LEGATITAŻ-ŻWIEĠ ġKAP. 3.   1
KAPITOLU 3
LIĠI DWAR IL-LEGATI TAŻ-ŻWIEĠ
Biex l-Arċisqof ta’ Malta jissokta fl-amministrazzjoni tal-legati taż-
żwieġ u biex tiġi regolata l-għażla għal dawn il-legati f’xi każijiet.
(7 ta’ Settembru, 1831)*
Saret liġi bil-PROKLAMA NRU. VIII TA’ l-1831, kif emendata bl-
Ordinanzi: VIII ta’ l-1840 u XIX ta’ l-1938; u bl-Avviżi Legali: 4 ta’ l-
1963 u 148 ta’ l-1975.
Titolu fil-qosor. 
Żwieġ.
L-amministraz-
zjoni tal-legati taż-
żwieġ għandha 
tibqa’ f’idejn l-
Arċisqof ta’ Malta. 
2. L-amministrazzjoni tal-legati kollha taż-żwieġ li s’issa
kienet imħollija f’idejn l-Arċisqof ta’ Malta biss, għandha tibqa’ u
tissokta, sakemm ma jsirux disposizzjonijiet oħra fuq daqshekk,
taħt it-triġija u l-kontroll ta’ l-Arċisqof ta’ Malta hawn fuq
imsemmi jew tal-Vigarju Kapitolari pro tempore.
Kostituzzjoni ta’ 
Deputazzjoni 
għall-għażla għal-
legati taż-żwieġ. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963. 
3. Mid-data ta’ din il-Proklama ’l quddiem il-għażliet kollha
għal dawk il-legati taż-żwieġ, li s’issa kienu taħt l-
amministrazzjoni ta’ l-Arċisqof ta’ Malta biss, għandhom isiru
minn Deputazzjoni ta’ żewġ persuni jew iżjed, li jiġu maħtura
għaldaqshekk, minn żmien għal żmien, mill-Arċisqof ta’ Malta, jew
mill-Vigarju Kapitolari pro tempore, bi ftehim mal-Prim Ministru.
Ġurament tal-
kariga li għandhom 
jieħdu l-membri 
tad-Deputazzjoni.
4. Il-membri ta’ din id-Deputazzjoni għandhom jaħilfu li
jagħmlu dawn il-għażliet skond il-ħsieb u l-fehma tal-fundatur jew
fundaturi tal-legat li jkun, skond id-disposizzjonijiet tal-liġi.
Proċedura li 
għandha tiġi 
mħarsa mid-
Deputazzjoni.
5. Id-Deputazzjoni għandha, f’kull każ, tagħti avviż ta’ l-
għażla li tkun sejra ssir, bi tnedija fil-knisja parrokkjali, li fiha
s’issa kienet soltu tiġi avżata din l-għażla; u dan l-avviż għandu
jkun fih deskrizzjoni tal-legat, u tal-kwalifiki li jinħtieġu biex jista’
jittieħed, u għandu jsemmi l-post fejn kull min jidhirlu li għandu
jedd għal dak il-legat għandu jippreżenta jew jibgħat it-talba
tiegħu, flimkien mad-dokumenti li jsaħħuha; u għandu wkoll
jiffissa żmien, mhux anqas minn xahar u lanqas aktar minn sitt
ġimgħat mit-tnedija fuq imsemmija, li wara l-għeluq tiegħu ma
tista’ tiġi ammessa ebda talba. U mill-aktar fis li jista’ jkun, wara li
jagħlaq iż-żmien hekk iffissat, id-Deputazzjoni għandha tgħaddi
biex teżamina t-talba jew it-talbiet li jkunu ġew ippreżentati jew
mibgħutin, skond l-avviż, iżda ebda talba oħra, u għandha tagħżel
lill-persuna li jkollha l-aħjar jedd għal dak il-legat.
Appell mid-
deċiżjoni tad-
Deputazzjoni.
Emendat:
VIII. 1840.5;
XIX. 1938.2; 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
6. (1) Mill-aktar fis li jista’ jkun, wara d-deċiżjoni ta’ kull każ,
id-Deputazzjoni għandha toħroġ avviż ta’ dik id-deċiżjoni fil-
Gazzetta tal-Gvern; u kull min fost dawk li jkunu ippreżentaw it-
talba tagħhom lid-Deputazzjoni jidhirlu li hu aggravat bil-għażla li
saret, jista’ jagħmel ċitazzjoni fil-Qorti ta’ l-Appell kontra l-
persuna magħżula sabiex tidher u tgħid il-għaliex id-deċiżjoni tad-
*Ara Gazzetta tal-Gvern Nru. 1075 tas-7 ta’ Settembru, 1831.
 2      KAP. 3.ħ        LEGATITAŻ-ŻWIEĠ
Deputazzjoni m’għandhiex tiġi mħassra, u l-legat li fuqu jkun
hemm il-kwistjoni mogħti lill-attur.
(2) Is-sentenza li tingħata fuq din iċ-ċitazzjoni mill-qorti hawn
fuq imsemmija tkun finali.
(3) Jekk l-attur jitlef il-kawża, huwa jiġi ikkundannat għall-
ħlas ta’ l-ispejjeż.
(4) Jekk fi żmien xahar mill-ħruġ fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ l-
avviż fuq imsemmi ma tkun ġiet ippreżentata ebda ċitazzjoni, id-
deċiżjoni tad-Deputazzjoni tkun finali.
