QRATIEKKLESJASTIĊI ġ KAP. 1.        1
KAPITOLU 1*
LIĠI DWAR IL-KOSTITUZZJONI U 
ĠURISDIZZJONI TAL-QRATI EKKLESJASTIĊI
Liġi li tirregola l-kostituzzjoni u l-ġurisdizzjoni tal-qrati ekklesjastiċi u
li tissuġġetta kull klassi ta’ ċittadini, fi ħwejjeġ temporali, għall-
ġurisdizzjoni tat-tribunali sekulari.
(10 ta’ April, 1828)#
Saret liġi bil-PROKLAMA NRU. V TA’ l-1828, kif emendata bl-Avviż
Legali 46 ta’ l-1965; bl-Atti: XXXI ta’ l-1966, LVIII ta’ l-1974 u XXIV ta’
l-1975; bl-Avviż Legali 148 ta’ l-1975; u bl-Atti I u XXIV ta’ l-1995.
Titolu fil-qosor. 
Kostituzzjoni u Ġurisdizzjoni tal-Qrati Ekklesjastiċi.
Ġurisdizzjoni tal-
qrati u ta’ l-
Imħallfin 
ekklesjastiċi. 
Sostitwit: 
I. 1995.16. 
2. Il-qrati jew l-imħallfin ekklesjastiċi stabbiliti jew maħtura,
jew li għad ikunu stabbiliti jew maħtura f’Malta, għad-deċiżjoni
tal-kawżi li jirrigwardaw il-liġijiet tal-Knisja Kattolika Rumana ma
għandhom ebda ġurisdizzjoni u ma jistgħu jagħmlu jew jittantaw
jagħmlu ebda att ġudizzjarju li jkollu effett ċivili, u mhux biss
spiritwali, ħlief kif jista’ jiġi provdut b’liġi.
Dokumenti ta’ 
Qrati Ekkleżjastiċi.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXXI. 1966.2; 
LVIII. 1974.68. 
Sostitwit:
I. 1995.16
Kap. 12. 
3.  Id-dokumenti u l-atti tal-qrati ekklesjastiċi fil-każijiet fejn
l-istess qrati jistgħu skond l-artikolu 2 ta’ din il-liġi ikollhom effett
ċivili huma ammissibbli bħala prova bl-istess mod kif provdut fl-
artikolu 627 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili,
kemm-il darba dawn ikunu awtentikati kif provdut minn żmien għal
żmien, mil-liġi ekklesjastika li tirregola dawk il-qrati.
Il-qrati li 
għandhom 
ġurisdizzjoni 
spiritwali. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
Imħassar: I. 1995.16. 
Ħatra ta’ mħallfin 
ekklesjastiċi. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXXI. 1966.2; 
LVIII. 1974.68; 
XXIV. 1975.2
Imħassar: I. 1995.16. 
Esekuzzjoni tas-
sentenzi tal-qrati 
ekklesjastiċi.
Imħassar: I. 1995.16.
*Ara l-Ordinanza dwar l-Estensjoni ta’ Privileġġi għall-Isqof ta’ Għawdex
(Kapitolu 15).
#Ara Gazzetta tal-Gvern Nru. 896 tas-16 ta’ April, 1828.
  2      KAP. 1. ħ             QRATIEKKLESJASTIĊI
Tneħħija ta’ l-
immunità  
persunali. 
Emendat: 
XXXI. 1966.2; 
XXIV. 1975.2; 
I. 1995.16;
XXIV. 1995.360.
4. Mid-data ta’ din il-Proklama ’l quddiem, ebda persuna li
tkun tgħix jew toqgħod f’Malta ma għandha tkun eżenti, minħabba
l-grad, kondizzjoni soċjali jew professjoni tagħha, ċivili jew
ekklesjastika, militari jew navali, jew minħabba xi privileġġ ieħor,
ikun li jkun, milli tħarrek jew tiġi mħarrka fil-qrati sekulari, għal
jeddijiet temporali, jew milli tħarrek jew tiġi mħarrka fil-qrati
sekulari, għal delitti temporali, jew, għal kull rigward ieħor, milli
tkun suġġetta għall-ġurisdizzjoni tal-qrati hawn fuq imsemmija:
iżda, kull kawża, proċess jew proċedura oħra għandhom isiru
quddiem qorti, imħallef jew maġistrat sekulari, kompetenti biex
jieħdu konjizzjoni tal-mertu tal-kawża, proċess jew proċedura.
