APPLIKAZZJONITA’L-ATTITAL-PARLAMENT ġKAP. 11.       
KAPITOLU 11
SETGĦAT TAL-QORTI TAL-MAĠISTRATI 
FL-APPLIKAZZJONI TA’ L-ATTI 
TAL-PARLAMENT
Biex tagħmel disposizzjonijiet dwar il-kompetenza tal-Qorti tal-
Maġistrati (Malta) sabiex tesegwixxi d-dmirijiet li, b’Atti tal-Parlament li
jkunu jseħħu f’Malta, huma assenjati lill-”Imħallfin tal-Paċi”, u sabiex
tistabbilixxi ċerti regoli ta’ proċedura fl-applikazzjoni ta’ dawk l-Atti tal-
Parlament. 
(18 ta’ Ottubru, 1854)*
Saret liġi bl-Ordinanza III ta’ l-1854 li hawn ukoll inkorporat magħha l-
Artikolu 1 ta’ l-Ordinanza I ta’ l-1878, emendata bl-Att VIII ta’ l-1990.
Titolu fil-qosor. 
Setgħat tal-Qorti tal-Maġistrati fl-Applikazzjoni ta’ l-Atti tal-
Parlament.
Il-Qorti tal-
Maġistrati (Malta) 
hija mogħtija s-
setgħat tal-
Imħallfin tal-Paċi.
Emendat: 
VIII. 1990.3. 
2. (1) Il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) hija mogħtija s-setgħat
ta’ l-Imħallfin tal-Paċi għall-esekuzzjoni tad-dmirijiet assenjati lil
dawk l-Imħallfin tal-Paċi, bis-saħħa ta’ l-Att tal-Parlament tal-
għaxar u l-ħdax-il sena tar-Renju tal-Maestà Tagħha r-Reġina
Vittorja, Kapitolu 62, jew bis-saħħa ta’ kull Att ieħor tal-Parlament
li ġie mgħoddi jew li għad jiġi mgħoddi, kull meta d-
disposizzjonijiet ta’ kull Att bħal dan ikunu jseħħu f’Malta.
Reati li skond l-
Atti tal-Parlament 
għandhom jiġu 
ġġudikati bi 
proċedura 
sommarja.
(2) Il-qorti hawn fuq imsemmija għandħa wkoll tisma’ u
tiddeċidi l-kawżi kollha ta’ reati li, skond dawk l-Atti tal-
Parlament, għandhom jiġu ġġudikati bi proċedura sommarja.
Kif hija kkostitwita 
l-qorti. 
3. (1) Il-qorti hawn fuq imsemmija, fl-esekuzzjoni tad-
dmirijiet assenjati lill-Imħallfin tal-Paċi, kif jingħad fl-aħħar
artikolu qabel dan, għandha tkun ikkostitwita minn iżjed minn
maġistrat wieħed, kull meta l-Att tal-Par1ament, li taħtu dawk is-
setgħat ikunu eżerċitati, ikun jinħtieġ il-preżenza ta’ iżjed minn
Imħallef tal-Paċi wieħed, u l-qorti hawn fuq imsemmija għandha
tħares il-proċedura li tkun espressament stabbilita f’dak l-Att tal-
Parlament.
Proċedura. 
dwar il-proċedura, il-qorti hawn fuq imsemmija għandha tħares il-
proċedura stabbilita għal dik l-istess qorti skond il-liġijiet
magħmulin u li jkunu jseħħu f’Malta.
Eċċezzjoni.
meta, skond l-Att tal-Parlament li taħtu s-setgħat hawn fuq
imsemmija jiġu eżerċitati, il-proċedimenti, fl-Ingilterra, jistgħu
jsiru b’żewġ Imħallfin tal-Paċi jew iżjed jew b’maġistrat wieħed,
imsejjaħ fl-Ingilterra Stipendiary Magistrate, dawn il-proċedimenti
*Ara Proklama Nru. IV ta’ l-1854.
 2      KAP. 11.ħ    APPLIKAZZJONITA’L-ATTITAL-PARLAMENT
jistgħu, f’Malta, isiru minn maġistrat wieħed biss.
Proċedura fil-każ 
ta’ reati oħra.
Emendat:
VIII.1990.3.
4. Fil-każ ta’ reati suġġetti għal piena taħt id-disposizzjonijiet
ta’ Att tal-Parlament li jkun iseħħ f’Malta, meta dawn ir-reati ma
jkunux iddikjarati f’dak l-Att bħala li għandhom jiġu ġġudikati
mill-Imħallfin tal-Paċi jew bi proċedura sommarja, il-persuni
imputati ta’ dawk ir-reati għandhom jinġiebu quddiem il-Qorti tal-
Maġistrati (Malta), u din il-qorti, billi tħares il-proċeduri li huma
stabbiliti għaliha, għandha tiġġudika dawn il-persuni jew
tibgħathom biex jiġu ġġudikati mill-Qorti Kriminali, skond il-każ,
bl-istess mod bħal ma tiġgudika jew tibgħat biex jiġu ġġudikati
reati suġġetti għal piena taħt liġi magħmula u li tkun isseħħ
f’Malta.
Ġurisdizzjoni tal-
Qorti tal-
Maġistrati.
Emendat:
VIII. 1990.3.
5. Il-Qorti tal-Maġistrati (Malta), għall-finijiet ta’ din l-
Ordinanza, għandha ġurisdizzjoni għal Malta.
Proċedura li 
għandha titħares 
mill-Qorti 
Kriminali fil-kawżi 
mibgħutin lilha 
mill-Qorti tal-
Maġistrati.
Emendat:
VIII. 1990.3.
6. Il-Qorti Kriminali tisma’ u tiddeċiedi bil-proċedura
stabbilita għal dik il-qorti, il-kawżi kollha ta’ reati suġġetti għal
piena taħt id-disposizzjonijiet ta’ Att tal-Parlament kif jingħad
hawn fuq u mibgħutin lilha mill-Qorti tal-Maġistrati.
