku għal raġunijiet mediċi pprovati.
(8) Kull disposizzjoni f’din il-Kostituzzjoni li tagħti lil xi
persuna jew awtorità setgħa ta’ tneħħija ta’ xi uffiċjal pubbliku
mill-kariga tiegħu tkun mingħajr ħsara għas-setgħa ta’ xi persuna
jew awtorità li tabolixxi xi kariga jew għal xi liġi li tipprovdi għall-
irtir obbligatorju ta’ uffiċjali pubbliċi b’mod ġenerali jew xi klassi
ta’ uffiċjali pubbliċi meta jagħlqu l-età speċifikata fiha.
(9) Meta xi setgħa hija mogħtija b’din il-Kostituzzjoni għall-
egħmil ta’ xi proklama, ordni, regoli jew regolamenti jew għall-
għoti ta’ xi direttivi jew għall-egħmil ta’ xi nomina, is-setgħa
għandha tiftiehem bħala li tinkludi setgħa, eżerċitabbli bl-istess
mod, biex temenda jew tħassar xi proklama, ordni, regoli,
regolamenti, direttivi jew nomina bħal dawk.
(10) Ebda disposizzjoni ta’ din il-Kostituzzjoni illi xi persuna
jew awtorità ma tkunx suġġetta għad-direzzjoni jew kontroll minn
xi persuna jew awtorità oħra fl-eżerċizzju ta’ xi funzjonijiet skond
din il-Kostituzzjoni ma għandha tiftiehem bħala li tipprekludi qorti
milli teżerċita ġurisdizzjoni dwar xi kwistjoni jekk dik il-persuna
jew awtorità tkunx qdiet dawk il-funzjonijiet skond din il-
Kostituzzjoni jew xi liġi oħra.
(11) Meta persuna hija meħtieġa b’din il-Kostituzzjoni li tieħu
ġurament hija tkun tista’, jekk tkun hekk tixtieq, tħares dik il-ħtieġa
billi tagħmel dikjarazzjoni.
(12) Kull riferenza f’din il-Kostituzzjoni għal liġi magħmula
qabel ma tibda sseħħ din il-Kostituzzjoni għandha, kemm-il darba
r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra, tiftiehem bħala riferenza
għal dik il-liġi kif tkun isseħħ minnufih qabel il-ġurnata stabbilita.
(13) Kull riferenza f’din il-Kostituzzjoni għal liġi li temenda
jew tissostitwixxi xi liġi oħra għandha tiftiehem li tinkludi
riferenza għal liġi li timmodifika, toħroġ b’liġi mill-ġdid, b’emenda
jew modifika jew mingħajrhom, jew tagħmel disposizzjonijiet
differenti minflok dik il-liġi l-oħra.
(14) Meta l-Parlament ikun b’liġi ipprovda għall-
interpretazzjoni ta’ Atti tal-Parlament, id-disposizzjonijiet ta’ kull
liġi bħal dik, ukoll jekk imfissra li jgħoddu għal liġijiet mgħoddija
KOSTITUZZJONITA’MALTA
wara l-bidu fis-seħħ tagħha, għandhom igħoddu għall-finijiet ta’ l-
interpretazzjoni ta’ din il-Kostituzzjoni, u xort’oħra relattivament
għaliha, kif igħoddu għall-fini ta’ l-interpretazzjoni u xort’oħra
relattivament għal Atti tal-Parlament bħallikieku din il-
Kostituzzjoni kienet Att tal-Parlament mgħoddi wara l-bidu fis-
seħħ ta’ kull liġi bħal dik:
Iżda, sa dak iż-żmien li l-Parlament ikun ipprovda kif intqal
qabel, il-liġi li tgħodd għall-interpretazzjoni ta’ din il-Kostituzzjoni
u xort’oħra relattivament għaliha tkun il-liġi li kienet tgħodd għal
hekk fil-ġurnata stabbilita. 
SKEDI LI JINSABU MAL-KOSTITUZZJONI 
L-EWWEL SKEDA
(Artikolu 47(7))
Kodiċi Kriminali (Kapitolu 9)
Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija (Kapitolu 10)
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kapitolu 12) 
Kodiċi tal-Kummerċ (Kapitolu 13)
Kodiċi Ċivili (Kapitolu 16)
Sostitwita: 
LVIII. 1974.63.
IT-TIENI SKEDA 
(Artikoli 50 u 89)
Ġuramenti ta’ Kariga
(a) Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef/
niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi
fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar
ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’
Malta. (Hekk Alla jgħini).
(b) Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew
Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Jiena ................................................ solennement naħlef/
niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi
bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-
Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. (
Hekk Alla jgħini).
Miżjuda: 
LVIII.1974.64. 
IT-TIELET SKEDA 
(Artikolu 124(1))
 76 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
Ġurament ta’ Lealtà
Jiena ................................................ solennement naħlef/
niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika
ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Miżjuda: 
XXIII. 1989.9. 
Emendata: 
Proklama II ta’ l-
1990;
Proklama VI ta’ l-
1990;
Proklama IV ta’ l-
1995;
Proklama III ta’ l-
1996;
III.2000.6.
IR-RABA’ SKEDA
(Artikolu 23)
Elenku ta’ Pajjiżi tal-Commonwealth minbarra Malta 
Afrika ta’ Isfel
Antigua u Barbuda 
Awstralja
Bahamas 
Bangladesh 
Barbados 
Belize 
Botswana 
Brunei Darussalam 
Ċipru
Dominica
Il-Gambia 
Ghana 
Grenada 
Guyana 
Indja 
Jamaica 
Kameroon 
Kanada 
Kenya 
Kiribati 
Lesotho 
Malawi 
Malaysia 
Maldives 
Mauritius 
Mozambique 
Namibia 
Nauru
New Zealand 
KOSTITUZZJONITA’MALTA
Nigerja 
Pakistan 
Papua New Guinea
Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u Kolonji
St. Kitts u Nevis
St. Lucia
St. Vincent u l-Grenadines 
Seychelles
Sierra Leone 
Singapore 
Solomon Islands 
Sri Lanka 
Swaziland 
Tanzania 
Tonga
Trinidad u Tobago 
Tuvalu
Uganda 
Vanuatu 
Western Samoa 
Zambja
Zimbabwe
 78 KOSTITUZZJONITA’MALTA  
