TNEĦĦIJATAL-JEDDTA’ RIFUĠJUFIKNEJJES ġ K AP. 2.    1
KAPITOLU 2
LIĠI DWAR IT-TNEĦĦIJA TAL-JEDD TA’ 
RIFUĠJU FI KNEJJES
Biex tneħħi l-jedd ta’ rifuġju fi knejjes u l-immunità  lokali fi ħwejjeġ
kriminali.
(10 ta’ April, 1828)*
Saret liġi bil-PROKLAMA NRU. VI TA’ l-1828.
Titolu fil-qosor. 
Jedd ta’ Rifuġju fi Knejjes.
Tneħħija ta’ l-
immunità  lokali. 
2. Ebda privileġġ, jew immunità  lokali ta’ kull xorta, ma
jiswew b’xi mod biex ifixklu l-esekuzzjoni tal-liġi fi ħwejjeġ
kriminali:
Regoli dwar l-
arrest ta’ persuni 
suspetti ta’ delitt 
temporali li jieħdu 
rifuġju f’lok li sal-
lum kien magħdud 
privileġġat.
Iżda, b’dana kollu, meta persuna, wara li tagħmel, jew ikun
hemm fuqha suspett li għamlet, delitt jew reat temporali, tfittex jew
ikun hemm suspett li qed tfittex rifuġju f’post li sal-lum kien
magħdud bħala post li jagħti rifuġju, kull uffiċjal tal-Pulizija
Esekuttiva, li jkollu l-awtorità  meħtieġa li jġib quddiem maġistrat,
sabiex tiġi eżaminata jew għal ħaġ’oħra, fuq akkuża kriminali, lil
dik il-persuna, li f’dak iż-żmien ikun hemm bir-raġun suspett fuqha
li tinsab f’dak il-post ta’ rifuġju msemmi hawn fuq, jista’ jitlob il-
kunsinna tal-persuna suspetta u maħruba fil-purtun jew bieb ta’
barra tal-post ta’ rifuġju fuq imsemmi; u jekk il-persuna suspetta u
maħruba tiġi minnufih ikkunsinnata, l-uffiċjal fuq imsemmi ma
għandux jgħaddi aktar ’il ġewwa mill-għatba ta’ dak il-purtun jew
bieb ta’ barra; iżda, jekk il-persuna suspetta u maħruba ma tiġix
ikkunsinnata mat-talba, l-uffiċjal tal-Pulizija jista’, billi jieħu, jekk
ikun jinħtieġ l-għajnuna ta’ uffiċjal ieħor jew ta’ uffiċjali oħra
ċivili jew ekklesjastiċi, jew ukoll tal-forza militari, jidħol f’dak il-
post ta’ rifuġju u hemm jagħmel tfittxija għall-persuna suspetta u
maħruba, u, meta jsibha, joħroġha minn hemm kemm jista’ jkun bla
skandlu u storbju.
*Maħruġa fil-Gazzetta tal-Gvern Nru. 896 tas-16 ta’ April, 1828.
